Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Prim" Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għal dak li jirrigwarda l-lingwi, sabiex jiġu inklużi l-Bulgaru u r-Rumen fost il-lingwi proċedurali kif stabbilit fir-Regoli ta' Proċedura (15715/2006 – C6-0435/2006 – 2006/0814(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (15715/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 245(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 160(2) tat-Trattat Euratom, li permezz ta' dan l-artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0435/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0462/2006),
1. Japprova l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda b'mod sostanzjali t-test sottomess għall-konsultazzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.