Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2234(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0310/2006

Testi mressqa :

A6-0310/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2006 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0430

Testi adottati
PDF 256kWORD 67k
It-Tlieta, 24 ta' Ottubru 2006 - Strasburgu
Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel
P6_TA(2006)0430A6-0310/2006

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel (2006/2234(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2006 bl-isem 'Lejn Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel' (COM(2006)0347),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tat-28 ta' Ġunju 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill sabiex jagħtu orjentament lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-Ftehima dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn il-Komunita? Ewropea u l-Istati Membri tagħha min naħa l-waħda, u r-Repubblika ta" l-Afrika t'Isfel min-naħa l-oħra (COM(2006)0348),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni (TDCA) bejn il-Komunita? Ewropea u l-Istat Membri tagħha min naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel min naħa l-oħra(1), li ġiet iffirmata f'Ottubru 1999 u li ġiet applikata proviżorjament u parzjalment minn Jannar 2000 u ddaħħlet kompletament fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku min naħa l-waħda u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(2) (il-Ftehima ta' Sħubija ta' Cotonou),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Proġett tal-Millenju tan-NU: 'Ninvestu fl-Iżvilupp: Pjan Prattiku biex jinkisbu l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp' ,

–   wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea, 'Il-Konsensus Ewropew'(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar Strateġija ta' Żvilupp għall-Afrika(4), adottata fis-17 ta' Novembru 2005 u, dwar is-Sħubija għat-Tkabbir bejn l-UE u l-Karibew, l-Istabilita? u l-Iżvilupp, adottata fis-6 ta' Lulju 2006(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0310/2006),

A.  billi l-Afrika t'Isfel hija l-qawwa politika l-aktar sinifikanti fl-Afrika "l isfel mis-Saħara, li taġixxi b'mod partikolari fil-qafas ta' l-Unjoni Afrikana u s-Sħubija l-Ġdida għall-Iżvilupp ta' l-Afrika (NEPAD) fuq il-livell Afrikan u fil-qafas tal-Komunita? għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar ta" l-Afrika (SADC) fuq livell reġjonali, u billi hija wkoll parteċipant importanti fuq livell globali, anke fin-negozjati multilaterali tal-kummerċ ta" l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji (WTO), kif ukoll kontributur dejjem jikber għaż-żamma tal-paċi u r-riżoluzzjoni tal-konflitti fl-Afrika,

B.   billi l-Afrika t'isfel hija bil-bosta l-ekonomija l-aktar b'saħħitha fl-Afrika "l isfel mis-Saħara, kif ukoll fil-grupp ta" l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP) u billi wara l-ħames konferenza ministerjali tad-WTO f'Cancun kellha l-irwol ta" tmexxija fi ħdan il-G-20 bħala rappreżentanta tal-pajjiżi Afrikani li qed jiżviluppaw u għamlet sforz biex iżżid is-saħħa ta' dawk il-pajjiżi fin-negozjati dwar kwistjonijiet li huma kruċjali għall-ekonomiji tagħhom,

C.   billi l-Afrika t'Isfel kienet membru fil-Grupp Cairns tad-WTO bil-ħsieb li tipproteġi l-interessi ta" l-ekonomiji li jesportaw il-prodotti agrikoli,

D.   billi intirtu disparitajiet fid-dħul mill-era ta' l-apartheid bil-maġġoranza tal-popolazzjoni bajda tgħix f'kundizzjonijiet kumparabbli ma" l-istandards ta' l-Ewropa tal-Punent, filwaqt li maġġoranza tal-popolazzjoni tas-suwed tgħix f'kundizzjonijiet kumparabbli ma" dawk tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, bi kważi nofs il-popolazzjoni tgħix taħt il-linja tal-faqar,

E.   billi l-istrateġija tal-gvern ta" l-Afrika t'Isfel għall-emanċipazzjoni tas-suwed fl-ekonomija (BEE) ġiet approvata fl-2004 u timmira li tikkoreġi l-inġustizzji ta" l-era ta' l-apartheid billi żżid il-parteċipazzjoni ekonomika mill-popolazzjoni żvantaġġjata,

F.   billi r-rata tal-qgħad hija għolja wisq fl-Afrika t'Isfel, b'rata uffiċjali ta" "l fuq minn 30%, u stima mhux uffiċjali qrib l-40%,

G.   billi r-rata tal-qgħad tirrifletti diskriminazzjoni kontinwa bejn ir-razez, billi l-qgħad jaffettwa 50% tal-popolazzjoni tas-suwed, 27% tal-popolazzjoni ta" razza mħallta, 17% tal-popolazzjoni Asjatika u 6% biss tal-popolazzjoni tal-bojod,

H.  billi s-sitwazzjoni ta" l-immigrazzjoni fl-Afrika t'Isfel hija waħda speċjali billi, min naħa l-waħda, ġibdet għal għexieren ta" snin migrazzjoni legali (eż. tħaffir għad-deheb u għad-djamanti) u illegali (livell tajjeb ta" għajxien) mir-reġjun kollu tan-Nofsinhar ta" l-Afrika, u, fuq in-naħa l-oħra, huwa pajjiż li qed isofri ħafna mill-fenomenu 'brain drain', b'mod partikulari fis-settur mediku,

I.  billi l-Gvern ta" l-Afrika t'Isfel stabbilixxa l-objettivi makroekonomiċi tiegħu fl-Inizjattiva għal Tkabbir Aċċellerat u Komuni għall-Afrika t'Isfel (ASGISA), bil-ħsieb li t-tkabbir ekonomiku jiżdied għal 6% u li l-qgħad u l-faqar jonqos bin-nofs sa l-2014,

J.   billi l-Afrika t'Isfel għandha l-akbar ammont ta" persuni fid-dinja infettati bl-HIV bi 320,000 persuna li mietet bl-AIDS fl-2005, il-pandemija ta" l-AIDS li hija traġedja umanitarja li għandha effett ta" ħsara partikulari fuq it-tfal li huma orfni u li jsofru l-abbuż u li qiegħda taffettwa l-ekonomija ta' l-Afrika t'Isfel,

K.   billi l-Afrika t'Isfel tħaddem l-ekonomija tar-reġjun kollu ta' l-Afrika "l isfel mis-Saħara, u billi l-iżvilupp ekonomiku ta" l-Afrika t'Isfel jista' jkollu effett fuq it-tnaqqis tal-faqar u fuq il-kisba ta' l-Objettivi ta' l-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs) fuq livell reġjonali,

L.  billi r-rata għolja ta" kriminalità xxekkel l-iżvilupp ta" l-ekonomija u l-industrija tat-turisti u tiskoraġġixxi l-investiment dirett barrani,

M.   billi l-UE hija s-sieħba kummerċjali l-aktar importanti għall-Afrika t'Isfel, filwaqt li l-kummerċ ma' l-Afrika t'Isfel huwa ta" importanza medja għall-UE,

N.   billi l-Afrika t'Isfel hija membru kkwalifikat tal-Ftehima tal-Cotonou mhux eliġibbli għall-preferenzi kummerċjali mhux reċiproċi, u ma tibbenefikax minn għajnuna finanzjarja permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, iżda tipparteċipa f'koperazzjoni politika u fl-istituzzjonijiet ta' bejn l-ACP u l-UE,

O.   billi l-UE hija bil-bosta l-iktar donatur importanti għall-Afrika t'Isfel, billi tipprovdi xi 70% tal-fondi totali mogħtija li jammontaw għal xi 1.3% tal-baġit nazzjonali,

P.  billi r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali u l-koperazzjoni fil-qasam politiku, soċjali, kulturali, ambjentali, tas-saħħa u oqsma oħra huma rregolati mit-TDCA li għandha l-għan li toħloq żona ta' kummerċ ħieles bi skeda asimetrika u bi protezzjoni għas-setturi sensittivi,

Q.   billi l-Kummissjoni pproponiet Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel li għandha tliet objettivi ewlenin: li toħloq qafas ewlieni, koerenti u ċar li jkopri l-oqsma kollha ta' koperazzjoni, li timxi minn djalogu politiku għall-koperazzjoni politika strateġika, u li żżid il-koperazzjoni eżistenti b'TDCA reveduta,

R.   billi t-TDCA ppermettiet lill-UE biex tneħħi d-defiċit kummerċjali ma" l-Afrika t'Isfel u tefgħet piż akbar fuq l-Afrika t'Isfel milli fuq l-UE f'dawk li huma aġġustamenti ta' tariffi, bl-effett li l-UE tibbenefika mit-TDCA kurrenti iktar milli l-Afrika t'Isfel,

S.   billi l-prodotti agrikoli u ta' teknoloġija għolja ta' l-UE qed jidħlu fis-swieq ta" l-Afrika t'Isfel b'effetti negattivi fuq is-settur agrikolu u fuq l-iżvilupp ta' prodotti strateġiċi ta" l-Afrika t'Isfel b'valur miżjud, bħall-farmaċewtiċi, makkinarju u vetturi,

T.  billi l-Afrika t'Isfel diġa? ħadet impenji importanti fi ħdan il-GATS fis-settur tas-servizzi, u taffaċċja limitazzjonijiet severi fil-kisba ta' livelli aċċettabbli ta' aċċess u servizz universali,

U.   billi l-Kummissjoni bi ħsiebha tirrevedi t-TDCA, partikolarment billi tinkludi dispożizzjonijiet oħra dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u impenji li jorbtu fuq servizzi, investiment, akkwisti tal-gvern, proprjeta? intellettwali, kompetizzjoni, standardizzazzjoni, dwana u regoli ta' oriġini,

V.   billi l-inklużjoni ta" l-investiment u l-akkwist tal-gvern jistgħu joħolqu diffikultajiet għall-Afrika t'Isfel u għall-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Doganali tan-Nofsinhar ta" l-Afrika (SACU),

W.  billi l-Kummissjoni tipproponi wkoll li ġġib it-TDCA fil-linja mal-Ftehima reveduta ta' Cotonou li tikkonċerna l-proliferazzjoni ta' armi ta' distruzzjoni tal-massa, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ġlieda kontra l-impunita?, il-prevenzjoni ta' attivitajiet merċenarji,

X.  billi l-Kummissjoni bi ħsiebha tipproponi lill-Kunsill tal-Koperazzjoni Konġunta bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel, fl-14 ta' Novembru 2006, abbozz ta' Pjan ta' Azzjoni bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel dwar l-implimentazzjoni tas-Sħubija Strateġika,

1.  Jilqa" l-approċċ tal-Kummissjoni li tieħu passi lejn Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel u li tipproponi qafas ta' koperazzjoni koerenti u fit-tul;

2.  Jenfasizza li s-Sħubija Strateġika għandha tipprovdi qafas waħdieni li permezz tiegħu, l-istrumenti eżistenti ta" koperazzjoni jistgħu jtejbu l-prestazzjoni fl-interessi tal-popolazzjoni u l-ekonomija ta" l-Afrika t'Isfel;

3.  Jenfasizza li s-Sħubija Strateġika għandha tkun kumplimentari għall-Istrateġija bejn l-UE u l-Afrika u tinkorpora l-linja ta" ħidma eżistenti fuq l-Istrument ta" Koperazzjoni għall-Iżvilupp, fuq Ftehimiet ta" Sħubija Ekonomika (EPA) u fuq negozjati oħra li diġà għaddejjin;

4.  Jenfasizza li l-Pjan ta' Azzjoni għandu jkollu l-għan ewlieni li jnaqqas il-faqar, fl-istess linja mal-Ftehima ta' Cotonou u bil-ħsieb li jinkisbu l-MDGs, u għandu jikkunsidra l-effett tas-Sħubija Strateġika fuq il-pajjiżi tar-reġjun u fuq in-negozjati ta' l-EPA;

5.  Jenfasizza li t-trattament tal-kriżi HIV/AIDS, b'approċċ ibbilanċjat bejn il-prevenzjoni (b'enfasi fuq is-saħħa sesswali u dik riproduttiva), it-trattament u l-kura, għandhom jibqgħu prijorità politika għall-Gvern ta" l-Afrika t'Isfel; jilqa" d-deċiżjoni tal-Gvern favur programm li jwassal mediċini antiretrovirali, iżda madankollu jinsisti li l-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi mtejba malajr;

6.  Jilqa" l-approċċ ġdid li għandu jimxi minn djalogu politiku għall-koperazzjoni strateġika politika fejn l-Afrika t'Isfel hija identifikata bħala l-'pajjiż gwida' ('anchor country') kapaċi li jfittex objettivi komuni dwar kwistjonijiet reġjonali, Afrikani u globali, meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-Afrika t'Isfel għandha rwol importanti bħala kelliema għall-Pajjiżi Afrikani "l isfel mis-Saħara f'fora internazzjonali bħalma huma d-WTO u n-Nazzjonijiet Uniti;

7.  Jitlob lill-Afrika t'Isfel biex tiċċara r-relazzjoni bejn l-SADC, l-SACU u t-TDCA, bil-ħsieb li titfassal politika ta" żvilupp reġjonali aħjar; jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara l-politika ta" l-UE f'relazzjoni mal-SADC, l-SACU u t-TDCA, u jikkunsidra n-negozjati ta" l-EPA;

8.  Jissuġġerixxi li d-djalogu politiku bejn l-UE u l-Afrika t'isfel għandu jkompli jiżviluppa permezz ta" żjarat regolari ta" skambju mid-delegazzjonijiet parlamentari (li huma essenzjali jekk għandu jkun hemm ftehim reċiproku ta" kwistjonijiet ta" interess komuni, is-sistemi demokratiċi rispettivi taż-żewġ partijiet u l-oqsma ta" responsabilità);

9.  Jenfasizza l-irwol politiku speċifiku li l-Afrika t'Isfel diġà ħadet għall-kontinent kollu (eż. is-Sudan, il-Kongo u l-Liberja), u jikkunsidra li din il-pożizzjoni għandha tkun magħrufa u appoġġjata mill-Unjoni Ewropea; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza ta" l-Unjoni Afrikana –li tagħha l-Afrika t'Isfel hija waħda mill-fundaturi kif ukoll membru attiv - bħala kelliema possibbli għall-kontinent Afrikan f'dinja globalizzata, u jittama għal aktar żvilupp ta" l-Unjoni Afrikana;

10.  F'dan ir-rigward, jistieden lill-Afrika t'Isfel biex tuża din l-influwenza politika sabiex tasal għall-ftehim paċifiku tal-kriżi fiż-Żimbabwe, pajjiż ġar tagħha;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni żżomm f'moħħha l-fatt li l-Afrika t'Isfel bniet politika u rabtiet kummerċjali importanti ma" pajjiżi Asjatiċi u Amerikani Latini u ma" pajjiżi żviluppati fil-kuntest ta' konfigurazzjonijiet internazzjonali;

12.  Jenfasizza li l-Pjan ta" Azzjoni għandu jikkunsidra d-differenzi ekonomiċi bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel, b'mod partikulari fil-qasam tal-kummerċ, bħalma - fir-rigward ta" l-ekonomiji li għadhom qegħdin jiżviluppaw - huwa magħruf mid-WTO innifisha li tiddefendi t-trattament differenzjat li jippermetti ċerti tariffi u miżuri oħra ta" kummerċ meħtieġ għall-għan li jipproteġi dawk l-ekonomiji li għadhom fil-bidu biex jibqgħu fis-seħħ;

13.  Jenfasizza li skond il-Pjan ta" Azzjoni, enfasi partikulari għandha titqiegħed fuq il-ħolqien ta" inċentivi għall-investiment barrani permezz tat-tfassil ta" strateġija innovattiva f'assoċjazzjoni ma" l-awtoritajiet bil-ħsieb li jingħelbu l-ostakli prinċipali ta" l-investiment, bħalma huwa l-impatt soċjali u ekonomiku ta" l-AIDS, ir-rata għolja ta" kriminalità u l-involviment ta" l-Istat fil-politika ta" l-impjiegi u l-proprjetà;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex ma tinsistix li tinkludi fit-TDCA revedut elementi li jtellfu l-iżvilupp ekonomiku ta' l-Afrika t'Isfel, jew it-taqbida għat-tnaqqis tal-faqar, li ma tinsistix għal aktar parteċipazzjoni mis-settur privat fil-forniment ta" servizzi bażiċi, u li titgħallem mill-falliment tan-negozjati għall-kummerċ ħieles bejn l-SACU u l-Istati Uniti, fejn l-istati Uniti ppruvaw jimponu kundizzjonijiet inaċċettabbli fuq l-SACU ;

15.  Jissuġġerixxi li l-baġit ta' l-UE jipprovdi approprjazzjonijiet biex jiffaċilitaw il-proċess diffiċli għall-integrazzjoni kummerċjali fir-reġjun tan-Nofsinhar ta" l-Afrika;

16.  Jissuġġerixxi li l-Pjan ta' Azzjoni u l-baġit ta" l-UE jinkludu appoġġ għal strateġija b'saħħitha għas-sigurta? ta' l-enerġija fl-Afrika t'Isfel li tikkunsidra l-bidla fil-klima u l-impatt soċjali u ambjentali tagħha fuq in-nies fqar fl-Afrika t'Isfel u fir-reġjun, billi jiffoka inter alia fuq l-iżvilupp ta" sorsi ta" enerġija li jiġġeddu, b'mod partikulari l-impjanti żgħar ta" enerġija mill-ilma, l-enerġija mir-riħ u l-bijomassa;

17.  Jenfasizza li l-Pjan ta' Azzjoni għandu jkollu approċċ ta' parteċipazzjoni u magħmul minn diversi partijiet ikkonċernati u għandu jiffoka fuq l-appoġġ għall-prijoritajiet ta" l-Afrika t'Isfel inklużi l-azzjoni sabiex jiġġieldu kontra l-firxa ta" l-HIV, il-miżuri tal-gvern għall-irkupru ekonomiku u l-ġlieda kontra l-inugwaljanza ekonomika, titħaddan il-koeżjoni soċjali u tiżgura li l-benefiċċji ekonomiċi jinfirxu lil hinn mill-ipprivileġġjar finanzjarju li ħiereġ, konformi ma" l-ASGISA u ma" l-istrateġija BEE;

18.  Jissuġġerixxi li għandhom ikollhom prijorità dawk it-talbiet ta" l-Afrika t'Isfel għall-assistenza teknika li huma ffukati fuq il-kisba ta" l-objettivi tal-pajjiż u li jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjun, bil-ħsieb li mexxejja Afrikani oħra jiġu inkuraġġiti jieħdu r-responsabiltajiet tagħhom fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta" mudell ta" żvilupp ekonomiku sostenibbli għall-kontinent;

19.  Barra minn hekk, jipproponi li għandu jiġi żviluppat qasam ta' koperazzjoni fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ, li għandu jinkludi skambji ta' studenti u għalliema u tieqa għall-Afrika t'Isfel fil-programm Erasmus Mundus;

20.  Jinnota l-benefiċċji konsiderevoli li l-Afrika t'Isfel kisbet mis-self disponibbli mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment u jitlob li jinżamm almenu livell ugwali ta" appoġġ għall-perjodu 2007-2013 filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet ta" makrointrapriżi u SMEs;

21.  Jinsisti li l-għajnuna għall-iżvilupp għandha tkun allokata lokalment u esperti esterni jiġu impjegati biss u prodotti jiġu impurtati biss meta ma jkunx hemm disponibbli kompetenzi jew prodotti kumparabbli fir-reġjun;

22.  Jenfasizza l-irwol ta" pijunier fil-qasam tal-politika ta" l-immigrazzjoni li l-Afrika t'Isfel tista" tieħu għar-reġjun tan-Nofsinhar ta" l-Afrika kif ukoll il-kontinent Afrikan b'mod sħiħ grazzi għall-esperjenza unika tagħha f'dan il-qasam; jenfasizza għaldaqstant li l-Afrika t'Isfel għandha bżonn mill-aktar fis li ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tadotta politika koerenti u effiċjenti ta" migrazzjoni; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jħaddnu dawn l-isforzi billi jaqsmu flimkien l-esperjenzi kif ukoll jiffukaw fuq dan l-irwol speċjali ta" l-Afrika t'Isfel fil-programmi ta" migrazzjoni bħalma huwa AENEAS u l-programm ta" aġġornament;

23.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibqa" fi djalogu kostanti mal-gvern ta" l-Afrika t'Isfel u li tinkludi lill-Parlament, lill-gvernijiet lokali u lis-soċjeta? ċivili fid-diskussjoni dwar is-Sħubija Strateġika, il-Pjan ta' Azzjoni u l-implimentazzjoni sussegwenti tiegħu;

24.  Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri ta" l-UE u lill-Gvern u l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel.

(1) ĠU L 311, 4.12.1999, p. 3.
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehima kif emendata mill-Ftehima li temenda il-Ftehima ta' Sħubija (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).
(3) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(4) Testi Adottati, P6_TA(2006)0445.
(5) Testi Adottati, P6_TA(2005)0304.

Avviż legali - Politika tal-privatezza