Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi multi-annwali għall-azzjoni ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (COM(2005)0210 – C6-0153/2005 – 2005/0098(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0210)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0153/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0184/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jirrimarka li l-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija indikata fil-proposta tal-Kummissjoni għandhom ikunu kompatibbli mal-limiti massimi totali għal aġenziji deċentralizzati stabbiliti fil-prospettivi finanzjarji 2007-2013;
3. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, ladarba tkun ġiet adottata l-prospettiva finanzjarja li jmiss, tikkonferma l-ammonti indikati fil-proposta għal regolament jew, jekk ikun il-każ, sabiex tippreżenta l-ammonti aġġustati għal approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, sabiex b'hekk tiżgura li dawk l-ammonti huma kompatibbli mal-limiti massimi;
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru ... /2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Regjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),
Billi:
(1) Ċerti ftehim bilaterali u reġjonali konklużi bejn stati tal-kosta, bħal ma huma l-Konvenzjoni ta' Helsinki u dik ta' Barċellona ta' l-1992 u l-1976 rispettivament, jipprovdu għal assistenza reċiproka fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002(3) jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Aġenzija") bl-iskop li jkun assigurat livell għoli, uniformi u effettiv ta" sigurtà marittima u jkun hemm prevenzjoni ta" tniġġis mill-bastimenti.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 724/2004, li emenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002, ta lill-Aġenzija kompiti ġodda fil-qasam tal-prevenzjoni tat-tniġġis u tar-rispons għal tniġġis ikkawżat minn bastimenti, b'rispons għall-aċċidenti reċenti f'ilmijiet Komunitarji, b'mod partikolari dawk tat-tankers taż-żejt "Erika" u "Prestige".
(4) Għall-finijiet li jiġu implimentati dawn il-kompiti ġodda ta" prevenzjoni tat-tniġġis u rispons għat-tniġġis, il-Bord Amministrattiv ta" l-Aġenzija adotta fit-22 ta" Ottubru 2004 Pjan ta" Azzjoni għal Preparazzjoni u Rispons għat-Tniġġis miż-Żejt, li jiddetermina l-attivitajiet ta" l-Aġenzija bħala rispons għat-tniġġis miż-żejt u huwa maħsub għall-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-Aġenzija (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Pjan ta" Azzjoni").
(5) L-azzjoni ta' rispons kontra t-tniġġis ta" l-Aġenzija, kif iddefinita fil-Pjan ta" Azzjoni, hi marbuta ma" l-attivitajiet fl-oqsma ta" l-informazzjoni, tal-koperazzjoni u tal-koordinazzjoni u fuq kollox ma" l-għoti ta' assistenza operazzjonali lill-Istati Membri billi jingħataw, fuq talba, bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis biex jiġġieldu kontra t-tniggis taż-żejt u tipi oħra ta' tniġġis, bħal dak ikkawżat minn sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara. L-Aġenzija għandha tagħti attenzjoni partikulari lil dawk iz-zoni identifikati bħala l-aktar vulnerabbli mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żona oħra fil-bżonn.
(6) L-attivitajiet ta' l-Aġenzija f'dan il-qasam m'għandhomx jeżoneraw lill-Istati tal-kosta mir-responsabbiltà tagħhom li jkollhom għal-lest mekkaniżmi xierqa għal rispons għat-tniġġis u għandhom jirrispettaw arranġamenti eżistenti ta' koperazzjoni bejn Stati Membri jew bejn gruppi ta' Stati Membri f'dan il-qasam. Fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu, l-Aġenzija għandha tgħin lill-Istat(i) Membru/i affettwati, u l-operazzjoni ta' tindif għandha titmexxa taħt l-awtorià ta' dan/dawn l-Istat(i) Membru/i.
(7) Skond il-Pjan ta' Azzjoni, l-Aġenzija għandha jkollha rwol attiv fl-iżvilupp ta' servizz ċentralizzat ta' immaġni bis-satellita għas-sorveljanza, is-sejbien bikri ta' tniġġis u l-identifikazzjoni tal-bastimenti responsabbli. Din is-sistema ġdida ttejjeb id-disponibiltà tad-data u l-effettività tar-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti.
(8) Il-mezzi addizzjonali li għandhom jiġu provduti mill-Aġenzija lill-Istati Membri għandhom ikunu disponibbli permezz tal-mekkaniżmu Komunitarju fil-qasam ta" l-interventi ta" assistenza tal-protezzjoni ċivili, inkluż it-tniġġis tal-baħar aċċidentali, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom(4).
(9) Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni bir-reqqa tal-Pjan ta" Azzjoni u jissaħħu l-prevenzjoni u r-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti billi jiżdiedu l-attivitajiet attwali ta" kontra t-tniġġis, l-Aġenzija għandha tkun provduta b'sistema vijabbli u effettiva f'sens ta' nfiq biex tiffinanzja, b'mod partikolari, l-assistenza għall-operazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri.
(10) Huwa għaldaqstant meħtieġ li tkun provduta sigurtà finanzjarja xierqa għall-iffinanzjar tal-kompiti mogħtija lill-Aġenzija fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis u azzjonijiet oħrajn marbuta ma" dan fuq il-bażi ta" impenn pluriennali. L-ammonti annwali tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandhom jiġu determinati skond il-proċeduri applikabbli.
(11) L-ammonti li għandhom jiġu impenjati biex jinħarġu fondi għar-rispons kontra t-tniġġis għandhom ikopru l-perjodu mill-2007 sal-2013 skond il-qafas finanzjarju l-ġdid.
(12) Għandu għaldaqstant jiġi provdut pakkett finanzjarju ta" referenza li jkopri l-istess perjodu għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta" Azzjoni.
(13) Jeħtieġ li l-ammont ta' dak il-pakkett jitqies bħala l-minimu meħtieġ sabiex jitwettqu l-kompiti fdati lill-Aġenzija fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti.
(14) Sabiex ikun hemm l-aħjar allokazzjoni ta' l-impenji u jitqiesu kwalunkwe tibidliet li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet bħala rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti, jeħtieġ li jkun żgurat monitoraġġ kontinwu tal-bżonnijiet partikolari għal azzjoni sabiex ikun hemm lok għal addattament ta' l-impenji finanzjarji annwali.
(15) Il-Bord Amministrattiv ta" l-Aġenzija għandu għaldaqstant jirrivedi l-impenji baġitarji, fuq il-bażi ta" rapport li għandu jsir mid-Direttur Eżekuttiv, biex jinkludi l-aġġustamenti meħtieġa fil-baġit ta" l-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan
Dan ir-Regolament jistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-kompiti mogħtija lilha fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkawżat minn bastimenti u azzjonijiet oħrajn marbuta ma" dan, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
a) "l-Aġenzija" tfisser l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.
b)
"ftehim reġjonali" tfisser kull ftehim bilaterali u reġjonali konkluż bejn l-Istati tal-kosta sabiex jagħtu assistenza lil xulxin fil-każ ta" inċident ta' tniġġis marittimu.
(
ċ) "żejt" tfisser petroljum fi kwalunkwe forma inkluż żejt mhux raffinat, żejt kombustibbli, ħama, skart ta' żejt u prodotti raffinati kif stabbilit mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għat-Tniġġis miż-Żejt, 1990.
d)
"sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara" tfisser kwalunkwe sustanza apparti ż-żejt li, jekk tiġi introdotta fl-ambjent tal-baħar, x'aktarx li toħloq perikli għas-saħħa tal-bniedem, tagħmel ħsara lir-rizorsi ħajjin u lill-ħajja fil-baħar, tagħmel ħsara lil faċilitajiet jew tinterferixxi ma' użi leġittimi oħra tal-baħar, kif stabbilit mill-Protokoll dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għal Inċidenti ta' Tniġġis minn Sustanzi Perikolużi u Li Jagħmlu l-Ħsara, 2000.
Artikolu 3
Kamp ta' Applikazzjoni
Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun allokat lill-Aġenzija bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-Pjan ta' Azzjoni u, b'mod partikolari, dawk li għandhom x'jaqsmu ma":
a)
informazzjoni u l-ġbir flimkien, l-analiżi u t-tixrid ta" l-aħjar prattiċi, tekniki u innovazzjonijiet, bħal ma huma strumenti li jimmonitorjaw it-tbattil ta' tankijiet, fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti,
b)
kooperazzjoni u koordinazzjoni u l-għoti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni ta" assistenza teknika u xjentifika fil-qafas ta" l-attivitajiet tal-ftehim reġjonali relevanti,
(
ċ) assistenza għal operazzjonijiet u appoġġ, fuq talba, b'mezzi addizzjonali, bħal bastimenti u tagħmir kontra t-tniġġis lesti għall-azzjoni, għall-azzjonijiet ta" rispons għat-tniġġis ta" l-Istati Membri fil-każ ta" tniġġis aċċidentali jew maħsub ikkaġunat minn bastimenti.
Artikolu 4
Finanzjament Komunitarju
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta" Jannar 2007 sal-31 ta" Diċembru 2013 għandu jkun ta" EUR 154 000 000.
Approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu determinati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. F'dan ir-rigward, l-iffinanzjar meħtieġ ta' l-assistenza operazzjonali lill-Istati Membri skond l-Artikolu 3(ċ) għandu jiġi garantit.
Artikolu 5
Monitoraġġ ta' kapaċitajiet eżistenti
Sabiex jiġu definiti r-rekwiżiti għal assistenza operazzjonali, bħal bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis, li għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija lill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tfassal fuq bażi regolari lista tal-mekkaniżmi tal-privat u ta' l-Istat ta' rispons għat-tniġġis u ta' kapaċità ta' rispons disponibbli fir-reġjuni varji ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Ħarsien ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunità
1. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jassiguraw li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta" miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali, permezz ta" kontrolli effettivi u bl-irkupru ta" kwalunkwe ammonti mħallsin mhux kif dovut u, fejn jinstabu xi irregolaritajiet, b'penali effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95(5) u (Euratom, KE) Nru 2185/96(6), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7).
2. Għall-azzjonijiet tal-Komunità ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, il-kunċett ta" irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser il-ksur ta" dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe ksur ta" obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew nuqqas minn operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea jew baġits amministrati minnha, minħabba nefqa mhux iġġustifikata.
3. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija, kull waħda minnhom fl-isfera tal-kompetenza rispettiva tagħha, għandhom jiżguraw li jinkiseb l-aħjar valur meta mqabbel ma' l-ammont minfuq fl-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tal-Komunità skond dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1406/2002
Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Il-punt li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10(2):
"
l)
jirrivedi l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat imsemmi f"(k) u l-impenji baġitarji previsti fir-Regolament (KE) Nru.... /2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti*(8) abbażi tar-rapport stipulat fl-Artikolu 15(2)(g) ta' dan ir-Regolament. Din ir-reviżjoni għandha ssir meta jinħareġ ir-rendikont ta' l-estimi tad-dħul u n-nefqa ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jkun imiss, kif previst fl-Artikolu 18(5) ta" dan ir-Regolament.
________________________________
*ĠU L ...
"
(b) Il-punt li ġej għandu jiżdied ma" l-Artikolu 15(2):
"
g)
huwa għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni u lill-Bord Amministrattiv, sal-31 ta" Jannar ta' kull sena, dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat ta' l-attivitajiet ta" l-Aġenzija għall-istat ta" preparazzjoni u għall-attivitajiet ta" rispons għat-tniġġis u jagħti aġġornament ta" l-istatus ta" kull azzjoni ffinanzjata skond dak il-pjan. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta dan ir-rapport għall-finijiet ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2001/792/KE, Euratom.
"
Artikolu 8
Evalwazzjoni f'nofs iż-żmien
Fuq il-bażi ta" l-informazzjoni provduta mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament mhux iktar tard minn ...(9). Ir-rapport, li għandu jiġi stabbilit bla ħsara għall-irwol tal-Bord Amministrattiv ta' l-Aġenzija, għandu jagħti r-riżultati ta" l-użu tal-kontribut Komunitarju kif imsemmi fl-Artikolu 4 dwar is-somom impenjati u n-nefqa li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta" Jannar 2007 u l-31 ta" Diċembru 2009.
Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport il-Kummisjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament sabiex jitqies il-progress xjentifiku fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis mill-bastimenti, inkluż dak ikkaġunat miż-żejt jew minn sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta" Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.).
Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta" Novembru 1996 dwar il-verifiki fuq il-post u spezzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħrajn (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta" Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet kondotti mill-Uffiċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.)