Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0107(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0394/2006

Testi mressqa :

A6-0394/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 30/11/2006 - 8.4

Testi adottati :

P6_TA(2006)0507

Testi adottati
PDF 417kWORD 97k
Il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2006 - Brussell
Garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta" l-Investiment *
P6_TA(2006)0507A6-0394/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta" l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Komunità (COM(2006)0324 – C6-0275/2006 – 2006/0107(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0324)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 181a tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parliament (C6-0275/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0394/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Citazzjoni 1
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 181a tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-l-Artikoli 179 u 181a tiegħu,
Emenda 2
Premessa 6
(6)  Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni ta" l-UE se jkunu sostnuti wkoll mill-istrumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri, l-IPA, l-ENPI, id-DCECI u l-Istrument għall-Istabilità.
(6)  Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni ta" l-UE se jkunu sostnuti wkoll mill-istrumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri, l-IPA, l-ENPI, id-DCECI, l-Istrument għall-Istabilità u l-Istrument għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,
Emenda 3
Premessa 7
(7)  L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom ikunu konsistenti mal-politiki esterni ta" l-UE inklużi l-għanijiet reġjonali speċifiċi u għandhom jappoġġjawhom. L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom isiru f'pajjiżi li jikkonformaw ma" kondizzjonijiet xierqa li huma konsistenti ma" ftehimiet ta" livell għoli ta" l-UE dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi.
(7)  L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom ikunu konsistenti mal-linji politiċi esterni ta" l-UE inklużi għanijiet reġjonali speċifiċi u għandhom jikkontribwixxu lejn l-għan ġenerali tal-konsolidazzjoni u l-iżvilupp tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, l-objettiv tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, u l-osservanza tal-ftehim internazzjonali dwar l-ambjent li l-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha huma partijiet tagħha. L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom isiru f'pajjiżi li jikkonformaw ma" kondizzjonijiet xierqa li huma konsistenti ma" ftehim ta" livell għoli ta" l-UE dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi. L-EIB, flimkien mal-Kummissjoni, għandu jikkunsidra li jwaqqaf mekkaniżmu ta" kontroll ex-post sabiex jiżgura li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-EIB lilhinn mill-Komunità jżommu l-valuri ta" l-UE,
Emenda 4
Premessa 8a (ġdida)
(8a) Is-setturi prijoritarji li huma indikati għal kull reġjun skond il-premessi 9 sa 12 mhumiex esklużivi u m'għandhomx ifixklu l-isforzi sabiex tkun żgurata koerenza globali aħjar ma' l-istrumenti esterni ta' finanzjament kif speċifikat hawn fuq,
Emenda 5
Premessa 8 b (ġdida)
(8b) L-informazzjoni li jirċievi l-Parlament Ewropew u l-opportunitajiet ta' skrutinju għandhom ukoll jissaħħu, inkluż permezz ta' trażmissjoni ta' dokumenti ta' programmazzjoni strateġika mħejjija mill-Kummissjoni jew mill-EIB,
Emenda 6
Premessa 8 c (ġdida)
(8c) L-EIB għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' self tiegħu jappoġġjaw bis-sħiħ il-miri ta' politika ta' l-Unjoni Ewropea u l-objettivi ta' ftehim internazzjonali dwar l-iżvilupp sostenibbli li tagħhom huma firmatarji l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. L-EIB għandu jagħti attenzjoni lil proġetti li jikkontribwixxu għat-twettiq ta' l-Objettivi ta' l-Iżvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti, u għall-kisba tal-miri tal-Protokol ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, permezz ta' self għall-iffrankar ta' l-enerġija, l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded. L-EIB għandu jiżgura li kull deċiżjoni ta' self tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni kif ifformulat fil-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.
Emenda 7
Premessa 8 d (ġdida)
(8d) L-EIB għandu jiżgura li l-proġetti individwali għandhom ikunu suġġetti għall-Evalwazzjoni ta" l-Impatt fuq l-Iżvilupp Sostenibbli mwettaq indipendentement mill-isponsers tal-proġetti u mill-EIB,
Emenda 8
Premessa 9
(9)  Fir-rigward tal-pajjiżi ta" qabel l-adeżjoni, il-finanzjament ta" l-EIB f'dawk il-pajjiżi għandu jirrifletti l-prijoritajiet li ġew stabbiliti fis-Sħubijiet ta" l-Adeżjoni u dawk Ewropej, fil-ftehimiet ta" Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fin-negozjati ma" l-UE. L-attenzjoni ffokata fuq l-azzjoni ta" l-UE fil-Balkani tal-Punent għandha tkompli taqleb progressivament minn sostenn għal rikostruzzjoni għal sostenn ta" qabel l-adeżjoni. F'dan il-kuntest, l-attività ta" l-EIB għandha tfittex ukoll li tinkoraġġixxi l-aspett tal-bini ta" l-istituzzjonijiet, fejn ikun rilevanti, f'kooperazzjoni ma" l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali l-oħra ("IFIs") li huma attivi fir-reġjun. Matul il-perjodu 2007-2013, il-finanzjament lill-pajjiżi kandidati (il-Kroazja, it-Turkija u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) għandu jsir dejjem aktar taħt il-Faċilità ta" Qabel l-Adeżjoni li saret disponibbli mill-EIB, li għandha tiġi estiża maż-żmien biex tkopri l-pajjiżi kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent skond il-progress tal-proċess ta" adeżjoni tagħhom,
(9)  Fir-rigward tal-pajjiżi ta" qabel l-adeżjoni, il-finanzjament ta" l-EIB f'dawk il-pajjiżi għandu jirrifletti l-prijoritajiet li ġew stabbiliti fis-Sħubijiet ta" l-Adeżjoni u dawk Ewropej, fil-ftehim ta" Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fin-negozjati ma" l-UE. L-attenzjoni ffokata fuq l-azzjoni ta" l-UE fil-Balkani tal-Punent għandha tkompli taqleb progressivament minn sostenn għar-rikostruzzjoni għal sostenn ta" qabel l-adeżjoni. F'dan il-kuntest, l-attività ta" l-EIB għandha, flimkien ma dan, tfittex li tinkoraġġixxi l-aspett tal-bini ta" l-istituzzjonijiet, fejn ikun rilevanti, f'koperazzjoni ma" l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali l-oħra ("IFIs") li huma attivi fir-reġjun. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi inkuraġġut il-kummerċ fil-Balkani tal-Punent peress li huwa għodda vitali sabiex wieħed jisħaq l-importanza ta' bidla minn sostenn għar-rikostruzzjoni għal sostenn ta" qabel l-adeżjoni u għaldaqsant ssir aktar integrata fl-UE. Matul il-perjodu 2007-2013, il-finanzjament lill-pajjiżi kandidati (il-Kroazja, it-Turkija u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) għandu jsir dejjem aktar taħt il-Faċilità ta" Qabel l-Adeżjoni li saret disponibbli mill-EIB, li għandha tiġi estiża maż-żmien biex tkopri l-pajjiżi kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent skond il-progress tal-proċess ta" adeżjoni tagħhom,
Emenda 9
Premessa 11
(11)  Rigward il-pajjiżi koperti mid-DCECI, il-finanzjament ta" l-EIB fil-pajjiżi Asjatiċi u ta" l-Amerika Latina se jkun progressivament allinjat ma" l-istrateġija ta" kooperazzjoni ta" l-UE f'dawk ir-reġjuni u se jkun komplementari għall-istrumenti ffinanzjati minn riżorsi baġitarji tal-Komunità. Il-kunċett ta" "interess reċiproku", s'issa limitat fil-prattika għall-finanzjament ta" proġetti li jinvolvu kumpaniji ta" l-UE, se jitwessa" biex iqis il-promozzjoni ta" sostenibbiltà ambjentali u integrazzjoni reġjonali (bħal proġetti ta" trasport, telecom u ta" enerġija li jiffavorixxu l-interkonnettività). L-EIB għandu jagħmel ħiltu biex jespandi progressivament l-attivitajiet tiegħu fuq numru akbar ta" pajjiżi f'dawk ir-reġjuni, inkluż fil-pajjiżi l-inqas prosperi. Fl-Asja Ċentrali, l-EIB għandu jiffoka fuq il-proġetti l-kbar tal-provvista ta" l-enerġija u tat-trasport ta" l-enerġija b'implikazzjonijiet transkonfinali. Il-finanzjament ta" l-EIB fl-Asja Ċentrali għandu jitwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib ma" l-EBRD, b'mod partikolari skond it-termini li għandhom ikunu stabbiliti f'Memorandum ta" Ftehim bejn tliet partijiet bejn il-Kummissjoni, l-EIB u l-EBRD. Biex titkabbar il-viżibilità ta" l-intervent ta" l-UE fl-Amerika Latina, għandu jiġi identifikat ammont speċifiku għall-faċilità ta" l-Amerika Latina,
(11)  Rigward il-pajjiżi koperti mid-DCECI, l-EIB għandu jkompli u jikkonsolida l-attivitajiet tiegħu b'iffukar fuq il-proġetti li jikkontribwixxu lejn il-kisba tal-Miri ta' l-Iżvilupp tal-Millennju, u jrawmu l-iżvilupp sostenibbli u jsaħħu l-protezzjoni ta' l-ambjent. Il-finanzjament ta" l-EIB fil-pajjiżi Asjatiċi u ta" l-Amerika Latina għandu jkun progressivament allinjat ma" l-istrateġija ta" koperazzjoni ta" l-UE f'dawk ir-reġjuni u għandu jkun komplementari għall-istrumenti ffinanzjati minn riżorsi baġitarji tal-Komunità. Il-kunċett ta" "interess reċiproku", s'issa limitat fil-prattika għall-finanzjament ta" proġetti li jinvolvu kumpaniji ta" l-UE, għandu jitwessa" biex iqis il-promozzjoni ta" sostenibbiltà ambjentali u integrazzjoni reġjonali (bħal proġetti ta" trasport, telecom u ta" enerġija li jiffavorixxu l-interkonnettività). L-EIB għandu jagħmel ħiltu biex jespandi progressivament l-attivitajiet tiegħu fuq numru akbar ta" pajjiżi f'dawk ir-reġjuni, inkluż fil-pajjiżi l-inqas prosperi. Fl-Asja Ċentrali, l-EIB għandu jiffoka fuq l-infrastruttura ambjentali, il-provvista ta" l-enerġija sostenibbli u proġetti tat-trasport ta" l-enerġija b'implikazzjonijiet transkonfinali. Il-finanzjament ta" l-EIB fl-Asja Ċentrali għandu jitwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib ma" l-EBRD, b'mod partikolari skond it-termini li għandhom ikunu stabbiliti f'Memorandum ta" Fehim bejn tliet partijiet bejn il-Kummissjoni, l-EIB u l-EBRD. Biex titkabbar il-viżibilità ta" l-intervent ta" l-UE fl-Amerika Latina, għandu jiġi identifikat ammont speċifiku għall-faċilità ta" l-Amerika Latina,
Emenda 10
Premessa 16
(16)  Ir-rappurtaġġ mill-EIB u mill-Kummissjoni dwar l-Operazzjonijijet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandu jissaħħaħ. Fuq il-bażi ta" l-informazzjoni li tasal mingħand l-EIB, il-Kummissjoni għandha tirrapporta, fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB imwettqa taħt din id-Deċiżjoni fuq bażi annwali,
(16)  Ir-rappurtaġġ mill-EIB u mill-Kummissjoni dwar l-Operazzjonijijet ta" Finanzjament ta" l-EIB kif ukoll l-kapaċitajiet ta' evalwazzjoni mill-EIB tiegħu stess għandhom jissaħħu. Fuq il-bażi ta" l-informazzjoni li tasal mingħand l-EIB, il-Kummissjoni għandha tipproduċi l-evalwazzjoni tagħha dwar il-proġetti kbar ta' self fuq il-bażi ta' kompetenza esterna u indipendenti, u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB imwettqa taħt din id-Deċiżjoni fuq bażi annwali. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-kontribut ta' l-EIB għal Operazzjonijiet ta' Finanzjament lejn il-kisba ta' objettivi ta' politika esterna ta' l-UE. Ir-rapport għandu jelenka wkoll is-self appoġġjat mill-EIB skond l-element tar-riskju tiegħu kif ivvalutat mill-EIB,
Emenda 11
Premessa 17
(17)  Il-garanzija Komunitarja stabbilita permezz ta" din id-Deċiżjoni għandha tkopri l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB iffirmati matul perjodu ta" seba" snin li jibda fl-1 ta" Jannar 2007. Sabiex ikunu kapaċi jwieżnu l-iżviluppi matul l-ewwel nofs ta" dak il-perjodu, l-EIB u l-Kummissjoni għandhom jippreparaw reviżjoni ta' nofs it-term tad-Deċiżjoni,
(17)  Il-garanzija Komunitarja stabbilita permezz ta" din id-Deċiżjoni għandha tkopri l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB iffirmati matul perjodu ta" seba" snin li jibda fl-1 ta" Jannar 2007. Sabiex ikunu kapaċi jwieżnu l-iżviluppi matul l-ewwel nofs ta" dak il-perjodu, l-EIB u l-Kummissjoni għandhom jippreparaw reviżjoni ta' nofs it-term tad-Deċiżjoni. Din ir-reviżjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar l-impatt ta' l-operazzjonijiet ta' l-EIB,
Emenda 12
Premessa 18
(18)  L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom ikomplu jiġu ġestiti skond ir-regoli u l-proċeduri tal-Bank stess, inklużi l-miżuri ta" kontroll xierqa, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti ta" l-Awdituri u l-OLAF,
(18)  L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom ikomplu jiġu ġestiti skond ir-regoli u l-proċeduri tal-Bank stess, inklużi l-miżuri ta" kontroll xierqa, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti ta" l-Awdituri u l-OLAF. L-EIB għandu jiżgura, b'konformità ma' l-Artikolu 267 tat-Trattat li jistabbilixxi x-xogħol tiegħu, li l-proġetti li hu jiffinanzja ma jistgħux jiġu ffinanzjati kompletament bil-varji mezzi disponibbli fl-Istati Membri individwali, u b'mod partikulari li ma tinħoloq ebda distorsjoni ta' kompetizzjoni ma' istituzzjonijiet ta' krediti u investimenti,
Emenda 13
Premessa 20
(20)  L-EIB għandu jipprepara, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, programmazzjoni multi-annwali indikattiva tal-firem ta" l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjon tal-Fond ta" Garanzija.
(20)  L-EIB għandu jipprepara, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, programmazzjoni multi-annwali indikattiva tal-volum ta' firem ta" l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjonament tal-Fond ta" Garanzija. Il-Kummissjoni trid tqis il-konsegwenzi baġitarji mistennija ta' dan fil-programmazzjoni baġitarja regolari tagħha li tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Emenda 14
Artikolu 1, paragrafu 2
2.  Il-garanzija Komunitarja għandha tiġi ristretta għal 65% ta" l-ammont aggregat tal-krediti maħruġa u l-garanziji pprovduti taħt l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB, bl-ammonti rrimborsati mnaqqsa, flimkien mas-somom relatati kollha.
2.  Il-garanzija Komunitarja għandha tiġi ristretta għal 55% ta" l-ammont aggregat tal-krediti maħruġa u l-garanziji pprovduti taħt l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB, bl-ammonti rimborsati mnaqqsa, flimkien mas-somom relatati kollha.
Emenda 15
Artikolu 2, paragrafu 2
2.  Il-pajjiżi individwali għandhom isiru eliġibbli taħt il-limiti massimi u sotto-limiti massimi reġjonali kif u meta jissodisfaw kondizzjonalità xierqa li hija konsistenti ma" ftehimiet ta" livell għoli ta" l-UE mal-pajjiż ikkonċernat dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi. Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni ma" l-EIB, għandha tiddetermina meta pajjiż individwali ssodisfa l-kondizzjonalità xierqa u għandha tinnotifika lill-EIB b'dan.
2.  Il-pajjiżi individwali għandhom isiru eliġibbli taħt il-limiti massimi u sotto-limiti massimi reġjonali kif u meta jissodisfaw kondizzjonalità xierqa li hija konsistenti mal-linji politiċi ta' l-Unjoni Ewropea u ma" ftehim ta" livell għoli mal-pajjiż ikkonċernat dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi. Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni ma" l-EIB, għandha tiddetermina meta pajjiż individwali ssodisfa l-kondizzjonalità xierqa u għandha tinnotifika lill-EIB b'dan wara li tkun infurmat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u stqarret ir-raġunijiet tagħha.
Emenda 16
Artikolu 2, paragrafu 4
4.  Fil-każ ta" tħassib serju minħabba s-sitwazzjoni politika jew ekonomika f'pajjiż speċifiku, il-Kummissjoni u l-EIB jistgħu jiddeċiedu li jissospendu l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB f'pajjiż ta" dan it-tip.
4.  Fil-każ ta" tħassib serju minħabba s-sitwazzjoni politika jew ekonomika f'pajjiż speċifiku, il-Kummissjoni u l-EIB jistgħu jiddeċiedu li jissospendu l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB f'pajjiż ta" dan it-tip. F'każijiet bħal dawn il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tistqarr ir-raġunijiet tagħha.
Emenda 17
Artikolu 3, paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiddeċiedu b'mod konġunt dwar l-użu tal-Mandat ta" Riserva. Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiġu mgħejjuna mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju li ġie stabbilit permezz ta" l-Artikolu 114(2) tat-Trattat.
2.  Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiddeċiedu b'mod konġunt dwar l-użu tal-Mandat ta" Riserva. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kondizzjonalità xierqa u l-obbligu li l-Parlament Ewropew jiġi informat, kif stipulat fl-Artikolu 2(2), għandhom japplikaw. Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiġu mgħejjuna mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju stabbilit permezz ta" l-Artikolu 114(2) tat-Trattat.
Emenda 18
Artikolu 4, paragrafu 4
4.  Il-konsistenza ta" l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB mal-politiki u ma" l-għanijiet esterni ta" l-Unjoni Ewropea għandha tkun immonitorjata skond l-Artikolu 7.
4.  Il-konsistenza ta" l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB mal-linji politiċi u ma" l-għanijiet esterni ta" l-Unjoni Ewropea għandha tkun immonitorjata skond l-Artikolu 7 u għandha tkun ukoll trattata mill-Kummissjoni fid-djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew stabbilit fl-istrumenti ta' finanzjament esterni ġodda għas-snin 2007-2013.
Emenda 19
Artikolu 6, paragrafu 2 a (ġdid)
2a. Jekk Kap ta' Stat, membru tal-gvern, membru parlamentari ta' Stat Membru, membru tal-Kummissjoni jew Membru tal-Parlament Ewropew ikun assoċjat direttament jew indirettament ma' entità li tibbenefika mill-attività ta' l-EIB li tkun koperta bil-garanzija tal-Komunità, id-deċiżjoni tal-garanzija tal-Komunità għandha tkun soġġetta għal rapport speċjali mfassal mill-kumitat ta' verifika tal-bank. Dan il-paragrafu ma japplikax għal ftehim attwali ta' garanziji tal-Komunità li ġew konklużi b'kundizzjonijiet normali li, minħabba s-suġġett tagħhom jew l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, m'għandhom l-ebda sinifikat għall-ebda parti involuta.
Emenda 20
Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)
1a. Ir-rapport annwali għandu jinkludi valutazzjoni ġenerali tat-tħassib prinċipali li tqajjem fl-Evalwazzjonijiet ta' l-Impatt Sostenibbli ta' proġetti ta' self imsemmija fil-premessa (8b) u tar-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-EIB għat-tnaqqis ta' dan it-tħassib.
Emenda 21
Artikolu 7, paragrafu 2 a (ġdid)
2a. Il-Kummissjoni għandha tikseb ukoll kull kompetenza esterna li tkun meħtieġa sabiex tkun kapaċi tagħmel evalwazzjoni indipendenti tal-kontribut ta' l-Operazzjonijiet ta' Finanzjament ta' l-EIB.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza