Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea waqt li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali ġodda (COM(2005)0091 – C6-0235/2005 – 2005/0018(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0091)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat ta' l-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0235/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0268/2006),
1. Japprova il-proposta dwar kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2), tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda il-proposta b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Premessa 6
(6)Meta Stat Membru jirreġistra, fir-reġistru tal-kondotta kriminali, sentenza maqtugħa fi Stat Membru ieħor kontra ċittadini jew residenti tiegħu, hu għandu jobdi l-istess regoli daqs li kieku kienet sentenza nazzjonali u m'għandux jitratta lil persuni li għalihom inqatgħet sentenza fi Stat Membru ieħor bi żvantaġġ meta mqabbla ma" persuni li ġew ikkundannati mill-qrati nazzjonali.
imħassra
Emenda 2 Premessa 7
(7) Din id-deċiżjoni għandha tieħu post id-dispożizzjonijiet marbuta mal-konsiderazzjoni tas-sentenzi, inklużi fil-Konvenzjoni tat-28 ta" Mejju 1970 dwar il-valur internazzjonali tas-sentenzi kriminali.
(7) Din id-Deċiżjoni Qafas tapplika bejn l-Istati Membri mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet marbuta mal-konsiderazzjoni tas-sentenzi, inklużi fil-Konvenzjoni tat-28 ta" Mejju 1970 dwar il-valur internazzjonali tas-sentenzi kriminali.
Emenda 3 Artikolu 1, paragrafu 1
1. L-għan ta" din id-deċiżjoni ta' qafas hu li tistipula l-kondizzjonijiet li fihom Stat Membru għandu jqis, fil-qafas ta" proċedura penali ġdida kontra l-istess persuna, kundanni fi Stat Membru ieħor għal fatti differenti kontra din il-persuna jew inkella biex dawn jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-kondotta kriminali tiegħu.
1. L-għan ta" din id-Deċiżjoni ta' Qafas hu li tistipula l-kundizzjonijiet li fihom Stat Membru għandu jqis, waqt li jkunu għaddejjin proċeduri penali kontra persuna, kundannipreċedentimogħtija fi Stat Membru ieħor kontra l-istess persuna għal fatti differenti.
Emenda 5 Artikolu 2, punt (a)
(a) "sentenza" tfisser kull deċiżjoni definittiva ta" qorti penali jew awtorità amministrattiva li d-deċiżjoni tagħha tista tiġi appellata quddiem qorti kompetenti b'mod partikolari fil-qasam penali, li tistabilixxi l-ħtija ta" persuna għal reat penali jew għal att ta" ksur tal-liġi li jista" jkun ikkastigat mil-liġi;
(a) "kundanna" tfisser kull deċiżjoni definittiva tal--qorti li tistabbilixxi l-ħtija fi proċeduri kriminali għal reat kriminali skond il-liġi nazzjonali;
Emenda 6 Artikolu 2, punt (b)
(b) "reġistru tal-kondotta kriminali' : ir-reġistru/i nazzjonali fejn jinġabru l-kundanni skond il-liġi nazzjonali;
imħassar
Emenda 7 Artikolu 3, paragrafu 1
1. Kull Stat Membru għandu jistipula regoli dwarl-implimentazzjoni ta" sentenzi maqtugħa fi Stati Membri oħra, ekwivalenti għal dik ta" sentenzi nazzjonali, fl-okkażjoni ta" proċedura kriminali ġdida għal fatti differenti.
1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li, waqt li jkunu għaddejjin proċeduri kriminalimiġjuba kontra persuna, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu u l-qrati jew it-tribunali tiegħu jqisu kundanni preċedenti mogħtija fi Stati Membri oħra kontra l-istess persuna għal fatti differenti, skondil-liġi nazzjonali tagħhom u jorbtu magħhom l-istess effetti legali bħalma jorbtu ma' kundanni nazzjonali preċedenti, kemm-il darba persuni bħal dawn ma jkunux ittrattati b'mod inqas favorevoli milli kienu jkunu kieku l-kundanni preċedenti kienu kundanni nazzjonali.
Emenda 8 Artikolu 3, paragrafu 2
2. L-ewwel paragrafu japplika matul il-fażi ta" qabel il-proċess penali, matul il-proċess penali u waqt l-għoti tas-sentenza, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli ta" proċedura applikabbli inklużi dawk dwar detenzjoni proviżorja, id-determinazzjoni tat-tip ta" reat, it-tip u l-livell tas-sentenza mogħtija, jew anke r-regoli dwar it-twettiq tas-sentenza.
2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika matul il-fażi ta" qabel il-proċess kriminali, matul il-proċess kriminali u waqt l-għoti tal-kundanna, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli inklużi dawk dwar detenzjoni proviżorja, id-determinazzjoni tat-tip ta" reat, it-tip u l-livell tal-kundanna mogħtija, jew anke r-regoli dwar it-twettiq tal-kundanna.
Emenda 9 Artikolu 5, paragrafu 1
Is-sentenzi maqtugħa fi Stat Membru ieħor jiġu skartati jekk il-fatti li għalihom inqatgħet is-sentenza mhumiex meqjusa bħala reat fil-liġi ta" l-Istat Membru.
imħassar
L-ewwel inċiż ma japplikax għall-kategoriji ta" reati li ġejjin:
- il-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali;
- it-terroriżmu;
- traffikar ta' persuni;
- l-abbuż sesswali fuq it-tfal u l-pornografija marbuta mal-pedofelija;
- it-traffikar ta" droga u ta" sustanzi psikotropoċi;
- it-traffikar ta" armi, munizzjon u esplożivi;
- il-korruzzjoni;
- il-frodi, inkluż il-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fit-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta" Lulju 1995 dwar il-ħarsien ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;
- il-ħasil ta' flus ġejjin minn reat;
- il-fluz foloz u falsifikazzjoni tal-flus, inkluż l-Ewro;
- il-kriminalità marbuta ma" l-użu tal-kompjuter;
- ir-reati kontra l-ambjent, inkluż it-traffikar ta" annimali fil-periklu li jiġi estinti u t-traffiku ta" speċi u ta" essenzi veġetali fil-periklu li jiġu estitnti;
- l-għajnuna biex persuni jidħlu u joqgħodu f'pajjiż b'mod irregolari;
- l-omiċidju volontarju u l-offiżi gravi fuq il-persuna;
- it-traffikar ta" organi u tessuti umani;
- il-ħtif jew is-sekwestru ta" persuna u ż-żamma ta" ostaġġi;
- il-falsifikazzjoni ta" dokumenti amministrattivi u t-traffikar ta" kopji foloz;
- il-falsifikazzjoni ta" mezzi ta" ħlas;
- it-traffikar ta" sustanzi ormonali u ta" sustanzi oħra ta" tkabbir;
- it-traffikar ta" materjal nukleari u radjuattiv;
- it-traffikar ta" karozzi misruqa;
- l-istupru;
- il-ħruq volontarju;
- ir-reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;
- il-ħtif ta" ajruplan jew ta" vapur;
- is-sabutaġġ;
- is-sewqan bi ksur tal-kodiċi tat-triq, inkluż ksur tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-ħin ta" sewqan u ta" serħan u tad-dispożizzjonijiet dwar ġarr ta" merkanzija perikoluża;
- it-theddid u l-atti vjolenti kontra persuni, inkluż matul attivitajiet sportivi;
- il-vandaliżmu kriminali;
- is-serq;
- ir-reati stipulati mill-Istat li jibgħat u koperti mill-obbligi ta" twettiq kif stabbiliti fl-istrumenti adottati skond it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fit-titlu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 10 Artikolu 5, paragrafu 2
2.Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta l-ewwel paragrafu, is-sentenzi maqtugħa minn Stat Membru ieħor jistgħu ma jitqisux jekk dan il-fatt iwassal, waqt proċedura penali ġdida għal reati differenti, biex il-persuna tkun trattata baktar żvantaġġ milli kieku s-sentenza ta qabel kienet maqtugħa minn qorti nazzjonali.
imħassar
Emenda 11 Artikolu 6, paragrafu 1
1.Meta Stat Membru jirreġistra fir-reġistru tal-kondotta kriminali sentenza maqtugħa fi Stat Membru ieħor, is-sentenza rreġistrata għandha tkun taqbel mas-sentenza realment maqtugħa, ħlief jekk it-twettiq tas-sentenza jkun ġie rivedut mill-Istat Membru li jirreġistraha.
imħassar
Emenda 12 Artikolu 6, paragrafu 2
2.Jekk, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, is-sentenzi maqtugħa fi Stati Membri oħra kontra ċittadini jew residenti jitniżżlu fir-reġistru tal-kondotta kriminali, ir-regoli ta' reġistrazzjoni, ta" xi modifika jew il-qtugħ ta" xi frażijiet bl-ebda mod ma jistgħu iwasslu biex persuna tkun trattata agħar milli kieku s-sentenza tkun inqatgħet minn qorti nazzjonali.
imħassar
Emenda 13 Artikolu 6, paragrafu 3
3.Kull modifika jew qtugħ ta" frażi fl-Istat Membru li jkun qata" s-sentenza tinvolvi qtugħ jew modifika fl-Istat Membru li tiegħu il-persuna hi ċittadina jew residenti, jekk dan ikun għamel ir-reġistrazzjoni u jekk ikun ġie mgħarraf bil-modifika jew il-qtugħ, ħlief jekk il-leġislazzjoni ta" dan l-Istat tkun tipprevedi dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-persuna ikkundannata.
imħassar
Emenda 14 Artikolu 7
1.Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħha bejn l-Istati Membri u Stati terzi, din id-deċiżjoni ta' qafas tissostitwixxi, bejn l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 56 tal-Konvenzjoni ta" The Hague tat-28 ta" Mejju 1970 dwar il-valur internazzjonali tas-sentenzi kriminali.
Din id-Deċiżjoni ta' Qafas għandha tapplika bejn l-Istati Membri mingħajr ħsara għall-Artikolu 56 tal-Konvenzjoni ta' L-Aja tat-28 ta' Mejju 1970 dwar il-Validità Internazzjonali ta' Sentenzi Kriminali fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi.
Emenda 15 Artikolu 8, paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma" din id-deċiżjoni ta' qafassa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2006.
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafasfi żmien sena mill-adozzjoni tagħha.
Emenda 16 Artikolu 8, paragrafu 3
3. Fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tibgħat, mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2007, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta" din id-deċiżjoni qafas, flimkien ma" proposti leġislattivi jekk hemm bżonnhom.
3. Fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta" din id-Deċiżjoni Qafas, flimkien ma" proposti leġiżlattivi jekk hemm bżonnhom.