Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm "Żgħażagħ attivi" għall-perjodu bejn l-2007-2013 (6236/3/2006 – C6-0273/2006 – 2004/0152(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (6236/3/2006 – C6-0273/2006),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2004)0471)(2),
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni emendata (COM(2006)0228)(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0341/2006),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.