Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0057(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0285/2006

Testi mressqa :

A6-0285/2006

Dibattiti :

PV 11/10/2006 - 17
CRE 11/10/2006 - 17

Votazzjonijiet :

PV 12/10/2006 - 7.21

Testi adottati :

P6_TA(2006)0413

Testi adottati
PDF 290kWORD 42k
Il-Ħamis, 12 ta' Ottubru 2006 - Brussell
L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni *
P6_TA(2006)0413A6-0285/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (COM(2006)0162 – C6-0170/2006 – 2006/0057(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0162)(1),

–   wara li kkunsidra l-ewwel sentenza ta" l-Artikolu 181a(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0170/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0285/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa" jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
PREMESSA 5 A (ġdida)
(5a) Sabiex iżżomm il-livell għoli ta' involviment ta' l-UE fir-reġjun, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ħila rilevanti miksuba mill-Aġenzija fil-forniment ta" għajnuna teknika u finanzjarja lill-pajjiżi terzi kkonċernati ma tintilifx waqt it-trasferiment tar-responsabilitajiet u li l-kontinwità neċessarja tax-xogħol tkun garantita.
Emenda 2
ARTIKOLU 1 A (ġdid)
Artikolu 1a
Rapporti
1.  Fl-interessi ta" ċarezza u trasparenza, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport dettaljat kull tliet xhur lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jistipula d-dettalji operattivi attwali tal-pjan ta" trasferiment, inklużi d-distribuzzjoni tal-ħidmiet bejn l-Aġenzija u d-delegazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni u d-dettalji dwar il-koperazzjoni bejniethom waqt il-perjodu transitorju. Ir-rapporti għandhom jirreferu wkoll għall-iskeda ppjanata għall-proċess ta' trasferiment, l-objettivi li ntlaħqu mir-rapport preċedenti u objettivi ġodda li jiġu stabbiliti, flimkien ma' ħarsa ġenerali tal-mod kif it-trasferiment se jaħdem fil-prattika għall-pajjiżi kollha kkonċernati u, b'mod partikulari, għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fid-dawl ta' l-istatus tagħha ta' pajjiż kandidat.
2.  Fil-kuntest tar-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tispeċifika fid-dettall:
(a) il-miżuri li bi ħsiebha tieħu biex tippromwovi proġetti reġjonali, bħal proġetti li jinvolvu koperazzjoni bejn pajjiżi u proġetti ta" infrastruttura bejn il-fruntieri, ladarba l-Aġenzija ma tiqbax teżisti;
(b) il-pjanijiet għat-titjib fid-Delegazzjonijiet u/jew fl-Uffiċċji tal-Kummissjoni wara s-separazzjoni tar-Repubbliki tas-Serbja u l-Montenegro. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll proposti għat-titjib tad-delegazzjonijiet u/jew l-uffiċċji li jitrattaw l-istatus futur tal-Kosovo.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza