Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2218(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0317/2006

Testi mressqa :

A6-0317/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2006 - 8.5

Testi adottati :

P6_TA(2006)0425

Testi adottati
PDF 199kWORD 33k
It-Tlieta, 24 ta' Ottubru 2006 - Strasburgu
Talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Bogdan Golik
P6_TA(2006)0425A6-0317/2006

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Bogdan Golik (2006/2218(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Bogdan Golik, imressqa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Belġjan fuq talba ta' l-Uffiċċju tal-Prosekutur fil-Qorti ta' l-Appell ta' Brussell fis-7 ta' Lulju 2006, u mħabbra waqt is-seduta plenarja ta' l-4 ta' Settembru 2006,

–   wara li sema' lil Bogdan Golik, b'konformità ma' l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li talab li titneħħa l-immunità tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 t'April 1965, u l-Artikolu 6(2) ta" l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'votazzjoni universali diretta, ta" l-20 ta" Settembru 1976,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta" Mejju 1964 u ta" l-10 ta" Lulju 1986(1)

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0317/2006),

A.   billi Bogdan Golik ġie elett fil-Parlament Ewropew fis-sitt elezzjoni li saret mill-10 sat-13 ta" Ġunju 2004, u billi l-kredenzjali tiegħu ġew ivverifikati mill-Parlament fl-14 ta" Diċembru 2004

B.   billi Bogdan Golik igawdi, fit-territorju ta' Stati Membri barra dak tiegħu stess, immunità minn kull miżura ta' detenzjoni u minn proċeduri legali skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965,

C.   billi Bogdan Golik kien igawdi igawdi minn dik l-immunità fiż-żmien in kwistjoni peress li l-Parlament kien waqt is-sessjoni, skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata hawn fuq,

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Bogdan Golik, bil-kundizzjoni li, sakemm tingħata sentenza finali, jekk tingħata waħda, Bogdan Golik għandu jkun immuni minn kull tip ta' detenzjoni jew limitazzjoni tal-libertà jew kwalunkwe miżura oħra li żżommu milli jwettaq id-dmirjiet marbuta mal-mandat tiegħu;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli, immedjatament lill-awtorità xierqa tar-Renju tal-Belġju.

(1) Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195 u l-Każ 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391

Avviż legali - Politika tal-privatezza