Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 3/2006 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III - Kummissjoni, Taqsima VIII Parti B - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (11297/2006 - C6-0239/2006 - 2006/2119(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari s-subparagrafu ta' qabel ta' l-aħħar ta' l-Artikolu 272(4) tiegħu,
– wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta" l-Enerġija Atomika, u b'mod partikulari l-Artikolu 177 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, kif ġie adottat finalment fil-15 ta' Diċembru 2005(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib fil-proċedura baġitarja(3),
– wara li kkunsidra l-Abbozz Preliminari ta' baġit li jemenda (PDAB) Nru 3/2006 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, li l-Kummissjoni ppreżentat fit-22 ta' Mejju 2006 (SEC(2006)0633),
– wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit li jemenda (DAB) Nru 3/2006, li l-Kunsill stabbilixxa fil-11 ta' Lulju 2006 (11297/2006 – C6-0239/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0283/2006),
A. billi l-Abbozz tal-Baġit li Jemenda Nru 3/2006 huwa magħmul minn erba' elementi differenti, speċifikament għat-tisħiħ ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza Ewropea GNSS, għar-rinfurzar ta' l-istaff ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operattiva mal-Fruntieri Esterni, u għaż-żieda ta' l-approprjazzjonijiet għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,
B. billi l-Kummissjoni fil-PDAB Nru 3/2006 tagħha, ipproponiet li tiffinanzja dawn il-bżonnijiet addizzjonali b'żieda ta' EUR 3 604 545 f'riżorsi tagħha,
C. billi l-Kunsill, fid-DAB Nru 3/2006 tiegħu, iddeċieda li jkopri ż-żidiet li ġew proposti kollha, esklussivament permezz ta' organizzazzjoni mill-ġdid,
D. billi l-Kunsill, b'mod partikulari, irid jiffinanzja l-bżonnijiet addizzjonali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data billi jnaqqas l-impenji u l-pagamenti ta' linja amministrattiva fit-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit, li taqa' taħt it-Titolu 3 tal-Perspettiva Finanzjarja 2000-2006,
E. billi l-Parlament jaqbel mad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fuq DAB Nru 3/3006 dwar il-fatt li dan joħloq preċedent perikoluż għall-istituzzjonijiet kollha peress li l-ħsieb huwa li waqt l-implimentazzjoni tal-baġit, in-nefqa amministrattiva ta' istituzzjoni tiġi ffinanzjata billi jittieħdu l-approprjazzjonijiet neċessarji mill-baġit ta' istituzzjoni oħra,
1. Jappoġġja ż-żidiet proposti mill-Kummissjoni fil-PDAB Nru 3/2006 tagħha għall-Awtorità ta' Sorveljanza Ewropea GNSS, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operattiva mal-Fruntieri Esterni, u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;
2. Jikkunsidra, pero?, li għadu kmieni wisq fis-sena baġitarja biex ipatti issa għaż-żidiet neċessarji fuq dawn il-linji billi jitnaqqsu linji oħra li għad jistgħu jiġu implimentati bis-sħiħ fl-2006;
3. Għalhekk jirrifjuta l-intenzjoni tal-Kunsill li jkopri t-talbiet għal approprijazzjonijiet addizzjonali permezz ta' organizzazzjoni mill-ġdid u, b'mod partikulari, li jikkumpensa għaż-żieda mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data billi titnaqqas it-taqsima tal-baġit tal-Kummissjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.