Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Id-disà leġislatura - Novembru 2023
EPUB 155kPDF 814k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA
Il-verżjoni li se tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Lulju 2024 PDF

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3 : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 29 : Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

1.   Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tkun magħmula mill-presidenti tal-kumitati permanenti jew temporanji kollha. Hija għandha teleġġi l-president tagħha.

2.   Fl-assenza tal-president, il-laqgħa tal-Konferenza għandha tiġi ppreseduta mill-Membru preżenti li jkun l-akbar fl-età.

3.   Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar ix-xogħol tal-kumitati u dwar il-preparazzjoni tal-abbozz tal-aġenda tas-sessjonijiet parzjali.

4.   Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati sabiex twettaq doveri speċifiċi.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza