Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-progress li nkiseb mill-UE fil-ħolqien ta' spazju ta' liberta?, ta' sigurta' u ta' ġustizzja (AFSJ) (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-trattat UE li jistabbilixxi għall-Unjoni l-objettiv li tiżviluppa fi spazju ta' liberta', ta' sigurta' u ta' ġustizzja,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39 ta' l-istess trattat li jipprevedi li l-Parlament Ewropew jagħmel diskussjoni annwali dwar il-progress li nkiseb f'dan is-settur,
– wara li kkunsidra t-tweġibiet mogħtija mill-Kunsill waqt id-diskussjoni tas-27 ta' Settembru 2006 għall-mistoqsija għal tweġiba orali (B6-0428/2006), kif ukoll il-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-komunikazzjonijiet tagħha dwar it-twettiq tal-programm ta' The Hague u dwar il-prospetti tiegħu għall-futur,
– wara li kkunsidra d-diskussjonijiet tal-laqgħa parlamentari konġunta organizzata mal-Parlament tal-Finlandja fit-2 u t-3 ta' Ottubru 2006,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi f'dinja li qed issir dejjem aktar globalizzata u suġġetta għal kriżijiet u tensjonijiet persistenti, għal inugwaljanzi ekonomiċi u għal flussi migratorji li dejjem qed jiżdiedu, għal konfrontazzjonijiet ideoloġiċi u kulturali li qed jolqtu lil numru dejjem akbar ta' nies, u għal theddidiet terroristiċi li mhux magħruf safejn jistgħu iwasslu, qatt ma tieqaf tikber it-talba taċ-ċittadini Ewropej biex ikunu jistgħu jgawdu aktar liberta?, sigurta' u ġustizzja fi ħdan l-Unjoni Ewropea,
B. B billi seba' snin wara l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, l-Unjoni Ewropea għad m'għandhiex politika koerenti dwar l-immigrazzjoni u, b'mod aktar partikulari, m'għandhiex politika għall-immigrazzjoni legali,
C. waqt li jinnota li dawn il-fatturi ta' pressjoni esterna
-
ma setgħux jiġu kkunsidrati mill-Kunsill Ewropew fl-1999 meta ġie adottat l-ewwel programm ta' Tampere, u ma ġewx meqjusa sew meta ġie difenit il-programm ta' The Hague f'Novembru 2004,
-
diġa? huma inkontrollabbli fil-livell ta' kull Stat Membru u se jkunu diffiċilment kontrollabbli mill-Unjoni nnifisha jekk din mhijiex se tagħti malajr lilha nnfisha l-mezzi biex tilħaq l-għanijiet tagħha, u ma taffermax lilha nnifisha bħala interlokutur kredibbli għall-politiki marbutin ma' l-ispazju ta' liberta?, ta' sigurta' u ta' ġustizzja ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħalma huma n-Nazzjonijiet Uniti(1) jew, fil-livell reġjunali, ma' l-Unjoni Afrikana għall-politika ta' migrazzjoni u ta' żvilupp jew mal-kontinent Ewropew, mingħajr koperazzjoni aktar strutturata mal-Kunsill ta' l-Ewropa u l-korpi tiegħu responsabbli għall-promozzjoni ta' l-Istat tad-Dritt u tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali(2),
D. billi fin-nuqqas ta' acquis koerenti u ta' pożizzjonijiet komuni fost l-Istati Membri, l-UE ma tistax tinfluwenza serjament fil-qasam ta' l-AFSJ, inkluża il-pożizzjoni tal-pajjiżi terzi, kif ukoll ma' l-alleati tagħha bħalma huma l-Istati Uniti, u dan jista' jkompli jaffettwa l-kredibilta? tagħha tant li jwassal biex iċċedi l-inizjattiva politika u strateġika tagħha lil dawn il-pajjiżi,
E. billi din id-dgħjufija fil-qasam ta' l-istrateġija ta' l-UE tiddependi mhux biss mill-fatt li dawn il-politiki ġew trasferiti fil-livell ta' l-UE riċentament (anki jekk l-ewwel tentattivi biex jinħoloq spazju ġudizzjarju Ewropew imorru lura għall-1975, fl-okkażjoni ta' l-ewwel mewġa ta' attentati terroristiċi fil-kontinent), iżda aktar minn hekk, mill-fatt li t-trasferiment seħħ fl-okkażjoni tat-trattati ta' Maastricht u ta' Amsterdam, b'riżervi notevoli min-naħa ta' l-Istati Membri, u minħabba li l-passaġġ għal reġim leġiżlattiv ordinarju, diġa? previst fl-1993, seħħ bi progressi limitati fl-1999, fl-2001, fl-2004 u dan l-aħħar fl-2005 bl-attivazzjoni (parzjali), permezz tal-programm ta' The Hague, tal-"passerella" prevista mill-Artikolu 67 tat-Trattat KE,
F. billi waqt li jfakkar li anki fil-preżent, it-tkattir tal-bażijiet ġuridiċi għall-istess objettiv politiku, it-tkattir tal-kunflitti u r-rikorsi ġuriżdizzjonali biex tiġi delimitata l-medda tal-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet, ir-regola ta' l-unanimita? u, fuq kollox, in-nuqqas ta' kontroll demokratiku u ġuriżdizzjonali awtentiku jagħmlu fraġli ħafna s-sitwazzjoni attwali tal-politiki tat-tielet pilastru mil-lat tar-rispett ta' l-UE għall-prinċipji li fuqhom tiddikjara li hija bbażata (Artikolu 6, Trattat UE),
G. iwissi kontra r-riskji li jiġu żviluppati lil hinn mit-trattati Ewropej suġġetti li diġà kienu l-mira ta' proposti mressqa mill-Unjoni Ewropea; jixtieq li jitnieda dibattitu miftuħ dwar il-koperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u ma' parlamenti nazzjonali dwar l-inkorporazzjoni tat-Trattat ta' Prüm li ġie ffirmat is-27 ta' Mejju 2005, fil-qafas tat-Trattat tal-KE sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jeżerċita kontroll demokratiku,
H. jagħraf li l-Istati Membri huma l-ewwel li jagħrfu din is-sitwazzjoni ta' defiċit mill-perspettiva demokratika, ġuriżdizzjonali u anki funzjonali, u li meta ffirmaw it-Trattat Kostituzzjonali, huma impenjaw ruħhom li jagħmlu obbligatorju mill-bidu ta' Novembru 2006 dak li fit-Trattat ta' Maastricht ma kienx għajr fakulta? li kellu l-Kunsill biss,
I. I huwa konvint li l-attivazzjoni tal-passerelli previsti fl-Artikoli 67 tat-Trattat KE u 42 tat-Trattat UE, mhijiex konformi biss mas-sitwazzjoni kostituzzjonali attwali, iżda kompatibbli mas-sitwazzjoni kostituzzjonali futura u li, bħala konsegwenza, il-Kunsill għandu jattivahom anki skond it-titolu ta' l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar id-drittijiet ikkonċernati, li jimpenja lill-firmatarji li jikkoperaw b'mod leali biex joħolqu l-kundizzjonijiet l-aktar favorevoli għar-ratifikazzjoni futura,
J. J waqt li jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni biex matul l-2007 jiġu attivati l-passerelli previsti fl-Artikolu 67 tat-Trattat KE (li jirrevoka l-limiti għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward oqsma li jaqgħu taħt it-Titolu IV tat-Trattat KE) u fl-Artikolu 42 tat-Trattat UE, kif diġà rrakkomandat lill-Kunsill Ewropew permezz tar-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Ottubru 2004(3),
K. K waqt li jfakkar li l-attivazzjoni tal-"passarella" tħalli miftuħa l-possibilità għall-Kunsill li jiddeċiedi dwar ir-regoli ta" votazzjoni tiegħu u li, f'dan il-kuntest, jistgħu jinstabu diversi soluzzjonijiet biex titħares l-unanimità f'ċerti każi u/jew għal perjodi speċifiċi, sakemm f'kull qasam li jolqot id-drittijiet taċ-ċittadin Ewropew, ikun hemm f'kull każ il-kodeċiżjoni tal-PE, li ma jistax jidher li dan qed jitqies bħala inqas determinanti minn l-iżgħar fost l-Istati Membri,
L. L billi l-"passarelli" attivati fuq il-bażi tat-Trattati eżistenti diġà huma konsistenti mal-qafas impost fit-Trattat Kostituzzjonali u ma jmorrux lil hinn minn dak li jipprevedi l-istess Trattat Kostituzzjonali (pereżempju, fi kwistjonijiet ta" kwota fil-politika għall-emigrazzjoni),
M. M billi huwa wkoll essenzjali li wieħed jagħti definizzjoni ta" dak li għalih trid iwassal il-"passarella" u li, jekk ma jistgħux jiżdiedu objettivi ġodda mat-Trattati eżistenti, ikun aktar milli opportun li fis-sentejn li ġejjin tiġi prevista konsolidazzjoni/simplifikazzjoni ta' l-acquis ta" l-Unjoni fil-qasam ta" l-AFSJ, skond il-progress u l-koperazzjoni li sar sa issa bejn l-Istati Membri, b'mod partikulari mit-Trattat ta" Maastricht "l hawn. Konsolidazzjoni u simplifikazzjoni bħal din għandha timmira lejn it-tneħħija ta" għadd ta' inkonsistenzi, u safejn huwa possibbli, l-acquis tal-koperazzjonijiet imsaħħa (bħal fil-każ ta' l-acquis ta' Schengen) għandu jinfirex kemm jista' jkun,
N. billi hemm talba kbira min-naħa taċ-ċittadini u l-prattikanti għal titjib ta' koperazzjoni prattika fit-Trattati attwali, kif ukoll mill-Kunsill li fi ħdanu llum m'hemmx ftehim li jippermetti li jkun hemm progress veru f'din il-koperazzjoni,
O. billi l-Istati Membri ġodda li jissodisfaw il-kriterji ta' Schengen u li huma f'qagħda li jaderixxu mas-sistema m'għandhomx jiġu kkastigati inġustament b'dewmien twil biex jimplimentaw is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II),
P. billi l-Parlament Ewropew ta prova ta' ħeffa notevoli u ta' spirtu ta' kompromess meta kiseb qbil fl-ewwel qari fit-tliet testi leġiżlattivi li jikkostitwixxu l-"pakkett" għall-bażi ġuridika tas-SIS II,
1. Jitlob lill-Kummissjoni biex fl-2007 tressaq quddiem il-Kunsill l-abbozz ta" Deċiżjoni li jattiva l-Artikolu 42 tat-Trattat UE u li jittrasferixxi d-dispożizzjonijiet għall-koperazzjoni bejn il-puliżija (inkluża l-EUROPOL) u l-koperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali (inkluża l-EUROJUST) fil-qafas Komunitarju (it-Titolu IV, Trattat KE);
2. Jitlob lill-Kunsill:
-
biex jadotta b'urġenza, skond l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-abbozz għal Deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 67 (2) tat-Trattat KE, f'dak li jirrigwarda t-tneħħija tal-limitazzjonijiet għall-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja skond it-Titolu IV tat-Trattat KE u biex jagħmel ħiltu kollha biex jiġi mħaffef it-trattament ta' deċiżjonijiet preliminari fl-oqsma li jirrigwardaw l-AFSJ,
-
biex jipprevedi l-estensjoni tal-kodeċiżjoni mal-Parlament Ewropew u tal-maġġoranza kkwalifikata fil-Kunsill fil-każijiet kollha, bħalma huma dawk ta' l-immigrazzjoni legali jew ta' l-integrazzjoni ta' cittadini ta' pajjiżi terzi, fejn dan huwa possibbli skond it-Trattati fis-seħħ, kif previst fl-2004 mill-presidenza Olandiża tal-Kunsill;
3. Jitlob lill-Kunsill Ewropew biex jagħti linji gwida lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex:
a)
jiffokaw mill-ġdid il-leġiżlazzjoni Ewropea madwar il-ħtieġa fundamentali li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni u li, f'każijiet fejn hemm involuti drittijiet individwali, wieħed ma jillimitax ruħu biss għall-kwistjonijiet ta' natura transkonfinali. F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew għandu jkun jista' jibbenefika mill-kompetenzi u l-appoġġ ta" l-Aġenzija futura għad-Drittijiet Fundamentali;
b)
jieħdu l-passi meħtieġa sabiex issaħħu l-prinċipji fundamentali ta" l-UE (l-Artikolu 6, Trattat UE) kif ukoll il-mekkaniżmi ta" twissija u ta" sanzjonijiet previsti mill-Artikolu 7 tat-Trattat UE. Il-każistika tal-Qrati Ewropej, tal-Qrati Kostituzzjonali u ta' l-inkjesti li jinfetħu, kemm fil-livell tal-Kunsill ta" l-Ewropa kif ukoll fil-livell tal-Parlament Ewropew, huma biżżejjed biex juru li r-rispett ta' dawn il-prinċipji għandu jkun preokkupazzjoni kostanti ta' l-Istati Membri kif ukoll ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE u li dawn jeħtieġu li jadottaw kriterji ta' riferenza pubbliċi biex tittejjeb il-kwalità tal-koperazzjoni bejn il ġustizzja u l-pulizija. F'dan il-kuntest, l-attivazzjoni tal-proċedura ta' twissija previsti fl-Artikolu 7(1) tat-Trattat UE, għandha tidħol mal-miżuri normali ta" għajnuna reċiproka meħtieġa biex tiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-prinċipji previsti fl-Artikolu 6 tat-Tratttat UE.
c)
tintlaqgħa t-talba għal titjib effettiv tal-koperazzjoni prattika permezz ta' tisħiħ u armonizzazzjoni tas-setgħat li għandha attwalment il-Eurojust u l-membri nazzjonali tagħha, b'mod partikulari permezz ta' l-għoti ta" setgħa effettiva fil-koordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u ta' prosekuzzjonijiet u sabiex tinsab soluzzjoni f'każjijiet ta' tilwim dwar il-kompetenza;
d)
jiġi żgurat li permezz tal-leġiżlazzjoni Ewropea ma jinħoloqx stat ta' sorveljanza u li l-indħil mill-awtorità pubblika fl-eżerċizzju tal-libertà individwali jkun strettament limitat u sottomess għal reviżjoni perjodika bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali;
e)
jissewwa n-nuqqas attwali fil-livell leġiżlattiv Ewropew rigward it-trattament ta' dejta kunfidenzjali meta din tkun fil-pusses ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE; li għaldaqstant ikun hemm reviżjoni ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001(4) u li tinħoloq fi ħdan il-Parlament Ewropew kumitat għall-monitoraġġ ta' attivitajiet kunfidenzjali;
f)
tiġi mħeġġa permezz ta' l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill, l-implimentazzjoni fl-Istati Membri ta' l-UE tal-prinċipji/rakkomandazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 52 tal-Konvenjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Liberajiet Fundamentali rigward is-supervizzjoni parlamentari tas-servizzi sigrieti (ara b'mod partikulari r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat temporanju għall-allegat użu ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġuniera).
4. Jitlob lill-Kunsill biex fl-iqsar żmien possibbli jippreżenta lill-Parlament l-linji gwida li qed iffassal rigward l-abbozz tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-protezzjoni ta' dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u dik ġudizzjarja fil-qasam kriminali; iwissi dwar ir-riskju li titneħħa s-sustanza ta' din il-proposta u jfakkar fl-impenji li ħa l-Kunsill li jkun hemm l-involviment politiku tal-Parlament Ewropew fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru;
5. Jistieden lill-parlamenti nazzjonali biex jivverifikaw fl-iqsar żmien possibbli l-impatt f'livell nazzjonali tad-dispożizzjonijiet ġodda maħsuba mill-Kunsill rigward il-protezzjoni tad-dejta, u ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji li databases ipproċessati għal skopijiet ta' sigurtà jeħtieg li jkunu aċċessibbli u interkonnessi; jistqarr li huwa interessat fil-fatt li jitqiesu r-riżultati ta' din il-verifika fl-opinjoni li se jippreżenta lill-Kunsill fuq dan is-suġġett;
6. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippubblika kull sena rapport dwar l-attivitajiet tal-grupp ta' Kummissarji inkarigati mid-drittijiet fundamentali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex tipprovdi malli jkun possibbli sommarju ta' l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tal-grupp hawn fuq imsemmi tul dawn l-aħħar sentejn u nofs;
7. Huwa tal-fehma li hu essenzjali li f'politiki tant sensittivi bħalma huma dawk marbuta mad-drittijiet fundamentali, ma' l-immigrazzjoni u mat-tisħiħ tas-sigurtà, l-Istituzzjonijiet ta' l-UE m'għandhomx ikollhom il-għan li jieħdu post l-Istati Membri, iżda li jintervjenu b'mod kumplementari. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-komunitarizzazzjoni tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fil-qasam kriminali tiġi akkumpanjata minn ċertu dritt ta" skrutinju:
a)
kemm rigward id-dritt preżenti ta" inizjattiva leġiżlattva ta" l-Istati Membri (il-Kunsill jista" jimpenja ruħu li jitlob lill-Kummissjoni tressaq skond l-Artikolu 208 tat-Trattat KE proposti leġiżlattivi fl-oqsma indikati minn kwart mill-Istati Membri),
b)
kif ukoll biex il-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jieħdu pożizzjoni dwar il-proposti konċernati fil-qasam ta" l-AFSJ. Fil-preżent dawn għandhom skadenza ta' sitt ġimgħat qabel ma l-Kunsill jiddeċiedi dwar proposta mogħtija. Il-Parlament Ewropew jista" jimpenja ruħu li ma jasalx għal ftehima fl-ewwel qari mal-Kunsill qabel ma' jiskadu s-sitt gimgħat;
8. Ifakkar fil-ħtieġa li tinżamm ċerta konsistenza rigward is-setgħat leġiżlattivi fil-livell tal-UE billi jsiru dispożizzjonijiet sabiex pereżempju, il-leġiżlazzjoni rigward l-immigrazzjoni ma tkunx limitata biss għall-immigrazzjoni illegali imma li tkopri wkoll l-immigrazzjoni legali;
9. Rigward il-ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerka dwar it-trattament u t-trasferiment ta' dejta dwar passigiera (PNR) mil-linji ta' l-ajru lill-Ministeru Amerikan għas-sigurta' ta' l-intern(5), din il-ftehima proviżorja tesprimi t-tħassib serju dwar l-ittra ta' l-Istati Uniti rigward l-interpretazzjoni ta' din il-ftehima li turi li l-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti jagħtu interpretazzjoni li tmur lil hinn mill-kontenut tal-ftehima b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskop tal-ftehima, l-aċċess ta' korpi u aġenziji ta' l-Istati Uniti għad-dejta tal-PNR u n-numru ta' oqsma ta' dejta (data fields) li jistgħu jiġu kkonsultati;
10. Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jadotta mingħajr dewmien l-abbozz ta' Deċiżjoni Kwadru dwar drittijiet proċedurali rigward proċeduri kriminali fl-Unjoni Ewropea kollha (COM(2004)0328), filwaqt li jikkunsidra l-posizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-12 ta' April 2005(6);
11. Jisħaq fuq il-ħtieġa, kif previst f'Tampere fl-1999:
-
li jiġi applikat b'mod ġenerali l-prinċipju ta' għarfien reċiproku sabiex dan issir il-bażi tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE;
-
li sussegwentement jissaħħaħ aktar l-aċċess għall-ġustizzja kif inhu previst fil-proposti dwar medjazzjoni ċivili,"small claims" u ordnijiet għall-ħlas;
-
li ssir dispożizzjoni għal miżuri ta' armonizzazzjoni leġliżlattiva biss wara li tkun saret evalwazzjoni ta' l-impatt rigward id-drittijiet fundamentali, bl-involviment tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess;
12. Jafferma l-ħtieġa li jiġi mħares, anke fil-każ tal-komunitarizzazzjoni tat-tielet pilastru, u mingħajr ħsara għall-prerogattivi tal-Kummissjoni, id-dritt ta" l-Istati Membri li jgħinu lil xulxin f'monitoraġġ reċiproku, kif diġà hu l-każ fil-koperazzjoni ta" Schengen u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;
13. Jappoġġja l-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita sistema ta" evalwazzjoni tal-politika ta" l-AFSJ u jfakkar li l-evalwazzjoni għandha:
a)
tkun l-oġġett ta" komunikazzjoni annwali lill-Parlament Ewropew sabiex ikun jista" jiddiskutiha, skond it-Trattati, bl-involviment tal-parlamenti nazzjonali,
b)
tinvolvi aktar ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tad-dinja akkademika fl-evalwazzjoni ta" l-impatt tal-politika u tal-miżuri marbuta ma" l-AFSJ;
14. Fl-aħħarnett, hu tal-fehma li l-isbaħ objettivi jibqgħu biss fil-livell ta' l-intenzjoni jekk ma jiġux appoġġjati minn riżorsi umani u finanzjarji adegwati;
a)
l-implimentazzjoni fil-livell ta" l-UE tal-prinċipju ta' solidarjeta i koperazzjoni sinċiera, inkluża l-koperazzjoni finanzjarja bejn l-Istati Membri;
b)
li jadattaw is-setgħat ta" l-aġenziji Ewropej (Europol, Eurojust, Frontex, Olaf, CEPOL, eċċ.) sabiex dawn ikunu jistgħu jimplimentaw il-prijoritajiet strateġiċi stabbiliti mill-Istati Membri fil-livell ta" l-UE;
c)
li jkunu kapaċi jevitaw u jitrattaw ma' sitwazzjonijiet ta' kriżi ċivili li għandhom konsegwenzi internazzjonali. Hawnhekk diġa' teżisti ċerta kompetenza għall-"pooling" ta' ta" riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji f'qasir żmien;
15. Jitlob lill-Kummissjoni biex timpenja ruħha biex tħaffef l-implimentazzjoni tas-SIS II u biex taġġorna lill-Parlament Ewropew dwar il-progress tax-xogħolijiet, kif ukoll li tispjega r-raġuni għad-dewmien li kien hemm sa issa, jew li jista' jkun hemm fil-futur;
16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta" l-Istati Membri.
B'mod partikulari, il-Kunsill tas-Sikurezza u l-kumitat tiegħu għal ġlieda kontra t-terroriżmu, il-Kunsill għad-Drittijiet Fundamentali u l-aġenziji speċjalizzati tieġħu li f'diversi rwoli jistgħu jinfluwenzaw il-miżuri ta' l-UE fil-qasam ta' l-ispazju ta' liberta', ta' sigurta' u ta' ġustizzja.