Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0125(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0282/2006

Testi mressqa :

A6-0282/2006

Dibattiti :

PV 12/10/2006 - 3
CRE 12/10/2006 - 3

Votazzjonijiet :

PV 12/10/2006 - 7.23
CRE 12/10/2006 - 7.23
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0415
P6_TA(2006)0510

Testi adottati
PDF 203kWORD 34k
Il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2006 - Brussell
Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem - Attivitajiet fil-qasam tat-Titolu VI tat-Trattat ta" l-UE *
P6_TA(2006)0510A6-0282/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex tmexxi l-attivitajiet tagħha fl-oqsma msemmija fit-Titolu VI tat-Trattat ta" l-Unjoni Ewropea (COM(2005)0280 – C6-0289/2005 – 2005/0125(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (COM(2005)0280)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0289/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0282/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata fit-12 ta' Ottubru 2006(2);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhux ippubblikat fil-ĠU.
(2) Testi adottati, P6_TA(2006)0415

Avviż legali - Politika tal-privatezza