Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Informat bil-quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (COM(2006)0250 – C6-0186/2006 – 2006/0080(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0250)(1),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat bil-quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 u l-Artikolu 175(1), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0186/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurta' ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0239/2006),
1. Japprova l-konklużjoni tal-konvenzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.