Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0082(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0319/2006

Testi mressqa :

A6-0319/2006

Dibattiti :

PV 13/11/2006 - 20
CRE 13/11/2006 - 20

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2006 - 9.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0478

Testi adottati
PDF 196kWORD 31k
It-Tlieta, 14 ta' Novembru 2006 - Strasburgu
Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-EAFRD *
P6_TA(2006)0478A6-0319/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (COM(2006)0237 – C6-0237/2006 – 2006/0082(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0237)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0237/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0319/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk għandu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza