Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0003(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0259/2006

Testi mressqa :

A6-0259/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/09/2006 - 7.2

Testi adottati :

P6_TA(2006)0327

Testi adottati
PDF 197kWORD 31k
It-Tlieta, 5 ta' Settembru 2006 - Strasburgu
Miżuri speċjali biex jinkoraġġixxu t-tkabbir tad-dud tal-ħarir *
P6_TA(2006)0327A6-0259/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċjali biex jinkoraġġixxu t-tkabbir tad-dud tal-ħarir (verżjoni kkodifikata) (COM(2006)0004 – C6-0042/2006 – 2006/0003(CNS))

(Proċedura ta" konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0004)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0042/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0259/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jiċħad it-test approvat mill-Parlament;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza