Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Novembru 2023
EPUB 155kPDF 814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024 PDF

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 1 : MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 8 : Azzjoni urġenti mill-President għall-asserzjoni tal-immunità

1.   Bħala kwestjoni ta' urġenza, meta jkun hemm ċirkostanzi li fihom jiġi arrestat Membru jew il-libertà tiegħu jew tagħha tal-moviment tkun tnaqqset f'dak li jkun jidher bħala ksur tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membru, il-President, wara li jikkonsulta mal-president u mar-rapporteur tal-kumitat responsabbli, jista' jieħu inizjattiva għall-asserzjoni tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membru kkonċernat. Il-President għandu jinnotifika lill-kumitat b'dik l-inizjattiva u jgħarraf lill-Parlament.

2.   Meta l-President jagħmel użu mis-setgħat mogħtija lilu mill-paragrafu 1, il-kumitat responsabbli għandu jieħu nota tal-inizjattiva tal-President fil-laqgħa li jkun imiss tiegħu. Jekk il-kumitat iħoss li jkun meħtieġ, dan jista' jħejji rapport biex jitressaq quddiem il-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza