Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta" Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta" Kap Verde (COM(2006)0363 – C6-0282/2006 – 2006/0122(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2006)0363)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 300(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0282/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0395/2006),
1. Japprova l-proposta għal regolament tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Kap Verde.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 1 Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a Waqt l-aħħar sena ta' validità tal-Protokoll u qabel ma tiġi konkluża xi ftehima ġdida jew ma tiġi estiża l-ftehima attwali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-ftehima u l-kundizzjonijiet skond liema ġiet implimentata.
Emenda 2 Artikolu 3 b (ġdid)
Artikolu 3b
Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw taħt il-Protokoll ikunux ikkonformaw mar-rekwiżiti ta' rappurtaġġ;
Emenda 3 Artikolu 3 c (ġdid)
Artikolu 3c
Kull sena il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali deskritt fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.