Proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (COM(2005)0280 – C6-0288/2005 – 2005/0124(CNS))
(5) Ir-Rappreżentanti ta" l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew fit-13 ta" Diċembru 2003 qablu li jibnu fuq iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija eżistenti li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta" Ġunju 1997, u biex jiġi estiż il-mandat tiegħu ħalli jagħmluh Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem.
(5) Ir-Rappreżentanti ta" l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew fit-13 ta" Diċembru 2003 qablu li jibnu fuq iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija eżistenti li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta" Ġunju 1997, u biex jiġi estiż il-mandat tiegħu ħalli jagħmluh Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem. Dakinhar huma ddeċidew ukoll li s-sede ta' l-Aġenzija għandha tibqa' fi Vjenna.
Emenda 2 Premessa 8
(8)Meta ġiet stabbilita l-Aġenzija, ingħatat l-attenzjoni xierqa għall-qafas operattiv ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej propost mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-Ftehim Bejn l-Istituzzjonijiet fil-25 ta" Frar 2005.
imħassra
Emenda 3 Premessa 9
(9) Fix-xogħol tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali kif iddefiniti fl-Artikolu 6 (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u kif stabbilit b'mod partikolari fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali. Ir-rabta mill-qrib mal-Karta għandha tkun riflessa fl-isem ta" l-Aġenzija. L-oqsma tematiċi ta" l-attività ta" l-Aġenzija għandhom jiġu stabbiliti fil-Qafas Pluriannwali, biex b'hekk jiġu ddefiniti l-limiti ta" ħidmet l-Aġenzija, li skond il-prinċipji ġenerali istituzzjonali, m'għandhiex tistabbilixxi aġenda politika tad-drittijiet fundamentali minn jeddha;
(9) Fix-xogħol tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali kif iddefiniti fl-Artikolu 6 (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inklużi dawk stipulati fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif rifless b'mod partikolari fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali. Ir-rabta mill-qrib mal-Karta għandha tkun riflessa fl-isem ta" l-Aġenzija.
Emenda 4 Premessa 9 a (ġdida)
(9a) Peress li l-Aġenzija għandha titwaqqaf fuq il-bażi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija eżistenti, il-ħidma ta' l-Aġenzija għandha tkompli tkopri l-fenomeni tar-razziżmu, il-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu, kif ukoll il-ħarsien tal-persuni li jiffurmaw parti minn minoranzi, bħala elementi essenzjali fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali. Għandha tingħata importanza xierqa għal dawk il-gruppi li jġarrbu diskriminazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tat-Trattat u l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 5 Premessa 11
(11) L-Aġenzija għandha jkollha d-dritt li tifformula opinjonijiet lill-istituzzjonijiet ta" l-Unjoni u lill-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, mingħajr interferenza fil-proċeduri leġiżlattivi u ġudizzjarji stabbiliti fit-Trattat.;
(11) L-Aġenzija għandha jkollha d-dritt li tifformula opinjonijiet lill-istituzzjonijiet ta" l-Unjoni u lill-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, mingħajr interferenza fil-proċeduri leġiżlattivi u ġudizzjarji stabbiliti fit-Trattat; Dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jitolbu opinjonijiet dwar il-proposti leġiżlattivi tagħhom jew dwar pożizzjonijiet li jkunu ħadu matul proċeduri legiżlattivi fir-rigward tal-kompatibilità ta' dawn mad-drittijiet fundamentali.
Emenda 6 Premessa 12
(12) Il-Kunsill għandu jkollu l-possibbiltà li jitlob il-kompetenza teknika ta" l-Aġenzija fil-qafas tal-proċedura mibdija fi ħdan it-tifsira ta" l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(12) Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikollhom l-possibbiltà li jitlobu l-kompetenza teknika ta" l-Aġenzija fil-qafas tal-proċedura mibdija fi ħdan it-tifsira ta" l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 7 Premessa 13
(13) L-Aġenzija għandha tippreżenta rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni u kif qed ikunu rispettati mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta" l-UE u mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi ta" l-Unjoni. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tipproduċi rapporti tematiċi fis-suġġetti ta" importanza partikolari għall-politika ta" l-Unjoni;
(13) L-Aġenzija għandha tippreżenta rapport annwali dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali koperti mill-oqsma ta' attività ta' l-Aġenzija, u għandu wkoll jenfasizza eżempji ta' prattika tajba. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tipproduċi rapporti tematiċi fis-suġġetti ta" importanza partikolari għall-politika ta" l-Unjoni;
Emenda 8 Premessa 15
(15) L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib kemm jista" jkun mal-programmi, il-korpi u l-aġenziji kollha rilevanti tal-Komunità u mal-korpi ta" l-Unjoni, biex tevita li x-xogħol ikun ripetut, b'mod partikolari fir-rigward ta" l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn l-Irġiel u n-Nisa li għandu jitwaqqaf fil-futur;
(15) L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib kemm jista" jkun ma' l-istituzzjonijiet kollha rilevanti ta' l-Unjoni, kif ukoll mal-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunità u ta" l-Unjoni, biex tevita li x-xogħol ikun ripetut, b'mod partikolari fir-rigward ta" l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn is-Sessi li għandu jitwaqqaf fil-futur;
Emenda 9 Premessa 15 a (ġdida)
(15a) L-Aġenzija għandha tikkopera mill-qrib ma' l-Istati Membri, u għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jinnominaw uffiċjali ta' komunikazzjoni nazzjonali. B'mod partikulari, l-Aġenzija għandha tikkomunika ma' l- uffiċjali ta' komunikazzjoni nazzjonali fir-rigward ta' rapporti u dokumenti oħrajn li hija tfassal.
Emenda 10 Premessa 16
(16) L-Aġenzija għandha tikkollabora mill-qrib mal-Kunsill ta" l-Ewropa. Il-kooperazzjoni għandha tiggarantixxi li jiġi evitat li l-attivitajiet ta" l-Aġenzija jirkbu dawk tal-Kunsill ta" l-Ewropa, b'mod partikolari billi jiġu elaborati l-mekkaniżmi li jiżguraw is-sinerġiji, bħalma huwa t-tmiem ta" ftehim bilaterali ta" kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni ta" persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta" l-Ewropa fl-istrutturi ta" l-tmexxija ta" l-Aġenzija, bi drittijiet ta" votazzjoni definiti kif xieraq, bħalma hemm fl-EUMC bħalissa;
(16) L-Aġenzija għandha tikkollabora mill-qrib mal-Kunsill ta" l-Ewropa. Il-kooperazzjoni għandha tiggarantixxi li jiġi evitat li l-attivitajiet ta" l-Aġenzija jikkoinċidu ma' dawk tal-Kunsill ta" l-Ewropa, b'mod partikolari billi jiġu elaborati mekkaniżmi li jiżguraw il-komplementarjetà u l-valur miżjud, bħalma huwa t-tmiem ta" ftehim bilaterali ta" kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni ta" persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta" l-Ewropa fl-istrutturi ta" l-tmexxija ta" l-Aġenzija, bi drittijiet ta" votazzjoni definiti kif xieraq.
Emenda 11 Premessa 16 a (ġdida)
(16a) Waqt li tirrikonoxxi l-irwol importanti tas-soċjetà ċivili fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, l-Aġenzija għandha tippromwovi d-djalogu mas-soċjetà ċivili u taħdem mill-qrib ma' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u ma' l-istituzzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Hija għandha twaqqaf netwerk ta' koperazzjoni msejjaħ "Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali" bil-ħsieb li tistabbilixxi djalogu strutturat u produttiv u koperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti kollha.
Emenda 12 Premessa 17 a (ġdida)
(17a) Sabiex tiżgura l-kwalità xjentifika għolja ta' ħidmietha, l-Aġenzija għandha jkollha Kumitat Xjentifiku.
Emenda 13 Premessa 17 b (ġdida)
(17b) L-awtoritajiet li jaħtru l-membri tal-Bord tat-Tmexxija, il-Bord Eżekuttiv u l-Kumitat Xjentifiku għandhom jimmiraw lejn parteċipazzjoni bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel f'dawn il-korpi. Għandha tingħata wkoll attenzjoni partikulari għar-rappreżentazzjoni ugwali ta' nisa u rġiel fl-istaff.
Emenda 14 Premessa 18
(18) Il-Parlament Ewropew għandu rwol sinifikanti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Huwa għandu jaħtar persuna waħda indipendenti bħala membru tal-Bord ta" Tmexxija ta" l-Aġenzija.
(18) Il-Parlament Ewropew għandu rwol sinifikanti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Għaldaqstanthuwa għandu jkun ikkonsultat qabel ma jkun adottat il-qafas pluriennali ta' l-Aġenzija u dwar il-kandidati proposti għall-kariga ta' Direttur ta' l-Aġenzija.
Emenda 15 Premessa 19
(19)Għandu jinħoloq Forum konsultattiv biex tkun żgurata rappreżentazzjoni pluralista tal-forzi soċjali tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fl-istrutturi ta" l-Aġenzija bil-ħsieb li tiġi stabbilita kooperazzjoni effettiva mal-partijiet kollha interessati;
imħassra
Emenda 16 Premessa 21 a (ġdida)
(21a) Ir-Regolamenti ta' l-Impjegati għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea bil-għan li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti ta' l-Impjegati u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg, japplikaw għall-impjegati u għad-Direttur ta' l-Aġenzija, inklużi r-regoli tagħhom li jikkonċernaw it-tkeċċija tad-Direttur.
Emenda 17 Premessa 22
(22) L-Aġenzija għandu jkollha personalità legali u tilħaq wara ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija fir-rigward ta" l-obbligi legali, l-impenni jew l-obbligi finanzjarji kollha mwettqa miċ-Ċentru jew il-ftehimiet magħmula miċ-Ċentru flimkien mal-kuntratti ta" l-impjieg ma" l-istaff taċ-Ċentru. L-Aġenzija għandha tibqa" fi Vjenna, kif ġie ddeterminat mid-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta" l-Istati Membri tat-2 ta" Ġunju 1997 li tiddetermina l-post taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija.
L-Aġenzija għandu jkollha personalità legali u tilħaq wara ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija fir-rigward ta" l-obbligi legali, l-impenni jew l-obbligi finanzjarji kollha mwettqa miċ-Ċentru jew il-ftehimiet magħmula miċ-Ċentru flimkien mal-kuntratti ta" l-impjieg ma" l-istaff taċ-Ċentru.
Emenda 18 Premessa 22 a (ġdida)
(22a) L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati. Barra minn hekk, il-pajjiżi li magħhom ġiet konkluża ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jitħallew jipparteċipaw fl-Aġenzija, peress li dan jippermetti lill-Unjoni li tappoġġja l-isforzi tagħhom lejn integrazzjoni Ewropea billi jiffaċilita l-allinjament gradwali tal-leġiżlazzjoni tagħhom mal-liġi Komunitarja kif ukoll it-trasferiment ta' għerf u prattika tajba, b'mod partikulari f'dawk l-oqsma ta' l-acquis li se jservu bħala punt ta' riferenza ta' qofol għall-proċess ta' riforma fil-Balkani tal-Punent.
Emenda 19 Premessa 23
(23)Minħabba li l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament huma miżuri b'ambitu ġenerali fi ħdan it-tifsira ta" l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, għandhom jiġu adottati billi tintuża l-proċedura regolatorja provduta fl-Artikolu 5 ta" dik id-Deċiżjoni.
imħassra
Emenda 20 Premessa 23 a (ġdida)
(23a) L-Aġenzija għandha tagħti bidu għall-evalwazzjonijiet meħtieġa ta' l-attivitajiet tagħha fil-ħin opportun, inkluża evalwazzjoni fil-fond ta' l-ambitu tagħha fir-rigward ta' pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni, li fuq il-bażi tagħhom il-kamp ta' azzjoni, kompiti u metodi ta' ħidma għandhom ikunu riveduti.
Emenda 21 Artikolu 3, paragrafi 2 sa 4
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali kif iddefiniti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u kif stabbiliti b'mod partikolari fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea kif ipproklamata f'Nizza fis-7 ta" Diċembru 2000.
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali fis-sens ta' l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inklużi dawk stipulati fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali ffirmata f'Ruma fl-4 ta' Novembru 1950, u kif rifless fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea kif ipproklamata f'Nizza fis-7 ta" Diċembru 2000.
3. Fit-twettiq ta" l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha fis-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tagħha meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu li ġej u għall-Artikoli 4(1)(e), 27 u 28.
3. L-Aġenzija għandha titratta kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tagħha meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja. Barra minn hekk, tista' titratta wkoll kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali fl-ambitu ta' l-ewwel paragrafu f'dawk il-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 27(1) sa fejn ikun meħtieġ għall-fini ta' l-allinjament gradwali mal-liġi Komunitarja tal-pajjiż ikkonċernat u b'konformità ma' l-Artikolu 27(2).
4.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tipprovdi informazzjoni u analiżi dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali identifikati fit-talba fir-rigward ta" pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ta" assoċjazzjoni jew ftehimiet li jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, jew li tkun fetħet jew li tkun qed tippjana li tiftaħ negozjati fuq tali ftehimiet, b'mod partikolari ma" pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea ta" Qrubija.
Emenda 22 Artikolu 4
1. Biex jintlaħaq l-għan stabbilit fl-Artikolu 2, l-Aġenzija għandha:
1. Biex jintlaħaq l-għan stabbilit fl-Artikolu 2 u fil-kompetenzi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3, l-Aġenzija għandha:
(a) tiġbor, tiddokumenta, tanalizza u xxerred informazzjoni u data oġġettivi, kredibbli u komparabbli rilevanti, inklużi r-riżultati minn riċerka u monitoraġġ li jiġu kkomunikati lilha mill-Istati Membri, mill-istituzzjonijiet ta" l-Unjoni, mill-aġenziji tal-Komunità, miċ-ċentri tar-riċerka, mill-korpi nazzjonali, mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mill-pajjiżi terzi u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;
(a) tiġbor, tiddokumenta, tanalizza u xxerred informazzjoni u dejta oġġettivi, kredibbli u komparabbli rilevanti, inklużi r-riżultati minn riċerka u monitoraġġ li jiġu kkomunikati lilha mill-Istati Membri, mill-istituzzjonijiet ta" l-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunità u ta' l-Unjoni, miċ-ċentri tar-riċerka, mill-korpi nazzjonali, mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mill-pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u b'mod partikulari l-korpi kompetenti tal-Kunsill ta' l-Ewropa;
(b) tiżviluppa metodi biex ittejjeb il-komparabbilità, l-oġġettività u l-kredibbiltà tad-data fuq livell Ewropew, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u ma" l-Istati Membri;
(b) tiżviluppa metodi u standards biex ittejjeb il-komparabbilità, l-oġġettività u l-kredibbiltà tad-dejta fuq livell Ewropew, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u ma" l-Istati Membri;
(c) twettaq, tikkoopera ma" jew tinkoraġġixxi r-riċerka u servejs xjentifiċi, studji ta" preparazzjoni u studji ta" probabbiltà, ukoll, fejn huwa adattat u kompatibbli mal-prijoritajiet tagħha u mal-programm ta" ħidma annwali tagħha, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Għandha torganizza wkoll laqgħat ta" l-esperti u, meta jkun neċessarju, torganizza gruppi ta" ħidma ad hoc;
(c) twettaq, tikkoopera ma" jew tinkoraġġixxi r-riċerka u servejs xjentifiċi, studji ta" preparazzjoni u studji ta" probabbiltà, ukoll, fejn huwa adattat u kompatibbli mal-prijoritajiet tagħha u mal-programm ta" ħidma annwali tagħha, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni.
(d) tifformula konklużjonijiet u opinjonijiet fuq suġġetti ġenerali, għall-istituzzjonijiet ta" l-Unjoni u ta" l-Istati Membri meta dawn jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizzjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni.
(d) tifformula u tippubblika konklużjonijiet u opinjonijiet fuq suġġetti tematiċi speċifiċi, għall-istituzzjonijiet ta" l-Unjoni u ta" l-Istati Membri meta dawn jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizzjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni.
(e) tpoġġi l-kompetenza teknika tagħha għad-dispożizzjoni tal-Kunsill, fejn il-Kunsill, skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jitlob lil persuni indipendenti biex iressqu rapport dwar is-sitwazzjoni fi Stat Membru jew meta jinqabad bi proposta skond l-Artikolu 7(2), u fejn il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita f'dawn il-paragrafi rispettivi ta" l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ikun talab kompetenza teknika bħal din mill-Aġenzija;
e) tpoġġi l-kompetenza teknika tagħha għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn il-Kunsill jirċievi proposta, skond l-Artikolu 7(1) jew (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(f) tippubblika rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali, ukoll billi tenfasizza l-eżempji ta" prattika tajba;
f) tippubblika rapport annwali dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali li huma koperti mill-oqsma ta' l-attività ta' l-Aġenzija, ukoll billi tenfasizza l-eżempji ta" prattika tajba;
(g) tippubblika rapporti tematiċi bbażati dwar l-analiżi, ir-riċerka u s-servejs tagħha;
(g) tippubblika rapporti tematiċi bbażati dwar l-analiżi, ir-riċerka u s-servejs tagħha;
(h) tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha;
(h) tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha;
(i) ittejjeb il-kooperazzjoni bejn is-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, is-sħab soċjali, iċ-ċentri tar-riċerka u r-rappreżentanti ta" l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti u persuni jew korpi oħra involuti li jittrattaw id-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari permezz ta" netwerking, l-inkoraġġiment tad-djalogu fuq livell Ewropew u l-parteċipazzjoni, fejn huwa xieraq, f'diskussjonijiet jew f'laqgħat fuq livell nazzjonali;
(i) tiżviluppa strateġija ta" komunikazzjoni u tippromwovi d-djalogu mas-soċjetà ċivili, sabiex tqajjem kuxjenza pubblika dwar id-drittijiet fundamentali u tinforma b'mod attiv lill-pubbliku bix-xogħol tagħha.
(j) torganizza, mal-partijiet interessati rilevanti, konferenzi, kampanji, diskussjonijiet (round tables), seminars u laqgħat fuq livell Ewropew biex tinkoraġġixxi u xxerred ix-xogħol tagħha; u
(k) tiżviluppa strateġija ta" komunikazzjoni mmirata biex iżżid l-għarfien tal-pubbliku ġenerali, twaqqaf riżorsi ta" dokumentazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku u tipprepara materjal edukattiv, tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni u tevita li jkun irripetut ix-xogħol ta" sorsi oħra ta" l-informazzjoni.
2. Il-konklużjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti fformulati mill-Aġenzija meta tkun qed twettaq il-kompiti imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jikkonċernaw kwistjonijiet ta" legalità tal-proposti mill-Kummissjoni fi ħdan t-tifsira ta" l-Artikolu 250 tat-Trattat, il-pożizzjonijiet li jittieħdu mill-istituzzjonijiet waqt il-proċeduri leġiżlattivi jew il-legalità ta" atti fi ħdan it-tifsira ta" l-Artikolu 230 tat-Trattat. M"għandhomx jittrattaw mal-kwistjoni jekk Stat Membru falliex li jissodisfa obbligu jew le taħt it-Trattat fi ħdan it-tifsira ta" l-Artikolu 226 tat-Trattat.
2. Il-konklużjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonċernaw proposti mill-Kummissjoni fi ħdan t-tifsira ta" l-Artikolu 250 tat-Trattat jew il-pożizzjonijiet li jittieħdu mill-istituzzjonijiet waqt il-proċeduri leġiżlattivi fil-każ biss meta l-istituzzjoni kkonċernata tkun issottomettiet talba f'dan is-sens, b'konformità ma' l-Artikolu 4(1)(d). Dawn il-konklużjonijiet, opinjonijiet u rapporti m'għandhomx jittrattaw mal-legalità ta" atti fi ħdan it-tifsira ta" l-Artikolu 230 tat-Trattat, jew mal-kwistjoni jekk Stat Membru falliex li jissodisfa obbligu jew le taħt it-Trattat fi ħdan it-tifsira ta" l-Artikolu 226 tat-Trattat.
Emenda 23 Artikolu 5
1. Il-Kummissjoni għandha tadottaQafas Pluriannwaligħall-Aġenzija skond il-proċedura regolatorja li tissemma fl-Artikolu 29(2). Il-Qafas għandu
1. Il-Bord tat-Tmexxija ta' l-Aġenzija, filwaqt li jqis il-linji gwida li joħorġu mnn riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u minn konklużjonijiet tal-Kunsill fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, għandu, fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni, jadotta qafas pluriannwali.
a) ikopri ħames snin;
b) jiddetermina l-oqsma tematiċi ta" l-attività ta" l-Aġenzija, bil-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija dejjem tkun inkluża;
c) jimxi skond il-prijoritajiet ta" l-Unjoni kif iddefiniti fl-għanijiet strateġiċi tal-Kummissjoni;
(d) jagħti l-kunsiderazzjoni xierqa għar-riżorsi finanzjarji u umani ta" l-Aġenzija; u
e) jinkludi dispożizzjonijiet bil-ħsieb li jkun evitat li l-isfera tar-responsabbilità ta" korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità titrekkeb fuq dik ta" l-Aġenzija.
2. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fl-oqsma tematiċi ffissati mill-Qafas Pluri-annwali. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta" l-Aġenzija li tirrispondi, filwaqt li tagħti l-kunsiderazzjoni xierqa għar-riżorsi finanzjarji u umani tagħha, għal talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni taħt l-Artikoli 3(4), 4(1)(d) u (e) "l barra minn dawn l-oqsma tematiċi.
2. Il-qafas pluriannwali għandu jkopri ħames snin, ikun konsistenti mal-prijoritajiet u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni, u jkun kompatibbli mar-riżorsi finanzjarji u umani li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Aġenzija.
3. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fid-dawl tal-Programm ta" Ħidma Annwali tagħha u bil-konsiderazzjoni xierqa għar-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli.
3. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fl-oqsma tematiċi ffissati mill-qafas pluriannwali. Madankollu, l-Aġenzija għandha wkoll twieġeb għal talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 4(1)(d) u (e) li ma jaqgħux taħt dawk l-oqsma tematiċi, sakemm ir-riżorsi finanzjarju u umani jippermettu dan.
4. Il-Programm ta" Ħidma Annwali, adottat skond l-Artikolu 11(4)(a), għandu jkun skond il-programm ta" ħidma annwali tal-Kummissjoni, inklużi l-ħidma ta" riċerka tiegħu u l-azzjonijiet tiegħu fuq l-istatistika magħmula fil-kuntest tal-Programm Statistiku tal-Komunità.
4. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fid-dawl tal-programm ta" ħidma annwali tagħha.
Emenda 24 Artikolu 6, paragrafi 1 u 2
1. L-aġenzija għandha tistabbilixxi u tikkoordina n-netwerks ta" l-informazzjoni neċessarji . Dawn għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li tingħata informazzjoni oġġettiva, kredibbli u komparabbli, li tibni fuq il-kompetenza ta" għadd ta" organizzazzjonijiet u korpi f'kull Stat Membru u tqis il-bżonn li jkunu involuti l-awtoritajiet nazzjonali fil-ġbir tad-data.
1. Sabiex tiżgura li tingħata informazzjoni oġġettiva, kredibbli u komparabbli, u filwaqt li tibni fuq il-kompetenza ta" għadd ta" organizzazzjonijiet u korpi f'kull Stat Membru u tqis il-bżonn li jkunu involuti l-awtoritajiet nazzjonali fil-ġbir tad-dejta, l-Aġenzija għandha.
(a) tistabbilixxi u tikkoordina netwerks ta" informazzjoni, bħan-netwerk ta' esperti indipendenti fuq id-drittijiet fundamentali, u tuża netwerks eżistenti; (b) torganizza laqgħat ta' esperti esterni; u, (c) meta jkun meħtieġ, twaqqaf gruppi ta' ħidma ad hoc.
2. Fit-twettiq ta" l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha, biex tevita li x-xogħol ikun ripetut u tiggarantixxi l-aqwa użu possibbli tar-riżorsi, tqis l-informazzjoni eżistenti minn kwalunkwe sors u b'mod partikolari l-attivitajiet li diġà jitwettqu minn
2. Fit-twettiq ta" l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha, sabiex tikseb komplementarjetà u tiggarantixxi l-aqwa użu possibbli tar-riżorsi, tqis, fejn ikun xieraq, l-informazzjoni miġbura u l-attivitajiet imwettqa, b'mod partikulari:
(a) l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Komunità ;
(a) mill-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Komunità u ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri;
(b) l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji ta" l-Istati Membri; u
(b) mill-Kunsill ta' l-Ewropa, billi tirriferi għas-sejbiet u l-attivitajiet tal-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u kontroll tiegħu u għall-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu; u
c) il-Kunsill ta" l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.
(c) mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), in-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.
Emenda 25 Artikolu 8, titolu, paragrafu - 1
Il-kooperazzjoni ma" l-organizzazzjonijiet fuq livell ta" Stat Membru u fuq livell Ewropew
Il-kooperazzjoni ma" l-organizzazzjonijiet fuq livell ta" Stat Membru u fuq livell internazzjonali
-1.Sabiex tkun żgurata koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, kull Stat Membru għandu jinnomina uffiċjal governattiv bħala uffiċjal ta' kommunikazzjoni nazzjonali. L-Aġenzija għandha tgħaddi lill-uffiċjali ta' kommunikazzjoni nazzjonali d-dokumenti kollha mfassla skond l-Artikolu 4(1)(a), (b), (c), (d), (e), (f), (g), u (i).
1. L-Aġenzija għandha tikkoopera ma" l-organizzazzjonijiet u mal-korpi kompetenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fuq livell ta" Stat Membru jew fuq livell Ewropew, biex jgħinuha twettaq il-kompiti tagħha, kemm jekk dawn ikunu tal-gvernu kemm jekk ma jkunux,
1. Sabiex jgħinuha twettaq il-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tikkoopera ma':
- organizzazzjonijiet governattivi u ma' korpi pubbliċi kompetenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri, inklużi istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem; - l-OSCE, speċjalment l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR), in-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.
Emenda 26 Artikolu 9
L-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma" dawk tal-Kunsill ta" l-Ewropa, b'mod partikolari fir-rigward tal-Programm ta" Ħidma Annwali tagħha skond l-Artikolu 5. Għalhekk, il-Komunità għandha, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 300 tat-Trattat, tidħol fi ftehim mal-Kunsill ta" l-Ewropa sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn din ta" l-aħħar u l-Aġenzija. Dan il-ftehim għandu jinkludi l-obbligu tal-Kunsill ta" l-Ewropa li jaħtar persuna indipendenti biex tkun parti mill-Bord tat-Tmexxija ta" l-Aġenzija, skond l-Artikolu 11.
Sabiex tiżgura komplementarjetà u valur miżjud, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma" dawk tal-Kunsill ta" l-Ewropa, b'mod partikolari fir-rigward tal-Programm ta" Ħidma Annwali tagħha skond l-Artikolu 5 u tal-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili b'konformità ma' l-Artikolu 9a.Għal dan il-għan, il-Komunità għandha, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 300 tat-Trattat, tidħol fi ftehim mal-Kunsill ta" l-Ewropa sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn din ta" l-aħħar u l-Aġenzija. Dan il-ftehim għandu jinkludi l-ħatra mill-Kunsill ta' L-Ewropa ta' persuna indipendenti biex tkun parti mill-Bord tat-Tmexxija ta" l-Aġenzija u mill-Bord Eżekuttiv tagħha, skond l-Artikoli 11 u 12.
Emenda 27 Premessa 9 a (ġdida)
Artikolu 9a
Koperazzjoni mas-soċjetà ċivili u t-twaqqif ta' Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali
1.L-Aġenzija għandha tikkopera mill-qrib ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u istituzzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fuq livell nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali, fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, inkluż fil-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija u fil-ħarsien tal-minoranzi. Għal dan il-fini, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk ta' koperazzjoni, li se tissejjaħ "Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali", magħmula minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li jittrattaw id-drittijiet tal-bniedem, trejdjunjins u organizzazzjonijiet ta' min jimpjega, organizzazzjonijiet soċjali u professjonali rilevanti, knejjes, organizzazzjonijiet reliġjużi, filosofiċi u non-konfessjonali, universitajiet u esperti kwalifikati oħra ta' entitajiet u organizzazzjonijiet Erwopej jew internazzjonali.
2.Il-Pjattaforma għandha tkun ta' mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni u għaċ-ċentralizzazzjoni ta' għerf. Hija għandha tiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-partijiet interessati rilevanti.
3.Il-Pjattaforma għandha tkun miftuħa għall-partijiet interessati u kwalifikati kollha skond il-paragrafu 1. L-Aġenzija tista' tindirizza lill-membri tal-Pjattaforma b'konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi relatati ma' l-oqsma tal-ħidma ta' l-Aġenzija identifikati bħala projoritarji.
4.L-Aġenzija għandha tistieden lill-Pjattaforma sabiex partikularment: (a) tagħmel suġġerimenti lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-programm annwali ta' ħidma, li jkun adottat skond l-Artikolu 11(4)(a); (b) tinforma lura u tissuġerixxi lill-Bord tat-Tmexxija miżuri ta' segwitu għar-rapport annwali skond l-Artikolu (4)(1)(f); u (c) tikkomunika l-eżiti u r-rakkomandazzjonijiet ta' konferenzi, seminars u laqgħat li huma rilevanti għall-ħidma ta' l-Aġenzija lid-Direttur u lill-Kumitat Xjentifiku.
5.Il-Pjattaforma għandha tkun ikkoordinata taħt l-awtorità tad-Direttur.
Emenda 28 Artikolu 10, punti (c) u (d)
c) direttur; d) forum.
(c) Kumitat Xjentifiku; u
d) Direttur.
Emenda 29 Artikolu 11
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn persuni b'esperjenza xierqa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u fl-amministrazzjoni ta" l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, kif ġej:
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn persuni b'esperjenza xierqa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u fl-amministrazzjoni ta" l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, kif ġej:
a) Persuna indipendenti maħtura minn kull Stat Membru;
(a) Persuna indipendenti maħtura minn kull Stat Membru li għandha responsabilitajiet ta' livell għoli f'istituzzjoni indipendenti nazzjonali fil-qasam tad-drttijiet tal-bniedem jew f'organizzazzjoni oħra pubblika jew privata;
b)Persuna indipendenti maħtura mill-Parlament Ewropew;
c) Persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta" l-Ewropa; u
c) Persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta" l-Ewropa; u
d) Żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni.
(d) Żewġ persuni nnominati mill-Kummissjoni:
- ta' l-ewwel tkun persuna indipendenti maħtura minn fost individwi li l-kompetenza tagħhom fil-qasam tad-drittijiet fundamentali hija rikonoxxuta universalment, u
- l-persuna l-oħra tkun tirrappreżenta lill-Kummissjoni.
Il-persuni li jissemmew fil-punt (a) għandhom ikunu persuni b'responsabbilitajiet ta" livell għoli fl-amministrazzjoni ta" istituzzjoni indipendenti nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem; jew, b'kompetenza profonda fil-qasam tad-drittijiet fundamentali miksuba fil-kuntest ta" istituzzjonijiet jew korpi indipendenti oħra.
Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija jista" jiġi rappreżentat minn membru alternattiv, li jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija aktar "il fuq. Il-lista tal-membri tal-Bord għandha ssir pubblika u tinżamm aġġornata mill-Aġenzija fuq il-websajt tagħha.
2.Il-mandat tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura għandu jkun ta" 5 snin. Jista" jerġa" jiġġedded darba. Madankollu, meta membru ma jissodisfax aktar il-kriterji li huwa jew hija inħatar għalihom, huwa jew hija għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u lid-Direttur ta" l-Aġenzija. Il-parti kkonċernata għandha taħtar membru ġdid għall-bqija tal-mandat.
3.Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħżel lill-President u lill-Viċi-President biex iservu għal perjodu ta" sentejn u nofs, li jista" jiġi estiż darba. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija, jew fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, il-membru alternattiv, għandu jkollu vot wieħed.
4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-kompiti li hija ġiet inkarigata bihom. Għandu jkun il-korp ta" l-ippjanar u tal-monitoraġġ ta" l-Aġenzija. B'mod partikolari, għandu a) jadotta kull sena l-Programm ta" Ħidma Annwali ta" l-Aġenzija fuq il-bażi ta" abbozz imressaq mid-Direttur ta" l-Aġenzija u wara li l-Kummissjoni tkun tat opinjoni. Għandu jkun skond ir-riżorsi finanzjarji u umani. Il-Programm ta" Ħidma Annwali għandu jiġi mgħoddi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; (b) jadotta r-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 4(1)(f) u (h) fejn iqabbel, b'mod partikolari, ir-riżultati miksuba bl-għanijiet tal-programm ta" ħidma annwali; dawn ir-rapporti għandhom jiġi mgħoddija sa mhux aktar tard mill-15 ta" Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta" l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; c) jaħtar u, jekk ikun neċessarju, ineħħi mill-kariga d-Direttur ta" l-Aġenzija; d) jadotta l-baġits abbozzati u finali annwali ta" l-Aġenzija; e) jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur; f) jikkompila stima annwali tan-nefqa u tad-dħul għall-aġenzija u jibgħatha lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 19(5); g) jadotta r-regoli ta" proċedura ta" l-Aġenzija fuq il-bażi ta" abbozz imressaq mid-Direttur u wara li l-Kummissjoni tkun tat deċiżjoni; h) jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija fuq il-bażi ta" abbozz imressaq mid-Direttur u wara li l-Kummissjoni tkun tat deċiżjoni, skond l-Artikolu 20(11); i) jadotta l-miżuri neċessarji biex jiġu implimentati r-Regolamenti ta" l-Istaff ta" l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Kondizzjonijiet tax-xogħol ta" l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, skond l-Artikolu 23(3); u j) jadotta l-proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skond l-Artikolu 16(2).
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura u tal-membri sostituti għandu jkun ta" ħames snin. Il-mandat ma jiġġeddidx.
5. Il-Bord tat-Tmexxija jista" jiddelega kwalunkwe responsabbiltà li għandu lill-Bord Eżekuttiv minbarra dwar il-kwistjonijiet li jissemmew fil-punti (a), (b), (c), (d), (g) u (h) tal-paragrafu 4.
5. Barra mill-każijiet ta' sostituzzjoni ordinarja jew mewt, il-mandat ta' membru jew ta' membru sostitut għandu jintemm biss meta hu jirriżenja/hi tirriżenja. Madankollu, meta membru jew membru sostitut ma jissodisfax aktar il-kriterju ta' indipendenza, huwa jew hija għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lid-Direttur ta' l-Aġenzija b'dan. Il-parti kkonċernata għandha taħtar membru jew membru sostitut ġdid għall-bqija tal-mandat. Il-parti kkonċernata għandha taħtar ukoll membru jew membru sostitut għall-bqija tal-mandat, jekk il-Bord tat-Tmexxija jistabbilixxi, fuq il-bażi ta' proposta mingħand terz tal-membri tiegħu jew tal-Kummissjoni, li membru jew membru sostitut ma jissodisfax aktar il-kriterju ta' indipendenza. Jekk il-perjodu li jkun fadal mill-mandat ikun ta' anqas minn sentejn, il-mandat tal-membru jew membru sostitut ġdid jista' jkun ta' ħames snin sħaħ.
6. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa, minbarra fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c), u (d) tal-paragrafu 4, fejn għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta" tliet terzi tal-membri kollha. Il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv. Il-persuna magħżula mill-Kunsill ta" l-Ewropa tista" tivvota biss fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.
6. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar iċ-Chairperson u l-Viċi Chairperson u ż-żewġ membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv, kif imsemmi fl-Artikolu 12, minn fost il-membri tiegħu, maħtura skond paragrafu 1(a), biex iservu għal perjodu ta' sentejn u nofs, li jista' jiġġedded darba.
7. Il-President għandu jsejjaħ il-Bord darba fis-sena, mingħajr preġudizzju għal-laqgħat straordinarji supplementari. Il-President għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha jew fuq talba ta" mill-inqas terz tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija.
7. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-kompiti li hija ġiet inkarigata bihom. Huwa għandu jkun il-korp ta" l-ippjanar u tal-monitoraġġ ta" l-Aġenzija. B'mod partikolari, għandu: (a) jadotta l-programm annwali ta' ħidma ta' l-Aġenzija b'konformità mal-qafas pluriannwali, fuq il-bażi ta' abbozz imressaq mid-Direttur ta' l-Aġenzija wara li l-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku jkunu taw l-opinjoni tagħhom. Il-programm għandu jkun konformi mar-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli u għandu jqis il-ħidma ta' riċerka u statistika tal-Komunità. Il-Programm ta" Ħidma Annwali għandu jiġi mgħoddi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; (b) jadotta r-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 4(1)(f) u (h) fejn iqabbel, b'mod partikolari f'ta' l-aħħar, ir-riżultati miksuba ma' l-għanijiet tal-programm ta" ħidma annwali; mingħajr ħsara għall-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 12a, il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun ikkonsultat qabel ma jkun adottat ir-rapport li għalih hemm riferenza fl-Artikolu 4(1)(f); ir-rapporti għandhom jiġu mressqa sa mhux aktar tard mill-15 ta" Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta" l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; c) jaħtar u, jekk ikun neċessarju, ineħħi mill-kariga d-Direttur ta" l-Aġenzija; d) jadotta l-abbozzi ta' baġit u baġits finali annwali ta" l-Aġenzija; (e) jeżerċita l-poteri stipulati fl-Artikolu 23(2) fil-konfront tad-Direttur u l-awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur; f) jikkompila stima annwali tan-nefqa u tad-dħul għall-Aġenzija u jibgħatha lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 19(5); g) jadotta r-regoli ta" proċedura ta" l-Aġenzija fuq il-bażi ta" abbozz imressaq mid-Direttur u wara li l-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku jkunu taw opinjoni; h) jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija fuq il-bażi ta" abbozz imressaq mid-Direttur u wara li l-Kummissjoni tkun tat deċiżjoni, skond l-Artikolu 20(11); i) jadotta l-miżuri neċessarji biex jiġu implimentati r-Regolamenti ta" l-Istaff ta" l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol ta" l-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, skond l-Artikolu 23(3); (j) jadotta l-arranġamenti sabiex jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001, b'konformità ma' l-Artikolu 16(2); (k) jaħtar u jneħħi mill-kariga membri tal-Kumitat Xjentifiku b'konformità ma' l-ewwel u t-tielet paragrafi ta' l-Artikolu 12a; u (l) jistabbilixxi li membru jew membru sostitut tal-Bord tat-Tmexxija ma jissodisfax aktar il-kriterju ta' indipendenza, skond il-paragrafu 5.
8. Id-Direttur ta" l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa jista"/tista jattendi/tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur/osservatriċi. Id-Diretturi ta" aġenziji tal-Komunità u korpi ta" l-Unjoni oħra rilevanti jistgħu wkoll jattendu bħala osservaturi meta jiġu mistiedna mill-Bord Eżekuttiv.
8. Il-Bord tat-Tmexxija jista" jiddelega r-responsabbiltajiet tiegħu lill-Bord Eżekuttiv ħlief fil-kwistjonijiet li jissemmew fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (k) u (l) tal-paragrafu 7.
8a. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa, ħlief fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (k) u (l) tal-paragrafu 7, fejn għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta" żewġ terzi tal-membri kollha. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija, jew fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, il-membru sostitut, għandu jkollu vot wieħed. Iċ-Chairperson għandu jkollu l-vot deċiżiv. Il-persuna magħżula mill-Kunsill ta" l-Ewropa tista" tivvota fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (g) u (k) tal-paragrafu 7.
8b. Iċ-Chairperson għandu jlaqqa' l-Bord tat-Tmexxija darbtejn fis-sena, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe laqgħat straordinarji ulterjuri. Iċ-Chairperson għandu jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha jew fuq talba ta" mill-inqas terz tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija.
8c. Iċ-Chairperson jew il-Viċi-Chairperson tal-Kumitat Xjentifiku u d-Direttur ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistgħu jattendu laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi. Id-Diretturi ta' aġenziji Komunitarji rilevanti oħra, entitajiet ta' l-Unjoni u istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn, kif imsemmija fl-Artikoli 8 u 9, jistgħu wkoll jattendu bħala osservaturi meta jkunu mistiedna mill-Bord Eżekuttiv.
Emenda 30 Artikolu 12, paragrafu 1
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u mill-Viċi-President tal-Bord tat-Tmexxija, u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni.
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul miċ-Chairperson u mill-Viċi-Chairperson tal-Bord tat-Tmexxija, żewġ membri oħra tal-Bord tat-Tmexxija eletti mill-Bord tat-Tmexxija skond l-Artikolu 11(6) u waħda mill-persuni nnominati għal fuq il-Bord tat-Tmexxija mill-Kummissjoni. Il-persuni maħtura mill-Kunsill ta' l-Ewropa għal fuq il-Bord tat-Tmexxija tista' tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv bħala osservatur.
Emenda 31 Artikolu 12 a (ġdid)
Artikolu 12a
Kumitat Xjentifiku
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn ħdax-il persuna indipendenti, li jkunu kkwalifikati ħafna fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lill-membri wara sejħa għall-applikazzjonijiet u proċedura ta' għażla li jkunu trasparenti, wara li jkun ikkonsulta u ta kas tal-fehmiet espressi mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li jkun hemm rappreżentanza ġeografika bbilanċjata. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija m'għandhomx ikunu membri tal-Kumitat Xjentifiku. Ir-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 11(7)(g) għandhom jippreskrivu l-kundizzjonijiet iddettaljati li jirregolaw il-ħatra tal-Kumitat Xjentifiku.
Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkun ta" ħames snin. Il-mandat ma jiġġeddidx.
Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom ikunu indipendenti. Jistgħu jiġu mibdula biss jekk jitolbu dan huma stess, jew fil-każ li ma jkunux jistgħu, b'mod permanenti, iwettqu dmirijiethom. Madanakollu, fejn membru ma jibqax/tibqax jissodisfa/tissodisfa l-kriterju ta' l-indipendenza, huwa jew hija għandu/għandha minnufih jinforma/tinforma b'dan lill-Kummissjoni u lid-Direttur ta' l-Aġenzija. Alternattivament, il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddikjara, wara li ssir proposta minn terz tal-membri tiegħu, li l-persuna kkonċernata ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterju ta' l-indipendenza u jneħħi lill-persuna kkonċernata mill-kariga. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar membru ġdid għall-bqija tal-mandat skond il-proċedura għall-membri ordinarji. Fejn il-perjodu li jkun fadal mill-mandat ikun ta' anqas minn sentejn, il-mandat tal-membru l-ġdid jista' jkun ta' ħames snin sħaħ. Il-lista tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandha ssir pubblika u għandha tinżamm aġġornata mill-Aġenzija fuq il-websajt tagħha.
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jeleġġi liċ-Chairperson u lill-Viċi Chairperson tiegħu għal mandat ta' sena.
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun garanti tal-kwalità xjentifika tax-xogħol ta' l-Aġenzija, u għandu jiggwida x-xogħol għal dak l-għan. Għal dak il-fini, id-Direttur għandu jinvolvi lill-Kumitat Xjentifiku kmieni skond kif xieraq fit-tħejjija tad-dokumenti kollha mfassla skond l-Artikolu 4(1)(a), (b), (c), (d), (e), (f), (g), u (i).
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi. Il-Kumitat għandu jitlaqqa' miċ-Chairperson tiegħu erba' darbiet fis-sena. Jekk ikun meħtieġ, iċ-Chairperson għandu/għandha jniedi/tniedi proċedura bil-miktub jew isejjaħ/issejjaħ laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba ta" mill-inqas erba' membri tal-Kumitat Xjentifiku.
Emenda 32 Artikolu 13
1. L-Aġenzija għandha tkun immexxija minn Direttur, maħtur/maħtura mill-Bord tat-Tmexxija fuq il-bażi ta" lista ta" kandidati proposta mill-Kummissjoni. Id-Direttur għandu/għandha jinħatar/tinħatar fuq il-bażi tal-mertu, tal-kapaċitajiet u l-esperjenza ta" amministrazzjoni u tmexxija fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Qabel ma jinħatar/tinħatar, il-kandidat/kandidata magħżul/magħżula mill-Bord tat-Tmexxija jista" jintalab/tintalab jagħmel/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jirrispondi/tirrispondi l-mistoqsijiet mill-membri tiegħu.
1. L-Aġenzija għandha tkun immexxija u rrappreżentata minn Direttur, maħtur/maħtura mill-Bord tat-Tmexxija skond proċedura ta' koperazzjoni ("konċertazzjoni") li jipprovdi għaliha l-paragrafu 2. Id-Direttur għandu/għandha jinħatar/tinħatar fuq il-bażi tal-mertu personali tiegħu jew tagħha, ta' l-esperjenza fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u tal-kapaċitajiet amministrattivi u tat-tmexxija.
2. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta" ħames snin. Fuq proposta mill-Kummissjoni u wara evalwazzjoni, dan jista" jiġi estiż darba għal perjodu ta" mhux aktar minn ħames snin. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod partikolari r-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod li bih dawn inkisbu, u d-dmirijiet u l-kundizzjonijiet meħtieġa ta" l-Aġenzija fis-snin li ġejjin.
2. Il-proċedura ta' koperazzjoni għandha tkun kif ġej: (a) fuq il-bażi ta' lista magħmula mill-Kummissjoni wara sejħa għall-kandidati u proċedura trasparenti ta' għażla, l-applikanti għandhom jintalbu, qabel ma ssir ħatra, biex jindirizzaw lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u lill-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġbu għall-mistoqsijiet; (b) il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandhom imbagħad jagħtu l-fehma tagħhom dwar l-applikanti u jiddikjaraw l-ordni tal-preferenzi tagħhom; (c) il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur filwaqt li jagħti kas ta' dawk il-fehmiet.
3. Id-Direttur għandu/għandha jkun/tkun responsabbli għal: a)It-twettiq tal-kompiti li jissemmew fl-Artikolu 4; b)Il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm ta" Ħidma Annwali ta" l-Aġenzija; c)Il-kwistjonijiet kollha ta" l-istaff u b'mod partikolari l-eżerċizzju tal-poteri provduti fl-Artikolu 23(2); d)Il-kwistjonijiet ta" l-amministrazzjoni ta" kuljum; (e)L-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija, skond l-Artikolu 20; u f)L-implimentazzjoni ta" proċeduri effettivi ta" monitoraġġ u evalwazzjoni li jirrelataw mat-turija ta" l-Aġenzija meta mqabbla ma" l-għanijiet tagħha skond standards magħrufa professjonalment. Id-Direttur għandu/għandha jirrapporta/tirrapporta annwalment lill-Bord tat-Tmexxija dwar ir-riżultati tas-sistema ta" monitoraġġ.
3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta" ħames snin. Matul id-disa' xhur ta' qabel tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod partikulari r-riżultati li jkun/tkun kiseb/kisbet id-Direttur u d-dmirijiet u r-rekwiżiti ta' l-Aġenzija għas-snin li jkun imiss. Il-Bord tat-Tmexxija jista', filwaqt li jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni u biss fejn ikun iġġustifikat mid-dmirijiet u mir-rekwiżiti ta' l-Aġenzija, fuq proposta tal-Kummissjoni, itawwal il-mandat tad-Direttur darba għal mhux iktar minn tliet snin. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tiegħu li jtawwal il-mandat tad-Direttur. F'perjodu ta' xahar qabel ma l-Bord tat-Tmexxija formalment jieħu d-deċiżjoni tiegħu li jtawwal il-mandat, id-Direttur jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb għal mistoqsijiet mill-membri tiegħu. Fejn il-mandat tiegħu jew tagħha ma jiġġeddidx, id-Direttur għandu/għandha jibqa'/tibqa' fil-kariga sakemm issir il-ħatra tas-suċċessur tiegħu jew tagħha.
4. Id-Direttur għandu/għandha jirrispondi/tirrispondi għall-amministrazzjoni ta" l-attivitajiet tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija u għandu/għandha jipparteċipa/tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord mingħajr ma jkollu/jkollha d-dritt li jivvota/tivvota.
4. Id-Direttur għandu/għandha jkun/tkun responsabbli: (a) għat-twettiq tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 4 u b'mod partikulari għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni tad-dokumenti mfassla skond l-Artikolu 4(1)(a), (b), (c), (d), (e), (f), (g) u (i) f'koperazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku; (b) għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm annwali ta' ħidma ta' l-Aġenzija; (c) għall-affarijiet kollha ta' l-istaff, u b'mod partikulari l-eżerċitar fil-konfront ta' l-istaff tal-poteri stabbiliti fl-Artikolu 23(2); d) għall-kwistjonijiet ta" l-amministrazzjoni ta" kuljum; (e) għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija, skond l-Artikolu 20; f) għall-implimentazzjoni ta" proċeduri effettivi ta" kontroll u ta' evalwazzjoni fir-rigward tar-riżultati ta" l-Aġenzija meta mqabbla ma" l-objettivi tagħha skond standards irrikonoxxuti professjonalment. Id-Direttur għandu/għandha kull sena jirrapporta/tirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar ir-riżultati tas-sistema ta" kontroll; (g) għall-koperazzjoni ma' l-uffiċjali nazzjonali tal-kollegamenti; u (h) għall-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili, inkluż il-koordinament tal-Pjattaforma għad-Drittijiet Fundamentali skond l-Artikolu 9a.
5. Id-Direttur jista"/tista" jitneħħa/titneħħa mill-kariga mill-Bord tat-Tmexxija qabel ma jispiċċa/tispiċċa l-mandat tiegħu jew tagħha, fuq il-bażi ta" proposta mill-Kummissjoni.
5. Id-Direttur għandu/għandha jwettaq/twettaq xogħlu/xogħlha b'mod indipendenti. Għandu/għandha jwieġeb/twieġeb dwar il-ġestjoni ta' l-attivitajiet tiegħu/tagħha lill-Bord tat-Tmexxija u għandu/għandha jieħu/tieħu sehem fil-laqgħat tiegħu mingħajr drittijiet tal-vot.
5a. Id-Direttur jista'/tista' jissejjaħ/tissejjaħ f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill biex jattendi/tattendi smigħ dwar kwalunkwe affari li tkun marbuta ma' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija.
5b. Id-Direttur jista"/tista" jitneħħa/titneħħa mill-kariga mill-Bord tat-Tmexxija qabel ma jintemm il-mandat tiegħu jew tagħha, fuq il-bażi ta" proposta minn terz tal-membri tiegħu. Iċ-Chairperson tal-Bord tat-Tmexxija għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet għat-tneħħija mill-kariga.
Emenda 33 Artikolu 14
Artikolu 14 Il-Forum għad-Drittijiet Fundamentali 1.Il-Forum għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti ta" organizzazzjonijiet mhux governattivi responsabbli għad-drittijiet fundamentali u għall-isforzi biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu, tat-trejdjunjins u ta" l-organizzazzjonijiet ta" min iħaddem, ta" l-organizzazzjonijiet soċjali u professjonali kkonċernati, tal-knejjes, ta" l-organizzazzjonijiet reliġjużi u filosofiċi u mhux ta" xi denominazzjoni reliġjuża, ta" l-universitajiet u ta" esperti kwalifikati, u ta" korpi u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. 2.Il-membri tal-Forum għandhom jintgħażlu permezz ta" mekkaniżmu ta" l-għażla miftuħa li għandu jiġi deċiż mill-Bord tat-Tmexxija. In-numru massimu għandu jkun ta" 100. Il-mandat tagħhom għandu jkun ta" ħames snin, li jista" jiġġedded darba. 3.Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija m'għandhomx ikunu membri tal-Forum, imma jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Forum. 4.Il-Forum għandu jikkostitwixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta" ġbir flimkien ta" l-informazzjoni fejn għandhom x'jaqsmu l-kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali u l-ippûljar tal-konoxxenza. Għandu jiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-partijiet interessati rilevanti. 5.Il-Forum għandu: (a) tagħmel suġġerimenti lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-programm annwali ta' ħidma, li jkun adottat skond l-Artikolu 11(4)(a); u - jagħti informazzjoni lura dwar u jissuġġerixxi x'għandu jsir aktar fuq il-bażi tar-rapport annwali dwar is-sitwazzjoni li tirrigwarda d-drittijiet fundamentali adottati taħt l-Artikolu 11(4)(b). 6.Il-Forum għandu jkun ippresedut mid-Direttur. Għandu jiltaqa" darba fis-sena, jew fuq it-talba tal-Bord tat-Tmexxija. Il-proċeduri operattivi tiegħu għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni ta" l-Aġenzija u għandhom ikunu pubbliċi.
7. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku neċessarju lill-Forum u tipprovdi segretarjat għal-laqgħat tiegħu.
imħassar
Emenda 34 Artikolu 15, paragrafu 2
2. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur u l-membri tal-Forum għandhom jimpenjaw irwieħhom biex jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dan il-fini, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta" impenn. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura taħt l-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c), id-Direttur u l-membri tal-Forum għandhom jieħdu r-responsabbilità li jaġixxu b'mod indipendenti. Għal dan il-fini, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta" l-interessi billi jindikaw jew in-nuqqas ta" kwalunkwe interess li jista" jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom jew kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista" jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Iż-żewġ dikjarazzjonijiet għandhom isiru kull sena bil-miktub.
2. Il-membri u l-membri li jalternaw tal-Bord tat-Tmexxija, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u d-Direttur għandhom jimpenjaw irwieħhom biex jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dan il-fini, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta" l-interessi fejn jindikaw jew l-ineżistenza ta" interessi li jistgħu jitqiesu bħala li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom jew inkella kwalunkwe interessi diretti jew indiretti li jistgħu jitqiesu bħala li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom. Għandhom jagħmlu dik id-dikjarazzjoni bil-miktub meta jieħdu l-kariga u għandhom jirreveduha kemm-il darba jseħħu tibdiliet fir-rigward ta' dawk l-interessi. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Aġenzija fuq is-sit tagħha fuq l-internet.
Emenda 35 Artikolu 16, titolu u paragrafi 1 u 2
L-aċċess għad-dokumenti
It-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
1. L-Aġenzija għandha tiżviluppa prattiki amministrattivi tajba sabiex tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza fir-rigward ta' l-attivitajiet tagħha.
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta arranġamenti biex jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-ħidma ta" l-Aġenzija.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, fi żmien sitt xhur minn meta l-Aġenzija tibda tiffunzjona, jadotta regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni prattika tal-paragrafu 1. Dawn għandhom jinkludu, inter alia, regoli: - għall-ftuħ tal-laqgħat, - għall-pubblikazzjoni tax-xogħol ta' l-Aġenzija, inkluż dak tal-Kumitat Xjentifiku, u - għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Emenda 36 Artikolu 19, paragrafu 3
3. Id-dħul ta" l-Aġenzija għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, jinkludi:
3. Id-dħul ta" l-Aġenzija għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, jinkludi sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni).
(a)Sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni); u (b)Il-pagament li waslu għal servizzi mogħtija.
Dan id-dħul jista' jiġi miżjud b'pagamenti li waslu għal servizzi mogħtija fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet elenkati fl-Artikolu 4.
Dan id-dħul jista" jiġi kkomplementat minn (a)Kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri; u (b)Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-organizzazzjonijiet jew minn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 8, 9 jew 27.
Emenda 37 Artikolu 22, paragrafu 4
4. L-Aġenzija għandha legalment tilħaq wara ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija. Għandha tassumi d-drittijiet u l-obbligi legali kollha, l-impenni jew l-obbligi finanzjarji kollha taċ-Ċentru. Il-kuntratti ta" l-impjieg konklużi miċ-Ċentru qabel l-adozzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom ikunu onorati.
4. L-Aġenzija għandha legalment tilħaq wara ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija. Għandha tassumi d-drittijiet u l-obbligi legali kollha, l-impenji jew l-obbligi finanzjarji kollha taċ-Ċentru.
Emenda 38 Artikolu 23, paragrafi 1 u 2
1. Ir-Regolamenti ta" l-Istaff ta" l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-xogħol ta" l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex ikunu applikati dawn ir-regolamenti ta" l-istaff u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom japplikaw għall-istaff ta" l-Aġenzija.
1. Ir-Regolamenti ta" l-Istaff għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta" l-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex ikunu applikati dawn ir-regolamenti ta" l-istaff u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom japplikaw għall-istaff ta" l-Aġenzija u għad-Direttur tagħha.
2. Fir-rigward ta" l-istaff tagħha, l-Aġenzija għandha teżerċita l-poteri li ġew ittrasferiti lill-awtorità tal-ħatra.
2. Fir-rigward ta" l-istaff tagħha, l-Aġenzija għandha teżerċita l-poteri li ġew ittrasferiti lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti ta' l-Istaff għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-awtorità li hi intitolata li tikkonkludi kuntratti mill-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Aġenti Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
Emenda 39 Artikolu 27
Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati jew tal-pajjiżi kandidati potenzjali
Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati u tal-pajjiżi li magħhom ġiet konkluża Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta" dawk il-pajjiżi li kkonkludew ftehim ta" assoċjazzjoni mal-Komunità u li ġew identifikati mill-Kunsill Ewropew bħala pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali għall-adeżjoni ma" l-Unjoni fejn il-Kunsill ta" l-Assoċjazzjoni rilevanti jiddeċiedi fuq tali parteċipazzjoni.
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta" pajjiżi kandidati u ta' pajjiżi li magħhom ġiet konkluża Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mill-Komunità Ewropea.
2. F'dik l-eventwalità, il-modalitajiet ta" din il-parteċipazzjoni għandhom jiġu ddeterminati minn deċiżjoni tal-Kunsill ta" l-Assoċjazzjoni rilevanti. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kompetenza u l-assistenza li għandha tkun offruta lill-pajjiż ikkonċernat u tindika b'mod partikolari n-natura,l-medda u l-mod li fihom dawn il-pajjiżi ser jipparteċipaw fix-xogħol ta" l-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi li l-Aġenzija timpenja ruħha fihom, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u ma" l-istaff. Id-deċiżjoni għandha tkun skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti u mar-Regolamenti ta" l-Istaff ta" l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol ta" l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Id-deċiżjoni għandha tipprovdi li l-pajjiż li qed jipparteċipa jista" jaħtar persuna indipendenti li tissodisfa l-kwalifiki għall-persuni li jissemmew fl-Artikolu 11(1)(a) bħala osservatur għall-Bord tat-Tmexxija mingħajr id-dritt li jivvota.
2. Il-parteċipazzjoni ta' tali pajjiżi u l-modalitajiet rilevanti għandhom jiġu ddeterminati minn deċiżjoni tal-Kunsill ta" l-Assoċjazzjoni rilevanti, li tkun tagħti kas ta' l-istejtus speċifiku ta' kull pajjiż. Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi b'mod partikulari n-natura,il-medda u l-mod kif dawn il-pajjiżi ser jipparteċipaw fix-xogħol ta" l-Aġenzija, fil-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5, inklużi d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi li l-Aġenzija timpenja ruħha fihom, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u ma" l-istaff. Id-deċiżjoni għandha tkun skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti u mar-Regolamenti ta" l-Istaff ta" l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol ta" l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Id-deċiżjoni għandha tipprovdi li l-pajjiż li qed jipparteċipa jista" jaħtar persuna indipendenti li tissodisfa l-kwalifiki għall-persuni li jissemmew fl-Artikolu 11(1)(a) bħala osservatur għall-Bord tat-Tmexxija mingħajr id-dritt li jivvota.
3.L-Aġenzija għandha tieħu ħsieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiżi, li jipparteċipaw skond dan l-Artikolu, safejn huwa rilevanti għall-ftehim ta" assoċjazzjoni rispettiv. L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal hekk.
Emenda 40 Artikolu 29
Artikolu 29 Il-proċedura 1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat, magħmul minn rappreżentanti ta" l-Istati Membri u ppresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. 2.Fejn jissemma dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, f'konformità ma" l-Artikolu 7(3) tagħha. 3.Il-perjodu provdut mill-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta" xahar.
imħassar
Emenda 41 Artikolu 30
1. Il-mandat preżenti tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija għandu jintemm fil-31 ta" Diċembru 2006. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li Bord tat-Tmexxija stabbilit skond l-Artikolu 11 għandu jibda l-mandat tiegħu fl-1 ta" Jannar 2007.
1. Il-mandat preżenti tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija għandu jintemm fil-31 ta" Diċembru 2006. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament biex tiżgura li Bord tat-Tmexxija stabbilit skond l-Artikolu 11 jibda xogħlu meta jkun il-waqt.
2. Il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura tal-ħatra għal Direttur ta" l-Aġenzija kif provdut fl-Artikolu 13(1) mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet ikkonċernati għandhom jibdew il-proċedura tal-ħatra għal Direttur ta" l-Aġenzija kif provdut fl-Artikolu 13(1) mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
3. Fuq il-proposta tal-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija jista" jestendi l-mandat preżenti tad-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija għal perjodu massimu ta" 18-il xahar, sakemm issir il-proċedura tal-ħatra li tissemma fil-paragrafu 2.
3. Fuq il-proposta tal-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija jista" jaħtar Direttur interim jew jestendi l-mandat preżenti tad-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija bl-iqsar perjodu possibbli, sakemm issir il-proċedura tal-ħatra li tissemma fil-paragrafu 2.
4.Fil-każ li d-Direttur taċ-Ċentru ma jixtieqx jew ma jistax ikompli fil-kariga skond il-paragrafu 3, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar Direttur temporanju bl-istess kondizzjonijiet.
Emenda 42 Artikolu 31, paragrafi 1 sa 4
1. L-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjonijiet regolari ex-ante u ex-post ta" l-attivitajiet tagħha meta dawn jeħtieġu nefqa sinifikanti. Għandha tinnotifika lill-Bord tat-Tmexxija bir-riżultati ta" dawn l-evalwazzjonijiet.
1. L-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjonijiet regolari ex-ante u ex-post ta" l-attivitajiet tagħha meta dawn jeħtieġu nefqa sinifikanti. Id-Direttur għandu jinnotifika lill-Bord tat-Tmexxija bir-riżultati ta" dawn l-evalwazzjonijiet.
2. L-Aġenzija għandha tgħaddi kull sena kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta" l-evalwazzjoni lill-awtorità tal-baġit.
2. L-Aġenzija għandha tgħaddi kull sena kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta" l-evalwazzjoni lill-awtorità tal-baġit.
3. Sal-31 ta" Diċembur 2009, l-Aġenzija għandha tikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tagħha matul l-ewwel tliet snin tal-ħidmiet fuq il-bażi tat-termini ta" referenza maħruġa mill-Bord tat-Tmexxija fi ftehim mal-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tqis il-kompiti ta" l-Aġenzija, il-prattika tax-xogħol u l-impatt ta" l-Aġenzija fuq il-ħarsien u l-inkoraġġiment tad-drittijiet fundamentali u għandha tinkludi analiżi ta" l-effetti tas-sinerġija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta" kwalunkwe estensjoni tal-kompiti. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju u kemm fuq livell nazzjonali.
3. Sal-31 ta" Diċembru 2011, l-Aġenzija għandha tikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tagħha matul l-ewwel tliet snin tal-ħidmiet fuq il-bażi tat-termini ta" referenza maħruġa mill-Bord tat-Tmexxija fi ftehim mal-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha:
- tqis il-kompiti ta" l-Aġenzija, il-prattika tax-xogħol u l-impatt ta" l-Aġenzija fuq il-ħarsien u l-inkoraġġiment tad-drittijiet fundamentali; - tinkludi evalwazzjoni dwar il-ħtieġa possibbli li l-kompiti, l-ambitu, l-oqsma ta' ħidma jew l-istruttura ta' l-Aġenzija jiġu mmodifikati; - tinkludi analiżi ta" l-effetti tas-sinerġija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta" kwalunkwe modifika tal-kompiti; u - tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju u kemm fuq livell nazzjonali.
L-evalwazzjoni għandha wkoll tivvaluta l-bżonn possibbli li jiġu mmodifikati jew estiżi l-kompiti, l-ambitu, l-oqsma ta" l-attività jew l-istruttura ta" l-Aġenzija, inklużi b'mod partikolari modifiki fl-istruttura bżonnjużi biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli orizzontali dwar l-aġenziji regolatorji ladarba dawn jidħlu fis-seħħ.
Emenda 43 Artikolu 32, paragrafu 1
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżamina l-konklużjonijiet ta" l-evalwazzjoni li tissemma fl-Artikolu 31 u għandu joħroġ lill-Kummissjoni tali rakkomandazzjonijiet kif ikun neċessarju rigward bidliet fl-Aġenzija, fil-prattika tax-xogħol tagħha u fl-ambitu tal-missjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapport ta" l-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni u għandha tagħmilhom pubbliċi.
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżamina l-konklużjonijiet ta" l-evalwazzjoni li tissemma fl-Artikolu 31(3) u (4) u għandu joħroġ lill-Kummissjoni tali rakkomandazzjonijiet kif ikun neċessarju rigward bidliet fl-Aġenzija, fil-prattika tax-xogħol tagħha u fl-ambitu tal-missjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapport ta" l-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni u għandha tagħmilhom pubbliċi.