Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Komunità għar-Regolament Nru 107 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M2 jew M3 fir-rigward tal-kostruzzjoni ġenerali tagħhom(7884/1/2006 – C6-0198/2006 – 2005/0250(AVC))
(Proċedura ta' kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (7884/1/2006)(1),
– wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikoli 3(3) u 4(2), it-tieni inċiż, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE(2) (C6-0198/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0292/2006),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb ta' l-adeżjoni tal-Komunita Ewropea għal Ftehima tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, għal tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu fuq u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehima Riveduta 1958")(ĠU L 346, 17.12.1997, p.78).