Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2557(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0522/2006

Testi mressqa :

B6-0522/2006

Dibattiti :

PV 11/10/2006 - 12

Votazzjonijiet :

PV 12/10/2006 - 7.24
CRE 12/10/2006 - 7.24
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0416

Testi adottati
PDF 198kWORD 34k
Il-Ħamis, 12 ta' Ottubru 2006 - Brussell
Azzjonijiet futuri fil-qasam tal-privattivi
P6_TA(2006)0416B6-0522/2006

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar politika dwar privattivi fil-futur fl-Ewropa

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Green Paper mill-Kummissjoni ta' l-24 ta' Ġunju 1997 dwar il-privattiv tal-Komunità u s-sistema tal-privattiv fl-Ewropa - Promozzjoni ta' l-innovazzjoni permezz tal-privattivi (COM(1997)0314),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-privattivi għal invenzjonijiet bijoteknoloġiċi(2),

–   wara li kkunsidra l-konsultazzjoni mwaqqfa mill-Kummissjoni fid-9 ta' Jannar 2006 dwar politika dwar privattivi fil-futur fl-Ewropa,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi n-nuqqasijiet fil-proposti għal Privattivi tal-Komunità ma jidhrux li se jkunu solvuti fil-futur qrib,

B.   billi sistema ta' privattivi effiċjenti, kompetittiva u ekonomikament vijabbli aċċessibbli għal kulħadd hija rekwiżit prinċipali ta' l-Istrateġija ta' Liżbona lejn soċjetà kompetittiva, imsejsa fuq l-għarfien u hija kruċjali għat-tnexxija ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju kif ukoll għal kumpanniji kbar,

C.   billi qed jikber it-tħassib dwar privattivi mhux mixtieqa f'oqsma varji u dwar nuqqas ta' kontroll demokratiku fuq il-proċessi li bis-saħħa tagħhom privattivi huma mogħtija, validati u infurzati,

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tesplora l-mezzi kollha possibbli biex ittejjeb il-privattiv u s-sistemi ta' litigazzjoni għall-privattivi fl-UE, inkluża l-parteċipazzjoni f'aktar diskussjonijiet dwar il-Ftehima ta' Litigazzjoni għall-Privattiv Ewropea (EPLA) u biex tissieħeb fil-Konvenzjoni ta' Munich kif ukoll biex tirrevedi l-proposti għal Privattiva tal-Komunità; fir-rigward ta' l-EPLA, iqis li t-test propost jeħtieġ titjib sinifikattiv, li jindirizza tħassib dwar il-kontroll demokratiku, l-indipendenza ġudizzjarja u spejjeż għal litigazzjoni, kif ukoll proposta sodisfaċenti għar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti ta' l-EPLA;

2.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-proposti leġiżlattivi kollha jrid ikollhom analiżi ta' l-impatt fil-fond konnessa mal-kwalità tal-privattivi, l-iggvernar tas-sistema tal-privattivi, l-indipendenza ġudizzjarja u l-ispejjeż tal-litigazzjoni.

3.  Jitlob biex is-Servizz Legali tal-Parlament jintalab biex jipprovdi opinjoni interim dwar aspetti relatati ma' l-UE tal-konklużjoni possibbli ta' l-EPLA mill-Istati Membri fid-dawl ta' punti simili bejn l-EPLA u l-acquis communautaire u biex jiċċara l-kompetenzi leġiżlattivi f'dan il-qasam;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2005)0407.

Avviż legali - Politika tal-privatezza