Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0087(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0326/2006

Testi mressqa :

A6-0326/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/10/2006 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0394

Testi adottati
PDF 203kWORD 31k
Il-Ħamis, 12 ta' Ottubru 2006 - Brussell
Ftehima KE-Rumanija: Il-parteċipazzjoni fil-ħidma taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga *
P6_TA(2006)0394A6-0326/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija dwar il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fix-xogħol taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (COM(2006)0256 – C6-0321/2006 – 2006/0087(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0256) (1),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tar-Rumanija rigward il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fiċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 152 u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0321/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0326/2006),

1.  Japprova konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Rumanija.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza