Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri (COM(2005)0261 – C6-0272/2005 – 2005/0130(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0261)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0272/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0240/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta skond dan, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni skond id-Dikjarazzjoni Konġunta ta" l-4 ta" Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
6. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 30 Premessa 1
(1) It-tassazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri tista" tkun għodda komplementari importanti li tappoġġa għanijiet ambjentali, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet tal-gass ta" l-effett serra u għalhekk ikun adattat li jiġi introdott element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju fit-taxxa bażi kemm tat-taxxi ta" reġistrazzjoni u kif ukoll tat-taxxi annwali taċ-ċirkolazzjoni. Minkejja dan, sabiex jagħtu kontribut sabiex jintlaħqu l-impenji li ħadu l-Komunità u l-Istati Membri taħt il-protokoll ta" Kyoto, l-elementi proposti li huma relatati direttament ma" l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, għandhom jiddaħħlu fit-taxxa bażi tat-taxxi relatati mal-passiġġieri applikati matul il-perjodu ta" impenn 2008-2012. Minħabba li l-għan strateġiku tal-Komunità li jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi tal-passiġġieri jeħtieġ li jintlaħaq sa, l-aktar tard, is-sena 2010 huwa adattat li l-element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju jkun apllikatb'mod sħiħ sal-31 ta" Diċembru 2010.
(1) It-tassazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri tista" tkun għodda komplementari importanti li tappoġġa għanijiet ambjentali, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet tal-gassijiet ta" l-effett serra u għalhekk ikun xieraq li jiġi introdott element ibbażat fuq is-sustanzi li jniġġsu u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil fit-taxxa bażi kemm tat-taxxi ta" reġistrazzjoni u kif ukoll tat-taxxi annwali taċ-ċirkolazzjoni. Madanakollu, sabiex jagħtu kontribut sabiex jintlaħqu l-impenji li ħadu l-Komunità u l-Istati Membri taħt il-protokoll ta" Kyoto, l-elementi proposti li huma relatati direttament ma" l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, għandhom jiddaħħlu fit-taxxa bażi tat-taxxi relatati mal-passiġġieri applikati matul il-perjodu ta" impenn 2008-2012. Minħabba li l-għan strateġiku tal-Komunità li jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi tal-passiġġieri jeħtieġ li jintlaħaq sa, l-aktar tard, is-sena 2010 huwa adattat li l-element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju jkun apllikat b'mod sħiħ sal-31 ta" Diċembru 2010.
Emenda 2 Premessa 2
(2) It-tielet pilastru ta" l-istrateġija tal-Komunità għat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi tal-passiġġieri u għat-titjib ta" l-ekonomija tal-karburant, imħaddan mill-Kunsill fl-1996, huwa magħmul minn miżuri fiskali u huwa l-uniku pilastru li għad jonqos li jkun implimentat fil-livell ta" Komunità.
(2) It-tielet pilastru ta" l-istrateġija tal-Komunità għat-tnaqqis ta" emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu mill-karozzi tal-passiġġieri u għat-titjib ta" l-ekonomija tal-karburant, imħaddan mill-Kunsill fl-1996, huwa magħmul minn miżuri fiskali u huwa l-uniku pilastru li għad jonqos li jkun implimentat fil-livell ta" Komunità.
Emenda 3 Premessa 3
(3) L-Istati membri għandhom ikunu mħeġġa li japplikaw inċentiv fiskali kkoordinat għal karozzi tal-passiġġieri li josservaw il-limit aktar stretti ta' emissjoni minn dawk li saru mandatorji taħt id-Direttiva 98/69/KE (Euro 4), li tirrelata ma" miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn emissjonijiet minn vetturi motorizzatti u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE, li tħaffef it-tqegħid fis-suq ta" karozzi tal-passiġġieri jew tagħmir tal-karozzi li jissodisfaw kondizzjonijiet mitluba futuri li għandhom jiġu adottati fil-livell ta" Komunità (Euro 5).
(3) L-Istati membri għandhom ikunu mħeġġa li japplikaw inċentiv fiskali kkoordinat għal karozzi tal-passiġġieri li josservaw il-limiti aktar stretti ta' emissjoni minn dawk li saru mandatorji skond id-Direttiva 98/69/KE (Euro 4), dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE, li tħaffef it-tqegħid fis-suq ta" karozzi tal-passiġġieri li jissodisfaw kondizzjonijiet mitluba futuri li għandhom jiġu adottati fil-livell ta" Komunità (Euro 5). Flimkien ma" l-element bbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju introdott b'din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu tassazzjoni differenzjata bbażata fuq emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu u l-klassifikazzjonijiet ta' l-Euro fis-sistemi nazzjonali tagħhom ta' tassazzjoni ta' vetturi bil-mutur.
Emenda 4 Premessa 3 a (ġdida)
(3a) L-Istati Membri huma mħeġġa bis-sħiħ biex ma jimponux tassazzjoni doppja fil-każ ta" taxxi ta' reġistrazzjoni ta" vetturi tal-passiġġieri; għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lill-każ ta" ċittadini ta" l-UE li jirritornaw lejn il-pajjiż ta" l-oriġini tagħhom wara li jgħaddu iżjed minn sentejn fi Stat Membru ieħor.
Emenda 5 Premessa 3 b (ġdida)
(3b) L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa wkoll biex japplikaw inċentivi fiskali kkoordinati għal vetturi tal-passiġġieri sabiex iħeffu t-tqegħid fis-suq ta" vetturi tal-passiġġieri u tagħmir ta" vetturi li jissodisfaw r-rekwiżiti ta" l-iffrankar ta" l-enerġija u ta" l-effiċjenza ta" l-enerġija, sew jekk is-sors ta" l-enerġija użat huwa karburant fossili, bħal petrol, diżil, jew LPG, karburant alternattiv, bħall-bijokarburant, gass naturali, jew idroġenu, jew enerġija elettrika, inklużi magni ibridi.
Emenda 6 Premessa 3 c (ġdida)
(3c)L-Istati Membri għandhom ikollhom l-opportunità, flimkien ma" l-element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju, li jkomplu jagħmlu divrenzjar bejn il-kategoriji ta" sustanzi li jniġġsu skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta" l-20 ta" Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma" miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja b'emissjonijiet minn vetturi b'mutur positive-ignition1 (normi Euro) bħala l-bażi għall-kalkoli tat-taxxa ta' ċirkolazzjoni u tat-taxxa ta' reġistrazzjoni annwali.
________________ 1 ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE (ĠU L 206, 15.8.2003, p. 29).
Emenda 7 Premessa 4
(4) Għandu jkun possibbli għal dan it-tip ta" miżuri fiskali li jieħdu l-forma ta" divrenzjar tat-taxxa tat-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri, applikati fuq bażi ta' l-ammont imsarraf fi grammi ta' dijossidu tal-karbonju li joħroġ f'kull kilometru minn kull karozza partikolari.
(4) Għandu jkun possibbli għal dan it-tip ta" miżuri fiskali li jieħdu l-forma ta" divrenzjar tat-taxxa tat-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri, applikati fuq bażi ta" l-emissjonijiet ta" sustanzi li jniġġsu fil-forma ta" ossidi tan-nitroġenu u partikuli ta" ġmid minn kull karozza partikolari kif ukoll l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju tagħhom, imkejla fi grammi għal kull kilometru, u l-konsum tal-karburant tagħhom, ikkalkulat f'litri għal kull 100 kilometru skond il-parametri stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/100/KE tal-15 ta" Diċembru 1999 li taddatta ghall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE li tirrigwardja l-emissjoniet ta' carbon dioxide u l-konsum ta' karburanti minn vetturi bil-mutur1.
________ ĠU L 334, 28.12.1999, p. 36
Emenda 9 Premessa 5 a (ġdida)
(5a) Id-divrenzjar tat-taxxa stabbilita fl-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandha tiġi kkunsidrata fir-reviżjoni, li għandha sseħħ, tad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta" Diċembru 1999 dwar id-disponibbiltà ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda1sabiex tkun żgurata il-provista ta" tagħrif konsistenti għal sidien ta" karozzi prospettivi. ___ 1 ĠU L 12, tat-18.1.2000, p. 16. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
Emenda 10 Premessa 6
(6) Fis-suq intern, l-ostakli tat-taxxa għaċ-ċaqliq ħieles ta" persuni u tal-propjetà personali tagħhom, inklużi karozzi tal-passiġġieri, għandhom jitneħħew. Id-Direttiva preżenti timmira li tneħħi dan it-tip ta' ostakli billi jkunu strutturati mill-ġdid it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri applikati mill-Istati Membri, mingħajr ma torbothom li jintroduċu xi taxxi ġodda.
(6) Fis-suq intern, l-ostakli tat-taxxa għaċ-ċaqliq ħieles ta" persuni u tal-propjetà personali tagħhom, inklużi karozzi tal-passiġġieri, għandhom jitneħħew. Id-Direttiva preżenti timmira li tneħħi dan it-tip ta' ostakli billi jkunu strutturati mill-ġdid it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri applikati mill-Istati Membri, mingħajr ma torbothom li jintroduċu xi taxxi ġodda u, skond il-prinċipju tan-newtralità tal-baġit.
Emenda 12 Premessa 8 a (ġdida)
(8a) It-tneħħija tat-taxxi tar-reġistrazzjoni għandha effett tajjeb fuq is-sikurezza tat-toroq u l-ambjent peress li twassal għal tiġdid iżjed mgħaġġel tal-flotta tal-karozzi. It-tnaqqis fl-ispiża tax-xiri huwa inċentiv biex jitbiddlu vetturi qodma b'vetturi li huma iżjed sikuri, iniġġsu inqas, u li għandhom effiċjenza tal-karburant akbar. Il-prinċipju li l-użu u l-impatt ambjentali ta" vettura jkunu ntaxxati huwa konformi mal-prinċipju fundamentali tal-politika ambjentali tal-Komunità li teħtieġ li min iniġġes ikun responsabbli għall-ispejjeż tal-ħsara ambjentali.
Emenda 13 Premessa 10
(10) Huwa adattat li fejn huma applikabbli, is-sistemi ta" rimbors kemm għat-taxxi ta" reġistrazzjoni kif ukoll għat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni, jiddaħħlu mingħajr dewmien, sabiex jevitaw distorsjonijiet u trattament differenti tat-taxxa tal-karozzi tal-passiġġieri.
(10) Huwa xieraq li fejn huma applikabbli, is-sistemi ta" rimbors kemm għat-taxxi ta" reġistrazzjoni kif ukoll għat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni, jiddaħħlu mingħajr dewmien, sabiex jevitaw distorsjonijiet u trattament differenti tat-taxxa tal-karozzi tal-passiġġieri. L-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati mal-ħlas ta" taxxi tar-reġistrazzjoni għandhom jitnaqqsu billi jiġu stabbiliti soluzzjonijiet one-stop online li jipprovdu servizzi ta" kalkoli, rimborsi u ħlas ta" taxxi tar-reġistrazzjoni ta" karozzi meta wieħed jiċċaqqlaq minn Stat Membru għal ieħor.
Emenda 40 Premessa 11 a (ġdida)
(11a) Fl-interess li jiġu ppreservati vetturi antiki klassiċi u qodma, m'hemm xejn f'din id-Direttiva li għandu jneħħi d-dritt ta' l-Istati Membri milli jeżentaw vetturi b'eżistenza ta' mill-inqas 20 sena mit-taxxi taċ-ċirkolazzjoni.
Emenda 14 Premessa 13 a (ġdida)
(13a)Meta titqies il-koperazzjoni mill-qrib bejn bosta Stati Membri fuq naħa waħda u l-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u ta" l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (pajjiżi taż-ŻEE-EFTA) fuq in-naħa l-oħra, u sabiex ikun żgurat livell ogħla ta" koperazjoni, speċjalment fil-qasam tal-protezzjoni ta" l-ambjent, huwa rakkomandat illi d-dispożizzjonijiet rispettivi jiġu estiżi għall-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA in kwistjoni.
Emenda 15 Premessa 14
Minħabba li l-għanijiet li jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern fil-qasam tal-karozzi tal-passiġġieri, kif ukoll minħabba l-użu li rnexxa ta" miżuri fiskali għall-implimentazzjoni ta" l-istrateġija tal-Komunità li tnaqqas emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali u għalehkk, minħabba raġuni ta" l-iskala jew l-effetti ta" l-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell ta" Komunità, il-Komunità tista" tadotta dawn il-miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidrajetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet,
Minħabba li l-obbjettivi li jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern fil-qasam tal-karozzi tal-passiġġieri, kif ukoll minħabba l-użu li rnexxa ta" miżuri fiskali għall-implimentazzjoni ta" l-istrateġija tal-Komunità li tnaqqas emissjonijiet li jniġġsu mill-karozzi tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali u għalehkk, minħabba raġuni ta" l-iskala jew l-effetti ta" l-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell ta" Komunità, il-Komunità tista" tadotta dawn il-miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-obbjettivi,
Emenda 16 Artikolu 1, paragrafu 1
Din id-Direttiva tistipula regoli għall-kalkoli tat-taxxi fuq il-karozzi tal-passiġġieri, fuq il-bażi ta" l-emissjonijiet tagħhom tad-dijossidu tal-karbonju.
Din id-Direttiva tistipula r-regoli għall-kalkoli tat-taxxi fuq il-karozzi tal-passiġġieri, fuq il-bażi ta l-emissjonijiet li jniġġsu tagħhom bħad-dijossidu tal-karbonju.
Divrenzjar b'referenza għall-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu
Emenda 20 Artikolu 5, paragrafu 1, sub paragrafu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta studju dwar il-piż li għandu jingħata lil fatturi possibbli oħrajn fit-twaqqif ta" bażi ta" taxxa għal taxxa ta" karozzi tal-passiġġieri, sal-31 ta" Diċembru 2006.
Emenda 21 Artikolu 5, paragrafu 2
2. Sal-31 ta" Diċembru 2010 l-introjtu totali tat-taxxa mill-element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju tat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni jrid irendi mill-anqas għall-ħamsin fil-mija ta" l-introjtu totali minn dawn it-taxxi.
2. Sal-31 ta" Diċembru 2010 l-introjtu totali tat-taxxa mill-element tat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni bbażat fuq l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu jrid irendi mill-anqas għall-ħamsin fil-mija ta" l-introjtu totali minn dawn it-taxxi.
Emenda 22 Artikolu 9, paragrafu 1 a (ġdid)
Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati mal-ħlas u r-rimbors ta" taxxi ta" reġistrazzjoni, l-Istati Membri , taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, għandhom iwaqqfu soluzzjoni online, one-stop konġunta għall-kalkolu, ir-rimbors u l-ħlas ta" taxxi tar-reġistrazzjoni ta" karozzi disponibbli għar-residenti ta" l-UE li jmorru minn Stat Membru għal ieħor.
Emenda 23 Artikolu 10, paragrafu 2
2. Sabiex ikun iddeterminat il-valur residwu ta" karozza tal-passiġġieri għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi differenti, bħal valutazzjonijiet, eżaminazzjonijiet esperti jew l-użu ta" skali fissi.
2. Sabiex ikun iddeterminat il-valur residwu ta" karozza tal-passiġġieri għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi differenti, bħal evalwazzjonijiet, eżamijiet esperti jew l-użu ta" skali fissi. Persuni interessati, inklużi organizzazzjonijiet ta' konsumaturi, għandhom jiġu involuti bi sħiħ u regolarment fi proċess li għandu jkun kompletament trasparenti.
Emenda 24 Artikolu 10, paragrafu 3, punt (a)
(a) l-iskali huma stabbiliti fuq il-bażi ta" kriterji ġenerali u oġġettivi, li għandhom ikunu stipulati;
(a) l-iskali huma stabbiliti fuq il-bażi ta" kriterji ġenerali u oġġettivi, li għandhom ikunu stipulati, jiġu ippubblikati kif xieraq u aġġornati regolarment;
Emenda 25 Artikolu 13
Sal-31 ta' Diċembru 2015 fejn it-taxxi ta' reġistrazzjoni ġew miżmuma, id-divrenzjar tat-taxxa irid ikun applikat, abbażi tan-numru ta" grammi ta" dijossidu tal-karbonju li joħroġ f'kull kilometru minn kull karozza partikolari tal-passiġġieri.
Sal-31 ta" Diċembru 2015, fejn it-taxxi tar-reġistrazzjoni ġew miżmuma, id-divrenzjar progressiv gradwat tat-taxxa jrid ikun applikat għal kull karozza tal-passiġġieri individwali abbażi ta" l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u ta' sustanzi li jniġġsu tagħha, li jitkejlu fi grammi għal kull kilometru, u l-konsum tal-karburant tagħha, ikkalkulat f'litri għal kull 100 kilometru skond il-parametri stipulati fid-Direttiva 1999/100/KE.
Emenda 28 Artikolu 15
L-Istati Membri jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-taxxa bażi u l-livelli tat-taxxa tat-taxxi ta" reġistrazzjoni u tat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni kif applikati mill-1 ta" Jannar ta" kull sena, u wara kull bidla fil-liġi nazzjonali.
L-Istati Membri jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-taxxa bażi u l-livelli tat-taxxa tat-taxxi ta" reġistrazzjoni u tat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni kif applikati mill-1 ta" Jannar ta" kull sena, u wara kull bidla fil-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull miżura li jieħdu sabiex jiddivrenzjaw it-tassazzjoni ta" karozzi ta" kumpanniji skond l-effiċjenza tal-karburant. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta" l-aħjar prattika billi tippubblika, online, rapport komparattiv dwar l-approċċi meħuda minn kull Stat Membru.
Emenda 29 Artikolu 16
Mhux aktar tard mill-1 ta" Jannar 2011, u kull ħames snin minn dak in-nhar, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta ma" l-Istati Membri, trid tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta" din id-Direttiva.
Mhux aktar tard mill-1 ta" Jannar 2011, u kull ħames snin minn dak in-nhar, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta ma" l-Istati Membri, trid tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta" din id-Direttiva u għandha tevalwa l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 4 u 5 b'mod partikolari.