Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Jannar 2023
EPUB 152kPDF 798k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 4 : MIŻURI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU F'KAŻ TA' NUQQAS TA' OSSERVANZA TAL-ISTANDARDS TA' KONDOTTA TAL-MEMBRI

Artikolu 177 : Proċeduri interni ta' appell

Il-Membru kkonċernat jista' jressaq appell intern lill-Bureau fi żmien ġimagħtejn min-notifika tas-sanzjoni imposta mill-President bis-saħħa tal-Artikolu 176(1) sa (5). Dan l-appell għandu jkollu l-effett li jissospendi l-applikazzjoni ta' dik is-sanzjoni. Il-Bureau jista', sa mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li jkun tressaq l-appell jew, jekk dan ma jiltaqax f'dan il-perjodu, fil-laqgħa li jmiss tiegħu, jannulla, jikkonferma jew jimmodifika s-sanzjoni imposta, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' appell esterni disponibbli għall-Membru kkonċernat. Jekk il-Bureau jonqos milli jieħu deċiżjoni fil-limitu ta' żmien stipulat, is-sanzjoni għandha titqies nulla u bla effett.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Jannar 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza