Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 126kWORD 47k
It-Tlieta, 5 ta' Settembru 2006 - Strasburgu
L-adozzjoni internazzjonali fir-Rumanija
P6_TA(2006)0336P6_DCL(2006)0023

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-adozzjoni internazzjonali fir-Rumanija

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi r-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa wieħed mill-kriterji għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea,

B.   billi l-Konvenzjoni ta' l-Aja tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-ħarsien tat-tfal u fir-rigward ta' l-adozzjoni internazzjonali, li ġiet irratifikata mir-Rumanija, tistipula prekawzjonijiet essenzjali fil-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal u tressaq 'il quddiem l-aħjar interessi tat-tfal,

C.   billi f'Ġunju 2001 l-awtoritajiet Rumeni imponew moratorju fuq l-adozzjonijiet internazzjonali, li ġie sostitwit fl-1 ta' Jannar 2005 b'liġi dwar il-ħarsien tat-tfal,

D.   billi dan il-moratorju kellu effett retroattiv sa l-1 ta' Diċembru 2000, u konsegwentement ġew interrotti b'mod mhux mistenni eluf ta' applikazzjonijiet għall-adozzjoni,

E.   billi t-tfal ikkonċernati f'dawn l-applikazzjonijiet, kienu diġà, fuq perjodu twil, bdew kuntatti mal-familji adottivi futuri tagħhom, u billi dan il-moratorju b'hekk poġġihom għat-tieni darba f'sitwazzjoni fejn huma ġew abbandunati,

F.   billi, il-Parlament Ewropew fil-paragrafu 23 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2005 dwar kemm hi ppreparata r-Rumanija għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea(1), ħeġġeġ lill-Gvern tar-Rumanija "biex jikkonkludi l-każijiet ta' applikazzjoni għal adozzjoni internazzjonali li saru waqt il-moratorju ta' Ġunju 2001',

G.   billi l-Gvern tar-Rumanija s'issa ma weġibx għal din it-talba,

1.  Jitlob lill-awtoritajiet Rumeni biex jagħtu konsiderazzjoni xierqa lill-opinjoni tal-Parlament u konsegwentement biex jerġgħu jibdew mingħajr dewmien jikkunsidraw il-każijiet pendenti, fl-aħjar interessi tat-tfal, u biex jawtorizzaw l-adozzjoni internazzjonali fejn din tkun xierqa;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Gvern tar-Rumanija.

Ismijiet tal-firmatarji

Adamou, Albertini, Alvaro, Andrejevs, Andria, Angelilli, Antoniozzi, Arif, Arnaoutakis, Ashworth, Atkins, Aubert, Audy, Ayala Sender, Aylward, Ayuso González, Bachelot-Narquin, Baco, Badía i Cutchet, Barón Crespo, Battilocchio, Bauer, Beaupuy, Becsey, Beglitis, Belder, Bennahmias, Berger, Berlato, Berlinguer, Berman, Birutis, Blokland, Bonde, Bono, Bonsignore, Bourlanges, Bourzai, Bowles, Bradbourn, Braghetto, Brejc, Brepoels, Breyer, Brunetta, Bullmann, Busk, Busquin, Busuttil, Buzek, Calabuig Rull, Camre, Cappato,Carlotti, Carlshamre, Carnero González, Casaca, Casini, Castex, Castiglione, del Castillo Vera, Catania, Cavada, Cercas, Chatzimarkakis, Chiesa, Chruszcz, Cocilovo, Cornillet, Correia, Costa, Cottigny, Coûteaux, Cramer, Crowley, Czarnecki M., Czarnecki R., Daul, de Brún, Degutis, Dehaene, Demetriou,De Michelis, Deprez, De Sarnez, Descamps, Désir, Dess, Deva, De Veyrac, Díaz De Mera García Consuegra, Dičkutė, Díez González, Dillen, Dimitrakopoulos, Douay, Dover, Doyle, Drčar Murko, Dührkop Dührkop, Duka-Zólyomi, Duquesne, Esteves, Estrela, Ettl, Evans Jonathan, Fava, Ferber, Fernandes, Ferreira A., Flasarová, Flautre, Foglietta, Foltyn-Kubicka, Fontaine, Ford, Fourtou, Fraga Estévez, Fruteau, Gahler, Gál, Gaľa, García Pérez, Gargani, Garriga Polledo, Gaubert, Gauzès, Gawronski, Gebhardt, Gentvilas, Geremek, Geringer de Oedenberg, Gibault, Giertych, Gklavakis, Goebbels, Gollnisch, Gottardi,Graça Moura, Grässle, de Grandes Pascual, Grech, Griesbeck, Gröner, de Groen-Kouwenhoven, Grossetête, Gruber, Guardans Cambó, Guellec, Gurmai, Gutiérrez-Cortines, Guy-Quint, Hammerstein Mintz, Hamon, Handzlik, Harbour, Hatzidakis, Hazan, Heaton-Harris, Helmer, Henin, Hennicot-Schoepges, Hennis-Plasschaert, Herczog, Herranz García, Honeyball, Horáček, Hudacký, Hutchinson, Hybášková, Ilves, in 't Veld, Isler Béguin, Jäätteenmäki, Janowski, Járóka, Joan i Marí, Jonckheer, Jordan Cizelj, Juknevičienė, Kacin, Kaczmarek, Kallenbach, Karim, Kasoulides, Kauppi, Kelam, Kirkhope, Klamt, Klich, Klinz, Koch, Koch-Mehrin, Korhola, Kósáné Kovács, Krahmer, Krasts, Kratsa-Tsagaropoulou, Kreissl-Dörfler, Kuc, Kudrycka, Kuhne, Kułakowski, Kusstatscher, Kużmiuk, Lagendijk, Laignel, Lamassoure, Lambrinidis, Landsbergis, Lang, Laperrouze, La Russa, Lavarra, Lax, Le Foll, Lehideux, Le Pen J.-M., Le Pen M., Le Rachinel, Liberadzki, Libicki, Lienemann, Liese, Lipietz, Locatelli, López-Istúriz White, Losco,Louis, Lucas, Lulling, McDonald, McMillan-Scott, Mann E., Mann T., Mantovani, Markov, Martin D., Masiel, Masip Hidalgo, Mastenbroek, Mathieu, Matsakis, Matsouka, Mauro, Mavrommatis, Mayer, Mayor Oreja, Medina Ortega, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Meyer Pleite, Miguélez Ramos, Mikolášik, Mohácsi, Montoro Romero, Moraes, Moreno Sánchez, Morgantini, Morillon, Moscovici, Mulder, Muscardini, Muscat, Musotto, Mussolini, Musumeci, Myller, Napoletano, Navarro, Newton-Dunn, Nicholson, Niebler, van Nistelrooij,Novak, Occhetto,Özdemir, Olbrycht, Ó Neachtain, Onesta, Onyszkiewicz, Ortuondo Larrea, Oviir, Pack, Paleckis, Panayotopoulos-Cassiotou, Pannella, Panzeri, Papadimoulis, Papastamkos, Parish, Patriciello,Patrie, Peillon, Peterle, Pīks, Pinior, Pirilli, Piskorski, Pistelli, Pittella, Pleguezuelos Aguilar, Pleštinská, Podestà, Poignant, Polfer, Pomés Ruiz, Posselt, Prodi, Protasiewicz, Queiró, Resetarits, Reul, Reynaud, Ribeiro e Castro, Riera Madurell, Ries, Riis-Jørgensen, Rivera, Rizzo, Rocard, Roithová, Rosati, Rouček, Roure, Rudi Ubeda, Rühle, Rutowicz, Ryan, Sacconi, Saïfi, Sakalas, Salafranca Sánchez-Neyra, Salinas García, Salvini, Samaras, Samuelsen, Sánchez Presedo, dos Santos, Sartori, Saryusz-Wolski, Sbarbati, Schapira, Schenardi, Schöpflin, Schuth, Seeberg, Sifunakis, Siwiec, Skinner, Sonik, Sornosa Martínez, Spautz, Speroni, Šťastný, Stauner, Sterckx, Stevenson, Stockmann, Sudre, Sumberg, Susta,Szájer, Szent-Iványi, Szymański, Tabajdi, Tajani, Takkula, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Thyssen, Toia, Toubon, Trakatellis, Trautmann, Triantaphyllides, Trüpel, Tzampazi, Vakalis, Vanhecke, Van Hecke, Varela Suanzes-Carpegna, Varvitsiotis, Vatanen, Vaugrenard, Veneto,Ventre, Veraldi,Vergnaud, Vernola, Vidal-Quadras Roca, de Villiers, Vincenzi, Vlasto, Weber H., Wojciechowski J.,Wurtz, Yañez-Barnuevo García, Záborská, Zaleski, Zappala', Ždanoka, Zīle, Zimmer, Zingaretti, Zwiefka.

(1) Testi adottati P6_TA(2005)0531.

Avviż legali - Politika tal-privatezza