Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0813(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0463/2006

Testi mressqa :

A6-0463/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2006 - 8.3

Testi adottati :

P6_TA(2006)0554

Testi adottati
PDF 198kWORD 30k
L-Erbgħa, 13 ta' Diċembru 2006 - Strasburgu
L-inklużjoni tal-Bulgaru u r-Rumen fost il-lingwi proċedurali tal-Qorti tal-Ġustizzja *
P6_TA(2006)0554A6-0463/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-Abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għal dak li jirrigwarda s-sistema lingwistika, sabiex jiġu inklużi l-Bulgaru u r-Rumen fost il-lingwi proċedurali stabbiliti fir-Regoli ta' Proċedura (15712/2006 – C6-0434/2006 – 2006/0813(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (15712/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 245(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 160(2) tat-Trattat Euratom, li permezz ta' dawn l-artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0434/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0463/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda sostanzjalment il-proposta mill-Kummissjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza