Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2151(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0329/2006

Testi mressqa :

A6-0329/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2006 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0426

Testi adottati
PDF 198kWORD 31k
It-Tlieta, 24 ta' Ottubru 2006 - Strasburgu
It-talba għall-ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Mario Borghezio
P6_TA(2006)0426A6-0329/2006

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għall-ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Mario Borghezio (2006/2151(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba ta' Mario Borghezio għall-ħarsien ta' l-immunità tiegħu mgħoddija permezz ta' ittra bid-data tat-23 ta' Mejju 2006, u kkomunikata waqt is-seduta plenarja li saret fl-1 ta' Ġunju 2006,

–   wara li sema' lil Mario Borghezio skond l-Artikolu 7 (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) ta' l-Att dwar l-introduzzjoni ta' l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, ta' l-20 ta' Settembru 1976,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u ta' 10 ta' Lulju 1986(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarjiet Legali (A6-0329/2006),

1.  Jiddeċiedi li ma jħarisx l-immunità u l-privileġġi ta' Mario Borgezio;

(1) Każ 101/63 Wagner / Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, u Każ 149/85 Wybot v Faure et [1986] ECR 2391.

Avviż legali - Politika tal-privatezza