Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2149(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0284/2006

Testi mressqa :

A6-0284/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/09/2006 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0377

Testi adottati
PDF 207kWORD 36k
L-Erbgħa, 27 ta' Settembru 2006 - Strasburgu
Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 4/2006
P6_TA(2006)0377A6-0284/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-Abbozz li jemenda l-baġit Nru 4/2006 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III, Kummissjoni (11298/2006 – C6-0247/2006 – 2006/2149(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari s-subparagrafu ta' qabel ta' l-aħħar ta' l-Artikolu 272(4) tiegħu,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta" l-Enerġija Atomika, u b'mod partikulari l-Artikolu 177 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tas-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, kif ġie adottat finalment fil-15 ta' Diċembru 2005(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib fil-proċedura baġitarja(3),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari ta' baġit li jemenda Nru 4/2006 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-16 ta' Ġunju 2006 (SEC(2006)0760),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 4/2006, li l-Kunsill stabbilixxa fis-17 ta' Lulju 2006 (11298/2006 - C6-0247/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0284/2006),

A.   billi l-Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 4/2006 jirrigwarda l-lat tad-dħul tal-baġit u fih numru ta' elementi li jaffettwaw il-livell tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għar-riżorsi tal-Komunità nnifisha,

B.   billi dawn l-elementi huma relatati mar-reviżjoni annwali tat-tbassir dwar riżorsi proprji tradizzjonali, dwar bażijiet tal-VAT u tal-GNI u dwar kalkolu tekniku mill-ġdid tal-kontribuzzjonijiet neċessarji biex jiġi ffinanzjat ir-rimborż tat-tnaqqis tar-Renju Unit kif ukoll dwar dak baqa' żejjed mill-Fond ta' Garanzija għal miżuri esterni mill-2005,

C.   billi l-Kunsill Ewropew ta' Brussell ta' Diċembru 2005 stieden lill-Kummissjoni biex tagħmel reviżjoni sħiħa u li tkopri firxa wiesgħa ta' l-oqsma kollha ta' spiża u dħul ta' l-UE, inkluż it-tnaqqis Brittaniku, bil-għan li jiġi ppreżentat rapport, flimkien ma' proposti xierqa, fl-2008 jew 2009,

D.   billi bit-twettiq ta' din ir-reviżjoni u t-tfassil tal-proposti tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ix-xogħol u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, bi qbil mat-termini tad-Dikjarazzjoni Nru 3 annessi mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u tmexxija finanzjarja soda(4),

E.   billi l-Parlament beda djalogu mal-parlamenti nazzjonali bil-għan li jikkontribwixxi b'mod konġunt għar-reviżjoni komprensiva ppjanata tas-sistema ta' riżorsi proprji bir-rispett sħiħ għad-drittijiet stabbiliti tiegħu,

1.  Japprova bla emendi l-Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 4/2006;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 78, 15.3.2006.
(3) ĠU C 172, 18.6.1999, p.1. Ftehima kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/708/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, 14.10.2005, p. 24).
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza