Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0104(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0354/2006

Testi mressqa :

A6-0354/2006

Dibattiti :

PV 23/10/2006 - 15
CRE 23/10/2006 - 15

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2006 - 6.8
CRE 25/10/2006 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0446

Testi adottati
PDF 332kWORD 68k
L-Erbgħa, 25 ta' Ottubru 2006 - Strasburgu
Aċċess għas-SIS II mis-servizzi responsabbli għall-ħruġ ta" ċertifikati ta" reġistrazzjoni tal-vetturi ***I
P6_TA(2006)0446A6-0354/2006
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għas-Sistema ta" Informazzjoni Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta" ċertifikati ta" reġistrazzjoni tal-vetturi (COM(2005)0237 – C6-0175/2005 – 2005/0104(COD))

(Proċedura ta' Kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0237)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0175/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0354/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-parlament ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għas-Sistema ta" Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta" ċertifikati ta" reġistrazzjoni tal-vetturi
P6_TC1-COD(2005)0104

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),

Billi:

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta" April 1999 dwar id-dokumenti ta" reġistrazzjoni għall-vetturi(3) tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta" dik id-Direttiva u jistgħu jiskambjaw informazzjoni fuq livell bilaterali jew multilaterali, b'mod partikolari, sabiex jivverifikaw qabel kwalunkwe reġistrazzjoni ta" vettura, l-istat legali ta" din ta" l-aħħar fl-Istat Membru li fih hi kienet irreġistrata qabel. Din il-verifika tista" tinvolvi l-użu ta" netwerk elettroniku.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru .../2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... (4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/.../ĠAI ta' ... *dwar l-istabbiliment, l-operat u l-użu tas-Sistema ta" Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (5) (6) jikkostitwixxu l-bażi leġislattiva għar-regolamentazzjoni tas-SIS II, li tifforma database kondiviża bejn l-Istati Membri li fiha, inter alia, data dwar vetturi bil-mutur b'kapaċità ċilindrika ta" aktar minn 50 cc , data dwar trejlers b'piż mingħajr tagħbija li jeċċedi s-750 kg u karavans u data dwar ċertifikati ta' reġistrazzjoni ta' vetturi u pjanċi tan-numru ta' vetturi li ġew misruqa, miżapproprjati, mitlufa jew invalidati.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru .../2006(7) u d-Deċiżjoni 2006/.../ĠAI* jissostitwixxu l-Artikoli 92 sa 119 tal-Konvenzjoni tad-19 ta" Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta" l-14 ta" Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet ta" l-Istati ta" l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta" kontrolli fuq il-fruntieri komuni(8) (il-Konvenzjoni ta' Schengen) bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 102a tagħha. Dak l-Artikolu jikkonċerna l-aċċess għas-Sistema ta" Informazzjoni ta' Schengen mill-awtoritajiet u s-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta" ċertifikati ta" reġistrazzjoni tal-vetturi.

(4)  Huwa issa neċessarju li jiġi adottat it-tielet strument, ibbażat fuq it-Titolu V tat-Trattat li jikkumplimenta r-Regolament (KE) Nru .../2006* u d-Deċiżjoni 2006/.../ĠAI* sabiex jiġi permess l-aċċess għas-SIS II mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta" ċertifikati ta" reġistrazzjoni tal-vetturi, u biex jieħu post l-Artikolu 102a tal-Konvenzjoni ta" Schengen.

(5)  L-allerti dwar oġġetti, inklużi vetturi bil-mutur, huma mdaħħla fis-SIS II għall-iskopijiet ta" qbid jew użu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali, skond id-Deċiżjoni 2006/.../ĠAI*.

(6)  Bi qbil mad-Deċiżjoni 2006/.../ĠAI*, l-aċċess għall-allerti dwar oġġetti mdaħħla fis-SIS II huwa esklussivament riżervat għall-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tal-fruntieri u minn kontrolli oħra tal-pulizija u tad-dwana, kif ukoll awtoritajiet ġudizzjarji u l-Europol.

(7)  Is-servizzi tal-gvern jew mhux tal-gvern identifikati b'mod ċar għal dan l-għan u responsabbli fl-Istati Membri għall-ħruġ ta" ċertifikati ta" reġistrazzjoni tal-vetturi, għandu jkollhom aċċess għad-data inkluża fis-SIS II dwar vetturi bil-mutur b'kapaċità ċilindrika li teċċedi 50 cc, trejlers b'piż mingħajr tagħbija li jeċċedi 750 kg, karavans u ċertifikati ta" reġistrazzjoni ta" vetturi u pjanċi tan-numri tal-vetturi li jkunu ġew misruqa, miżapproprjati, mitlufa jew invalidati sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw jekk il-vetturi preżentati lilhom għar-reġistrazzjoni ġewx misruqa, miżapproprjati jew mitlufa.

(8)  Għal dak il-għan huwa neċessarju li dawk is-servizzi jingħataw aċċess għal dik id-data, u li jitħallew jużaw dik id-data għal skopijiet amministrattivi tal-ħruġ kif suppost ta' ċertifikati tar- reġistrazzjoni tal-vetturi.

(9)  Safejn is-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta" reġistrazzjoni tal-vetturi jkunu korpi mhux tal-gvern, tali aċċess għandu jingħata b'mod indirett, jiġifieri permezz ta' intermedjarju ta' awtorità li jingħata aċċess skond id-Deċiżjoni 2006/.../ĠAI(9), li jkun responsabbli li jassigura l-konformità mar-regoli tas-sigurtà u l-kunfidenzjalità ta" l-Istati Membri kif imsemmi f'dik id-Deċiżjoni.

(10)  Id-Deċiżjoni 2006/.../ĠAI* tistabbilixxi l-azzjoni li għandha tittieħed jekk aċċess għas-SIS II iwassal għas-sejbien ta" allert dwar oġġett imdaħħal fis-SIS II.

(11)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data personali u l-moviment liberu ta" dik id-data(10) tapplika għall-ipproċessar ta" data personali mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta" ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data personali dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u ż-żamma ta" log fajls li jinsabu fid-Deċiżjoni 2006/.../ĠAI jissupplimentaw jew jikkjarifikaw il-prinċipji stabbiliti f'dik id-Direttiva meta d-data personali tkun proċessata minn dawk is-servizzi fil-kuntest tas-SIS II.

(12)  Minħabba li l-għan ta" l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri l-għoti ta" aċċess għas-SIS II lis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta" ċertifikati tar-reġistrazzjoni għall-vetturi, sabiex jiffaċilita l-ħidmiet tagħhom taħt id-Direttiva 1999/37/KE, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista", minħabba n-natura proprja tas-SIS II bħala sistema ta" informazzjoni konġunta, jintlaħaq biss fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(13)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea.

(14)  Fir-rigward ta" l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta" l-acquis ta" Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta" dawk iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen(11), li jaqgħu fil-qasam msemmi fl-Artikolu 1, punt G, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999(12) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim.

(15)  Fir-rigward ta" l-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta" Schengen fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen, li jaqa" taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien ma" l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet 2004/849/KE(13) u 2004/860/KE(14) tal-25 ta' Ottubru 2004.

(16)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta" Schengen jew inkella li għandu x'jaqsam miegħu fis-sens ta" l-Artikolu 3(2) ta" l-Att ta" l-Adeżjoni ta" l-2003,

ADOTTAW DAN ir-Regolament:

Artikolu 1

1.  Minkejja l-Artikoli 38, 40 u 46(1) tad-Deċiżjoni 2006/.../ĠAI*(15), is-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta" ċertifikati ta" reġistrazzjoni tal-vetturi kif imsemmija fid-Direttiva 1999/37/KE, għandu jkollhom aċċess għad-data li ġejja mdaħħla fis-SIS II skond l-Artikolu 38(2)(a) (b) u (f) ta" dik id-Deċiżjoni għall-iskop waħdieni li jivverifikaw jekk il-vetturi ppreżentati lilhom għar-reġistrazzjoni ġewx misruqa, miżapproprjati jew mitlufa jew huma meħtieġa bħala provi fi proċedimenti kriminali:

   a) data dwar vetturi bil-mutur b'kapaċità ċilindrika li teċċedi 50 cc;
   b) data dwar trejlers b'piż mingħajr tagħbija li jeċċedi 750 kg u karavans;
   ( ċ) data dwar ċertifikati ta" reġistrazzjoni tal-vetturi u pjanċi tan-numru ta" vettura li ġew misruqa, miżapproprjati, mitlufa jew invalidati.

Bla ħsara għall-paragrafu 2, il-liġi ta" kull Stat Membru għandha tirregola l-aċċess għal dik id-data minn dawk is-servizzi ta" dak l-Istat Membru.

2.  Is-servizzi kif imsemmija fil-paragrafu 1 li huma servizzi tal-gvern għandu jkollhom id-dritt għall-aċċess dirett għad-data mdaħħla fis-SIS II.

3.  Is-servizzi kif imsemmija fil-paragrafu 1 li mhumiex servizzi tal-gvern għandu jkollhom aċċess biss għad-data mdaħħla fis-SIS II permezz ta" intermedjarju ta" awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 40 tad-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dik l-awtorità għandu jkollha d-dritt ta" aċċess dirett għad-data u għandha tgħaddih lis-servizz ikkonċernat. L-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li s-servizz in kwistjoni u l-impjegati tiegħu jintalbu jirrispettaw kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu permissibli ta" data fdata lilhom mill-awtorità pubblika.

4.  L-Artikolu 39 ta' dik id-Deċiżjoni m'għandux japplika għall-aċċess miksub skond dan l-Artikolu. Il-komunikazzjoni ta" kwalunkwe informazzjoni li ġiet magħrufa permezz ta' l-aċċess għas-SIS II u li tqajjem suspett ta' reat kriminali ma" l-awtoritajiet tal-pulizija u ġudizzjarji mis-servizzi kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun regolata mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jissostitwixxi l-Artikolu 102a tal-Konvenzjoni ta" Schengen.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data stabbilita skond l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni 2006/.../ĠAI(16).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il–President Il–President

(1) ĠU C 65, 17.3.2006, p. 27.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2006.
(3) ĠU L 138, 1.6.1999, p.57. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/127/KE (ĠU L 10, 16.1.2004, p.29).
(4)* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-data.
(5) ĠU L ….
(6) ĠU L …
(7)* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru bħal fil-premessa 2.
(8) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 18).
(9)* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru bħal fil-premessa 2.
(10)* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru bħal fil-premessa 2. ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).
(11) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(12) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(13) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26).
(14) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78).
(15)* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru bħal fil-premessa 2.
(16)* ĠU: Daħħal in-numru bħal fil-premessa 2.

Avviż legali - Politika tal-privatezza