Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2653(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

B6-0578/2006

Dibattiti :

PV 14/11/2006 - 20
CRE 14/11/2006 - 20

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2006 - 4.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0489

Testi adottati
PDF 302kWORD 47k
L-Erbgħa, 15 ta' Novembru 2006 - Strasburgu
Is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi ta' l-Unjoni Ewropea
P6_TA(2006)0489B6-0582/2006

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar l-applikazzjoni ta' skema ta' preferenzi għal tariffi ġeneralizzati(1),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE tal-21 ta' Diċembru 2005 dwar il-lista ta' pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw mill-arranġamenti speċjali għal żvilupp sostenibbli u tmexxija tajba kif stipulat fl-Artikolu 26(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi għal tariffi(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103 (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-arranġamenti għal inċentivi speċjali għal pajjiżi vulnerabbli li jilħqu kriterji oġġettivi għal żvilupp sostenibbli u tmexxija tajba (GSP +) jinvolvu l-għoti ta' aċċess preferenzjali għas-swieq Ewropej għal prodotti li joriġinaw minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li jimplimentaw ċerti standards internazzjonali rigward drittijiet tal-bniedem u drittijiet għax-xogħol, protezzjoni ta' l-ambjent, il-ġlieda kontra d-drogi u t-tmexxija tajba;

B.   billi l-kriterji biex jinkisbu preferenzi tariffarji skond il-GSP+ jinkludu r-ratifika u l-implimentazzjoni ta' konvenzjonijiet ewlenin tan-NU u ta' l-ILO kif ukoll ta' konvenzjonijiet relatati ma' l-Ambjent u prinċipji ta' iggvernar, kif imniżżla fl-Anness III għar-Regolament (KE) nru. 980/2005;

C.   billi fid-Deċiżjoni 2005/924/KE, il-Kummissjoni tat arrangament speċjali għal inċentivi lill-Bolivja, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Ġorġja, il-Gwatemala, il-Ħonduras, is-Sri Lanka, ir-Repubblika tal-Moldovja, il-Mongolja, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Peru, l-El Salvador u l-Venezwela;

D.  D billi l-iskema l-ġdida GSP+ għandha tkun ta" inċentiv għall-pajjiżi benefiċjarji sabiex jilħqu l-objettivi ta" żvilupp, inkluż it-twaqqif ta" istituzzjonijiet xierqa sabiex ikunu konformi b'mod sħiħ mad-drittijiet kontemplati fil-konvenzjonijiet tan-NU u ta' l-ILO;

E.  E billi l-effikaċja ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet relevanti tan-NU u ta' l-ILO għandhom jiġu evalwati skond il-konklużjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ relevanti, inkluż ir-rapport annwali ta' l-ILO "Rapport tal-Kumitat ta' esperti dwar l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet" u bl-attenzjoni xierqa għall-opinjoni tal-Parlament Ewropew;

F.   billi skond l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005, klawsoli ta' salvagwardja u irtirar temporanju jistgħu jiġu applikati għal pajjiżi li jikkommettu ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stipulati fil-konvenzjoniet internazzjonali mniżżla fil-Parti A ta' l-Anness III tar-Regolament;

1.  Jinnota d-deċiżjoni li tagħti preferenzi taħt l-iskema tal-GSP+ lill-pajjiżi msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE;

2.  Jinnota li l-iżvilupp ekonomiku u l-integrazzjoni fis-sistema dinjija tal-kummerċ ta' pajjiżi li jibbenefikaw mill-GSP+ huma kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi għall-żvilupp sostenibbli, inklużi l-istabbilità u t-tmexxija tajba;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex bil-koperazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP+ ssaħħaħ l-impenn tagħha għall-promozzjoni u l-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva f'dawk il-pajjiżi tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tax-xogħol tal-konvenzjonijiet tan-NU u l-ILO, kif ukoll tal-konvenzjonijiet relatati ma' l-Ambjent u prinċipji ta' iggvernar; jistieden lill-Kummissjoni biex testendi l-impenn għar-rispett tar-regoli ta' l-ILO u tan-NU wkoll għall-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP, b'mod partikulari fejn jolqtu tħaddim tat-tfal u x-xogħol sfurzat; jemmen li bħala regola ġenerali l-għoti ta' preferenzi ta' aċċess lil pajjiżi li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem ul-konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol għandhom tendenza li jdgħajfu l-inċentiv biex pajjiżi jirrispettaw l-istandards ta' l-ILO;

4.  Jinnota li minkejja r-ratifika tagħhom tal-konvenzjonijiet relevanti ta' l-ILO, gie rrapportat ksur ripetut tad-drittijiet tal-ħaddiema f'bosta pajjiżi benefiċjarji tal-GSP u li jekk dan il-ksur jinstab li jikkostitwixxi vjolazzjoni serja u sistematika tad-drittijiet fundamentali tax-xogħol ta' l-ILO dan jista', kif stipulat fl-Artiklu 16 tar-Regolament, jagħti lok għall-irtirar temporanju tal-preferenzi tal-GSP+;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex isaħħaħ il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet tal-ILO fil-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP+, kif ukoll tal-konvenzjonijiet relatati ma' l-Ambjent u prinċipji ta' iggvernar, u b'mod partikulari biex taqdi l-obbligi tagħha skond l-Artiklu 18 tar-Regolament, jiġifieri li tinforma lill-Kumitat għall-Preferenzi Ġeneralizzati bil-ksur rappurtat ta' regoli dwar drittijiet tax-xogħol, u biex tikkonsulta jekk għandux ikun hemm investigazzjoni jekk jeżistix ksur serju u sistematiku tal-konvenzjonijiet ta' l-ILO dwar drittijiet fuindamentali tax-xogħol, b'mod partikulari rigward it-tħaddim tat-tfal u x-xogħol sfurzat;

6.  Jenfasizza b'mod partikulari il-ħtieġa ta' koperazzjoni effettiva f'dan il-qasam ma' l-ILO u ma' korpi oħra lokali relevanti; jitlob li l-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-gvernijiet ta' pajjiżi benefiċjarji u li tisħaq fuq il-fatt li jekk jonqsu li juru progress lejn implimentazzjoni effettiva dan għandu jirriżulta fl-irtirar temporanju tal-privileġġi tal-GSP+;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni biex iżomm lill-Parlament infurmat regolarment bir-riżultati tal- monitoraġġ tagħha ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet tan-NU u ta' l-ILO u tal-livell ta' konformità mill-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP+, speċjalment fl-oqsma tal-libertà ta' assoċjazzjoni, negozjar kollettiv, nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-impjegar u l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u x-xogħol sfurzat, u b'mod partikulari biex tispeċifika jekk hemmx każijiet ta' ksur serju u sistematiku tal-prinċipji mniżżla f'konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol u fi ftehimiet ambjentali fi kwalunkwe mill-pajjiż attwalment benefiċjarji tal-GSP+;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma kmieni lill-Parlament bi kwalunkwe rakkomandazzjoni biex ikun hemm irtirar temporanju tal-preferenżi skond l-Artikolu 16 tar-Regolament; jisħaq li deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika irtirar temporanju ta' preferenzi f'każi serji ta' ksur ta' prinċipji stipulati fil-konvenzjonijiet ta' l-ILO għandha tkun ibbażata fuq il-konklużjonijiet li jaslu għalihom l-istituzzjonijiet relevanti ta' monitoraġġ, u li titqies b'mod dovut l-opinjoni tal-Parlament Ewropew;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni ta' f'nofs it-terminu ta' l-istrument tal-GSP; jinsisti li evalwazzjoni ta' l-effettività ta' l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-GSP+ għandha ssir qabel ma jsir xi tiġdid tal-preferenzi tal-GSP+ ma' l-iskadenza fl-2008 tar-regolament attwali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet tal-Parlament dwar l-estensjoni ta' l-iskema tal-GSP+ għal pajjiżi speċifiċi u dwar xi tiġdid tar-Regolament attwali fl-2008;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel rapport annwali komprensiv dwar kull pajjiż, bid-dettalji, mhux biss tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi benefiċjarji, imma wkoll b'indikazzjoni ta' l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

(1) ĠU L 169, 30.06.2005, p. 1.
(2) ĠU L 337, 22.12.2005, p. 50.

Avviż legali - Politika tal-privatezza