Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Jannar 2023
EPUB 152kPDF 798k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 2 : ORDNI TAL-ĦIDMA TAL-PARLAMENT

Artikolu 157 : Abbozz tal-aġenda

1.   Qabel kull sessjoni parzjali l-abbozz tal-aġenda għandu jitħejja mill-Konferenza tal-Presidenti abbażi ta' rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati.

Il-Kummissjoni u l-Kunsill jistgħu, fuq stedina tal-President, jattendu għad-deliberazzjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti dwar l-abbozz tal-aġenda.

2.   L-abbozz tal-aġenda jista' jindika ħinijiet meta għandu jittieħed vot fuq ċerti punti li jkun previst l-eżami tagħhom.

3.   L-aħħar abbozz tal-aġenda għandu jsir disponibbli għall-Membri mhux anqas minn tliet sigħat qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Jannar 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza