Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta" intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet skond is-Seba" Programm ta" Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) (COM(2006)0042 – C6-0080/2006 – 2006/0014(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0042)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 7 u 10 tat-Trattat Euratom, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0080/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0305/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 119 tat-Trattat Euratom;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emendi tal-Parlament
Emenda 39 Premessa 3 a (ġdida)
(3a) It-trattament ta' data konfidenzjali huwa rregolat mil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti kollha, inkluż ir-regoli interni ta' l-Istitituzzjonijiet bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 20011 li temenda r-regoli ta' proċedura interni tagħha rigward dispożizzjonijiet ta' sigurtà. _______________ 1 ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p 38).
Emenda 40 Premessa 4
Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta" impriżi, ċentri ta" riċerka u universitajiet għandhom jipprovdu qafas koerenti u trasparenti biex jiġu żgurati implimentazzjoni effiċjenti u aċċess faċli għall-parteċipanti kollha fis-Seba" Programm ta" Qafas.
(4) Ir-regoli tal-parteċipazzjoni ta" impriżi, ċentri ta" riċerka u universitajiet għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex tiġi żguratal-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa għal aċċess faċli għall-parteċipanti kollha permezz ta' proċeduri ssimpifikati, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Emenda 41 Premessa 4a (ġdida)
(4a) Ir-regoli għandhom jiffaċilitaw ukoll l-isfruttament tal-proprjetà intellettwali żviluppata minn parteċipant, b'kont meħud ukoll tal-mod li bih il-parteċipant jista' jkun organizzat internazzjonalment, filwaqt li jkunu protetti l-interessi leġittimi tal-parteċipanti l-oħra u tal-Komunità.
Emenda 42 Premessa 7
Għaldaqstant huwa xieraq li titħalla mhux biss il-parteċipazzjoni ta" persuni legali, sakemm ikunu intitolati li jeżerċitaw drittijiet u jidħlu għal obbligi, imma wkoll ta" persuni naturali. Il-parteċipazzjoni ta" persuni naturali se tiżgura l-ħolqien u l-iżvilupp ta" l-eċċellenza u ħila xjentifika li ma jkunux limitati għal iffinanzjar mill-Komunità ta" proġetti li jinvolvu biss persuni legali, waqt li tiżgura wkoll il-parteċipazzjoni ta" SMEs li mhumiex persuni legali.
imħassar
Emenda 43 Premessa 9
(9) Huwa xieraq li kull entità legali għandha tkun libera li tieħu sehem ladarba tkun issodisfat il-kundizzjonijiet minimi. Parteċipazzjoni "l fuq mill-minimu għandha tiżgura t-twettiqb'effiċjenza ta" l-azzjoni indiretta kkonċernata.
(9) Huwa xieraq li kull entità legali għandha tkun libera li tieħu sehem ladarba tkun issodisfat il-kundizzjonijiet minimi. Parteċipazzjoni "l fuq mill-minimu għandha tiżgura l-implimentazzjonieffiċjenti ta" l-azzjoni indiretta kkonċernata.
Emenda 44 Premessa 11 a (ġdida)
(11a) Bi qbil ma' l-Artikolu 198 tat-Trattat, entitajiet legali ta' territorji mhux Ewropej ta' l-Istati Membri li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom huma eleġibbli għas-Seba' Programm ta' Qafas.
Emenda 45 Premessa 12 a (ġdida)
(12a) Għall-benefiċċju tal-parteċipanti, għandu jkun hemm transizzjoni effettiva u bla xkiel mis-sistema tal-kalkolu ta' l-ispiża użata fis-Sitt Programm Kwadru. Il-proċess ta' monitoraġġ tas-Seba' Programm Kwadru għandu, għalhekk, jindirizza l-impatt baġitarju ta' din il-bidla partikolarment fir-rigward ta' l-effett tagħha fuq il-piż amministrattiv għall-parteċipanti.
Emenda 46 Premessa 13
Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni tal-proposti. B'mod partikulari għandhom jiġu stabbiliti r-regoli li jiddeterminaw l-użu ta" esperti indipendenti.
(13) Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu u dan ir-Regolament, biex jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni u l-għażla ta' proposti u l-aġġudikazzjoni ta'għotjiet, kif ukoll jitranġaw il-proċeduri għall-parteċipanti. B'mod partikulari għandhom jiġu stabbiliti r-regoli li jiddeterminaw l-użu ta" esperti indipendenti.
Emenda 47 Premessa 14
(14) Huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà legali u finanzjarja tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba" Programm ta' Qafas.
(14) Huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà legali u finanzjarja tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba" Programm ta' Qafas. Tali regoli għandhom jilħqu bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u s-simplifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali fis-Seba' Programm ta' Qafas.
Emenda 48 Premessa 15
(15) F'dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni, jirregolaw, inter alia l-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunità, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolarità, il-proċeduri għall-irkupru ta" ammonti dovuti lill-Kummissjoni, l-esklużjoni mill-proċeduri kuntrattwali u ta" l-għotjiet u l-penali relattivi, u l-awditjar, il-kontrolli, u l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Qorti ta" l-Awdituri, kif stipulat fl-Artikolu 160(c) tat-Trattat.
(15) F'dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, jirregolaw, inter alia l-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunità1, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolarità, il-proċeduri għall-irkupru ta" ammonti dovuti lill-Kummissjoni, l-esklużjoni mill-proċeduri kuntrattwali u ta" l-għotjiet u l-penali relattivi, u l-awditjar, il-kontrolli, u l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Qorti ta" l-Awdituri, kif previst fl-Artikolu 160(c) tat-Trattat. ________________ 1 ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
Emenda 49 Premessa 15 a (ġdida)
(15a) Jeħtieġ li l-kontribut finanzjarju Komunitarju jasal għand il-parteċipanti mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 50 Premessa 17
(17) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba" Programm ta' Qafas u kemm is-Seba" Programm ta' Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu.
(17) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba" Programm ta' Qafas u kemm is-Seba" Programm ta' Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu. Bil-ħsieb li jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni effiċjenti u koerenti ta' l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet indiretti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema adegwata ta' informazzjoni.
Emenda 51 Premessa 17 a (ġdida)
(17a) Is-Seba' Programm ta' Qafas għandu jirrifletti u jippromwovi l-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l- Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, filwaqt li jirrispetta l-karattru volontarju tagħhom.
Emenda 52 Premessa 19
Filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali, dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla b'mod li jiżguraw li l-parteċipanti jkollhom aċċess għat-tagħrif li jġibu lejn il-proġett u għat-tagħrif li joħroġ mix-xogħol ta" riċerka esegwita fil-proġett safejn huwa meħtieġ għat-twettiq ta" xogħol ta" riċerka jew għall-użu tat-tagħrif li jirriżulta.
(19) Filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali, dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla b'mod li jiżguraw li l-parteċipanti u, fejn xieraq, l-entitajiet affiljati magħhom stabbiliti fi Stat Membru jew pajjiż assoċjatikollhom aċċess għat-tagħrif li jġibu lejn il-proġett u għat-tagħrif li joħroġ mix-xogħol ta" riċerka esegwita fil-proġett safejn huwa meħtieġ għat-twettiq ta" xogħol ta" riċerka jew għall-użu tat-tagħrif li jirriżulta.
Emenda 53 Premessa 20
(20) L-obbligu stabbilit fis-sitt Programm ta' Qafas li ċerti parteċipanti jerfgħu r-reponsabbiltà finanzjarja ta" l-imsieħba tagħhom fl-istess konsorzju se jitneħħa. Skond il-livell ta" riskju marbut man-nuqqas ta" rkupru ta" ammonti, parti mill-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jinżamm biex ikopri ammonti dovuti minn imsieħba u li jonqsu milli jirrimborżaw. Il-parteċipanti li kienu jiġu obbligati jkopru r-responsabbiltà finanzjarja tal-parteċipanti l-oħra għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-evitar tar-riskju, li għandha tinżamm mill-Kummissjoni meta tagħmel il-pagamenti.
(20) L-obbligu stabbilit fis-sitt Programm ta' Qafas li ċerti parteċipanti jerfgħu r-reponsabbiltà finanzjarja ta" l-imsieħba tagħhom fl-istess konsorzju se jitneħħa. F'dan il-kuntest, għandu jiġi stabbilit "fond ta' garanzija għall-parteċipanti", ġestit mill-Kummissjoni, biex ikopri ammonti dovuti minn imsieħba u li jonqsu milli jirrimborżaw. Tali approċċ ser jippromwovi s-simplifikazzjoni u jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta', filwaqt li jħares l-interessi finanzjarji tal-Komunità b'mod xieraq għall-Programm ta' Qafas.
Emenda 55 Artikolu 2, punti (1) sa (3)
-1. "entità legali" tfisser kull persuna fiżika, jew kull persuna ġuridika maħluqa skond il-liġi nazzjonali tal-post ta" l-istabbiliment tagħha, jew skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista", waqt li taġixxi f'isimha, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi. Fil-każ ta' persuni fiżiċi, ir-referenzi għal stabbiliment huma meqjusa li jirreferu għal residenza abitwali.
-1a. "entità affiljata" tfisser kwalunkwe entità legali li hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' parteċipant, jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-parteċipant, fejn il-kontroll jieħu kwalunkwe forma bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 6, paragrafu 2.
-1b. "kundizzjonijiet ekwi u ġusti" tfisser kundizzjonijiet xierqa inkluż termini finanzjarji possibbli b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-talba għall-aċċess, per eżempju l-valur veru jew potenzjali tat-tagħrif ġdid jew tagħrif eżistenti li għalih jintalab l-aċċess u/jew l-iskop, it-tul ta' żmien jew karatteristiċi oħra ta' l-użu maħsub;
1. "tagħrif miksub" tfisser ir-riżultati, inkluż tagħrif, kemm jekk jistgħu jiġu protetti u kemm jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet. Dawn ir-riżultati jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta" l-awtur; drittijiet tad-disinn; drittijiet tal-brevetti; drittijiet tal-varjetà ta" l-impjanti; jew forom simili ta" protezzjoni;
1. "tagħrif miksub" tfisser ir-riżultati, inkluża informazzjoni, kemm jekk jistgħu jiġu protetti kif ukoll jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet indiretti kkonċernati. Riżultati bħal dawn jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta" l-awtur, drittijiet ta' disinji; drittijiet ta' privattivi, drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti, jew forom simili ta" protezzjoni;
2. "tagħrif eżistenti" tfisser it-tagħrif li jkollhom il-parteċipanti qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta" għotja, kif ukoll drittijiet ta" l-awtur jew drittijiet ta" proprjetà intellettwali oħra li jkollhom x'jaqsmu ma" dan it-tagħrif, li applikazzjoni għalih tkun ġiet ippreżentata qabel ma jikkonkludu l-ftehim ta għotja, u li huwa meħtieġ għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta l-azzjoni indiretta;
2. "tagħrif eżistenti" tfisser it-tagħrif li jkollhom il-parteċipanti qabel ma tiġi ffirmata l-ftehima ta" għotja, kif ukoll drittijiet ta" l-awtur jew drittijiet ta" proprjetà intellettwali oħra li jkollhom x'jaqsmu ma" dan it-tagħrif, li applikazzjoni għalih tkun ġiet ippreżentata qabel ma jikkonkludu l-ftehima ta' għotja, u li huwa meħtieġ għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta' l-azzjoni indiretta;
2a. "parteċipant" tfisser entità legali li tikkontribwixxi għal azzjoni indiretta u li jkollha d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-Komunità skond it-termini ta' dan ir-Regolament;
3. "organizzazzjoni tar-riċerka " tfisser organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ bit-twettiq ta" riċerka xjentifika jew teknika bħala l-għan ewlieni tagħha;
3. "organizzazzjoni tar-riċerka" tfisser entità legali stabbilita bħala organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ bit-twettiq ta' riċerka jew żvilupp teknoloġiku bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tagħha;
Emenda 56 Artikolu 8, paragrafu 2
L-ewwel paragrafu m'għandux japplika fil-każ ta" azzjonijiet li jikkoordinaw proġetti ta" riċerka.
L-ewwel paragrafu m'għandux japplika fil-każ ta" azzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jikkoordinaw attivitajiet ta" riċerka.
Emenda 57 Artikolu 12, paragrafu 2, subparagrafu 1 a
Is-sejħiet għal proposti għandu jkollhom objettivi ċari biex jiżguraw li l-applikanti ma jweġbux inutilment.
Emenda 58 Artikolu 14
Evalwazzjoni, għażla u approvazzjoni
Il-prinċipji ta' evalwazzjoni, u l-kriterji ta' għażla u ta' approvazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti abbażi tal-prinċipji tal-kriterji ta" l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni stipulati fil-programm speċifiku u fil-programm ta" ħidma.
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti abbażi tal-prinċipji għall-evalwazzjoni u tal-kriterji ta' l-għażla u l-approvazzjoni.
Il-kriterji użati għandhom ikunu kif ġej:
(a) l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika u l-grad ta' innovazzjoni;
(b) il-ħila li titwettaq b'suċċess l-azzjoni indiretta u li titmexxa b'mod effiċjenti f'termini ta' riżorsi u kompetenza, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-arranġamenti organizzattivi stipulati mill-parteċipanti;
(d) il-massa kritika ta' riżorsi mobilizzati u l-kontribut tagħhom għall-politiki Komunitarji;
(e) il-kwalità tal-pjan għall-użu u t-tixrid ta' l-għerf miksub, il-potenzjal f'termini tal-promozzjoni ta' l-innovazzjoni u l-iskemi ċari għall-amministrazzjoni ta' proprjetà intellettwali.
Il-programm ta" ħidma jista" jistipula kriterji speċifiċi jew aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.
Fi ħdan dan il-qafas il-programm ta' ħidma se jispeċifika l-kriterji ta' evalwazzjoni u għażla u jista' jżid kriterji, peżaturi u limiti minimi addizzjonali jew ifassal aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.
2. Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta" l-etika jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm speċifiku, fil-programm ta" ħidma jew fis-sejħa għall-proposti m'għandhiex tingħażel. Proposta bħal din tista" tiġi eskluża mill-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni f'kull ħin.
2. Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta" l-etika jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm speċifiku, fil-programm ta" ħidma jew fis-sejħa għall-proposti m'għandhiex tingħażel. Proposta bħal din tista" tiġi eskluża mill-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni f'kull ħin.
3. Proposti għandhom jintgħażlu abbażi tar-riżultati ta" l-evalwazzjoni.
3. Proposti għandhom ikunu klassifikati skond ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni. Deċiżjonijiet ta' ffinanzjar għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' dan il-klassifikar.
Emenda 59 Artikolu 15
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiddeterminaw il-proċedura għat-tressiq tal-proposti, kif ukoll il-proċeduri li jirrigwardaw l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni. B'mod partikolari, din għandha tistabbilixxi regoli dettaljati għall-proċedura tas-sottomissjoni f'żewġ stadji u għall-proċedura ta" l-evalwazzjoni f'żewġ stadji.
1. Fejn is-sejħa għal proposti tispeċifika proċedura ta" evalwazzjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jkunu għaddew l-ewwel stadju, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni meta mqabbla ma' sett limitat ta" kriterji, li għandhom jimxu "l quddiem għal evalwazzjoni ulterjuri.
2. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta" sottomissjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti lijissodisfaw il-kriterji ta" l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jissottomettu proposta kompluta fit-tieni stadju.
2. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta" tressiq f'żewġ stadji, huma biss dawk l-applikanti li l-proposti tagħhomjissuperaw l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jressqu proposta kompleta fit-tieni stadju.
L-applikanti kollha għandhom jiġu informati malajr bir-riżultati ta' l-ewwel stadju ta' l-evalwazzjoni.
3. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta" evalwazzjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jkunu għamlu b'suċċess l-ewwel pass, skond evalwazzjoni ta" sett limitat ta" kriterji, li għandhom jimxu "il quddiem għal aktar evalwazzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiddeterminaw il-proċedura għat-tressiq tal-proposti, kif ukoll il-proċeduri li jirrigwardaw l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni u għandha tippubblika gwidi għall-applikanti inklużi linji gwida għall-evalwaturi. B'mod partikulari, għandha tfassal regoli dettaljati għall-proċedura ta' tressiq f'żewġ stadji (anke fir-rigward l-iskop u n-natura tal-proposta ta' l-ewwel stadju kif ukoll dawk tal-proposta kompleta tat-tieni stadju), u regoli għall-proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni u tistabbilixxi l-proċeduri għal rimedju għall-applikanti.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b'konsistenza l-eżistenza ta" l-istatus legali tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b'konsistenza l-eżistenza ta" l-istejtus legali tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.
Il-Kummissjoni m'għandhiex iġġedded verifika bħal din sakemm ma nbidlitx is-sitwazzjoni tal-parteċipant konċernat.
Emenda 60 Artikolu 16
1. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjonimeħtieġa taħt is-Seba" Programm ta" Qafas u l-programmi speċifiċi tiegħu.
1. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjonijietta' proposti.
Għall-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 13, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun f'loku.
Għall-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 13, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun f'loku.
2. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu b'konsiderazzjoni tal-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom.
2. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-ħiliet u l-għerf xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom. F'każijiet fejn l-esperti indipendenti jkollhom jużaw informazzjoni klassifikata, il-permess ta' sigurtà xieraq għandu jkun meħtieġ għan-nomina.
L-esperti indipendenti għandhom ikunu identifikati u jintgħażlu abbażi ta" sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta" kandidati adatti.
L-esperti indipendenti għandhom ikunu identifikati u magħżula abbażi ta" sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta" kandidati adatti.
Il-Kummissjoni tista", jekk tqis li huwa xieraq, tagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi.
Il-Kummissjoni tista", jekk tqis li huwa xieraq, tagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi.
Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta" esperti indipendenti.
Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta" esperti indipendenti.
3. Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f'kunflitt ta" interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni.
3. Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f'kunflitt ta" interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta mudell ta" l-ittra tal-ħatra, minn hawn "il quddiem imsejħa "l-ittra tal-ħatra", li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti m'għandu l-ebda konflitt ta" interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jgħarraf lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi kunflitt ta" interess waqt l-għoti ta" l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta" dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ittra ta" ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti.
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta mudell ta" l-ittra tal-ħatra, minn hawn "il quddiem imsejħa "l-ittra tal-ħatra", li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti m'għandu l-ebda kunflitt ta" interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jgħarraf lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi kunflitt ta" interess waqt l-għoti ta" l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta" dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ittra ta" ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika perjodikament f"mezz xieraq il-lista ta" l-esperti indipendenti li jkunu għenuha f'kull wieħed mill-programmi speċifiċi.
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika darba f'sena fi kwalunkwe mezz xieraq il-lista ta" l-esperti indipendenti li jkunu għenuha fil-Programm ta' Qafas u f'kull wieħed mill-programmi speċifiċi.
Emenda 61 Artikolu 17, paragrafi 4 sa 6
4. Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma" l-obbligi tiegħu, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta" għotja mingħajr ebda kontribut komplementari mill-Komunità sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu.
4. Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma" l-obbligi tiegħu rigward l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-ftehima ta" għotja mingħajr ebda kontribut komplementari mill-Komunità sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu.
5. Jekk l-implimentazzjoni ta" azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta" l-azzjoni.
5. Jekk l-implimentazzjoni ta" azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta" l-azzjoni.
6. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b'dak kollu li jkun qed jiġri li jista" jaffettwa l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità.
6. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b'dak kollu li jkun qed jiġri li jista" jaffettwa l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità.
6a. Fejn previst fil-ftehim ta' għotja, il-parteċipanti fl-azzjoni indiretta jistgħu jissottokuntrattaw ċerti elementi tax-xogħol li jrid jitwettaq lil partijiet terzi.
6b. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri ta' rimedju għall-parteċipanti.
Emenda 63 Artikolu 18, paragrafu 7
7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudell ta" ftehim ta" għotja f'konformità ma" dan ir-Regolament.
7. Il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tistabbilixxi mudell ta' ftehim ta' għotja f'konformità ma" dan ir-Regolament. Jekk ikun hemm ħtieġa ta' modifika sinifikanti tal-mudell ta' ftehim ta' għotja, il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tirrevedih kif xieraq.
Emenda 62 Artikolu 18, paragrafi 8a u 8b (ġodda)
8a. Il-mudell ta' ftehim ta' għotja għandu jipprevedi sorveljanza u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha, u mill-Qorti ta' l-Awdituri.
8b. Il-ftehim ta' għotja jista' jistabbilixxi limiti ta' żmien għal parteċipanti biex jagħtu n-notifiki varji msemmijin f'dan ir-Regolament.
1. Il-ftehim ta" għotja għandu jistabbilixxi l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta" l-aċċess, l-użu u t-tixrid, safejn dawn l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament.
1. Il-ftehim ta' għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess, l-użu u d-disseminazzjoni, safejn dawkid-drittijiet u l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 65 Artikolu 23
1. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor fis-sejħa għall-proposti, l-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni indiretta għandhom ifasslu ftehim, minn hawn "il quddiem imsejjaħ "il-ftehim ta" konsorzju", biex jirregola dawn li ġejjin:
1. Ħlief fejn previst mod ieħor fis-sejħa għal proposti, il-parteċipanti kollha f'azzjoni indiretta għandhom jikkonkludu ftehim, minn hawn "il quddiem imsejjaħ "il-ftehim ta" konsorzju", biex jirregola inter alia dawn li ġejjin:
a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;
a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;
b) id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità;
b) id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità;
c) regoli addizzjonali dwar arranġamenti li jirrigwardaw it-tixrid u l-użu inklużi drittijiet ta" proprjetà intellettwali, kif ikun xieraq;
c) regoli addizzjonali għal dawk f'Kapitolu III dwar id-disseminazzjoni u l-użu u d-drittijiet għal aċċess, kif ukoll għal dispożizzjonijiet relatati fil-ftehim ta' l-għotja;
d) is-soluzzjoni ta" tilwim intern.
d) ir-riżoluzzjoni ta" tilwim intern inkluż każijiet ta' abbuż tal-poter;
da) arranġamenti ta' responsabbiltà, indennizz u konfidenzjalità bejn il-parteċipanti.
2.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika linji gwida dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jistgħu jiġu indirizzati minn parteċipanti fil-ftehim ta' konsorzju tagħhom.
Emenda 66 Artikolu 24, paragrafu 1
1. L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni indiretta għandhom jaħtru wieħed minn fosthom biex jagħmilha ta" koordinatur ħalli jwettaq il-ħidmiet li ġejjin f'konformità ma" dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta" l-Implimentazzjoni, u l-ftehim ta" għotja:
1. L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni indiretta għandhom jaħtru wieħed minn fosthom biex jagħmilha ta" koordinatur ħalli jwettaq il-ħidmiet li ġejjin f'konformità ma" dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta" l-Implimentazzjoni, u l-ftehim ta" għotja:
(-a) jimmonitorja l-konformità mill-parteċipanti fl-azzjoni indiretta ma' l-obbligi tagħhom;
(a) jiżgura li l-entitajiet legali identifikati fil-ftehim ta" għotja jlestu l-formalitajiet meħtieġa għall-approvazzjoni formali tal-ftehim ta" għotja, kif stipulati fih;
(a) jivverifika jekk l-entitajiet legali identifikati fil-ftehim ta' l-għotja lestewx il-formalitajiet meħtieġa għal-approvazzjoni formali tal-ftehim ta' l-għotja;
(b) jirċievi l-kontribut finanzjarju tal-Komunità u jagħmelid-distribuzzjoni;
(b) jirċievi l-kontribut finanzjarju Komunitarju u jqassmuskond il-ftehim tal-konsorzju u l-ftehim ta' għotja;
(c) iżomm il-kontijiet finanzjarji fl-ordni, iżomm ir-rekords u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità f'konformità ma" l-Artikolu 35;
(c) iżomm ir-reġistri u l-kontijiet finanzjarji relatati mal-kontribut finanzjarju Komunitarju u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tiegħu f'konformità mal-punt (b) ta' l-Artikolu 23 u l-Artikolu 35;
(d) jiżgura l-komunikazzjoni effiċjenti u korretta bejn il-parteċipanti u l-Kummissjoni.
(d) ikun intermedjarju għal komunikazzjoni effiċjenti u korretta bejn il-parteċipanti u jirrapporta regolarment lill-parteċipanti u lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-proġett.
Emenda 67 Artikolu 25
1. Il-parteċipanti f'azzjoni indiretta jistgħu jipproponu ż-żieda ta" parteċipant ġdid jew it-tneħħija ta" parteċipant eżistenti.
1. Il-parteċipanti f'azzjoni indiretta jistgħu jaqblu li jżidu parteċipant ġdid jew li jneħħu parteċipant eżistenti skond id-dispożizzjonijiet rispettivi fil-ftehim ta' konsorzju.
2. Kull entità legali li tissieħeb f'azzjoni li tkun għaddejja għandha tapprova formalment il-ftehim ta" għotja.
2. Kull entità legali li tissieħeb f'azzjoni li tkun għaddejja għandha tapprova formalment il-ftehim ta" għotja.
3. Fejn huwa pprovdut fil-ftehim ta" għotja, il-konsorzju għandu jippubblika sejħa kompetittiva u jirriklamaha b'mod wiesa" bl-użu ta" sostenn ta" informazzjoni speċifika, partikolarment is-siti ta" l-Internet dwar is-Seba" programm ta" qafas, u l-punti ta" kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati għall-informazzjoni u s-sostenn.
3. F'każijiet speċifiċi fejn huwa pprovdut fil-ftehim ta" għotja, il-konsorzju għandu jippubblika sejħa kompetittiva u jirriklamaha b'mod wiesa" bl-użu ta" sostenn ta" informazzjoni speċifika, partikolarment is-siti ta" l-Internet dwar is-Seba" Programm ta" Qafas, u l-punti ta" kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati għall-informazzjoni u s-sostenn.
Il-konsorzju għandu jevalwa l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jkunu rregolaw l-azzjoni inizjali u bl-għajnuna ta" esperti indipendenti maħtura mill-konsorzju, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 14, u 16, rispettivament.
Il-konsorzju għandu jevalwa l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jkunu rregolaw l-azzjoni inizjali u bl-għajnuna ta" esperti indipendenti maħtura mill-konsorzju, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 14, u 16, rispettivament.
4. Il-konsorzju għandu jinnotifika b'kull bidla li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista" toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika.
4. Il-konsorzju għandu jinnotifika b'kull bidla li tkun proposta li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista" toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika.
Bidliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju marbuta mal-proposti għal tibdiliet oħrajn fil-ftehim ta" għotja li mhumiex relatati direttament mal-bidla fil-kompożizzjoni huma suġġetti għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.
Bidliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju marbuta mal-proposti għal tibdiliet oħrajn fil-ftehim ta" għotja li mhumiex relatati direttament mal-bidla fil-kompożizzjoni huma suġġetti għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.
Emenda 77 Subsezzjoni 5, titolu
MONITORAĠĠ TA' PROGRAMMI U AZZJONIJIET INDIRETTI U L-KOMUNIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI
MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI TA' PROGRAMMI U AZZJONIJIET INDIRETTI U L-KOMUNIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI
Emenda 68 Artikolu 26
Sorveljanza
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta" l-azzjonijiet indiretti abbażi ta" rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 18(4).
Sorveljanza u evalwazzjoni 1.Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta" l-azzjonijiet indiretti abbażi ta" rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 18(4).
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub, ippreżentat skond it-tieni subparagrafu ta" l-Artikolu 19(1).
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub, ippreżentat skond it-tieni subparagrafu ta" l-Artikolu 19(1).
Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni tista" tkun mgħejuna minn esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16.
Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni tista" tkun megħjuna minn esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16.
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-Seba" Programm ta" Qafas, il-programmi speċifiċi tiegħu, fejn hu xieraq, programmi ta" qafas preċedenti, bl-għajnuna ta" esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16.
2.Il-Kummissjoni għandha twaqqaf u żżomm sistema ta' informazzjoni li tippermetti li dan is-sorveljar isir b'mod effiċjenti u koerenti fil-Programm ta' Qafas.
Skond l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika permezz ta' kwalunkwe mezz adegwat informazzjoni fuq il-proġetti ffinanzjati.
3.Is-sorveljanza u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni ta' Programm ta' Qafas għandha tinkludi aspetti relatati ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha tindirizza l-impatt baġitarju tal-bidliet fis-sistema ta' kalkolku ta' l-ispiża kif imqabbel mas-Sitt Programm ta' Qafas u l-effetti tiegħu fuq il-piż amministrattiv għall-parteċipanti.
4.B'konformità ma' l-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjonijiet meħtieġa skond is-Seba' Programm ta' Qafas u l-programm speċifiku tiegħu, u, jekk tinħass il-ħtieġa, għal-evalwazzjoni ta' Programmi ta' Qafas preċedenti.
Barra minn hekk, din tista" twaqqaf gruppi ta" esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16, biex jagħtu pariri dwar l-implimentazzjoni tal-politika tar-riċerka tal-Komunità.
5. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista" twaqqaf gruppi ta" esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16, biex jagħtu pariri dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tar-riċerka tal-Komunità.
Emenda 69 Artikolu 27, paragrafu 1, parti introduttorja
1. Meta tintalab, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta" kull Stat Membru jew pajjiż Assoċjat kull tagħrif utli fil-pussess tagħha dwar it-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa fil-kuntest ta" azzjoni indiretta, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
1. Wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 3, meta tintalab, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta" kull Stat Membru jew pajjiż Assoċjat kull tagħrif utli fil-pussess tagħha dwar it-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa fil-kuntest ta" azzjoni indiretta, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 70 Artikolu 28
1. Fejn xi waħda mill-entitajiet legali li ġejjin tieħu sehem f'azzjoni indiretta, din tista" tirċievi kontribut finanzjarju mill-Komunità:
(a) kull entità legali mwaqqfa fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, jew maħluqa taħt il-liġi Komunitarja,
(a) kwalunkwe entità legali stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat, jew maħluqa taħt il-liġi Komunitarja;
(b) kull organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej,
(b) kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej;
2. Fil-każ ta" organizzazzjoni internazzjonali li tkun qed tieħu sehem, barra xi organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej, jew entità legali mwaqqfa f'pajjiż terz, jista" jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità sakemm tigi ssodisfata minn ta" l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
2. Fil-każ ta" organizzazzjoni internazzjonali li tkun qed tieħu sehem, barra xi organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej, jew entità legali mwaqqfa f'pajjiż terz li mhuwiex pajjiż assoċjat, jista" jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità sakemm tiġi ssodisfata minn ta" l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) issir dispożizzjoni għal dak il-għan fil-programmi speċifiċi jew fil-programm ta" ħidma rilevanti,
(a) ikun hemm provvediment f'dan is-sens fil-programmi speċifiċi jew fil-programm ta" ħidma rilevanti,
(b) tkun essenzjali għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta,
(b) tkun essenzjali għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta,
(c) ikun hemm dispożizzjonijiet dwar it-tali ffinanzjar fil-ftehim bilaterali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija jew xi ftehim ieħor bejn il-Komunità u l-pajjiż li fih l-entità legali hija mwaqqfa.
(c) ikun hemm provvediment għal tali ffinanzjar fi ftehim bilaterali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija jew kwalunkwe ftehim ieħor bejn il-Komunità u l-pajjiż li fih l-entità legali hija stabbilita.
Emenda 71 Artikolu 29
1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-għotjiet identifikati fil-parti (a) ta" l-Anness II għas-Seba" Programm ta" Qafas għandu jissejjes fuq ir-rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli.
Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-għotjiet identifikati fil-parti a) ta" l-Anness III għas-Seba" Programm ta" Qafas għandu jissejjes fuq ir-rimborż totali ta" l-spejjeż eliġibbli, jew ta' biċċa minnhom.
Madanakollu, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jieħu s-sura ta" ffinanzjar b'rata fissa, inkluż iffinanzjar permezz ta" skala ta" spejjeż kull unità, jew somma f'daqqa, jew jista" jkun taħlita ta" rimborż ta" l-spejjeż eliġibbli ma" rati fissi u somom f'daqqa. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jieħu wkoll is-sura ta" boroż ta" studju jew premjijiet.
Madanakollu, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jieħu s-sura ta" ffinanzjar b'rata fissa, inkluż iffinanzjar permezz ta" skala ta" spejjeż kull unità, jew somma f'daqqa, jew jista" jkun taħlita ta" rimborż ta" l-spejjeż eliġibbli ma" rati fissi u somom f'daqqa. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jieħu wkoll is-sura ta" boroż ta" studju jew premjijiet.
2.Filwaqt li l-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jiġi kkalkulat b'referenza għall-ispiża totali ta" l-azzjoni indiretta, dan għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż rapportati ta" kull parteċipant.
Il-programmi ta' ħidma u s-sejħiet għall-proposti għandhom jispeċifikaw il-forom ta' għotjiet li għandhom ikunu wżati fl-azzjonijiet ikkonċernati.
Emenda 72 Artikolu 30
1. L-għotjiet għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti.
1. Azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-għotjiet għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti.
Biex isir rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli l-kontribut finanzjarju tal-Komunità m'għandux iwassal għal profitt.
Biex isir rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli l-kontribut finanzjarju tal-Komunità m'għandux iwassal għal profitt.
2. Xi dħul għandu jkun ikkunsidrat għall-ħlas ta" l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni.
2. Id-dħul għandu jkun ikkunsidrat għall-ħlas ta" l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni.
3. Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru għall-implimentazzjoni ta" azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
3. Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru għall-implimentazzjoni ta" azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) iridu jkunu attwali;
(a) iridu jkunu attwali;
(b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta" l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta" l-għotja;
(b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta" l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta" l-għotja;
(c) għandhom ikunu ġew determinati skond il-prinċipji u l-prassi normali tal-kontabbiltà u l-amministrazzjoni tal-parteċipant u użati għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta" l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha, b'mod konsistenti mal-prinċipji ta" l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività;
(c) għandhom ikunu ġew determinati skond il-prinċipji u l-prassi normali tal-kontabbiltà u l-amministrazzjoni tal-parteċipant u użati għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta" l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha, b'mod konsistenti mal-prinċipji ta" l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività;
(d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u mħallsa u, fil-każ ta" xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi;
(d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u, fil-każ ta" xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi;
(e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b'mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta" telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta" proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).
(e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b'mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta" telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta" proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).
Għall-finijiet tal-punt (a), għall-persunal jistgħu jintużaw l-ispejjeż medji jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji ta" l-amministrazzjoni u l-prassi tal-kontabbiltà tal-parteċipant u ma jvarjawx b'mod sinifikanti mill-ispejjeż attwali.
Għall-finijiet tal-punt (a), għall-persunal jistgħu jintużaw l-ispejjeż medji jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji ta" l-amministrazzjoni u l-prassi tal-kontabbiltà tal-parteċipant u ma jvarjawx b'mod sinifikanti mill-ispejjeż attwali.
3a. Filwaqt li l-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jiġi kkalkulat b'referenza għall-ispiża globali ta" l-azzjoni indiretta, ir-rimborż tagħha għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż irrapportati ta" kull parteċipant.
Emenda 73 Artikolu 31, paragrafi 2 u 3
2. Biex jiġu koperti l-ispejjeż diretti eliġibbli, parteċċipant jista" jagħżel li jieħu rata fissa għat-total ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu għas-sottokuntratti.
2. Ir-rimborż ta' l-ispejjeż tal-parteċipanti għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż diretti u indiretti eliġibbli tagħhom.
B'konformità ma' l-Artikolu 30(3), punt (c), parteċipant jista' juża metodu ssimplifikat għall-kalkolu ta' l-ispiża indiretta eliġibbli tiegħu fil-livell ta' l-entità legali tiegħu jekk din tkun konformi mal-prinċipji u l-prattiki ta' kontabilità u ta' mmaniġġjar normali tagħha. Il-prinċipji li għandhom ikunu segwiti f'dan ir-rigward għandhom ikunu stipulati fil-mudell tal-ftehima ta' għotja.
3. Il-ftehim ta" għotja jista" jipprovdi li r-rimborż ta" spejjeż indiretti eliġibbli għandu jkun limitat għal persentaġġ massimu ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli għas-sottokuntratti, b'mod partikolari fil-każ ta" l-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u, fejn huwa xieraq, l-azzjonijiet ta" taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.
3. Il-ftehim ta" għotja jista" jipprovdi li r-rimborż ta" spejjeż indiretti eliġibbli għandu jkun limitat għal persentaġġ massimu ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli għas-sottokuntratti, b'mod partikolari fil-każ ta" l-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u, fejn huwa xieraq, l-azzjonijiet ta" taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.
3a. B'derga mill-paragrafu 2, biex jiġu koperti l-ispejjeż diretti eliġibbli, parteċipant jista" jagħżel li jieħu rata fissa għat-total ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu għas-sottokuntratti jew rimborż ta' l-ispejjeż ta' partijiet terzi.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rati fissi xierqa bbażati fuq approssimazzjoni mill-qrib ta' l-ispejjeż diretti reali kkonċernati, skond ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' l-Implimentazzjoni tiegħu.
3b. Korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, stabbilimenti ta' l-edukazzjoni sekondarja u ogħla, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs li ma jistgħux jidentifikaw b'ċertezza l-ispejjeż indiretti reali kkonċernati tagħhom, meta jipparteċipaw fi skemi ta' finanzjament li jinkludu riċerka u żvilupp telnoloġiku u attivitajiet dimostrattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 33, jistgħu jagħżlu rata fissa ta' 60% ta' l-ispejjeż indiretti eliġibbli totali għal għotjiet aġġudikati taħt sejħiet għal proposti li jagħlqu qabel l-1 ta' Jannar 2010.
Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata transizzjoni għall-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ġenerali msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, għal għotjiet aġġudikati taħt is-sejħiet li jagħlqu wara l-31 ta' Diċembru 2009, livell xieraq ta' rata fissa li għandha tkun approssimazzjoni ta' l-ispejjeż indiretti reali kkonċernati iżda mhux ta' inqas minn 40%. Din tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-parteċipazzjoni ta" korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, istituzzjonijiet ta" edukazzjoni sekondarja u edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs li ma jistgħux jidentifikaw b'ċertezza l-ispejjeż indiretti reali tagħhom għall-azzjoni kkonċernata..
3c. Ir-rati fissi kollha għandhom jiġu stabbiliti fil-mudell ta' ftehim ta" għotja.
Emenda 74 Artikolu 32
1. Għal attivitajiet ta" riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
1. Għal attivitajiet ta" riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
Madanakollu, fil-każ ta" korpi pubbliċi, istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u SMEs, dan jista" jilħaq massimu ta" 75% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
Madankollu, fil-każ ta" korpi pubbliċi li ma joperawx bi qligħ, istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u SMEs, dan jista" jilħaq massimu ta" 75% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
2. Għal attivitajiet ta" dimostrazzjoni, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
2. Għal attivitajiet ta" dimostrazzjoni, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
3. Għal attivitajiet appoġġjati minn azzjonijiet ta" riċerka fil-fruntieri ta' l-għarfien, azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
3. Għal attivitajiet appoġġjati minn azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
4. Għal ċertifikati ta" ġestjoni u verifika, u attivitajiet oħra mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
4. Għal attivitajiet ta" ġestjoni, inklużi ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u attivitajiet oħra mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
L-attivitajiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, it-taħriġ fl-azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta" ffinanzjar għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, koordinazzjoni, networking, u tixrid.
L-attivitajiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, fost l-oħrajn, it-taħriġ fl-azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta" ffinanzjar għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, koordinazzjoni, networking, u tixrid.
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli wara t-tnaqqis tad-dħul sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju tal-Komunità.
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli u d-dħul sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju tal-Komunità.
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, fil-każ ta" azzjonijiet indiretti fejn jintuża ffinanzjar b'rata fissa jew iffinanzjar permezz ta" somma f'daqqa għall-azzjoni indiretta kollha.
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, fil-każ ta" azzjonijiet indiretti fejn jintuża ffinanzjar b'rata fissa jew iffinanzjar permezz ta" somma f'daqqa għall-azzjoni indiretta kollha.
Emenda 75 Artikolu 33
1. Għandhom jitressqu rapporti perjodikament lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli, l-interessi finanzjarji li jkunu daħlu minn qabel l-iffinanzjar, u d-dħul relatat ma" l-azzjoni indiretta kkonċernata u, fejn hu xieraq, jiġu ċċertifikati b'ċertifikat ta" l-awditjar, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.
1. Għandhom jitressqu rapporti perjodikament lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli, l-interessi finanzjarji li jkunu daħlu minn qabel l-iffinanzjar, u d-dħul relatat ma" l-azzjoni indiretta kkonċernata u, fejn hu xieraq, ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.
L-eżistenza tal-kofinanzjar fir-rigward ta" l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni.
L-eżistenza tal-kofinanzjar fir-rigward ta" l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni.
1a. Minkejja r-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta' Implimentazzjoni, ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jkun biss obbligatorju meta l-ammont kumulattiv ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ li jingħataw lil parteċipant huwa ekwivalenti għal EUR 375 000 jew aktar għal azzjoni indiretta.
Madankollu, għal azzjonijiet indiretti li jdumu sentejn jew anqas, fl-aħħar tal-proġett m'għandux jintalab aktar minn ċertifikat wieħed dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mingħand il-parteċipant.
M'għandhomx ikunu meħtieġa ċertifikati dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti li jkunu rimborżati b'mod sħiħ permezz ta' somom f'daqqa jew rati fissi..
2. Fil-każ ta" korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja, ċertifikat ta" verifika kif meħtieġ skond il-paragrafu 1 jista" jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti.
2. Fil-każ ta" korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja, ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif meħtieġ skond il-paragrafu 1, jista" jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti.
Emenda 76 Artikolu 34
1. Għajr fejn huwa stipulat mod ieħor fil-programm ta" ħidma, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal Netwerks ta" Eċċellenza għandu jieħu sl-forma ta" somma f'daqqa kkalkulata skond in-numru ta" riċerkaturi li jridu jiġu integrati fin-Netwerk ta" Eċċellenza u ż-żmien li tieħu l-azzjoni.
1. Il-programm ta' ħidma għandu jipprovdi għat-tipi ta' għotjiet għall-użu fin-Netwerks ta' Eċċellenza.
2. Il-valur ta" l-unità għal somom imħallsa f'daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jkun ta" EUR 23 500 fis-sena u għal kull riċerkatur.
2. (a)Fejn il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal Netwerks ta" Eċċellenza jieħu l-forma ta" somma f'daqqa, huwa għandu jkun ikkalkulat skond in-numru ta" riċerkaturi li jridu jiġu integrati fin-Netwerk ta" Eċċellenza u ż-żmien li tieħu l-azzjoni Il-valur ta" l-unità għal somom imħallsa f'daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jkun ta" EUR 23 500 fis-sena u għal kull riċerkatur.
L-ammont għandu jiġi aġġustat mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.
L-ammont għandu jiġi aġġustat mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.
3. Il-programm ta" ħidma għandu jistabbilixxi n-numru massimu ta" parteċipanti u, fejn huwa xieraq, in-numru massimu tar-riċerkaturi li jista" jintuża bħala bażi tal-kalkolu tas-somma f'daqqa massima skond il-paragrafu 1. Madankollu, parteċipanti aktar mill-maxima li jistabbilixxu l-massimu tal-kontribut finanzjarju jistgħu jieħdu sehem skond kif ikun xieraq.
(b) Il-programm ta" ħidma għandu jistabbilixxi n-numru massimu ta" parteċipanti u, fejn huwa xieraq, in-numru massimu tar-riċerkaturi li jista" jintuża bħala bażi tal-kalkolu tas-somma f'daqqa massima. Madanakollu, parteċipanti li jaqbżu l-ogħla punti stipulati għall-kalkolu tal-kontribut finanzjarju jistgħu jieħdu sehem, kif xieraq.
4. Il-ħlas ta" somom f'daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jsir permezz ta" ħlasijiet perjodiċi.
(c) Il-ħlas għandu jsir permezz ta" ħlasijiet perjodiċi
Dawk il-ħlasijiet perjodiċi għandhom isiru skond l-evalwazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt ta" l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta" l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tal-prestazzjoni nnegozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehim ta" għotja.
Dawk il-ħlasijiet perjodiċi għandhom isiru skond l-evalwazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt ta" l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta" l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tal-prestazzjoni nnegozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehim ta" għotja.
Emenda 78 Artikolu 35, paragrafu 1
1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jitħallas lill-parteċipanti permezz tal-koordinatur.
1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jitħallas lill-parteċipanti permezz tal-koordinatur mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 79 Artikolu 37
Ammonti miżmuma għall-evitar tar-riskju
Mekkaniżmu biex jiġi evitat ir-riskju
-1.Ir-responsabilità finanzjarja ta' kull parteċipant għandha tkun limitata għad-djun proprji, skond il-paragrafi 1 sa 2.
1. Skond il-livell tar-riskju marbut man-nuqqas ta" rkupru ta" somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni tista" żżomm persentaġġ żgħir tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità lil kull parteċipant f'azzjoni indiretta sabiex tkopri xi ammonti dovuti minn parteċipanti f'azzjonijiet indiretti u li jonqsu li jirrimborżaw.
1. Sabiex timmaniġġja r-riskju marbut man-nuqqas ta" rkupru ta" somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera "fond ta' garanzija tal-parteċipanti" (hawn taħt imsejjaħ "il-Fond") b'konformità ma' l-Anness.
Interessi finanzjarji ġġenerati mill-Fond għandhom jiġu miżjuda fil-Fond u għandhom iservu biss għall-finijiet stabbiliti f'punt 3 ta' l-Anness, bla ħsara għall-punt 4.
1a. Il-kontribut għall-Fond min-naħa ta' parteċipant għal azzjoni indiretta li tieħu s-sura ta' għotja m'għandhiex taqbeż il-5% tal-kontribut finanzjarju Komunitarju dovut lill-parteċipant. Fl-aħħar ta' l-azzjoni l-ammont mogħti lill-Fond għandu jingħata lura lill-parteċipant, permezz tal-koordinatur, skond il-paragrafu 1b.
1b. Jekk l-interessi ġġenerati mill-Fond mhumiex biżżejjed sabiex ikopru s-somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni tista' tnaqqas mill-ammont li jingħata lura lill-parteċipant, mhux aktar minn wieħed fil-mija tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-Fond.
2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal dawn li ġejjin:
2. It-tnaqqis imsemmi f'paragrafu 1b m'għandux japplika għall-korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija garantita minn Stat Membru jew pajjiż assoċjat, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja;
(a) korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija ggarantita minn Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja;
(b) xi azzjonijiet li jappoġġaw it-taħhriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.
Kull wieħed mit-tipi ta" parteċipant msemmija fil-punti (a) u (b) għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel verifika ex-ante tal-kapaċità finanzjarja tal-koordinaturi, u tal-parteċipanti li mhux imsemmijin fil-paragrafu 2 li jitolbu kontribut finanzjarju Komunitarju f'azzjoni indiretta li taqbeż EUR 500 000, ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali meta, fuq bażi ta' informazzjoni diġà disponibbli, jkun hemm raġunijiet iġġustifikati sabiex tkun iddubitata l-kapaċità finanzjarja tal-parteċipanti.
Il-Fond għandu jitqies bħala garanzija suffiċjenti skond ir-Regolament Finanzjarju. L-ebda garanzija jew titolu ta' sigurtà ulterjuri mingħand il-parteċipanti ma jistgħu jintalbu jew jiġu imposti fuqhom.
4.Fi tmiem il-programm ta" qafas għandha ssir evalwazzjoni ta" l-ammonti meħtieġa biex ikopru riskji pendenti. Kull somma li taqbeż dawn l-ammonti għandha titħallas lura lill-programm ta" qafas u tkun jikkostitwixxu dħul imwarrab.
Emenda 80 Artikolu 40
1. Fejn għadd ta" parteċipanti jkunu wettqu ħidma flimkien li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom ma jkunx jista" jiġi aċċertat, huma għandu jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub.
1. Fejn għadd ta" parteċipanti jkunu wettqu ħidma b'mod konġunt li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom ma jkunx jista" jiġi aċċertat, huma għandhom jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub.
Huma għandhom jagħmlu ftehim fir-rigward ta' l-allokazzjoni u t-termini ta' l-eżerċizzju tas-sjieda konġunta skond it-termini tal-ftehim ta' għotja.
2. Fejn ma jkunx ġie konkluż ftehim ta" sjieda konġunta fir-rigward ta" l-allokazzjoni u t-termini ta" l-eżerċizzju tas-sjieda konġunta, kull wieħed mis-sidien konġunti għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi, mingħajr ebda dritt ta" subliċenzjar u jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
2. Fejn ma jkunx għadu ġie konkluż ftehim ta" sjieda konġunta, kull wieħed mis-sidien konġunti għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi, mingħajr ebda dritt ta" subliċenzjar u jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) għandu jingħata avviż bil-quddiem lis-sidien konġunti l-oħra;
(a) għandu jingħata avviż bil-quddiem lis-sidien konġunti l-oħra;
(b) għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.
(b) għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.
2a. Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tagħti gwida dwar aspetti possibbli li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ta' sieda konġunta.
Emenda 81 Artikolu 41
-1.Is-sid tat-tagħrif miksub jista' jittrasferixxih lil kwalunkwe entità legali, soġġett għall-paragrafi 1 sa 4 u l-Artikolu 42.
1. Fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu liċ-ċessjonarju, b'mod partikolari dawk dwar l-għoti tad-drittijiet ta" l-aċċess, u t-tixrid u l-użu, f'konformità mal-ftehim ta" għotja.
1. Fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu dwar dak it-tagħrif miksub liċ-ċessjonarju, inkluż l-obbligu li jgħaddihom lil kwalunkwe ċessjonarju sussegwenti, f'konformità mal-ftehim ta' għotja.
2. Suġġett għall-obbligi tiegħu rigward il-kunfidenzjalità, fejn il-parteċipant jeħtieġlu li jgħaddi d-drittijiet ta" l-aċċess, huwa għandu javża bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni, flimkien ma" informazzjoni biżżejjed dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta" l-aċċess tagħhom taħt il-ftehim ta" għotja.
2. Suġġett għall-obbligi tiegħu rigward il-kunfidenzjalità, fejn il-parteċipant jeħtieġlu li jgħaddi d-drittijiet ta" l-aċċess, huwa għandu javża bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni, flimkien ma" informazzjoni biżżejjed dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta" l-aċċess tagħhom taħt il-ftehim ta" għotja.
Madankollu, il-parteċipanti l-oħra jistgħu, permezz ta" ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta" avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta" trasferimenti tas-sjieda minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament.
Madanakollu, il-parteċipanti l-oħra jistgħu, permezz ta" ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta" avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta" trasferimenti tas-sjieda minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament.
3. Wara l-avviż skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parteċipanti l-oħra jistgħu joġġezzjonaw għal kwalunkwe trasferiment ta" sjieda għar-raġuni li tkun taffettwa ħażin id-drittijiet ta" l-aċċess tagħhom.
3. Wara l-avviż skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parteċipanti l-oħra jistgħu joġġezzjonaw għal kwalunkwe trasferiment ta" sjieda għar-raġuni li tkun taffettwa ħażin id-drittijiet ta" l-aċċess tagħhom.
Fejn il-parteċipanti l-oħra juru li d-drittijiet tagħhom ikunu se jiġu affettwati ħażin, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ qabel jintlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati.
Fejn kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħra juru li d-drittijiet tagħhom ikunu se jiġu affettwati ħażin, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ qabel jintlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati.
4. Fejn hu f'loku, il-ftehim ta" għotja jista" jipprovdi, permezz ta" kondizzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni tkun trid tiġi avżata minn qabel b'kull trasferiment maħsub ta" sjieda lil parti terza.
4. Fejn hu xieraq, il-ftehim ta" għotja jista" jipprovdi li l-Kummissjoni tkun trid tiġi avżata minn qabel b'kull trasferiment maħsub ta" sjieda jew bi kwalunkwe għotja intenzjonata ta' liċenzja lil parti terza li hija stabbilita f'pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba' Programm ta' Qafas.
Emenda 82 Artikolu 42, paragrafu 1
Il-Kummissjoni tista" toġġezzjona għat-trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub, jew għall-għoti ta" liċenzja esklussiva rigward it-tagħrif miksub, lil xi entità legali mwaqqfa f'pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba" Programm ta" Qafas, jekk tqis li dan mhuwiex konformi ma" l-interessi ta" l-iżvilupp tal-kompetittività ta" l-ekonomija Ewropea ma' l-interessi ta' difiża ta' l-Istati membri fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat, jew li mhuwiex konsistenti mal-prinċipji ta" l-etika. F'dawn il-każijiet, it-trasferiment tas-sjieda jew l-għoti ta" liċenzja esklussiva m'għandux isir sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li twaqqfu s-salvagwardji xierqa.
Il-Kummissjoni tista" toġġezzjona għat-trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub, jew għall-għoti ta" liċenzja esklussiva rigward it-tagħrif miksub, lil partijiet terzi li huma mwaqqfa f'pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba" Programm ta" Qafas, jekk tqis li dan mhuwiex konformi ma" l-interessi ta" l-iżvilupp tal-kompetittività ta" l-ekonomija Ewropea, ma' l-interessi ta' difiża ta' l-Istati membri fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat, jew li mhuwiex konsistenti mal-prinċipji ta" l-etika. F'dawn il-każijiet, it-trasferiment tas-sjieda jew l-għoti ta" liċenzja esklussiva m'għandux isir sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li twaqqfu s-salvagwardji xierqa.
1. Fejn it-tagħrif miksub jista" jiġi applikat fl-industrija u kummerċjalment, sidu għandu jipprovdi għat-tħaris adegwat u effettiv tiegħu f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti, u b'konsiderazzjoni mistħoqqa ta" l-interessi leġittimi, partikolarment l-interessi kummerċjali tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni indiretta kkonċernata.
1. Fejn it-tagħrif miksub jista" jiġi applikat fl-industrija u kummerċjalment, sidu għandu jipprovdi għat-tħaris adegwat u effettiv tiegħu, u b'konsiderazzjoni mistħoqqa ta' l-interessi leġittimi tiegħu u ta" l-interessi leġittimi, partikolarment l-interessi kummerċjali tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni indiretta kkonċernata.
Fejn parteċipant jinvoka interess leġittimu, huwa għandu, f'kull każ, juri li jkun se jsofri dannu kbir sproporzjonat.
Fejn parteċipant li ma huwiex is-sid tat-tagħrif miksub jinvoka l-interess leġittimu tiegħu, huwa għandu, f'kull każ, juri li jkun se jsofri dannu kbir sproporzjonat.
2. Fejn sid it-tagħrif miksub ma jħarisx it-tagħrif miksub li jippossjedi, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor skond l-Artikolu 41(1) u (2), ebda attivitajiet ta" tixrid ma jistgħu jsiru qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata.
2. Fejn it-tagħrif miksub jista" jiġi applikat fl-industrija u kummerċjalment u s-sid tiegħu ma jħarsux, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor, entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat jew kwalunkwe parti terza stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat flimkien ma' l-obbligi assoċjati skond l-Artikolu 41, ebda attivitajiet ta" disseminazzjoni ma jistgħu jsiru qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata.
Emenda 84 Artikolu 44, paragrafu 1
Il-pubblikazzjonijiet kollha, l-applikazzjonijiet kollha għall-brevetti magħmula minn jew f'isem parteċipant, jew kull tixrid ieħor relatat ma" tagħrif miksub, għandhom jinkludu dikjarazzjoni li t-tagħrif miksub ikkonċernat ġie prodott bl-għajnuna tas-sostenn finanzjarju tal-Komunità.
Il-pubblikazzjonijiet kollha, l-applikazzjonijiet kollha għall-brevetti magħmula minn jew f'isem parteċipant, jew kull tixrid ieħor relatat ma" tagħrif miksub, għandhom jinkludu dikjarazzjoni, li tista' tinkludi mezzi viżivi, li t-tagħrif miksub ikkonċernat ġie prodott bl-għajnuna tas-sostenn finanzjarju tal-Komunità.
Emenda 85 Artikolu 45
1. Il-parteċipanti għandhom jużaw it-tagħrif miksub li jippossjedu, jew jiżguraw li dan jintuża.
1. Il-parteċipanti għandhom jużaw it-tagħrif miksub li jippossjedu, jew jiżguraw li dan jintuża.
2. Kull parteċipant għandu jiżgura li t-tagħrif miksub li tiegħu huwa s-sid jixxerred malajr kemm jista" jkun. Jekk jonqos milli jagħmel dan, il-Kummissjoni tista" xxerred dak it-tagħrif miksub skond l-Artikolu 12.
2. Kull parteċipant għandu jiżgura li t-tagħrif miksub li tiegħu huwa s-sid jixxerred malajr kemm jista" jkun. Jekk jonqos milli jagħmel dan, il-Kummissjoni tista" xxerred dak it-tagħrif miksub skond l-Artikolu 12. Il-ftehim ta' għotja jista' jistipula limiti ta' żmien f'dan ir-rigward.
3. Attivitajiet ta" tixrid għandhom ikunu kompatibbli mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-konfidenzjalità, u l-interess leġittimu tas-sid tat-tagħrif miksubu u l-interessi ta' difiża ta' l-Istati Membri fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat.
3. Attivitajiet ta" tixrid għandhom ikunu kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tal-konfidenzjalità, u l-interessi leġittimi tas-sid tat-tagħrif miksub u l-interessi ta' difiża ta' l-Istati Membri fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat.
4. Avviż bil-quddiem dwar kull attività ta" tixrid għandu jingħata lill-parteċipanti l-oħra kkonċernati.
4. Avviż bil-quddiem dwar kull attività ta" tixrid għandu jingħata lill-parteċipanti l-oħra kkonċernati.
Wara l-avviż, kull wieħed minn dawk il-parteċipanti jista" joġġezzjona jekk huwa jqis li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tat-tagħrif miksub tiegħu jistgħu jsofru dannu kbir sproporzjonat. Fit-tali każijiet, l-attività ta" tixrid ma tistax issir sakemm ma jittieħdux il-passi xierqa għas-salvagwardja ta" dawk l-interessi leġittimi.
Wara l-avviż, kull wieħed minn dawk il-parteċipanti jista" joġġezzjona jekk huwa jqis li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tat-tagħrif miksub tiegħu jew ta' tagħrif li kien diġà eżistenti jistgħu jsofru dannu kbir sproporzjonat. Fit-tali każijiet, l-attività ta" tixrid ma tistax issir sakemm ma jittieħdux il-passi xierqa għas-salvagwardja ta" dawk l-interessi leġittimi.
Emenda 86 Artikolu 47, paragrafu 5
5. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista" jkun b'kull limitazzjoni għall-għoti ta" drittijiet ta" l-aċċess għal tagħrif eżistenti, jew b'kull restrizzjoni oħra li tista" taffettwa b'mod sostanzjali l-għoti tad-drittijiet ta" l-aċċess.
5. Bla ħsara għall-Artikoli 48 u 49 u għall-ftehim ta' għotja, il-parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista" jkun b'kull limitazzjoni għall-għoti ta" drittijiet ta" l-aċċess għal tagħrif eżistenti, jew b'kull restrizzjoni oħra li tista" taffettwa b'mod sostanzjali l-għoti tad-drittijiet ta" l-aċċess.
Emenda 87 Artikolu 49
1. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta" l-aċċess għat-tagħrif miksub, jekk dawn ikunu meħtieġa għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess.
1. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta" l-aċċess għat-tagħrif miksub, jekk dawn ikunu meħtieġa għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess.
It-tali drittijiet ta" l-aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties.
Soġġett għal ftehim, tali drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ikunu ħielsa mid-drittijiet ta' l-awtur.
2. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu drittijiet ta" l-aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess kemm-il darba il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.
2. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu drittijiet ta" l-aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess kemm-il darba il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.
It-tali drittijiet ta" aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties.
Soġġett għal ftehim, tali drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ikunu ħielsa mid-drittijiet ta' l-awtur.
2a. Entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat għandu jkollha wkoll id-drittijiet għal aċċess, imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, għat-tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti taħt l-istess kondizzjonijiet tal-parteċipant li għalih hija affiljata, dment li mhux previst mod ieħor fil-ftehim ta' għotja jew fil-ftehim ta' konsorzju.
3. Talba għad-drittijiet ta" l-aċċess skond il-paragrafi 1 jew 2 tista" ssir sa żmien sena wara xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet:
3. Talba għad-drittijiet ta" l-aċċess skond il-paragrafi 1, 2 u 2a tista" ssir sa żmien sena wara xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet:
(a) it-tmiem ta" l-azzjoni indiretta ;
(a) it-tmiem ta" l-azzjoni indiretta ;
(b) it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat.
(b) it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat.
Madanakollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta" żmien differenti.
Madanakollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta" żmien differenti.
Emenda 88 Artikolu 51, paragrafu 1 a (ġdid)
L-intrapriża konġunta msemmija fil-paragrafu 1, punt (ċ), għandha titwaqqaf bil-għan li tiġi mmaniġġjata u amministrata l-kontribuzzjoni Ewropea għall-ftehima internazzjonali ITER li għandha tirratifika t-twaqqif ta' l-organizzazzjoni ITER, flimkien ma' attivitajiet addizzjonali li jirrigwardaw il-kostruzzjoni ta' l-ITER, li hi prevista fil-programm speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta" l-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ (2007-2011). L-attivitajiet l-oħrajn kollha li jaqgħu taħt l-attività tematika 'enerġija mill-fużjoni' previsti taħt dan il-programm speċifiku għandhom ikunu implimentati u mmaniġġjati b'mod separat mill-intrapriża konġunta msemmija fil-punt (c), biex b'hekk ikun possibbli li jinżamm l-approċċ integrat u l-involviment mill-qrib ta' l-assoċjazzjonijiet tal-fużjoni.
Emenda 89 Anness (ġdid)
ANNESS Fond ta' garanzija lill-parteċipant 1.Il-Fond ser ikun immaniġġjat mill-Komunità rrappreżentata mill-Kummissjoni li taġixxi bħala aġent eżekuttiv f'isem il-parteċipanti, skond kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-mudell tal-ftehim ta' għotja. Il-Kummissjoni ser tafda l-immaniġġjar finanzjarju tal-Fond jew lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment jew, skond l-Artikolu 13(b), lil istituzzjoni finanzjarja xierqa (minn hawn 'l quddiem imsejjaħ il-"bank depożitarju"). Il-bank depożitarju għandu jimmaniġġja l-Fond skond istruzzjonijiet li jingħatawlu mill-Kummissjoni. 2.Il-Kummissjoni tista' tagħmel tajjeb, mill-ewwel pre-finanzjament li tħallas lill-konsorzju, għall-kontibuzzjoni tal-parteċipanti lill-Fond, u tħallasha lill-Fond f'isimhom. 3.Fejn hemm ammonti dovuti lill-Komunità minn parteċipant, il-Kummissjoni tista', bla ħsara għall-penali li jistgħu jiġu imposti fuq il-parteċipant li jonqos mir-rimborż skond ir-Regolament Finanzjarju, jew: (a) tordna lill-bank depożitarju sabiex jitrasferixxi direttament l-ammont dovut mill-Fond lill-koordinatur ta' l-azzjoni indiretta jekk tkun għadha għaddejja u jekk il-parteċipanti li jibqa' jaqblu li jimplimentawha bl-istess mod fir-rigward ta' l-objettivi tagħha, skond l-Artikolu 17(4). L-ammonti trasferiti mill-Fond jitqiesu bħala kontribut finanzjarju Komunitarju; jew (b) effettivament tirkupra s-somma msemmija mill-Fond jekk l-azzjoni indiretta tiġi mitmuma jew tkun diġà kkompletata. Il-Kummissjoni toħroġ ordni ta' rkupru għall-benefiċċju tal-Fond kontra l-parteċipant. Il-Kummissjoni tista" tadotta għal dak il-għan deċiżjoni dwar l-irkupru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. 4.L-ammonti rkuprati mill-Fond matul is-Seba" Programm ta' Qafas jikkostitwixxu dħul assenjat lilu fit-tifsira ta" l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju. Ladarba l-implimentazzjoni ta' l-għotjiet kollha taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tkun kompluta, kwalunkwe somma li tibqa' mill-Fond tkun irkuprata mill-Kummissjoni u tiddaħħal fil-baġit tal-Komunità, soġġetta għal deċiżjonijiet dwar it-Tmien Programm ta' Qafas.