Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0037A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0193/2006

Testi mressqa :

A6-0193/2006

Dibattiti :

PV 05/09/2006 - 6
CRE 05/09/2006 - 6

Votazzjonijiet :

PV 05/09/2006 - 9.2
CRE 05/09/2006 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0333

Testi adottati
PDF 521kWORD 165k
It-Tlieta, 5 ta' Settembru 2006 - Strasburgu
Il-ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne) 2007-2013 ***I
P6_TA(2006)0333A6-0193/2006
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta u l-proposta emendata għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għal perijodu 2007-2013 il-Programm speċifiku "Il-ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne)" bħala parti mill-programm ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja" (COM(2005)0122COM(2006)0230 – C6-0388/2005 – 2005/0037A(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0122)(1) u l-proposta emendata (COM(2006)0230),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 152 tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0388/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Intern (A6-0193/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirreferi għal darb'oħra l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku "Il-ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne III) u l-prevenzjoni tad-droga u l-informazzjoni dwarha" għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja"
P6_TC1-COD(2005)0037A

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  It-Trattat jistabbilixxi li fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u ta" l-attivitajiet kollha tal-Komunità għandu jiġi assigurat livell għoli ta" protezzjoni saħħa tal-bniedem; l-Artikolu 3(1)(p) tat-Trattat jitlob li tittieħed azzjoni Komunitarja biex tiġi inkluża kontribuzzjoni sabiex jinkiseb livell għoli ta" protezzjoni tas-saħħa.

(2)  L-azzjoni Komunitarja għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali maħsuba sabiex tittejjeb is-saħħa pubblika, biex jitwarrbu l-għejun ta" periklu għal saħħet il-bniedem.

(3)  Il-vjolenza fiżika, sesswali u psikoloġika kontra it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, inkluż theddid tat-twettiq ta' dawn l-atti, sfurzar jew tneħħija arbitrarja tal-libertà, kemm jekk fil-ħajja pubblika kif ukoll privata, u b'mod partikulari, l-ittraffikar ta' persuni u l-prostituzzjoni sfurzata, jikkostitwixxu ksur tad-dritt tagħhom għall-ħajja, għas-sigurtà, għal-libertà, għad-dinjità u għall-integrità fiżika u emozzjonali tagħhom u theddid serju għas-saħħa fiżika u mentali tal-vittmi ta" din il-vjolenza. L-effetti ta" din il-vjolenza, li huma tant imxerrdin fil-Komunità kollha, jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-bniedem u joħolqu problema serja tas-saħħa u ostaklu għat-tgawdija ta" ċittadinanza sigura, ħielsa u ġusta.

(4)  It-tradizzjonijiet u l-prattiki kulturali assoċjati ma' l-eżerċizzju tal-vjolenza fiżika fuq in-nisa, bħal mutilazzjoni ġenitali u r-reati għall-unur, jikkostitwixxu forma partikulari ta' vjolenza fuq in-nisa b'effetti detrimentali fuq perjodu ta' żmien qasir u fuq perjodu ta' żmien fit-tul fuq is-saħħa tagħhom, waqt li l-vittmi prinċipali huma membri ta' komunitajiet ta' minoranza.

(5)  L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tiddefinixxi s-saħħa bħala stat ta" benesseri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ u mhux biss in-nuqqas ta" mard jew saħħa. Skond riżoluzzjoni ta" l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa ta" l-1996, il-vjolenza hija problema ewlenija tas-saħħa pubblika fid-dinja kollha. Fir-rapport tagħha dwar il-vjolenza u s-saħħa tat-3 ta" Ottubru 2002 l-organizzazzjoni tirrikkmanda li jiġu promossi r-reazzjonijiet ewlenin għall-prevenzjoni, li jissaħħu r-reazzjonijiet għall-vittmi tal-vjolenza u li jiżdiedu l-kollaborazzjoni u l-iskambju ta" informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza.

(6)  Dawn il-prinċipji huma rikonoxxuti f'bosta konvenzjonijiet, dikjarazzjonijiet u protokolli ta" l-organizzazzjonijiet u ta" l-istituzzjonijiet internazzjonali ewlenin bħall-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, il-Konferenza Dinjija dwar in-Nisa u l-Kungress Dinji kontra l-Isfruttament Sesswali Kummerċjali tat-Tfal.

(7)  Il-ġlieda kontra l-vjolenza għandha tkun stabbilita fil-kuntest tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea(4), li tafferma mill-ġdid, inter alia, id-drittijiet għad-dinjità, għall-ugwalanjza u għas-solidarjetà. Tinkludi numru ta" dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni u l-inkoraġġiment ta" l-integrità fiżika u mentali, it-trattament ugwali għall-irġiel u għan-nisa, id-drittijiet tat-tfal u n-non-diskriminazzjoni, kif ukoll il-projbizzjoni ta" trattament inuman jew degradanti, l-iskjavitù u x-xogħol sfurzat, u x-xogħol tat-tfal. Tafferma mill-ġdid li għandu jiġi assigurat livell għoli ta" protezzjoni għal saħħet il-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u ta" l-attivitajiet Komunitarji kollha.

(8)  Il-Parlament Ewropew sejjaħ lill-Kummissjoni biex tfassal u timplimenta programmi ta" azzjoni biex jegħlbu din il-vjolenza, inter alia, fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta" Mejju 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. "Għal aktar azzjonijiet fil-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa'(5), ta" l-20 ta" Settembru 2001 dwar il-mutilazzjoni ta" l-organi ġenitali tan-nisa(6), tas-17 ta' Jannar 2006 dwar strateġiji għal prevenzjoni tat-traffikar ta' nisa u ta' tfal li huma vulnerabbli għall-isfruttar sesswali(7), u tat-2 ta' Frar 2006 dwar is-sitwazzjoni attwali fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u dwar kwalunkwe azzjoni fil-futur(8).

(9)  Il-programm ta" azzjoni Komunitarja (il-programm Daphne) (mill-2000 sa l-2003) dwar miżuri preventivi biex tingħeleb il-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa(9) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 293/2000/KE, għen biex jiżdied l-għarfien ġewwa l-Unjoni Ewropea u tiżdied u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet fl-Istati Membri li huma attivi fil-ġlieda kontra l-vjolenza.

(10)  Il-programm ta" azzjoni Komunitarja (mill-2004 sa l-2008) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u għall-protezzjoni tal-vittmi u l-gruppi li jinsabu f'riskju (il-programm Daphne II)(10)stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE, żviluppa aktar ir-riżultati miksuba diġà mill-programm Daphne; skond l-Artikolu 8(2) tiegħu l-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tara li jkun hemm konsistenza bejn l-approprjazzjonijiet annwali u l-qafas finanzjarju l-ġdid.

(11)  Huwa mixtieq li tkun żgurata l-kontinwità għall-proġetti sostnuti mill-programmi Daphne u Daphne II.

(12)  Huwa importanti u neċessarju li jiġu rikonoxxuti l-implikazzjonijiet serji immedjati u dawk fit-tul tal-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa għas-saħħa fiżika u mentali, għall-iżvilupp psikoloġiku u dak soċjali u għall-opportunitajiet indaqs għal dawk ikkonċernati, għall-individwi, il-familji u l-komunitajiet u l-ispejjeż għolja soċjali u ekonomiċi għas-soċjetà b'mod ġenerali.

(13)  Huwa meħtieġ li jkun rikonoxxut li xi gruppi, b'mod partikulari nisa li jappartjenu għal gruppi ta' minoranza, nisa rifuġjati, nisa emigranti, nisa li jgħixu fil-faqar f'komunitajiet rurali jew remoti, nisa f'istituzzjonijiet jew f'detenzjoni, tfal bniet, nisa lisbjani, nisa b'diżabbiltajiet, u nisa anzjani, huma vulnerabbli għal vjolenza.

(14)  Għandhom jitqiesu mhux biss tfal li huma suġġetti b'mod dirett għal vjolenza iżda wkoll tfal li huma xhieda ta' vjolenza fuq ommijiethom bħala vittmi ta' vjolenza bi qbil ma' dan il-programm.

(15)  Dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza, inkluż il-maltrattament ta' trabi jew l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal, taż-żgħażagħ u tan-nisa u l-protezzjoni tal-vittmi u tal-gruppi li jinsabu f'riskju, l-Unjoni Ewropea ser tagħti valur miżjud lill-azzjonijiet li prinċipalment għandhom jieħdu l-Istati Membri b'dawn il-mezzi li ġejjin: it-tixrid u l-iskambju ta" l-informazzjoni, l-esperjenza u l-prattiki tajba; il-promozzjoni ta" l-strateġija ta" tiġdid; l-inklużjoni ta' mudelli ġodda ta' familji, it-twaqqif konġunt tal-prijoritajiet; l-iżvilupp ta' netwerking, mhux inqas biex jappoġġja lill-vittmi ta' vjolenza sesswali, psikoloġika jew fiżika u lill-gruppi f'riskju; kif jixraq; l-għażla ta' proġetti fi ħdan il-Komunità; u l-motivazzjoni u l-mobilizzazzjoni tal-partijiet kollha konċernati. Dawn l-azzjonijiet għandhom jikkonċernaw ukoll lit-tfal u lin-nisa miġjuba fl-Istati Membri permezz tat-traffikar tal-bnedmin.

(16)  L-objettiv ġenerali tal-miżuri ta' l-Unjoni Ewropea kontra l-vjolenza huwa li jkunu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza biex ikun eliminat dan ir-reat kif ukoll il-ksur flagranti tad-drittijiet tal-bniedem b'mod sħiħ. Jinħtieġu miri ċari u kredibbli biex jinkiseb dan l-objettiv.

(17)  Il-Federazzjoni Ewropea għal Tfal Nieqsa u Sfruttati Sesswalment tiġbor fuq livell Ewropew lill-Organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) differenti li jaħdmu dwar il-problema ta" l-għejbien u l-isfruttament sesswali tat-tfal. Il-Federazzjoni tqajjem l-għarfien u tiġġieled kontra l-fenomeni ta" tfal nieqsa jew sfruttati sesswalment billi tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn organizzazzjonijiet Ewropej biex jinstab mod aktar effiċjenti kif tiġi trattata l-problema, tqanqal il-ħolqien ta" ċentru ta" studju Ewropew sabiex jiċċentralizza u janalizza data li għandhom x'jaqsmu ma" dawn il-fenomeni u tippromwovi u twettaq attivitajiet biex titjieb il-qagħda ta" minorenni, vittmi ta" għajbien u/jew abbuż sesswali, u biex tibdel in-normi legali, il-mentalità u l-imġiba fl-Ewropa.

(18)  Il-programm irid jagħti attenzjoni għas-sitwazzjoni tat-tfal fit-toroq - sitwazzjoni li qed issir drammatika peress li t-tfal fit-toroq mhux biss huma vittmi ta' traffikanti ta' droga u ta' persuni, iżda jsofru wkoll abbużi sesswali u vjolenti. Huwa meħtieġ programm li jipprovdi soluzzjonijiet għal problemi soċjali u familjari u jqis il-ħtiġijiet ta' dawn it-tfal biex isseħħ l-integrazzjoni mill-ġdid ta' dawn it-tfal fis-soċjetà.

(19)  In-Network Ewropew ta' Ombudspersons għat-Tfal (ENOC) jgħaqqad l-istituzzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tat-tfal f'24 Stat Membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Il-miri tiegħu huma li jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni bl-iktar mod sħiħ possibbli tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tat-Tfal, biex jappoġġja l-lobbying kollettiv għad-drittijiet tat-tfal, biex jaqsam l-informazzjoni, l-approċċi u l-istrateġiji, u biex jippromwovi l-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet indipendenti effettivi għat-tfal.

(20)  L-għanijiet ta" l-azzjoni proposta, jiġifieri li tipprevjeni u tikkumbatti l-forom kollha ta" vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u l-prevenzjoni tad-droga u l-informazzjoni dwarha ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa għal skambju ta" informazzjoni fuq livell ta" UE u għat-tixrid ta" prattika tajba fil-Komunità kollha. Dan jista" jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju. Minħabba l-ħtieġa għal strateġija koordinata u multidixxiplinari u minħabba d-daqs jew l-impatt ta" l-inizjattiva, il-Komunità tista" tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(21)  Għandhom ukoll jittieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta" irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jinġabru lura l-fondi mitlufin, imħallsa b'mod żbaljat u użati b'mod mhux korrett.

(22)  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju għal matul il-programm kollu li għandu jkun il-punt ewlieni ta" referenza għall-awtorità tal-baġit fis-sens tal-punt 33 tal-Ftehim Inter istituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina tal-baġit u tmexxija finanzjarja solida, għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali tal-baġit(11).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(12), minn issa "l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju", u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(13), li jħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, għandhom jiġu applikati, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-prinċipji tas-sempliċità u tal-konsistenza fl-għażla ta" l-istrumenti għall-baġit, limitazzjoni fuq in-numru tal-każijiet fejn il-Kummissjoni żżomm responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta" riżorsi u l-piż amministrattiv relatat ma" l-użu tagħhom.

(24)  Ir-Regolament Finanzjarju jeħtieġ li jiġi provdut b'att bażiku biex ikopri l-għotjiet operattivi.

(25)  Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(14), il-miżuri għall-implimentazzjoni ta" din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati bl-użu tal-proċedura ta" konsultazzjoni stipulata fl-Artikolu 3 ta" dik id-Deċiżjoni. Dan huwa xieraq minħabba li l-programm m'għandux impatt sinifikanti fuq il-baġit Komunitarju.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Filwaqt li tibni fuq il-politiki u l-objettivi stipulati fil-programmi Daphne u Daphne II, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-programm speċifiku "Il-Ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne III)", minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-programm", bħala parti mill-programm ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja", biex jipprovdi liċ-ċittadini Ewropej b'zona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja mingħajr fruntieri interni.

2.  Il-programm għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta" Jannar 2007 sal-31 ta" Diċembru 2013. Il-programm jista' jkun estiż.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-iskopijiet tal-programm, it-terminu 'tfal' ikopri l-etajiet minn 0 sa 18-il sena, bi qbil ma' l-istrumenti internazzjonali dwar id-drittijiet tat-tfal.

2.  Madankollu, proġetti b'azzjonijiet imfassla b'mod partikulari għal gruppi benefiċjarji bħal, pereżempju, "adoloxxenti" (minn 13 sa 19-il sena) jew persuni minn 12 sa 25 sena, għandhom jitqiesu li qed jimmiraw għall-kategorija ta' "persuni żgħażagħ".

Artikolu 3

L-għanijiet ġenerali

1.  Dan il-programm għandu jkollu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

   a) jikkontribwixxi għaż-żamma u għall-iżvilupp ta" żona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja fil-Komunità Ewropea billi jiġġieled u jevita l-vjolenza fuq it- tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u jipproteġi vittmi u gruppi f'riskju;
   b) jipproteġi t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa kontra l-vjolenza u biex jakkwista livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa fiżika u mentali, għal benessri u għall-koeżjoni soċjali.

2.  Bla ħsara għall-għanijiet u s-setgħat tal-Komunità Ewropea, l-għanijiet ġenerali tal-programm għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika komunitarja u b'mod aktar speċifiku, għal dawk relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, b'mod speċjali fir-rigward tat-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, ta' l-ugwaljanza tas-sessi, tal-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, tal-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sessi f'sitwazzjonijiet ta' konflitt, il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali, u l-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili.

Artikolu 4

L-għanijiet speċifiċi

Il-programm għandu jkollu l-għanijet speċifiċi li ġejjin:

  a) jevita u jikkumbatti l-forom kollha ta" vjolenza li jseħħu fil-pubbliku jew fil-privat kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa billi jittieħdu miżuri preventivi u jingħata appoġġ u protezzjoni lill-vittmi u lill-gruppi li jinsabu f'riskju b'dawn il-mezzi li ġejjin:
   - jgħin u jinkoraġġixxi lil NGOs, korpi, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet attivi fil-protezzjoni mill-vjolenza u l-prevenzjoni tagħha, fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, u jgħin lill-vittmi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew u f'pajjiżi terzi;
   - ikompli jipprovdi servizz ta' helpdesk lil NGOs u lill-organizzazzjonijiet oħrajn biex jgħinhom ifasslu l-proġetti tagħhom u biex jiġu f'kuntatt ma' msieħba oħrajn;
   - jistabbilixxi istituzzjoni ta' riċerka biex tipprovdi linjigwida lill-Kummissjoni dwar il-kuntest politiku, soċjali u kulturali fir-rigward ta' l-għażla tal-proġetti u ta' azzjonijiet kumplimentari. L-istituzzjonii ta' riċerka għandha tinkludi rappreżentanti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew kif ukoll rappreżentanti ta' l-NGOs ewlenin fil-qasam;
   - jiżviluppa u jimplimenta azzjonijiet li jqajmu għarfien u li huma mmirati lejn udjenzi speċifiċi, pereżempju professjonijiet speċifiċi, sezzjonijiet speċifiċi tal-popolazzjoni u l-awturi tal-vjolenza, biex jitfasslu materjali li jiżdiedu ma" dawk diġà disponibbli, jew inkella jiġu adattati jew użati l-materjali eżistenti f'żoni ġeografiċi oħrajn jew għal gruppi oħrajn li għalihom huma maħsuba dawn l-azzjonijiet;
   - jippromwovi s-Sena Ewropea kontra l-vjolenza fuq in-nisa u biex jappoġġja l-attivitajiet relatati ma' l-avveniment;
   - jieħu miżuri mmirati lejn in-nisa li huma membri ta' komunitajiet speċifiċi f'sens kulturali jew ta' gruppi etniċi ta' minoranza u lejn il-forom speċifiċi ta' vjolenza li dawn in-nisa jiltaqgħu magħhom;
   - jiżviluppa u jimplimenta azzjonijiet biex jintegra mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali lil vittmi tal-vjolenza;
   - iwettaq riċerka dwar il-kawżi u s-sitwazzjoni attwali tat-traffikar ta' nisa u tfal għall-iskopijiet ta' sfruttar sesswali, u biex iwettaq kampanji effettivi ta' tagħrif għal pubbliku dwar dan is-suġġett;
   - jibni fuq l-objettivi u l-azzjonijiet speċifiċi taż-żewġ programmi Daphne u jxerred ir-riżultati miksuba taħthom, inkluż l-adattament, it-trasferiment u l-użu tagħhom minn benefiċjarji oħrajn jew f'żoni ġeografiċi oħrajn;
   - jidentifika u jtejjeb l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-trattament pożittiv u għall-integrazzjoni mill-ġdid ta' tfal, żgħażagħ u nisa li huma vittmi ta' vjolenza u/jew huma f'riskju minn vjolenza, jiġifieri li jinkoraġġixxi rispett għalihom u jippromwovi l-benesseri u l-iżvilupp tal-personalità tagħhom;
   - iħejji u jwettaq azzjonijiet imfassla speċifikament għal gruppi f'riskju biex ikun evitat l-abbuż fuq it-trabi ġodda;
   - jitfasslu u jitwettqu azzjonijiet iddisinjati b'mod speċifiku għal gruppi fir-riskju, per eżempju t-tfal fit-toroq;
   - jiffoka l-appoġġ b'mod partikulari fuq il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' nisa emigranti;
  b) li jippromwovi azzjonijiet li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali biex:
   - jiġu stabbiliti netwerks multidixxiplinari, b'mod partikulari biex jappoġġjaw vittmi ta' vjolenza fuq it-tfal, żgħażagħ u nisa u vittmi tat-traffikar ta' persuni;
   - jiġu assigurati t-tkabbir tal-bażi ta" għarfien, l-iskambju ta" informazzjoni u l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-prattika tajba, inkluż permezz ta" taħriġ, żjarat ta" studju u skambju ta" impjegati;
   - jipprovdi edukazzjoni u taħriġ xieraq għal professjonisti responsabbli mill-irreġistrar ta' inċidenti u ta' data relatati mal-vjolenza domestika biex każi bħal dawn ikunu rikonoxxuti aktar malajr;
   - jitqajjem għarfien dwar il-vjolenza fil-forom kollha tagħha fost udjenzi partikulari, bħal awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, professjonisti, u sezzjonijiet tal-popolazzjoni, biex tiġi mifhuma aħjar, tiġi promossa l-adozzjoni ta" l-ebda tolleranza għall-vjolenza u jiġi inkoraġġit l-appoġġ lill-vittmi u r-rappurtar tal-vjolenza lill-awtoritajiet kompetenti;
   - jiġu studjati l-fenomeni relatati mal-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u l-mezzi possibbli biex jiġu evitati, biex jiġu esplorati, evitati u indirizzati l-kawżi fl-għerq tal-vjolenza fuq il-livelli kollha tas-soċjetà.

Artikolu 5

L-Azzjonijiet

Sabiex jimxi fuq l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, il-programm jagħti appoġġ għat-tipi ta" azzjonijiet li ġejjin:

   a) · l-azzjonijiet speċifiċi meħuda mill-Kummissjoni, bħal studji u riċerka, stħarrig ta" l-opinjoni pubblika u surveys, tfassil ta" indikaturi u metodoloġiji komuni, ġbir, żvilupp u tixrid ta" data u statistiċi, seminars, konferenzi u laqgħat ta" l-esperti, organizzazzjoni ta" kampanji u avvenimenti pubbliċi, żvilupp u manutenzjoni ta" siti fuq l-internet, preparazzjoni u tixrid ta" materjali ta" informazzjoni (inklużi applikazzjonijiet ta' l-IT u riżorsi għat-taħriġ), appoġġ lil u animazzjoni ta" netwerks ta" esperti nazzjonali, attivitajiet ta" analiżi, sorveljanza u valutazzjoni; jew
   a) proġetti speċifiċi transnazzjonali li huma ta" interess Komunitarju ppreżentati minn għallinqas tliet Stati, li għallinqas tnejn minnhom iridu jkunu Stati Membri, possibilment bil-koperazzjoni ta" pajjiżi assoċjati jew kandidati, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-programmi ta" ħidma annwali; jew
   b) appoġġ għall-attivitajiet ta" NGOs jew entitajiet oħrajn li għandhom għan ta" interess ġenerali Ewropew dwar l-għanijiet ġenerali tal-programm taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-programmi ta" ħidma annwali; jew
   c) għotja operattiva biex tiġi kofinanzjata n-nefqa marbuta mal-programm ta" ħidma permanenti tal-Federazzjoni Ewropea tat-Tfal Nieqsa jew Sfruttati Sesswalment, ENOC u ta' organizzazzjonijiet oħra li jiġġieldu kontra l-ħtif tat-tfal u l-pedofilija, li għandhom għan ta" interess ġenerali Ewropew fil-qasam tad-drittijiet u tal-protezzjoni tat-tfal; jew
   e) appoġġ għat-talba u għat-twaqqif ta' helpline għat-tfal fuq livell Ewropew, li għandu jkun numru tat-telefown wieħed bla ħlas għat-tfal.

Artikolu 6

Il-parteċipazzjoni

Dawn il-pajjiżi li ġejjin, minn issa "l quddiem imsejħa "pajjiżi parteċipanti", jistgħu jieħdu sehem fl-azzjonijiet tal-programm:

   a) l-Istati ta" l-EFTA li huma parti mill-Ftehim taż-ŻEE, skond id-dispożizzjonijiet ta" dak il-Ftehim;
   b) il-pajjiżi kandidati assoċjati ma" l-UE, kif ukoll il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent inklużi fil-proċess ta" stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta" l-assoċjazzjoni jew fil-protokolli addizzjonali tagħhom dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi Komunitarji konklużi jew li ser jiġu konklużi ma" dawk il-pajjiżi;

Il-proġetti jistgħu jassoċjaw magħhom lill-pajjiżi kandidati li mhux qed jieħdu sehem il-programm, fejn dan jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tagħhom għall-adeżjoni, jew pajjiżi terzi oħrajn li mhux qed jieħdu sehem fil-programm, fejn dan iservi għall-għanijiet tal-proġetti, b'mod partikolari, pajjiżi ta" l-Ewropa tal-Lvant u ta" l-Asja Ċentrali skond il-Ftehimiet ta" Sħubija u ta" Koperazzjoni rispettivi, pajjiżi ta' l-ACP u pajjiżi tal-Mediterran fil-qafas tal-ftehimiet rispettivi.

Il-Kummissjoni għandha timmira biex tiżgura l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kollha li għalihom il-programm hu miftuħ u li tinkoraġġixxi b'mod partikolari lil NGOs, speċjalment lil gruppi indipendenti, biex jipparteċipaw fih.

Artikolu 7

Il-gruppi mmirati

1.  Il-gruppi speċifiċi li għalihom huma mmirati l-ħidmiet fil-programm ser ikunu dawk kollha li direttament jew indirettament għandhom x'jaqsmu mal-vjolenza fil-forom kollha tagħha u mat-traffikar tal-persuni.

2.  Il-gruppi ewlenin li għalihom hu maħsub il-programm huma l-vittmi tal-vjolenza u l-gruppi f'riskju mill-vjolenza, speċjalment it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa. Gruppi oħrajn li għalihom huwa maħsub il-programm huma, inter alia, għalliema u impjegati fl-edukazzjoni, ħaddiema soċjali, awtoritajiet lokali u nazzjonali, impjegati mediċi u paramediċi, impjegati ġudizzjarji, NGOs, trade unions u komunitajiet reliġjużi. Hu wkoll rilevanti li jkunu kkunsidrati programmi ta' trattament għal vittmi, minn naħa waħda, u dawk li jwettqu l-vjolenza minn naħa l-oħra, bil-hsieb li l-vjolenza tkun evitata.

Artikolu 8

L-aċċess għall-programm

L-aċċess għall-programm għandu jkun miftuħ għal organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet pubbliċi jew privati (awtoritajiet lokali fuq livell kompetenti, dipartimenti ta" l-università u ċentri ta" riċerka u ġurnalisti u l-midja) li jaħdmu biex jevitaw u jegħlbu l-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa jew biex jipproteġu minn din il-vjolenza jew biex jagħtu appoġġ lill-vittmi jew jimplimentaw azzjonijiet maħsuba biex jippromwovu ċ-ċaħda ta" din il-vjolenza jew iħeġġu tibdil fl-attitudni u fl-imġieba lejn il-gruppi vulnerabbli u l-vittmi tal-vjolenza.

Artikolu 9

It-tipi ta" intervent

1.  L-għoti ta" fondi mill-Komunità jista" jieħu l-forom legali li ġejjin:

   għotjiet,
   kuntratti ta" akkwist pubbliku.

2.  L-għotjiet Komunitarji għandhom jingħataw wara sejħiet għal proposti, ħlief f'każijiet urġenti eċċezzjonali sostanzjati kif inhu xieraq jew fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju ma jħallu l-ebda għażla oħra ħlief għal azzjoni partikolari, u għandhom jingħataw permezz ta" għotjiet operattivi u għotjiet għall-azzjonijiet. Ir-rata massima tal-kofinanzjament għandha tiġi speċifikata fil-programmi ta" ħidma annwali.

3.  Barra minn hekk, hija prevista nefqa għall-miżuri li jakkumpanjaw, permezz ta" kuntratti ta" l-akkwist pubbliku, f'liema każ il-fondi Komunitarji se jkopru x-xiri ta" servizzi u prodotti. Dan ikopri, inter alia, infiq fuq informazzjoni u komunikazzjoni, preparazzjoni, implimentazzjoni, sorveljanza, verifika u valutazzjoni ta" proġetti, politika, programmi u leġiżlazzjoni.

Artikolu 10

Il-miżuri ta" implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-għajnuna Komunitarja skond ir-Regolament Finanzjarju.

2.   Biex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti ta" l-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3, tadotta programm ta" ħidma annwali li jispeċifika l-għanijiet speċifiċi, il-prijoritajiet tematiċi, deskrizzjoni tal-miżuri li jakkumpanjaw iddikjarati fl-Artikolu 9 u, jekk meħtieġ, lista ta" azzjonijiet oħrajn.

3.  Il-programm ta" ħidma annwali ser ikun adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

4.  Il-proċeduri ta" evalwazzjoni u għotjiet relatati ma" għotjiet lil azzjonijiet għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, dawn il-kriterji li ġejjin:

   a) il-konformità mal-programm ta" ħidma annwali, l-għanijiet ġenerali kif speċifikati fl-Artikolu 3 u l-miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikati fl-Artikoli 4 u 5;
   b) il-kwalità ta" l-azzjoni proposta f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidu, l-organizzazzjoni, il-preżentazzjoni u r-riżultati mistennija;
   c) l-ammont mitlub għall-finanzjament Komunitarju u kemm dan huwa xieraq meta jitqiesu r-riżultati mistennija;
   d) l-impatt tar-riżultati mistennija fuq l-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 3 u fuq il-miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikat fl-Artikoli 4 u 5.

5.  L-applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi, imsemmija fl-Artikolu 5(c) u (d), għandhom jiġu evalwati fid-dawl ta" dawn:

   il-konsistenza ma" l-għanijiet tal-programm;
   il-kwalità ta" l-attivitajiet ippjanati;
   l-effett multiplikatur possibbli ta" dawn l-attivitajiet fuq il-pubbliku;
   l-impatt ġeografiku ta" l-attivitajiet imwettqa;
   l-involviment taċ-ċittadini fl-organizzazzjoni tal-korpi konċernati;
   il-proporzjon ta' l-għotja mqabbla mal-benefiċċji mistennija mill-attività proposta.

6.  Skond l-Artikolu 113 (2) tar-Regolament Finanzjarju, il-prinċipju ta" tnaqqis gradwali m'għandux japplika għall-għotja ta" ħidma mogħtija lill-Federazzjoni Ewropea għal Tfal Nieqsa jew Sfruttati Sesswalment, ENOC u organizzazzjonijiet oħra li jiġġieldu kontra l-ħtif tat-tfal u l-pedofilija, minħabba li dawn għandhom għan ta" interess ġenerali Ewropew fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal u l-protezzjoni tagħhom.

Artikolu 11

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat li jkollu rappreżentazzjoni bilanċjata tas-sessi, magħmul mir-rappreżentanti ta" l-Istati Membri u mmexxi mir-rappreżentant tal-Kummissjoni, minn issa "l quddiem imsejjaħ il-"Kumitat".

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

4.  Il-Kummissjoni tista" tistieden rappreżentanti mill-pajjiżi parteċipanti għal laqgħat ta" informazzjoni wara l-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 12

Il-komplementarjetà

1.  Sinerġiji u komplementarjetà ma" strumenti oħrajn Komunitarji ser jigu mfittxija, b'mod partikolari mal-programmi ġenerali "Is-Sigurtà u l-Ħarsien tal-Libertajiet" u "s-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi tal-Migrazzjoni", is-seba" Programm ta" Qafas tar-Riċerka u l-Iżvilupp kif ukoll il-programmi fuq il-protezzjoni tas-saħħa u "Internet Dejjem Aktar Sigur" ("Safer Internet Plus"). Ser tkun ukoll imfittxija l-komplementarjetà ma" l-Istitut futur għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiżgura li l-attivitajiet tal-programm Daphne III jkunu mmirati b'mod iktar effettiv lejn gruppi f'riskju. L-element statistiku ta" l-informazzjoni dwar il-vjolenza ser jiġi żviluppat b'kollaborazzjoni ma" l-Istati Membri, bl-użu kif meħtieġ tal-Programm Statistiku Komunitarju.

2.  Il-programm jista" jaqsam ir-riżorsi ma" strumenti oħrajn Komunitarji, b'mod partikolari l-programmi ġenerali "Is-Sigurtà u l-Ħarsien tal-Libertajiet", "Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi tal-Migrazzjoni" u s-seba" Programm ta" qafas tar-Riċerka u l-Iżvilupp sabiex jimplimenta l-azzjonijiet li jilħqu l-għanijiet tal-programmi kollha.

3.  L-operazzjonijiet iffinanzjati skond din id-Deċiżjoni m'għandhomx jirċievu assistenza għall-istess skop minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Komunità. Il-benefiċjarji ta" din id-Deċiżjoni għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-fondi li jirċievu mill-baġit tal-Komunità u minn għejun oħrajn, kif ukoll bl-informazzjoni dwar applikazzjonijiet kurrenti għall-fondi.

Artikolu 13

Ir-Riżorsi Baġitarji

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta" dan il-programm hu ffissat għal EUR 125 miljun għall-perjodu imsemmi fl-Artiklu 1.

2.  Ir-riżorsi tal-baġit imqassma għall-azzjonijiet stipulati fil-programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet ta" kull sena tal-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 14

Monitoraġġ

1.  Għal kwalunkwe azzjoni ffinanzjata mill-programm, il-benefiċjarju għandu jressaq rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tax-xogħol. Għandu jitressaq ukoll rapport finali fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta" l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-forma u l-kontenut tar-rapporti.

2.  Bla ħsara għall-verifiki mwettqa mill-Qorti ta" l-Awdituri flimkien mal-korpi jew id-dipartimenti nazzjonali tal-verifika kompetenti skond l-Artikolu 248 tat-Trattat, jew kwalunkwe ispezzjoni mwettqa skond l-Artikolu 279(c) tat-Trattat, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifika fuq il-post, inklużi verifiki kampjuni, fuq azzjonijiet ffinanzjati taħt il-programm.

3.  Il-kuntratti u l-ftehim li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni għandhom jipprovdu b'mod partikolari għas-sorveljanza u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), jekk meħtieġ fuq il-post, u verifiki mill-Qorti ta" l-Awdituri.

4.  Għal ħames snin wara l-aħħar pagament għal kwalunkwe azzjoni, il-benefiċjarju ta" l-assistenza finanzjarja għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta" appoġġ dwar in-nefqa fuq l-azzjoni.

5.  Fuq il-bażi tar-riżultati tar-rapporti u l-verifiki kampjuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, taġġusta l-iskala jew il-kundizzjonijiet ta" l-allokazzjoni ta" l-għajnuna finanzjarja, oriġinarjament approvata, kif ukoll l-iskeda ta" meta jsiru l-ħlasijiet.

6.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass ieħor meħtieġ biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati qed jitwettqu kif suppost u skond id-dispożizzjonijiet ta" din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 15

Il-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunità

1.  Il-Kummissjoni għandha tassigura li, meta l-azzjonijiet ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta" miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività oħra illegali, permezz ta" verifiki effettivi u bil-ġbir lura ta" l-ammonti mħallsa żejda u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej(15), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar verifiki fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikunu protetti kontra l-frodi u irregolaritajiet oħrajn(16) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(17).

2.  Għall-azzjonijiet Komunitarji iffinanzjati taħt il-programm, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta" dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja, inkluż ksur ta' l-obbligu kuntrattwali stipulat fuq il-bażi tal-programm, li jirriżulta minn att jew nuqqas ta" operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati mill-Komunitajiet Ewropej, b'nefqa mhux iġġustifikata.

3.  Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tiġbor lura l-ammont ta" għajnuna finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk issib irregolaritajiet, inkluż nuqqas ta" konformità mad-dispożizzjonijiet ta" din id-Deċiżjoni jew id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt jew il-ftehim li jagħtu l-appoġġ finanzjarju konċernat, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun għaddiet minn tibdil li jmur kontra n-natura jew il-kundizzjonijiet ta" l-implimentazzjoni tal-proġett.

4.  Jekk it-termini ta" żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-għajnuna finanzjarja mqassma hija ġġustifikata mill-progress li sar bl-implimentazzjoni ta" azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju biex iressaq osservazzjonijiet f'perjodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix risposta sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista" tħassar l-għajnuna finanzjarja li jifdal u titlob il-ħlas lura tas-somom diġà mħallsa.

5.  Kwalunkwe ħlas żejjed għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni. Għandhom jiżdiedu l-interessi ma" kwalunkwe somma mhux imħallsa lura f'waqtha skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 16

Evalwazzjoni

1.  Il-programm għandu jiġi mmonitorjat b'mod regolari sabiex tkun segwita l-implimentazzjoni ta" l-attivitajiet imwettqin taħtu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tassigura l-evalwazzjoni regolari, indipendenti, u esterna tal-programm.

3.  Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

   a) rapport interim ta" evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta" l-implimentazzjoni tal-programm, mhux aktar tard mill-31 ta" Marzu 2010, flimkien ma" lista tal-proġetti sussidjati u l-miżuri;
   b) komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-programm, mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2011;
   c) rapport ta" evalwazzjoni ex post dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2014.

Artikolu 17

Pubblikazzjoni tal-proġetti

Il-Kummissjoni, flimkien ma" l-Istati Membri, ser tippubblika kull sena lista tal-proġetti ffinanzjati taħt il-programm flimkien ma" deskrizzjoni qasira ta" kull proġett.

Artikolu 18

Miżuri transitorji

Id-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE hija mħassra.

L-azzjonijiet mibdija qabel il-31 ta" Diċembru 2006 skond dik id-Deċiżjoni jkomplu jkunu rregolati minnha sakemm jitlestew. Il-Kumitat stipulat fl-Artikolu 7 tagħha għandu jiġi sostitwit minn dak stipulat fl-Artikolu 11 ta" din id-Deċiżjoni.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mill-1 ta" Jannar 2007.

Magħmula fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 69, 21.3.2006, p. 1.
(2) ĠU C 192, 16.8.2006, p. 25.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2006.
(4) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(5) ĠU C 59, 23.2.2001, p. 307.
(6) ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 126.
(7) Għadha mhix pubblikata fil-ĠU.
(8) Għadha mhix pubblikata fil-ĠU.
(9) ĠU L 34, 9.2.2000, p. 1.
(10) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 1.
(11) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(12) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(13) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).
(14) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(15) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(16) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(17) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza