Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (COM(2006)0011 – C6-0024/2006 – 2006/0004(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0011)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0024/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0324/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva (KE) Nru .../2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)
(1) L-Artikolu 2 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jirreferi għall-promozzjoni ta" livell għoli ta" ħarsien soċjali bħala waħda mix-xogħlijiet tal-Komunità Ewropea.
(2) Il-Kunsill Ewropew ta" Liżbona ta" Marzu 2000 ta impetu lil proċess ta" skambju bejn l-Istati Membri tal-politika dwar il-modernizzar tas-sistemi tal-ħarsien soċjali.
(3) Kumitat ta" Ħarsien Soċjali kien stabbilit bid-deċiżjoni tal-Kunsill 2004/689/KE ta' l-4 ta' Ottubru 2004(3) sabiex iservi bħala strument għal skambju kooperattiv bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-immodernizzar u t-titjib tas-sistemi tal-ħarsien soċjali.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2003(4) tiddiskrivi strateġija għar-riorganizzazzjoni tal-proċessi ta" koordinazzjoni miftuħa fil-qasam tal-politika soċjali bil-għan li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ħarsien u ta" l-inklużjoni soċjali ġewwa l-istrateġija ta" Liżbona. Ir-riorganizzazzjoni ser isseħħ mill-2006 'l quddiem, kif miftiehem mill-Kunsill fl-20 ta'Ottubru 2003. F'dan il-kuntest, Rapport Konġunt annwali jsir l-istrument l-aktar importanti ta' rappurtaġġ, bil-missjoni li jġib flimkien l-iskoperti analitiċi importanti u l-messaġġi politiċi relatati kemm mal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni (OMC) fl-aspetti differenti fejn dan huwa applikat kif ukoll ma" kwistjonijiet trasversali fil-ħarsien soċjali..
(5) L-OMC poġġa enfasi ġdida fuq il-bżonn ta" statistika fil-qasam tal-ħarsien soċjali li tkun fil-ħin, ta" min joqgħod fuqha u li tista" tiġi pparagunata. B'mod partikolari, statistika fuq ħarsien soċjali li tista" tiġi pparagunata ser tkun użata fir-Rapporti Konġunti annwali..
(6) Il-Kummissjoni (Eurostat) diġà qiegħda tiġbor informazzjoni dwar il-ħarsien soċjali mingħand l-Istati Membri fuq bażi annwali u volontarja. Din l-azzjoni saret prattika kkonsolidata fl-Istati Membri u hija bbażata fuq prinċipji ta' metodoloġija komuni mfasslin biex jiżguraw li l-informazzjoni tista" tiġi pparagunata.
(7) Il-produzzjoni ta' statistika speċifika tal-Komunità hija kkontrollata bir-regoli speċifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17.02.1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità(5).
(8) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom ikunu addottati f'konformità mad-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28.06.1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta" implimentazzjoni mogħtijin lill-Kummissjoni(6).
(9)B'mod partikulari, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi l-ewwel sena fir-rigward ta' liema għandha tinġabar id-data, u biex tadotta miżuri relatati mal-klassifikazzjoni dettaljata tad-data koperta, definizzjonijiet li għandhom jintużaw u ma' l-aġġornar tar-regoli dwar id-disseminazzjoni. Peress li miżuri ta' dan it-tip għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfasslin biex jiġu emendati l-elementi li mhumiex essenzjali u biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu miżjuda elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
(10)Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards komuni għall-istatistika li jippermettu l-produzzjoni ta' dejta armonizzata, ma jistgħux jintlaħqu b'mod biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
(11)Hemm kooperazzjoni eżistenti ma' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u għall-Iżvilupp Ekonomiċi fil-qasam ta' benefiċċji soċjali netti.
(12) Wara li kkonsultaw il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika stabbiliti bid-deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom(7),,
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwistjoni tas-suġġett
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi s-sistema Ewropea ta" l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali, minn hawn "il quddiem imsejħa "ESSPROS", billi jipprovdi:
(
a) qafas ta" metodoloġija (ibbażat fuq standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli taż-żamma tal-kotba) li għandu jintuża għall-ġbir ta" l-istatistika li tista' tiġi pparagunata għall-benefiċċju tal-Komunità; u
(
b) limiti fil-ħin għat-trażmissjoni ta" statistika miġbura f'konformità ma" ESSPROS..
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għan ta" dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a)
"L-istatistika tal-Komunità" għandu jkollha t-tifsira assenjata lilha fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97.
(b)
"Ħarsien soċjali" jkopri l-interventi kollha minn korpi pubbliċi jew privati, intenzjonati biex inaqqsu l-piż ta" sett definit ta" riskji jew bżonnijiet minn fuq il-familji u l-individwi, sakemm ma hemmx involuti la arranġament simultanju reċiproku u lanqas individwali Il-lista ta" riskji jew bżonnijiet li jistgħu iwasslu għal ħarsien soċjali hija ddeterminata fil-konvenzjoni kif ġej: mard u/jew kura tas-saħħa; diżabilità; xjuħija, superstiti, familja/tfal; qagħad, akkomodazzjoni, esklużjoni soċjali li mhix klassifikata x'imkien ieħor.
(c)
"Skema ta" ħarsien soċjali": ġabra distinta ta" regoli, megħjuna minn unità istituzzjonali jew aktar, li tikkontrolla l-provvediment ta' benefiċċji tal-ħarsien soċjali u l-finanzjament tagħhom.
(d)
"Il-formazzjoni ta' gruppi ta' skemi": kriterji biex jiġi kklassifikati l-skemi ta' ħarsien soċjali, li huma, it-teħid tad-deċiżjonijiet, l-infurzar legali, l-istabbiliment ta' drittijiet, u l-ambitu u l-livell ta' ħarsien. Kull skema hija kklassifikata f'kategorija waħda għal kull kriterju.
(e)
"Benefiċċji ta' ħarsien soċjali": trasferimenti, f'forma ta" flus jew oġġetti, minn skemi ta" ħarsien soċjali lil familji u individwi biex itaffulhom il-piż ta' wieħed jew aktar mir-riskji jew ħtiġijiet definiti.
Artikolu 3
Il-firxa tas-sistema
1. L-istatistika relatata mas-sistema prinċipali ESSPROS għandha tkopri l-flussi finanzjarji fir-rigward ta" l-infiq u d-dħul tal-ħarsien soċjali.
Dawn l-informazzjonijiet għandhom ikunu trażmessi fuq livell ta" skemi ta" ħarsien soċjali; għal kull skema għandhom ikunu pprovduti l-infiq u d-dħul skond il-klassifikazzjoni ta" ESSPROS.
Għal data kwantitattiva skond skemi u benefiċċji dettaljati, d-data li għandha tiġi trażmessa, b'referenza għall-klassifikazzjoni komprensiva, u l-arranġamenti għall-forniment u t-tixrid ta" data huma mniżżlin fil-punt 1 ta' l-Anness I. Għal informazzjoni kwantitattiva skond skemi u benefiċċji dettaljati, is-suġġetti koperti u l-arranġamenti għall-forniment, l-aġġornar ta' informazzjoni kwalitattiva u t-tixrid huma mniżżlin fil-punt 2 ta' l-Anness I.
L-ewwel sena li għaliha tinġabar d-data għandha tkun is-sena kalendarja ta' wara s-sena tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Mas-sistema prinċipali, għandhom jiġu miżjudin moduli li jkopru data supplimentari ta" informazzjoni statistika dwar benefiċjarji tal-pensjoni u benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali.
Artikolu 4
Modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni
1.Modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni għandu jiġi miżjud kull sena mill-ewwel sena ta" ġbir ta" informazzjoni taħt dan ir-Regolament. Is-suġġetti li għandhom jiġu koperti u l-arranġamenti għall-forniment u t-tixrid tad-data huma mniżżlin fl-Anness II.
2.L-ewwel sena li għaliha tinġabar id-data għandha tkun is-sena kalendarja ta' wara s-sena tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Modulu dwar Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali.
1. Bil-għan li jiġi introdott modulu dwar il-benefiċċji netti tal-ħarsien Soċjali, il-ġbir bi prova ta' dejta għas-sena 2005 għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kollha sa l-aħħar ta' l-2008. Is-suġġetti li għandhom jiġu koperti u l-arranġamenti għall-forniment tad-data huma mniżżlin fl-Anness III..
2. Fuq il-bażi ta' sintesi ta" din il-kollezzjoni ta" dejta nazzjonali bi prova, u sakemm ir-riżultat tal-maġġoranza kbira ħafna ta' dawn l-istudji bi prova jkun pożittiv, il-miżuri relatati mat-tnedija tal-ġbir sħiħ ta' dejtarigward dan il-modulu, mhux iktar kmieni mill-2010, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).
Artikolu 6
Sorsi ta" informazzjoni
L-istatistika għandha tkun ibbażata fuq is-sorsi ta" informazzjoni li ġejjin, skond id-disponibilità tagħhom fl-Istati Membri u f'konformità mal-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali:
d)
reġistri u sorsi amministrattivi oħrajn;;
e)
stħarriġ; u jew;
f)
stimi..
Artikolu 7
Arranġamenti għall-implimentazzjoni
1. L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom iqisu r-riżultati ta' analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin ma' l-ispejjeż u għandhom jikkonċernaw is-sistema prinċipali ta' ESSPROS (Anness I), il-modulu dwar il-benefiċarji ta' pensjoni (Anness II) u l-modulu dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali (Artikolu 5).
2.Il-miżuri relatati mal-formati għat-trażmissjoni tad-dejta, mar-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u mal-kriterji biex titkejjel il-kwalità għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 8(2).
3.Il-miżuri mfassla biex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, jikkonċernaw id-deċiżjoni rigward l-ewwel sena fir-rigward ta' liema għandha tinġabar id-dejta u l-miżuri relatati mal-klassifikazzjoni dettaljata tad-dejta koperta, mad-definizzjonijiet li se jintużaw u ma' l-aġġornar tar-regoli dwar id-disseminazzjoni, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).
Artikolu 8
Proċedura
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika (SPC) stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tiegħu.
Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi […] ,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Is-sistema prinċipali ta" ESSPROS
1. Data kwantitattiva skond l-iskemi u l-benefiċċji dettaljati
1.1.1.1. Il-benefiċċji ta" ħarsien soċjali kklassifikati bi:
g)
il-funzjonijiet (li jikkorrispondu għal kull riskju jew bżonn), u
h)
skomposizzjoni doppja għal kull funzjoni: dawk li sarilhom stħarriġ tal-mezzi finanzjarji kontra dawk li ma sarilhomx dan, benefiċċji fi flus (skomposizzjoni f'benefiċċji perjodiċi u ta' somma f'daqqa) kontra benefiċċji f'oġġetti.
1.1.1.2. Spejjeż amministrattivi
1.1.1.3. Trasferimenti għal skemi oħrajn
1.1.1.4. Spejjeż oħrajn
1.1.2. Dħul
1.1.2.1. Kontribuzzjonijiet soċjali
1.1.2.2. Kontribuzzjonijiet ġenerali tal-gvern
1.1.2.3. Trasferimenti minn skemi oħrajn
1.1.2.4. Dħul ieħor
L-informazzjoni koperta (b'referenza għall-klassifikazzjoni dettaljata) għandha tkun ipprovduta f'konformità mal proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.
1.2. Provvediment ta" informazzjoni
L-istatistika tkun ipprovduta kull sena. L-informazzjoni tirreferi għas-sena kalendarja skond il-prattiċi nazzjonali. It-terminu perentorju għat-trażmissjoni ta" l-informazzjoni huwa N+18-il xahar, jiġifieri l-informazzjoni għas-sena kalendarja N flimkien ma kwalunkwe reviżjoni tas-snin ta" qabel għandhom jiġu trażmessi sa mhux aktar tard minn Ġunju N+2.
1.3. Distribuzzjoni
Il-Kummissjoni (Eurostat) tippubblika informazzjoni dwar l-infiq għall-ħarsien soċjali fuq il-livell ta" l-iskemi totali sa l-aħħar ta" N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażata fuq l-informazzjoni li tirreferi għas-sena kalendarja N. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam informazzjoni dettaljata fi skemi lil utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru l-informazzjoni ta" ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali). Dawn l-utenti speċifiċi ikunu jistgħu jippubblikaw biss gruppi ta' skemi.
2. Informazzjoni kwalitattiva fi skemi u benefiċċji dettaljati
2.1. Is-suġġetti koperti
Għal kull skema, l-informazzjoni kwalitattiva tinkludi deskrizzjoni ġenerali ta" l-iskema, deskrizzjoni dettaljata tal-benefiċċji u informazzjoni dwar bdil u riformi riċenti.
2.2. Provvediment ta" informazzjoni u aġġornar ta" informazzjoni kwalitattiva
Aġġornar ta" kull sena ta" sett komplut ta" informazzjoni kwalitattiva diġà pprovduta għandu jkun limitat għal bdil fis-sistema ta' ħarsien soċjali u għandu jiġi trażmess flimkien ma' l-informazzjoni kwantitattiva.
2.3. Distribuzzjoni
Il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam l-informazzjoni kwalitattiva fuq livell ta" skemi sa l-aħħar ta" N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2)..
ANNESS II
Modulu dwar il-Benefiċjarji tal-Pensjoni
1. Is-suġġetti koperti
Dan il-modulu jkopri informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni, li huma definiti bħala dawk li jirċievu wieħed jew aktar mill-benefiċċji perjodiċi li ġejjin ta" skema ta" ħarsien soċjali, fi flus:
(i)
Pensjoni tad-diżabilità
(j)
Benefiċċju ta" l-irtirar bikri minħabba kapaċità inqas għax-xogħol
(k)
Pensjoni tax-xjuħija
(l)
Pensjoni tax-xjuħija antiċipata
(m)
Pensjoni parzjali
(n)
Pensjoni tas-superstiti
(o)
Benefiċċju ta" l-irtirar bikri minħabba raġunijiet li jikkonċernaw is-suq tax-xogħol.
2. Provvediment ta" informazzjoni
L-istatistika tkun ipprovduta kull sena. Id-data tkun data dwar il-ħażniet u tirreferi għall-aħħar tas-sena (31.12/1.1) It-terminu perentorju għat-trażmissjoni ta" informazzjoni għas-sena N huwa l-aħħar ta" Mejju tas-sena N+2. L-informazzjoni tkun maqsuma kif ġej:
p)
skond l-iskema ta" ħarsien soċjali
q)
skond is-sess għat-total ta' l-iskemi.
3. Distribuzzjoni
Il-Kummissjoni (Eurostat) tippubblika informazzjoni għall-iskemi kollha sa l-aħħar ta" N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażata fuq l-informazzjoni li tirreferi għas-sena finanzjarja N. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam informazzjoni dettaljata fi skemi lil utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru l-informazzjoni ta" ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali. Dawn l-utenti speċifiċi għandhom ikunu jistgħu jippubblikaw biss gruppi ta' skemi.
Il-Kummissjoni (Eurostat) tippubblika u xxerred ma' utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru d-data ta" ESSPROS, dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali) it-total ta' kull wieħed mis-seba' kategoriji sa tmiem N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażat fuq id-data li tirreferi għas-sena kalendarja N.
ANNESS III
Ġbir bi prova ta" informazzjoni dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali
1. Is-suġġetti koperti
Din il-ġbir tkopri l-kalkolu tal-"benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali". Il-benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali huma definiti bħala l-valur tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali, esklużi t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali mħallsin minn min jirċievi l-benefiċċji, miżjudin bil-valur ta" "Benefiċċji fiskali".
"Benefiċċji fiskali" huma definiti bħala ħarsien soċjali pprovdut fil-forma ta" tnaqqis fit-taxxa u jekk ikunu pprovduti f'forma ta" flus, ikunu definiti bħala benefiċċji tal-ħarsien soċjali.Tnaqqis fit-taxxa li jinkoraġġixxi l-provvediment ta" ħarsien soċjali jew pjanijiet ta" assigurazzjoni privata huma esklużi.
2. Provvediment ta" informazzjoni
Il-frazzjoni xierqa tat-taxxa fuq id-dħul personali u tal-kontribuzzjonijiet soċjali miġburin għall-benefiċċji tal-ħarsien soċjali għas-sena 2005 għandhom ikunu indikati skond it-tipi differenti ta' benefiċċji tal-ħarsien soċjali f'forma ta" flus, preferibilment maqsumin għal darba oħra skond gruppi partikolari ta" skemi b'taxxa omoġenea. F'każi diffiċli, ir-riżultati jistgħu jiġu rrappurtati fi gruppi ta" benefiċċji addattati, eż. it-total tas-seba" kategoriji ta" pensjoni mniżżlin fl-Anness II jew it-total ta" benefiċċji fi flus ta" funzjoni partikolari. Il-benefiċċji fiskali għandhom jiġu pprovduti separatament għal kull punt permezz tal-metodu fejn wieħed iċedi d-dħul tiegħu.