Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0190(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0333/2006

Testi mressqa :

A6-0333/2006

Dibattiti :

PV 29/11/2006 - 18
CRE 29/11/2006 - 18

Votazzjonijiet :

PV 30/11/2006 - 8.21
CRE 30/11/2006 - 8.21
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0524

Testi adottati
PDF 433kWORD 88k
Il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2006 - Brussell
Il-Programm Speċifiku tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Is-Seba' Programm ta' Riċerka u Taħriġ Nukleari, 2007-2011) *
P6_TA(2006)0524A6-0333/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Pogramm speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2011) tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (COM(2005)0445 – C6-0386/2005 – 2005/0190(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0445)(1) u l-proposta emendata (COM(2005)0445/2)(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom, li bis-saħħa tiegħu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0386/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0333/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont indikattiv tar-referenza finanzjarja, kif indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju għall-2007-2013 u jinnota li l-ammont annwali se jiġi deċiż fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali b'konformita? mad-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba tas-17 ta' Mejju 2006(3);

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artiklu 119, it-tieni paragrafu, tat-Trattat Euratom;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda sostanzjalment proposta tal-Kummissjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 12
(12)  Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa sabiex ikunu evitati irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa għall-irkupru ta" fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod inkorrett b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u ta' l-emendi sussegwenti tiegħu, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta" Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta" Novembru 1996 dwar testijiet fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF).
(12)  Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa sabiex ikunu evitati irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa għall-irkupru ta" fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod inkorrett b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u ta' l-emendi sussegwenti tiegħu, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta" Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta" Novembru 1996 dwar testijiet fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-25 ta" Mejju 1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF). Il-fondi kollha rkuprati fuq il-bażi ta' dawk ir-regolamenti għandhom jiġu allokati għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet taħt il-Programm ta' Qafas.
Emenda 22 u 23
Artikolu 2, paragrafu 2
Fi ħdan il-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-Fużjoni, għandha tinħoloq intrapriża konġunta stabbilita skond it-Titlu II, Kapitolu 5 tat-Trattat sabiex tmexxi u tamministra l-kontribuzzjoni Ewropea għall-ITER kif ukoll l-attivitajiet komplimentari immirati lejn it-twettiq f'qasir żmien ta" l-enerġija mill-fużjoni.
Fi ħdan il-qasam tar-riċerka dwar l-enerġija mill-Fużjoni, għandha tinħoloq intrapriża konġunta stabbilita skond it-Titlu II, Kapitolu 5 tat-Trattat sabiex tmexxi u tamministra l-kontribuzzjoni Ewropea għall-Organizzazzjoni ITER kif ukoll l-attivitajiet bħala kontribut għall-kostruzzjoni ta" l-ITER, kif imsemmija fit-tieni parti, taqsima 2.1 'L-Attivitajiet', punt (i) ta' l-Anness. L-attivitajiet l-oħra kollha fil-qasam ta' l-enerġija mill-fużjoni ser ikunu implimentati u mmexxija separatament mill-Impriża Konġunta ta" l-ITER, waqt li jinżamm approċċ integrat u l-involviment sħiħ ta' l-Għaqdiet tal-Fużjoni.
Emenda 2
Artikolu 3, paragrafu 1, qabel it-tabella
Skond l-Artikolu 3 tal-Programm ta' Qafas, l-ammont meqjus neċessarju għat-twettiq tal-Programm Speċifiku huwa EUR 2 234 miljun, li minnhom 15% għandhom ikunu għall-ispejjeż amministrattivi tal-Kummissjoni.
Skond l-Artikolu 3 tal-Programm ta' Qafas, l-ammont meqjus neċessarju għat-twettiq tal-Programm Speċifiku huwa EUR 2 234 miljun, li minnhom anqas minn 15% għandhom ikunu għall-ispejjeż amministrattivi tal-Kummissjoni.
Emenda 3
Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid), wara t-tabella
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati qed isiru b'mod effettiv u skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
Emenda 4
Artikolu 3, paragrafu 1 b (ġdid), wara t-tabella
In-nefqa amministrattiva totali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għall-Aġenzija Eżekuttiva, għandha tkun proporzjonali għall-azzjonijiet stabbiliti taħt il-Programm Speċifiku u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.
Emenda 5
Artikolu 3, paragrafu 1 c (ġdid), wara t-tabella
Approprjazzjonijiet baġitarji għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta" mmaniġġjar finanzjarju sod, b'mod partikulari skond il-prinċipji ta" l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju ta" proporzjonalità.
Emenda 6
Artikolu 4, paragrafu 1
1.  L-attivitajiet kollha ta" riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi fundamentali.
1.  L-attivitajiet kollha ta" riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi fundamentali. L-għan essenzjali tagħhom għandu jkun biex jikkontribwixxu għall-użu paċifiku u sikur ta' l-enerġija nukleari (sikurezza) u biex jgħinu li jiġi evitat l-użu ħażin tagħha għal skopijiet militari (sigurtà).
Emenda 7
Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità baġitarja kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki fil-baġit annwali ta' l-Unjoni Ewropea u fl-annessi għalih.
Emenda 9
Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)
1a. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni, li jkun fih evalwazzjoni ta' kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju u evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u r-regolarità ta' l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku tal-Programm Speċifiku.
Emenda 10
Artikolu 7, paragrafu 3, subparagrafu 1a (gdid)
Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'kull ħin u għandha tiġi trażmessa fuq talba lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jew lill-Ombudsman Ewropew.
Emenda 11
Anness, Parti 1, Introduzzjoni, paragrafu 1 a (ġdid)
Bla ħsara għall-isforzi li l-UE qed tagħmel u għandha tkompli tagħmel f'riċerka dwar enerġiji li jiġġeddu, l-enerġija nukleari jista' jkollha rwol ewlieni biex tinkiseb provvista sikura u sostenibbli fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Emenda 12
Anness, Parti 1, paragrafu 2
Fuq medda ta" żmien twil, il-fużjoni nukleari toffri possibilità ta' provvista ta' enerġija nadifa kważi mingħajr limitu, u biex jintlaħaq dan l-għan, l-ITER huwa l-pass kruċjali li jmiss. It-twettiq tal-proġett ITER għalhekk huwa l-qofol ta" l-istrateġija preżenti ta' l-UE, minkejja li jrid jiġi akkumpanjat minn programm Ewropew ta' R&D b'saħħtu u mmirat biex iħejji għall-isfruttament ta" l-ITER u jiżviluppa t-teknoloġiji u l-bażi ta" għarfien li se jinħtieġu matul it-tħaddim tiegħu u lil hinn.
Fuq medda ta" żmien twil, il-fużjoni nukleari toffri possibilità ta' provvista ta' enerġija nadifa kważi mingħajr limitu, u biex jintlaħaq dan l-għan, l-ITER huwa pass importanti li jmiss. It-twettiq tal-proġett ITER għalhekk huwa l-qofol ta" l-istrateġija preżenti ta' l-UE, minkejja li jrid jiġi akkumpanjat minn programm Ewropew ta' R&D b'saħħtu u mmirat biex iħejji għall-isfruttament ta" l-ITER u jiżviluppa t-teknoloġiji u l-bażi ta" għarfien li se jinħtieġu matul it-tħaddim tiegħu u lil hinn.
Emenda 13
Anness, Parti 2, Sezzjoni 2.1, sottotitolu "Attivitajiet", punt (ii), paragrafu 1, parti introduttorja
Programm immirat għall-fiżika u t-teknoloġija se jkollu l-għan li jikkonsolida l-għażliet tal-proġett ta' l-ITER u t-tħejjija għal bidu rapidu tat-tħaddim ta' l-ITER, kif ukoll inaqqas konsiderevolment il-ħin u l-ispejjeż meħtieġa għall-ITER biex jilħaq l-għanijiet bażiċi tiegħu. Dan se jitwettaq permezz ta' attivitajiet sperimentali, teoretiċi u ta' mudellar ikkoordinat bl-użu ta' l-impjanti JET u tagħmir ieħor fl-Għaqdiet, huwa se jassigura li l-Ewropa jkollha l-impatt meħtieġ fuq il-proġett ta' l-ITER, u se jħejji għal rwol Ewropew b'saħħtu fl-isfruttament tiegħu. Dan il-programm se jkun fih:
Programm immirat għall-fiżika u t-teknoloġija se jkollu l-għan li jikkonsolida l-għażliet tal-proġett ta' l-ITER u t-tħejjija għal bidu rapidu tat-tħaddim ta' l-ITER, kif ukoll inaqqas konsiderevolment il-ħin u l-ispejjeż meħtieġa għall-ITER biex jilħaq l-għanijiet bażiċi tiegħu. Dan se jitwettaq permezz ta' attivitajiet sperimentali, teoretiċi u ta' mudellar ikkoordinat bl-użu ta' l-impjanti JET, tagħmir għal trażżin manjetiku (Tokamaks, Stellarators u RFPs, li jeżistu diġà jew li qegħdin fil-proċess li jiġu mibnija fl-Istati Membri kollha) u tagħmir ieħor fl-Għaqdiet, huwa se jassigura li l-Ewropa jkollha l-impatt meħtieġ fuq il-proġett ta' l-ITER, u se jħejji għal rwol Ewropew b'saħħtu fl-isfruttament tiegħu. Dan il-programm se jkun fih:
Emenda 14
Anness, Parti 2, Sezzjoni 2.1, sottotitolu "Attivitajiet", punt (v), paragrafu 3a (ġdid)
inkuraġġiment fil-ġenerazzjoni ta' brevetti.
Emendi 15 u 16
Anness, Parti 2, Sezzjoni 2.2, paragrafu 1
Se jittieħdu azzjonijiet indiretti f'ħames oqsma prinċipali ta' attività speċifikati hawn taħt. Għaldaqstant, rabtiet trasversali importanti jeżistu fi ħdan il-programm kollu, kif ukoll għandu jittieħed kont xieraq ta' l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet differenti. F'dan ir-rigward is-sostenn lill-attivitajiet ta' taħriġ u l-infrastrutturi ta" riċerka huwa kruċjali. Il-ħtiġijiet tat-taħriġ għandhom ikunu aspett ewlieni tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE f'dan is-settur, u dawn flimkien mas-sostenn għall-infrastrutturi se jkunu komponent essenzjali li jindirizzaw il-kwistjoni tal-kompetenza nukleari.
Fl-attivitajiet ta' riċerka kollha ta' l-Unjoni dwar fissjoni nukleari, is-sikurezza u s-sigurtà se jkunu t-tħassib ewlieni. B'mod speċifiku, l-għan se jkun, fuq naħa, biex l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni jsiru aktar sikuri (sikurezza) u, fuq in-naħa l-oħra biex jiġi evitat l-abbuż tagħhom għal skopijiet militari jew terroristiċi (sigurtà). Se jittieħdu azzjonijiet indiretti f'ħames oqsma prinċipali ta' attività speċifikati hawn taħt. Għaldaqstant, rabtiet trasversali importanti jeżistu fi ħdan il-programm kollu, kif ukoll għandu jittieħed kont xieraq ta' l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet differenti. F'dan ir-rigward is-sostenn lill-attivitajiet ta' taħriġ, l-iskambju ta' informazzjoni xjentifika u teknoloġika, u l-infrastrutturi ta" riċerka huwa kruċjali. Il-ħtiġijiet tat-taħriġ għandhom ikunu aspett ewlieni tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE f'dan is-settur, u dawn flimkien mas-sostenn għall-infrastrutturi se jkunu komponent essenzjali li jindirizzaw il-kwistjoni tal-kompetenza nukleari.
Emenda 17
Anness, Parti 2, Sezzjoni 2.2, punt (ii), sottotitolu "Attivitajiet", inċiż 1
–  Sikurezza ta' l-installazzjonijiet nukeari: L-RTD fil-qasam tas-sikurezza fit-tħaddim ta' installazzjonijiet nukleari attwali u tal-ġejjieni, speċjalment il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-ħajja operattiva ta' l-impjanti, il-kultura tas-sikurezza, metodoloġiji avvanzati ta' valutazzjoni tas-sikurezza, għodod numeriċi ta' simulazzjoni, l-istrumentazzjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' inċidenti gravi, ma' attivitajiet assoċjati biex jipperfezzjonaw il-ġestjoni ta' l-għarfien u jżommu l-livell tal-kompetenzi.
–  Sikurezza ta' l-installazzjonijiet nukeari: L-RTD fil-qasam tas-sikurezza fit-tħaddim ta' installazzjonijiet nukleari attwali u tal-ġejjieni, speċjalment il-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-ħajja operattiva ta' l-impjanti, il-kultura tas-sikurezza (minimizzar tar-riskju ta' żball uman jew organizzattiv), metodoloġiji avvanzati ta' valutazzjoni tas-sikurezza, għodod numeriċi ta' simulazzjoni, l-istrumentazzjoni u l-kontroll, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' inċidenti gravi, ma' attivitajiet assoċjati biex jipperfezzjonaw il-ġestjoni ta' l-għarfien u jżommu l-livell tal-kompetenzi.
Emenda 18
Anness, Parti 2, Sezzjoni 2.2, punt (iii), sottotitolu 'Għanijiet', paragrafu 2
Għan ewlieni ta' din ir-riċerka se jkun dak li jgħin għas-soluzzjoni tal-kontroversja dwar ir-riskju ta' l-esponiment lejn ir-radjazzjoni f'dożi baxxi jew imtawla. Is-soluzzjoni ta' din il-kwistjoni xjentifika u ta' natura politika għandha potenzjalment implikazzjonijiet fuq in-nefqa u/jew għas-saħħa għall-użu tar-radjazzjoni kemm fil-mediċina kif ukoll fl-industrija.
Għan ewlieni ta' din ir-riċerka se jkun dak li jgħin għas-soluzzjoni tal-kontroversja dwar ir-riskju ta' l-esponiment lejn ir-radjazzjoni f'dożi baxxi jew imtawla. Is-soluzzjoni ta' din il-kwistjoni xjentifika għandha potenzjalment implikazzjonijiet fuq in-nefqa u/jew għas-saħħa għall-użu tar-radjazzjoni kemm fil-mediċina kif ukoll fl-industrija.
Emenda 19
Anness, Parti 2, Sezzjoni 2.2, punt (v), sottotitolu 'Għanijiet'
Minħabba t-tħassib fis-setturi kollha tal-fissjoni nukleari u tal-ħarsien mir-radjazzjoni dwar iż-żamma ta' għarfien u ta' riżorsi umani ta' livell għoli meħtieġa, u l-implikazzjonijiet li dan jista' jkollu speċjalment fil-kapaċità li jżomm livelli għoljin ta' sikurezza nukleari attwali, l-għanijiet ta' dan il-programm se jkunu s-sostenn, permezz ta' varjetà ta' miżuri, tat-tixrid tal-kompetenza u għarfien espert xjentifiċi fis-settur kollu kemm hu. Dawn il-miżuri jimmiraw għall-garanzija tad-disponibilità ta' riċerkaturi u tekniċi kkwalifikati biżżejjed, per eżempju permezz ta' koordinament imtejjeb bejn l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ta' l-UE sabiex jassiguraw li l-kwalifiki huma ekwivalenti madwar l-Istati Membri kollha, jew billi jiffaċilitaw it-taħriġ u l-mobilità ta' studenti u xjenzjati. Strateġija tassew Ewropea biss tista' tassigura l-inċentivi meħtieġa u l-livelli armonizzati ta' edukazzjoni u taħriġ ogħla, b'hekk tkun iffaċilitata l-mobilità ta' ġenerazzjoni ġdida ta' xjenzjati u taqdi l-ħtiġijiet ta' taħriġ matul il-karriera ta' l-inġiniera li jridu jaffaċċaw l-isfidi xjentifiċi u teknoloġiċi ta' għada f'settur nukleari dejjem iktar integrat.
Minħabba t-tħassib fis-setturi kollha tal-fissjoni nukleari u tal-ħarsien mir-radjazzjoni dwar iż-żamma ta' għarfien u ta' riżorsi umani ta' livell għoli meħtieġa, u l-implikazzjonijiet li dan jista' jkollu speċjalment fil-kapaċità li jżomm livelli għoljin ta' sikurezza nukleari attwali, l-għanijiet ta' dan il-programm se jkunu s-sostenn, permezz ta' varjetà ta' miżuri, tat-tixrid tal-kompetenza u għarfien espert xjentifiċi fis-settur kollu kemm hu. Dawn il-miżuri jimmiraw għall-garanzija tad-disponibilità kemm jista' jkun bikrija ta' riċerkaturi u tekniċi kkwalifikati biżżejjed, per eżempju permezz ta' koordinament imtejjeb bejn l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni ta' l-UE sabiex jassiguraw li l-kwalifiki huma ekwivalenti madwar l-Istati Membri kollha, jew billi jiffaċilitaw it-taħriġ u l-mobilità ta' studenti u xjenzjati. Strateġija tassew Ewropea biss tista' tassigura l-inċentivi meħtieġa u l-livelli armonizzati ta' edukazzjoni u taħriġ ogħla, b'hekk tkun iffaċilitata l-mobilità ta' ġenerazzjoni ġdida ta' xjenzjati u taqdi l-ħtiġijiet ta' taħriġ matul il-karriera ta' l-inġiniera li jridu jaffaċċaw l-isfidi xjentifiċi u teknoloġiċi ta' għada f'settur nukleari dejjem iktar integrat.
Emenda 20
Anness, Parti 2, Sezzjoni 2.2, punt (v), sottotitolu 'Attivitajiet' inċiż 1
–  Taħriġ: Koordinament tal-programmi nazzjonali u l-qadi tal-ħtiġijiet ġenerali tat-taħriġ fix-xjenza nukleari permezz ta' firxa ta' strumenti, inklużi dawk kompetittivi, bħala parti mis-sostenn ġenerali lir-riżorsi umani fl-oqsma tematiċi kollha. Dan jinkludi s-sostenn għall-korsijiet ta' taħriġ u networks ta' taħriġ.
–  Taħriġ: Koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali u l-qadi tal-ħtiġijiet ġenerali tat-taħriġ fix-xjenza nukleari permezz ta' firxa ta' strumenti, inklużi dawk kompetittivi, bħala parti mis-sostenn ġenerali lir-riżorsi umani fl-oqsma tematiċi kollha. Dan jinkludi s-sostenn għall-korsijiet ta' taħriġ u networks ta' taħriġ. Barra minn hekk, u filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-programm speċifiku 'Nies' u attivitajiet oħrajn marbutin mat-taħriġ ta' professjonisti, se jingħata inkuraġġiment sabiex jiġi żgurat li żgħażagħ b'kapaċitajiet eċċellenti jikkunsidraw l-industrija ta' l-enerġija nukleari bħala qasam attraenti li fih jistgħu jsegwu l-karriera tagħhom.
Emenda 21
Anness, Parti 3 a (ġdida)
3a. TIXRID
Hemm bżonn li l-informazzjoni dwar enerġija nukleari tiġi mxerrda fi skambji bejn iċ-ċittadini u r-rappreżentanti tagħhom permezz tat-twaqqif ta' kampanji plurijennali sabiex jiżdied l-għarfien dwar l-enerġija nukleari bil-għan li jitħeġġeġ dibattitu u jiġi faċilitat it-teħid ta' deċiżjonijiet. Sabiex isiru kemm jista' jkun effettivi, il-kampanji se jiġu mfassla permezz ta' metodoloġiji tax-xjenza soċjali.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza