Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Frar 2023
EPUB 152kPDF 798k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS IV : LINJI GWIDA U PRINĊIPJI ĠENERALI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI FL-GĦAŻLA TAS-SUĠĠETTI LI GĦANDHOM JIĠU NKLUŻI FL-AĠENDA GĦAD-DISKUSSJONI FUQ KAŻI TA' KSUR TAD-DRITTIJIET TAL- BNIEDEM U TAL-PRINĊIPJI TAD-DEMOKRAZIJA U TAL-ISTAT TAD-DRITT SKONT L-ARTIKOLU 144

Prinċipji Fundamentali

1.   Għandha tingħata prijorità lill-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li jkunu maħsuba sabiex jippermettu li l-Parlament jieħu pożizzjoni, u li jkunu indirizzati lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, qabel xi avveniment partikulari, kemm-il darba is-sessjoni parzjali kurrenti tkun l-unika sessjoni parzjali tal-Parlament Ewropew li fiha jkun jista' jittieħed vot fil-ħin.

2.   Mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet m'għandhomx ikunu itwal minn 500 kelma.

3.   Suġġetti li jkollhom x'jaqsmu mar-responabbiltajiet tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fit-Trattati, għandhom jingħataw prijorità, kemm-il darba jkunu ta' importanza kbira.

4.   In-numru ta' suġġetti magħżula għandu jkun tali li jippermetti li jsir dibattitu xieraq skont l-importanza tas-suġġett, u m'għandux ikun akbar minn tlieta, inklużi s-sottokapitoli.

Dettalji Prattiċi

5.   Il-prinċipji fundamentali applikati fl-għażla tas-suġġetti li għandhom ikunu inklużi fid-dibattitu fuq każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u ta’ l-istat tad-dritt għandhom ikunu nnotifikati lill-Parlament u lill-gruppi politiċi.

Limitazzjoni u allokazzjoni tal-ħin għad-diskorsi

6.   Sabiex isir użu aħjar mill-ħin disponibbli, il-President, wara li jikkonsulta lill-presidenti tal-gruppi politiċi, għandu jilħaq ftehim mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-limitazzjoni tal-ħin għall-istqarrijiet rispettivi tagħhom, fil-każ li jkollhom stqarrijiet ta' dan it-tip, fid-dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.

Skadenza biex jitqiegħdu emendi fuq il-Mejda

7.   L-iskadenza biex jitqiegħdu emendi fuq il-Mejda għandha tippermetti li jkun hemm intervall twil biżżejjed bejn it-tqassim tagħhom fil-lingwi uffiċjali u ż-żmien stabbilit għad-dibattitu dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet biex il-Membri u l-gruppi politiċi jkollhom ċans jeżaminawhom kif jixraq.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Marzu 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza