Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li testendi għall-Istati Membri li mhumiex parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/.../KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta" skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni ta" l-Euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles") (COM(2006)0243 – C6-0180/2006 – 2006/0079(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0243)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0180/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0277/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk biħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.