Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Konferenza dwar il-Liġi Internazzjonali Privata ta" The Hague (COM(2005)0639 -7591/2006 – C6-0138/2006 – 2005/0251(AVC))
(Proċedura ta' kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2005)0639 - 7591/2006(1)),
– wara li kkunsidra t-talba għall-kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 61(c) b'rabta ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3), tat-Trattat KE (C6-0138/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 75(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0250/2006),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.