Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar talba għad-difiża ta' l-immunità u tal-privileġġi ta' Gabriele Albertini (2006/2099(IMM))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-talba ta' Gabriele Albertini għad-difiża ta' l-immunità tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti kriminali mressqa kontrih quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Milan, imwettqa fil-25 ta' April 2006, imħabbra fis-seduta plenarja tas-27 ta' April 2006,
– wara li semgħa lil Gabriele Albertini skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta" Mejju 1964 u ta" l-10 ta" Lulju 1986(1)
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0378/2006),
1. Jiddeċiedi li jħares l-immunità u l-privileġġi ta" Gabriele Albertini;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtoritajiet rilevanti tar-Repubblika Taljana.