Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0023(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0380/2006

Testi mressqa :

A6-0380/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2006 - 9.10
CRE 14/11/2006 - 9.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0477

Testi adottati
PDF 280kWORD 39k
It-Tlieta, 14 ta' Novembru 2006 - Strasburgu
Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni *
P6_TA(2006)0477A6-0380/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill, f'isem il-Komunità Ewropea, dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (COM(2006)0082 – C6-0105/2006 – 2006/0023(CNS))

(Proċedura ta" konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0082)(1),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni tal-31 ta' Ottubru 2003,

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikoli 47(2), 57(2), 95, 107(5), 179, 181a, 190(5), 195(4), 199, 207(3), 218(2), 223 l-aħħar paragrafu, 224 il-paragrafu ta' qabel ta' l-aħħar, 225a il-paragrafu ta' qabel ta' l-aħħar, 245(2), 248(4) l-aħħar paragrafu, 255(2), 255(3), 260 it-tieni paragrafu, 264 it-tieni paragrafu, 266 l-aħħar paragrafu, 279, 280, 283 u 300(2) l-ewwel paragrafu tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0105/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A6-0380/2006),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjonixz tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 4 a (ġdida)
(4a) Huwa ta' l-akbar importanza li l-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux hekk, jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni mingħajr aktar dewmien,

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza