1. Kumitat għandu jiltaqa' meta jissejjaħ mill-president tiegħu jew fuq talba tal-President tal-Parlament.
Meta jsejjaħ tali laqgħa, il-president jista' jiddeċiedi, fuq bażi ta' każ b'każ u bl-approvazzjoni tal-koordinaturi li jirrappreżentaw maġġoranza tal-membri tal-kumitat, li l-attendenza għal-laqgħa tista' ssir ukoll b'mod remot, ħlief għal laqgħat tal-kumitati li jsiru bil-magħluq.
Meta jkun qed isejjaħ laqgħa, il-president għandu jressaq abbozz tal-aġenda, li fih għandu jiġi ddikjarat jekk l-attendenza għal-laqgħa tistax issir ukoll b'mod remot. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni fuq l-aġenda fil-bidu tal-laqgħa.
2. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni jistgħu jitkellmu f'laqgħat tal-kumitati jekk ikunu mistiedna biex jagħmlu dan f'isem kumitat mill-president tiegħu.
B'deċiżjoni ta' kumitat, kwalunkwe persuna oħra tista' tkun mistiedna sabiex tattendi u titkellem f'xi laqgħa.
Il-kumitat responsabbli jista', bl-approvazzjoni tal-Bureau, jorganizza smigħ ta' esperti jekk jikkunsidra dan is-smigħ bħala essenzjali għat-tweetiq effettif tax-xogħol tiegħu fir-rigward ta' xi suġġett partikulari.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56(8) u għajr fejn il-kumitat jiddeċiedi mod ieħor, il-Membri li jattendu l-laqgħat ta' kumitati li huma ma jkunux jagħmlu parti minnhom, ma jistgħux jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet.
Huma jistgħu, madankollu, jingħataw permess mill-kumitat biex jieħdu sehem fil-laqgħat tiegħu f'kapaċità konsultattiva.
4. L-Artikolu 171(2) għandu japplika mutatis mutandis għall-kumitati. Madankollu, it-tieni sentenza tal-Artikolu 171(2) ma għandhiex tapplika għall-Membri li jkunu qed jattendu l-laqgħa b'mod remot.
5. Meta jitfassal rapport verbatim, l-Artikolu 204(2), (3) u (5) għandu japplika
mutatis mutandis.
6. Għal kwalunkwe reġim ta' parteċipazzjoni remota, għandu jiġi żgurat li:
– il-Membri jkunu jistgħu jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom, inkluż, b'mod partikolari, id-dritt tagħhom li jitkellmu fil-kumitati mingħajr tfixkil;
– is-soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika għad-dispożizzjoni jkunu "teknoloġikament newtrali";
– jintużaw mezzi elettroniċi siguri li huma ġestiti u ssorveljati mis-servizzi tal-Parlament direttament u internament;
– it-tagħmir tekniku jippermetti l-kwalità awdjo u vidjo meħtieġa; u