Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-ftehima bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007 (COM(2006)0182 – C6-0167/2006 – 2006/0065(CNS))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37 et 300(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0167/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0271/2006),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u r-Repubblika ta' Ginea-Bissaw.