Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0282(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0301/2006

Testi mressqa :

A6-0301/2006

Dibattiti :

PV 12/12/2006 - 25
CRE 12/12/2006 - 25

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2006 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0561

Testi adottati
PDF 599kWORD 288k
L-Erbgħa, 13 ta' Diċembru 2006 - Strasburgu
Approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' emissjonijiet u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi ***I
P6_TA(2006)0561A6-0301/2006
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta" vetturi bil-mutur fir-rigward ta" emissjonijiet u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 72/306/KEE u d-Direttiva ../../KE (COM(2005)0683 – C6-0007/2006 – 2005/0282(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0683)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0007/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u għat-Turiżmu u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0301/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi proposti f'direttiva qafas riveduta dwar approvazzjoni tat-tip li tiggarantixxi aċċess għal informazzjoni ddettaljata dwar tiswija ta' vetturi sabiex tiġi stimulata l-kompetizzjoni fl-industrija tat-tiswija tal-vetturi. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tressaq kwalunke proposta neċessarja sabiex tiġi evitata dupplikazzjoni jew regolamentazzjoni doppja bejn dan ir-Regolament, Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehimiet vertikali u prattiki miftiehma fis-settur tal-vetturi(2) u l-abbozz ta' Direttiva dwar l-approvazzjoni ta' vetturi u t-trejlers tagħhom.

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU L 203, 1.8.2002, paġna 30.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Diċembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta" vetturi bil-mutur fir-rigward ta" l-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi
P6_TC1-COD(2005)0282

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),

Billi:

(1)  Is-suq intern jikkonsisti f'zona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta" merkanzija, persuni, servizzi u kapital għandu jiġi żgurat. Għal dak l-għan, hemm fis-seħħ sistema ta" approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur, stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta" Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma" l-approvazzjoni tat-tip ta" vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom(3). Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta" vetturi bil-mutur fir-rigward ta" emissjonijiet għandhom għalhekk jiġu armonizzati biex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta" protezzjoni ambjentali.

(2)  Dan ir-Regolament huwa wieħed minn numru ta" atti regolatorji separati fil-kuntest tal-proċedura ta" l-approvazzjoni tat-tip taħt id-Direttiva 70/156/KEE. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata skond dan.

(3)  Fuq talba tal-Parlament Ewropew ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni ta" l-UE dwar il-vetturi. B'hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet fundamentali dwar l-emissjonijiet mill-vetturi, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu stabbiliti permezz tal-miżuri ta" implimentazzjoni adottati wara l-proċeduri ta' kumitoloġija.

(4)  F'Marzu 2001 il-Kummissjoni varat il-programm Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE), li l-elementi ewlenin tiegħu huma spjegati f'komunikazzjoni ta' l-4 ta' Mejju 2005. Dan wassal għall-adozzjoni ta" strateġija tematika dwar it-tniġġis ta" l-arja bil-komunikazzjoni tal-21 ta' Settembru 2005. Waħda mill-konklużjonijiet ta" l-istrateġija tematika hija li hemm bżonn ta' tnaqqis ulterjuri ta" l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport (trasport bl-ajru, marittimu u bl-art), mid-djar u mis-setturi ta' l-enerġija, tal-biedja u ta l-industrija biex jinkisbu l-għanijiet ta' l-UE dwar il-kwalità ta" l-arja. F'dan il-kuntest, il-ħidma biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn vetturi għandha tiġi affrontata bħala parti minn strateġija globali. L-istandards Euro 5 u 6 huma waħda mill-miżuri mfassla biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' partikulat u ta' prekursuri ta' l-ożonu, bħal ma huma l-ossidi tan-nitroġenu u l-idrokarburi.

(5)  Hemm bżonn ta' sforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-vetturi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' l-UE rigward il-kwalità ta' l-arja. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tingħata informazzjoni ċara dwar il-valuri ta' limitu għall-emissjonijiet fil-ġejjieni. Għalhekk, apparti l-Euro 5, dan ir-Regolament jinkludi l-istadju Euro 6 tal-valuri ta' limitu għall-emissjonijiet.

(6)  B'mod partikulari, hemm bżonn ta' tnaqqis konsiderevoli ta' l-emissjonijiet ta' l-ossidju tan-nitroġenu biex tittejjeb il-kwalità ta' l-arja u biex ikun hemm konformità mal-valuri ta' limitu għat-tniġġis. Dan jeħtieġ li, fl-istadju Euro 6, jintlaħqu valuri ta' limitu ambizzjużi, mingħajr ma' jkun hemm l-obbligu li jiġu abbandunati l-vantaġġi tal-magni diesel f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsum tal-fjuwil u ma' l-emissjonijiet ta' idrokarburi u tal-monossidju tal-karbonju. Jekk jiġi stabbilit pass ta' dan it-tip għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' l-ossidju tan-nitroġenu fi stadju bikri, tingħata sigurtà għall-ippjanar fit-tul, fl-Ewropa kollha għall-manifatturi ta' vetturi.

(7)  Fl-iffissar ta" l-istandards għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, in-nefqiet diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jinħolqu f'termini ta" tħeġġiġ ta" l-innovazzjoni, titjib fil-kwalità ta" l-arja, tnaqqis fin-nefqiet għas-saħħa, u żieda fil-medja ta' l-għomor, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta' l-impatt globali fuq l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju.

(8)  Hemm bżonn ta' aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, bl-użu ta' format standardizzat li jista' jintuża biex terġa' tinkiseb l-informazzjoni teknika u l-kompetizzjoni effettiva fis-suq għat-tiswija u l-manutenzjoni ta' servizzi ta' informazzjoni biex jittejjeb il-mod kif jaħdem is-suq intern, partikolarment fir-rigward tal-moviment liberu ta' merkanzija, il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi,. Proporzjon kbir ta' tali informazzjoni hu relatat ma" sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u l-interazzjoni tagħhom ma" sistemi ta" vetturi oħra. Ikun xieraq li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li l-websajts tal-manifatturi għandhom isegwu, flimkien ma' miżuri mmirati biex jiġi żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs). Standards komuni miftehma bl-involviment ta' kull min hu involut, bħall-format OASIS(4), jistgħu jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-manifatturi u l-fornituri ta' servizzi. Hu għalhekk xieraq li inizjalment jiġi rikjest l-użu ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-format OASIS u biex il-Kummissjoni tintalab tirrikjedi CEN/ISO biex dan il-format ikompli jiġi żviluppat fi standard bl-intenzjoni li l-format OASIS jiġi sostitwit fiż-żmien dovut.

(9)  Mhux aktar tard minn erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat tas-sistema ta' aċċess għall-informazzjoni kollha dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bl-intenzjoni li jiġi determinat jekk ikunx xieraq li d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vetturi jiġu konsolidati fi ħdan Direttiva qafas riveduta dwar l-approvazzjoni tat-tip. Jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar vetturi jiġu inkorporati f'dik id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet korrispondenti f'dan ir-Regolament għandhom jitħassru, sakemm id-drittijiet eżistenti għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jiġu preżervati.

(10)  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-emissjonijiet li għadhom mhux regolati u li jinħolqu bħala konsegwenza ta" użu usa" ta" formulazzjonijiet ġodda ta" karburanti, teknoloġiji tal-magni u sistemi ta" kontroll ta" emissjoni u, fejn jeħtieġ, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li jiġu regolati dan it-tip ta emissjonijiet.

(11)  Sabiex tiġi faċilitata l-introduzzjoni ta" vetturi li jużaw fjuwils alternattivi u sabiex dawn it-tip ta" vetturi, li jista" jkollhom emissjonijiet baxxi ta" ossidju tan-nitroġenu u ta" materja partikulata, ikomplu jeżistu, u fl-istess ħin jinkoraġġixxu emissjonijiet imnaqqsa minn vetturi li jaħdmu bil-petrol, dan ir-Regolament jintroduċi valuri ta" limitu separati għal idrokarburi totali u idrokarburi totali mhux tal-metanu.

(12)  Għandhom jitkomplew l-isforzi għall-implimentazzjoni ta" limiti aktar stretti fuq l-emissjonijiet, li jinkludu tnaqqis fl-emissjonijiet ta" dijossidu tal-karbonju, u sabiex jiġi żgurat li dawk il-limiti jirrelataw mar-rendiment fil-fatt tal-vetturi meta dawn ikunu qed jintużaw.

(13)  Sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta" materjal partikulat fin ħafna (PM 0.1 µm u inqas) ikunu kkontrollati, il-Kummissjoni għandha tadotta, malajr kemm jista" jkun, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta" l-istadju Euro 6, metodu bbażat fuq numri fir-rigward ta" l-emissjonijiet ta" PM, b'żieda mal-metodu bbażat fuq il-massa li jintuża bħal issa. L-approċċ ibbażat fuq numri għal emissjonijiet ta" PM għandu jaħdem fuq ir-riżultati tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati (PMP) ta" l-UN/ECE, u għandu jkun konsistenti ma" l-għanijiet ambizzjużi eżistenti għall-ambjent.

(14)  Biex tipprovdi possibbiltà akbar ta" ripetizzjoni tal-kejl tal-massa u tan-numru ta" emissjonijiet f'partikulati fil-laboratorju, il-Kummissjoni għandha tadotta proċedura ġdida ta" kejl li tissostitwixxi l-proċedura attwali. Dan għandu jsir mill-aktar fis possibbli, u sa mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta" l-istadju Euro 6. Għandu jkun ibbażat fuq ir-riżultati tal-PMP. Meta l-proċedura ta" kejl il-ġdida tiġi implimentata, il-limiti tal-massa ta" PM stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu kkalibrati mill-ġdid, billi l-proċedura l-ġdida tirreġistra livell aktar baxx ta" massa minn dak attwali.

(15)  Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt konsiderazzjoni l-bżonn li tirrevedi ċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew (New European Drive Cycle) bħala proċedura ta" ttestjar li tipprovdi l-bażi għar-regolamenti dwar emissjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE. L-aġġornament jew is-sostituzzjoni taċ-ċikli ta" ttestjar jistgħu jkunu meħtieġa biex jirriflettu l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi u l-imġieba tas-sewwieqa. Reviżjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa biex jiżguraw li l-emissjonijiet fid-dinja reali jikkorrispondu għal dawk imkejla fl-approvazzjoni tat-tip. L-użu ta" sistemi portable ta" kejl ta" emissjonijiet u l-introduzzjoni ta" kunċett regolatorju ta" "m'għandux jinqabeż" għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

(16)  Sistemi OBD huma importanti għall-kontroll ta" l-emissjonijiet matul l-użu tal-vettura. Minħabba l-importanza li jiġu kkontrollati l-emissjonijiet fid-dinja reali, il-Kummissjoni għandha żżomm taħt konsiderazzjoni r-rekwiżiti għal tali sistemi u l-limiti ta" tolleranza għall-monitoraġġ ta' difetti.

(17)  Metodu standardizzat għall-kejl tal-konsum tal-karburant u ta" l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-vetturi huwa meħtieġ biex jiżgura li ebda ostakli tekniċi għall-kummerċ ma jinħolqu bejn l-Istati Membri. Aktar minn hekk, huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li l-klijenti u l-utenti jingħataw informazzjoni oġġettiva u preċiża.

(18)  Qabel ma titħejja proposta għal standards futuri ta" l-emissjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel studji mfassla sabiex jiġi determinat jekk għadux meħtieġ li titkompla s-suddiviżjoni ta" kategoriji ta" vetturi fi gruppi, u jekk jistgħux jiġu applikati limiti ta" emissjonijiet indipendenti mill-massa.

(19)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, permezz ta" inċentivi finanzjarji, jgħaġġlu t-tqegħid fis-suq ta" vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti adottati fil-livell Komunitarju. Madanakollu, tali inċentivi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, b'mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna statali. Dan sabiex jevitaw distorsjonijiet fis-suq intern. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-dritt ta" l-Istati Membri li jinkludu l-emissjonijiet fil-bażi tal-kalkolu tat-taxxi imposti fuq il-vetturi.

(20)  Billi l-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet u l-konsum tal-karburant tal-vetturi żviluppat matul perjodu ta" aktar minn 35 sena u issa hija mifruxa fuq aktar minn 24 Direttiva, huwa rakkomandabbli li dawk id-Direttivi jiġu sostitwiti b'regolament ġdid u numru ta" miżuri ta' implimentazzjoni. Regolament jiżgura li d-dispożizzjonijiet tekniċi dettaljati jkunu applikabbli direttament għall-manifatturi, awtoritajiet ta" l-approvazzjoni u servizzi tekniċi u li jkunu jistgħu jiġu aġġornati b'aktar ħeffa u effiċjenza. Id-Direttivi 70/220/KEE(5), 72/306/KEE(6), 74/290/KEE(7), 80/1268/KEE(8), 83/351/KEE(9), 88/76/KEE(10), 88/436/KEE(11), 89/458/KEE(12), 91/441/KEE(13), 93/59/KEE(14), 94/12/KE(15), 96/69/KE(16), 98/69/KE(17), 2001/1/KE(18), 2001/100/KE(19) u 2004/3/KE(20) għandhom għalhekk jiġu mħassra. Barra min dan, l-Istati Membri għandhom iħassru wkoll il-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttivi mħassra.

(21)  Sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-vetturi, id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta" inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b'compression ignition għall-użu f'vetturi, u l-emissjoni ta" inkwinanti gassużi minn magni b'positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f'vetturi (21) għandhom jiġu emendati b'tali mod li jkopru l-vetturi heavy-duty kollha, sabiex ikun magħmul ċar li dan ir-Regolament jikkonċerna l-vetturi light-duty.

(22)  Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mid-Direttivi eżistenti għal dan ir-Regolament, l-applikabbiltà ta" dan ir-Regolament għandha tiġi ddifferita għal ċertu perjodu wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Madanakollu, matul dak il-perjodu l-manifatturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jkollhom il-vetturi approvati jew taħt id-Direttivi preżenti jew taħt dan ir-Regolament. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-inċentivi finanzjarji għandhom japplikaw immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament. Il-validità ta" l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija taħt id-Direttivi eżistenti m'hijiex affettwata mid-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.

(23)  Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr problemi mid-Direttivi li jeżistu bħalissa għal dan ir-Regolament għandhom jiġu previsti ċerti eċċezzjonijiet fl-istadju Euro 5 għal vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom jieqfu meta jibda jseħħ l-istadju Euro 6.

(24)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni(22).

(25)  B'mod partikolari għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tintroduċi fl-Anness I valuri ta' limitu ta' partikulati fuq bażi ta' numri, kif ukoll biex tikkalibra mill-ġdid il-valuri ta' limitu mniżżla f'dak l-Anness ibbażati fuq il-massa ta' partikulati. Peress li dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(26)  B'mod partikulari l-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa biex tistabbilixxi proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti dwar l-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll proċedura riveduta għall-kejl ta' materjal f'partikuli u valur ta' limitu tan-numru ta' partikuli, u biex tadotta miżuri dwar l-użu ta' tagħmir għar-riduzzjoni tal-kontroll, l- aċċess għall-informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vetturi u ċ-ċikli ta' testijiet użati biex jitkejlu l-emissjonijiet. Peress li dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla bħala suppliment għal dan ir-Regolament biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(27)  Peress illi l-għanijiet ta" dan ir-Regolament, jiġifieri r-realizzazzjoni tas-suq intern permezz ta" l-introduzzjoni ta" rekwiżiti tekniċi komuni rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u l-aċċess iggarantit għall-informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta' vetturi għal operaturi indipendenti fuq l-istess bażi bħall-bejjiegħa awtorizzati u min isewwi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Suġġett, kamp ta" applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta" vetturi bil-mutur (''vetturi'') u partijiet tal-bdil bħal ma hu tagħmir tal-bdil għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward ta" l-emissjonijiet tagħhom.

2.  Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli tal-konformità waqt is-servizz, perjodu ta" servizz tat-tagħmir kontra t-tniġġis, sistemi ta" dijanjostika fil-vettura (on-board diagnostic systems (OBD), kejl tal-konsum tal-fjuwil u aċċessibbiltà għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura.

Artikolu 2

Kamp ta" applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, u N2 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b'massa ra' referenza ta' mhux aktar minn 2 610 kg.

2.  Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip mogħtija taħt dan ir-Regolament tista' tiġi estiża minn vetturi li jaqgħu taħt paragrafu 1 għall-vetturi M1, M2, N1 u N2 kif speċifikat fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b'massa ta" referenza li ma taqbiżx 2 840 kg u li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament u l-miżuri ta' l-implimentazzjoni tiegħu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   1) "vettura hybrid" tfisser vettura b'minn ta' lanqas żewġ konvertituri ta" l-enerġija differenti u żewġ sistemi ta" ħżin ta" enerġija differenti (fil-vettura) għall-fini tal-propulsjoni tal-vettura;
   2) "vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi" tfisser vetturi diesel tal-kategorija M1 li huma jew:
   a) vetturi għal skopijiet speċjali kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE b'massa ta' referenza li taqbeż 2 000 kg;
   b) vetturi b'massa ta' referenza li taqbeż 2 000 kg u magħmulin apposta biex iġorru 7 persuni jew aktar inkluż is-sewwieq bl-esklużjoni, mill-1 ta' Settembru 2012, ta' vetturi tal-kategorija M1G kif definit fid-Direttiva 70/156/KEE; jew
   ( ċ) vetturi b'massa ta' referenza li taqbeż 1 760kg mibnija speċifikatament għal skopijiet kummerċjali sabiex jakkomodaw l-użu tas-siġġijiet tar-roti fil-vettura;
   3) "massa ta" referenza" tfisser il-massa tal-vettura li taħdem sew imnaqqsa bil-massa uniformi ta" sewwieq ta" 75 kg u miżjuda b'massa uniformi ta" 100 kg;
   4) "inkwinanti gassużi" jfissru emissjonijiet ta" gass ta" l-exhaust bħala monossidu tal-karbonju, ossidi tan-nitroġenu, espressi f'ekwivalenti ta" dijossidu tan-nitroġenu (NO2), u idrokarburi;
   5) "inkwinanti f'partikulati" jfissru komponenti tal-gass ta" l-exhaust li jitneħħew minn gass ta" l-exhaust dilwit f'temperatura massima ta" 325°K (52°C) permezz ta" filtri deskritti fil-proċedura ta" ttestjar għall-verifika ta" l-emissjonijiet mit-tailpipe;
   6) "emissjonijiet mit-tailpipe" ifissru emissjonijiet ta" inkwinanti gassużi u f'partikuli;
   7) "emissjonijiet evaporattivi" ifissru evaporazzjonijiet ta" idrokarburi li joħorġu mis-sistema tal-karburant tal-vettura għajr dawk minn emissjonijiet mit-tailpipe;
   8) "crankcase" ifisser l-ispazji ġo, jew barra, il-magna li huma mqabbdin mat-tank taż-żejt b'kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu joħorġu l-gassijiet u l-fwar;
   9) "sistema ta" dijanjostika fil-vettura" jew "sistema OBD" tfisser sistema għall-kontroll ta" l-emissjonijiet li għandha l-kapaċità li tidentifika ż-żona fejn x'aktarx hemm funzjonament ħażin permezz ta" kodiċijiet ta" ħsarat maħżuna fil-memorja ta" kompjuter;
   10) "tagħmir ta" riduzzjoni" jfisser kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta" xi parti mis-sistema ta" kontroll ta" l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta" kontroll ta" l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa" magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta" vettura;
   11) "tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis" tfisser dawk il-komponenti ta" vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi;
   12) "tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis" tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta" tagħmir ta' dan it-tip koperti bl-approvazzjoni tat-tip mogħtija għall-vettura konċernata;
   13) "tagħmir tal-bdil għall-kontroll tat-tniġġis" tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta" tagħmir ta' dan it-tip maħsuba biex jibdel tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jistgħu jiġu approvati bħala unità teknika separata kif speċifikat fid-Direttiva 70/156/KEE;
   14) 14) "informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura" tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ perjodiku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid tal-vettura u li l-manifattur jipprovdi lill-bejjiegħa awtorizzati u min isewwi, inklużi kull emendi u supplimenti li jiġu wara tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b'partijiet jew tagħmir;
   15) 15) "operatur indipendenti" tfisser impriżi għajr bejjiegħa awtorizzati u min isewwi li huma direttament jew indirettament involuti fit-tiswija u l-manutenzjoni ta" vetturi bil-mutur, b'mod partikolari min isewwi, manifatturi jew distributuri ta" tagħmir tat-tiswija, għodda jew spare parts, pubblikaturi ta" informazzjoni teknika, assoċjazzjonijiet tal-karozzi, operaturi ta" l-assistenza fit-triq, operaturi li joffru servizzi ta" spezzjoni u ttestjar, operaturi li joffru t-taħriġ lil min jinstalla, jimmanifattura u jsewwi t-tagħmir għal vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;
   16) "bijofjuwils" tfisser fjuwils f'forma ta' likwidu jew ta' gass għat-trasport prodott mill-bijomassa;
   17) "vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv" tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem b'għall-inqas tip wieħed ta' fjuwil li jew ikun fil-forma ta' gass f'temperatura u pressjoni atmosferiċi, jew sustanzjalment derivat minn żejt li mhux minerali.

KAPITOLU II

Obbligi ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-manifatturi

Artikolu 4

Obbligi tal-manifatturi

1.  Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, reġistrati jew mqiegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Il-manifatturi għandhom juru wkoll li t-tagħmir ġdid, użat biex jibdel tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis,kollu li jeħtieġ approvazzjoni tat-tip li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità għandu l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

Dawn l-obbligi jinkludu r-rispett tal-limiti ta" emissjoni stabbiliti fl-Anness I u l-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.

2.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta" l-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, il-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis u l-konformità waqt is-servizz jiġu rispettati.

Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur jridu jkunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi huma effettivament limitati, skond dan ir-Regolament, tul il-ħajja normali tal-vettura li tintuża f'kundizzjonijiet normali. Għalhekk, miżuri ta" konformità waqt is-servizz għandhom jiġu verifikati sa perijodu ta' ħames snin jew 100 000 km, liema minnhom jasal l-ewwel. L-ittestjar tal-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis imressaq għall-approvazzjoni tat-tip għandu jkopri 160 000 km. Biex jikkonformaw ma' dan it-test tal-perjodu tas-servizz, il-manifatturi għandu jkollhom il-possibilità li jużaw testijiet ta' riproduzzjoni, f'laboratorju tal-kundizzjonijiet ta' użu ("test bench ageing"), suġġett għall-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

Il-konformità waqt is-servizz għandha tkun ikkontrollata b'mod partikulari għall-emissjonijiet mit-tailpipe kif ittestjati mal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Sabiex jitjieb il-kontroll ta' l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet f'temperatura ambjentali baxxa, il-proċeduri ta' ttestjar għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni.

3.  Il-manifatturi għandhom jifformulaw ċifri ta" emissjonijiet ta" dijossidu tal-karbonju u ta" konsum tal-karburant f'dokument mogħti lix-xerrej tal-vettura fil-ħin tax-xiri.

4.  Il-proċeduri speċifiċi u r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 5

Rekwiżiti u testijiet

1.  Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b'mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma" dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

2.  L-użu ta" tagħmir ta" riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi tal-kontroll ta" l-emissjonijiet għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m' għandiex tapplika fejn:

   a) il-bżonn tat-tagħmir huwa ġustifikat għal raġunijiet ta" protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura;
   b) it-tagħmir ma jaħdimx għajr għall-ħtiġijiet ta" l-istartjar tal-magna; jew
   ( ċ) il-kondizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tal-verifika ta" l-emissjonijiet evaporattivi u l-medja ta" l-emissjonijiet mit-tailpipe.

3.  Il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stipulati f'dan il-paragrafu, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2, li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jinkludi l-istabbiliment tar-rekwiżiti fir-rigward ta':

   a) l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi ċ-ċikli ta" test, l-emissjonijiet f'temperatura ambjentali baxxa, waqt modalità ta" idling, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni ta" sistemi ta" after-treatment;
   b) l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet mill-crankcase;
   c) is-sistemi ta" OBD u l-prestazzjoni waqt l-użu tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis;
   d) il-perjodu ta" servizz tat-tagħmir kontra t-tniġġis, tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis tal-bdil, konformità waqt s-servizz, konformità tal-produzzjoni u tal-kondizzjoni tajba għat-triq;
   e) kejl tal-gass bl-effett serra, l-emissjonijiet u l-konsum tal-karburant;
   f) il-vetturi hybrid u vetturi ta' fjuwil alternattiv;
   g) l-estensjoni ta" l-approvazzjonijiet tat-tip u r-rekwiżiti għal manifatturi ta" volum baxx;
   h) ir-rekwiżiti għat-tagħmir tat-testijiet; u
   i) il-karburanti ta" referenza, bħall-petrol, diesel, karburanti gassużi u bijokarburanti, bħal bijoetanol, bijodiżil u bijogass.

Ir-rekwiżiti ta' hawn fuq għandhom, fejn meħtieġ, japplikaw għal vetturi kollha mingħajr ma jitqies it-tip ta' fjuwil li huma jużaw.

KAPITOLU III

Aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura

Artikolu 6

Obbligi tal-manifatturi

1.  Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mingħajr restrizzjonijiet u standardizzat għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura lill-operaturi indipendenti permezz ta" websajts permezz ta' format standardizzat b'mod faċilment aċċessibbli u malajr, u b'mod li ma jkunx diskriminatorju meta pparagunat mad-dispożizzjoni mogħtija jew ma" l-aċċess mogħti lil bejjiegħa u lil min isewwi awtorizzati. Bil-ħsieb li tiffaċilita l-kisba ta' dan l-objettiv, l-informazzjoni għandha titressaq b'mod konsistenti, fil-bidu bi qbil mar-rekwiżiti tekniċi tal-format OASIS(23) . Il-produtturi għandhom jipprovdu wkoll materjal ta' taħriġ lill-operaturi indipendenti u lill-negozjanti awtorizzati u lil min isewwi.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

   a) l-identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura;
   b) il-manwali tal-manutenzjoni;
   ( ċ) il-manwali tekniċi;
   d) l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta" kejl);
   e) il-pjanti tal-wiring;
   f) il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur);
   g) in-numru ta" l-identifikazzjoni għall-kalibrazzjoni tas-software applikabbli għat-tip ta" vettura;
   h) l-informazzjoni pprovduta li tikkonċerna, u tkun twasslet permezz ta" għodda u tagħmir ta' sjieda; u
   i) l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-data u d-data bi-direzzjonali ta" monitoraġġ u ttestjar.

3.  Bejjiegħa u min isewwi awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta" xi vettura partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-finijiet ta" dan ir-Regolament safejn huma jipprovdu servizzi ta" tiswija jew manutenzjoni ta" vetturi li fir-rigward tagħhom m'humiex imsieħba fis-sistema ta" distribuzzjoni tal-manifattur tal-vettura.

4.  L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema ta' informazzjoni.

5.  Għal skopijiet ta" manifattura u manutenzjoni ta" partijiet għall-bdil jew għall-manutenzjoni kompatibbli ma" l-OBD u għodda għad-dijanjostika u tagħmir tat-testijiet, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD relevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhux diskriminatorja lil dawk interessati fost il-manifatturi ta", jew min isewwi komponenti, għodda għad-dijanjostika jew tagħmir tat-testijiet.

6.  Għall-iskopijiet tat-tfassil u l-manifattura ta' tagħmir ta' vetturi għal vetturi bi fjuwil alternattiv, il-produtturi għandhom jipprovdu l-OBD relevanti kif ukoll l-informazzjoni ta' tiswija u ta' manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhix diskriminatorja għal kwalunkwe produttur interessat, għal min jinstalla jew għal min isewwi t-tagħmir ta' vetturi bi fjuwil alternattiv.

7.  Meta japplika għall-approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, il-manifattur għandu jipprovdi evidenza dwar il-konformità tiegħu ma" dan ir-Regolament fir rigward ta" l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura u ta" l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lill-awtorità ta" l-approvazzjoni tat-tip. F'każ li din l-informazzjoni tkun għadha mhix disponibbli jew tkun għadha ma tikkonformax ma" dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu f'dak il-waqt, il-manifattur għandu jipprovdiha fi żmien sitt xhur mid-data ta" l-approvazzjoni tat-tip. Jekk tali evidenza ta" konformità ma tiġix ipprovduta sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità ta" l-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-konformità.

Il-manifattur għandu jagħmel l-emendi u s-supplimenti sussegwenti ta" l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għal dawk awtorizzati li jsewwu.

Artikolu 7

Ħlasijiet mitluba għal aċċess għall-informazzjoni dwar tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura

1.  Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għal aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura koperta minn dan ir-Regolament; ħlas mitlub ma jkunx raġonevoli jew proporzjonat jekk jiskoraġġixxi l-aċċess billi jonqos milli jikkunsidra l-ammont ta" użu li operatur indipendenti jkun se jagħmel minnha.

2.  Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fuq bażi ta" kuljum, kull xahar u ta" kull sena, u l-ħlasijiet mitluba għandhom ivarjaw skond il-perjodu ta" żmien relattiv ta" aċċess mogħti.

Artikolu 8

Miżuri ta' implimentazzjoni

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7, li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta" speċifikazzjonijiet tekniċi konnessi mal-mod ta" kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD, kif ukoll dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, b'mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi ta" l- SMEs.

Artikolu 9

Rapport

Mhux aktar tard minn ...(24), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim tas-sistema ta' aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b'kunsiderazzjoni partikulari għall-effett fuq il-kompetizzjoni u t-tħaddim tas-suq intern u l-benefiċċji ambjentali. Ir-rapport għandu jqis ukoll jekk ikunx xieraq li jiġu kkonsolidati d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi f'direttiva qafas riveduta dwar l-approvazzjoni tat-tip.

KAPITOLU IV

Obbligi ta" l-Istati Membri

Artikolu 10

Approvazzjoni tat-tip

1.  B' effett minn ...(25)* jekk manifattur hekk jitlob, l-awtoritajiet nazzjonali m'għandhomx, għal raġunijiet relatati ma" l-emissjonijiet jew mal-konsum ta" karburant minn vetturi, jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta" vettura, jew jipprojbixxu ir-reġistrazzjoni, il-bejgħh jew id-dħul fis-servizz tal-vettura l-ġdida, fejn il-vettura konċernata tikkonforma ma" dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, u b'mod partikolari mal-valuri ta' limitu ta" l-Euro 5 stipulati fit-Tabella 1 ta' l-Anness I jew mal-valuri tal-limitu ta" l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta' l-Anness I.

2.  B'effett mill-1 ta" Settembru 2009 u mill-1 ta" Settembru 2010 fil-każ ta' vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma" l-emissjonijiet jew il-konsum ta" karburant, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta" tipi ġodda ta" vetturi li ma jikkonformawx ma" dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, u b'mod partikulari ma" l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta' limitu ta" l-Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta" l-Anness I. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta" l-exhaust, il-valuri ta' limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess bħal dawk għal vetturi tal-kategorija N1 klassi III.

3.  B'effett mill-1 ta" Jannar 2011, u mill-1 ta" Jannar 2012 fil-każ ta" vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III, kategorija N2 u vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta" vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma" dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, u b'mod partikulari ma" l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta' limitu ta" l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta" l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta" konformità bħala mhux aktar validi għall-finijiet ta" l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma" l-emissjonijiet jew il-konsum ta" karburant, jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta" tali vetturi. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta' l-exhaust, il-valuri ta' limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess daqs dawk għal vetturi ta" kategorija N1 klassi III.

4.  B'effett mill-1 ta" Settembru 2014, u mill-1 ta" Settembru 2015 fil-każ ta" vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma" l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta" tipi ġodda ta" vetturi li ma jikkonformawx ma" dan ir-Regolament u mal-miżuri ta" implimentazzjoni tiegħu, u b'mod partikulari mal-valuri ta' limitu ta" l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta" l-Anness I.

5.  B'effett mill-1 ta" Settembru 2015, u mill-1 ta" Settembru 2016 fil-każ ta" vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u l-kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta" vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma" dan ir-Regolament u mal-miżuri ta" implimentazzjoni tiegħu, u b'mod partikulari mal-valuri ta' limitu ta" l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta" l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta" konformità bħala li m'għadhomx aktar validi għall-finijiet ta" l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma" l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, jiprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' tali vetturi.

Artikolu 11

Approvazzjoni tat-tip ta" partijiet tal-bdil

1.  Dwar tagħmir tal-bdil ġdid għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vetturi approvati skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni tiegħu fuq vettura jekk ma tkunx ta" tip li għalih tkun inħarġet approvazzjoni tat-tip konformi ma" dan ir-Regolament u mal-miżuri ta" implimentazzjoni tiegħu.

2.  L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkomplu jagħtu estensjonijiet għal approvazzjonijiet tat-tip KE għal tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis maħsub għall-istandards ta" qabel dan ir-Regolament taħt il-kundizzjonijiet li kienu japplikaw oriġinarjament. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jipprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni ta' tali tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis fuq vettura sakemm ma jkunx ta" tip li għalih tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip rilevanti.

3.  Tagħmir tal-bdil għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vettura bl-approvazzjoni tat-tip qabel l-adozzjoni tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta" komponent huwa eżentat mir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 12

Inċentivi finanzjarji

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi prodotti f'serje li jikkonformaw ma" dan ir-Regolament u mal-miżuri ta" implimentazzjoni tiegħu.

Dawk l-inċentivi għandhom ikunu validi għall-vetturi ġodda kollha offruti għall-bejgħ fis-suq ta" Stat Membru li jikkonformaw għall-inqas mal-valuri ta' limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 1 ta" l-Anness I qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(3); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu f'dawk id-dati.

Inċentivi finanzjarji li japplikaw esklussivament għal vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta' limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 2 ta" l-Anness I jistgħu jingħataw għal tali vetturi ġodda offruti għall-bejgħ fis-suq ta" Stat Membru mid-dati ffissati fl-Artikolu 10(3) qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(5); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu f' dawk id-dati .

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-attrezzar b'lura ta" vetturi diġà fl-użu u għal skrappjar ta" vetturi li ma jikkonformawx.

3.  L-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għal kull tip ta" vettura, m' għandhomx jaqbżu n-nefqa addizzjonali għat-tagħmir tekniku introdott biex jiżgura l-konformità mal-limiti ta" emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża n-nefqa ta" l-istallazzjoni fuq il-vettura.

4.  Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fi żmien li jkun kmieni biżżejjed bi pjanijiet ta' stabbiliment jew ta" tibdil fl-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 13

Penalitajiet

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa ... (26) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom.

2.  It-tipi ta' ksur li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu:

   a) li wieħed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz waqt il-proċeduri ta" l-approvazzjoni jew waqt proċeduri li jwasslu għat-teħid lura;
   b) il-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew tal-konformità waqt s-servizz;
   ( ċ) li wieħed iżomm għalih data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu biex tittieħed lura jew titneħħa approvazzjoni tat- tip;
   d) l-użu ta" tagħmir difettuż; u
   e) li wieħed jirrifjuta li jipprovdi aċċess għall-informazzjoni.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 14

Definizzjoni mill-ġdid ta" l-ispeċifikazzjonijiet

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta" emissjonijiet tal-metanu fil-kalkolu ta" l-emissjonijiet ta" dijossidu tal-karbonju. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'miżuri biex jingħata kont għall-emissjonijiet tal-metanu jew biex jiġu limitati.

2.  Wara t-tlestija tal-programm tal-kejl tal-partikulati tan-NU/ECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tal-Euro 6, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri li ġejjin, li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia, billi jkun issuplimentat mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta' ambizzjoni eżistenti rigward l-ambjent:

   a) l-emendar ta' dan ir-Regolament skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3) għall-fini ta" kkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta' limitu ta" partikulati bbażati fuq il-massa stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u tintroduċi valuri ta' limitu ta" partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diesel;
   b) adozzjoni ta' proċedura ta' kejl rivedut għall-partikulati u l-valur ta' limitu ta' partikulati f'numri, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

3.  Il-Kummissjoni għandha tibqa' tirrevedi l-proċeduri, t-testijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(3) kif ukoll iċ-ċikli ta' ttestjar użati biex jitkejjlu l-emissjonijiet. Jekk mir-reviżjoni jirriżulta li dawn m'għadhomx xierqa jew ma jirriflettux aktar is-sitwazzjoni reali ta' l-emissjonijiet, għandhom ikunu adattati b'tali mod li jirriflettu b'mod xieraq l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan attwali fit-toroq. Il-miżuri meħtieġa mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

4.  Il-Kummissjoni għandha tibqa' tirrevedi l-inkwinanti suġġetti għar-rekwiżiti tat-testijiet msemmija fl-Artikolu 5(3). Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li l-emissjonijiet ta' inkwinanti addizjonali jkunu regolati, għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex dan ir-Regolament ikun emendat kif xieraq.

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti ta' emmissjonijiet stipulati fit-Tabella 4 ta' l-Anness I għall-emissjonijiet mill-vetturi ta' monossidu tal-karbonju u ta' idrokarburi wara li jsir test ta' startjar b'magna kiesħa u għandha tippreżenta, kif xieraq, proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li tbaxxi l-limiti ta' l-emissjonijiet.

6.  L-Annessi rilevanti tad-Direttiva 2005/55/KE għandhom ikunu emendati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3) sabiex ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi kollha jkunu koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 15

Proċedura fil-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 16

Emendi għad-Direttivi 70/156/KEE u 2005/55/KE

1.  Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

2.  Id-Direttiva 2005/55/KE hija b' dan emendata kif ġej:

   (a) It-titolu għandu jinbidel bit-test li ġej:"
Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi kbar u ta' magni f'dak li jirrigwarda l-emmissjonijiet tagħhom (Euro IV u V)"
   (b) L-Artikolu 1għandu jinbidel bit-test li ġej:"
Artikolu 1
   a) "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE b'massa ta' referenza li taqbeż 2 610 kilo;
   b) "magna" tfisser l-għajn tal-propulsjoni ta' qawwa mekkanika ta' vettura għal liema tista' tingħata approvazzjoni tat-tip bħala entità separata, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE;
   ( ċ) "vetturi mtejba li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (EEV)" tfisser vetturi li jaħdmu b'magna li tikkonforma mal-valuri ta' limitu ta' l-emissjonijiet permessi stabbiliti fir-ringiela Ċ tat-tabelli f'Taqsima 6.2.1 ta' l-Anness I.
"
   ( ċ) It-Taqsima 1 ta' l-Anness 1 għandha tinbidel bit-test li ġej:"
1.  Din id-Direttiva tapplika għall-kontroll ta' sustanzi ta' gass u materjali f'partikulati li jniġġsu, il-ħajja utli ta' apparati li jikkontrollaw l-emissjonijiet, il-konformità ta' vetturi/magni li qed jintużaw bħalissa u ta' sistemi ta' dijanjosi fil-vettura (OBD) tal-vetturi motorizzati kollha, u għall-magni kif speċifikat fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-vetturi tal-kategorija M1, N1, N2 and M2 li għalihom ingħatat l-approvazzjoni tat-tip taħt ir-Regolament (KE) Nru.../...(27)."

Artikolu 17

Tħassir

1.  Id-Direttivi li ġejjin għandhom jitħassru b'effett minn ...(28)

   Direttiva 70/220/KEE,
   Direttiva 72/306/KEE,
   Direttiva 74/290/KEE,
   Direttiva 77/102/KEE,
   Direttiva 78/665/KEE,
   Direttiva 80/1268/KEE,
   Direttiva 83/351/KEE,
   Direttiva 88/76/KEE,
   Direttiva 88/436/KEE,
   Direttiva 89/458/KEE,
   Direttiva 91/441/KEE,
   Direttiva 93/59/KEE,
   Direttiva 93/116/KE,
   Direttiva 94/12/KE,
   Direttiva 96/44/KE,
   Direttiva 96/69/KE,
   Direttiva 98/69/KE,
   Direttiva 98/77/KE,
   Direttiva 1999/100/KE,
   Direttiva 1999/102/KE,
   Direttiva 2001/1/KE,
   Direttiva 2001/100/KE,
   Direttiva 2002/80/KE,
   Direttiva 2003/76/KE,
   Direttiva 2004/3/KE,

2.  L-Annessi II u V tad-Direttiva tal-Kummissjoni 89/491/KEE tas-17 ta" Lulju 1989 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttivi tal-Kunsill 70/157/KEE, 70/220/KEE, 72/245/KEE, 72/306/KEE, 80/1268/KEE u 80/1269/KEE rigward il-vetturi bil-mutur(29) huma mħassra b'effett minn ...(30).

3.  Ir-referenzi magħmula għal Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri għandhom jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ta' l-implimentazzjoni tagħhom adottata taħt id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 b'effett minn ... (31).

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika minn ...(32), bl-eċċezzjoni ta" l-Artikoli 10(1) u 12 li għandhom japplikaw minn ...(33)*.

3.  L-emendi jew il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 14(5) għandhom jiġu adottati sa ...(34)**.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Limiti ta" emissjoni

Tabella 1: Limiti ta" Emissjoni Euro 5

Massa ta' Referenza

(RM)

(kg)

Valuri ta' Limitu

Massa ta' Monossidu tal-Karbonju

(CO)

Massa ta' idrokarburi totali

(THC)

Massa ta' idrokarburi li mhux mill-metanu

(NMHC)

Massa ta' ossidi tan-nitroġenu

(NOx)

Massa kombinata ta" idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu

(THC + NOx)

Massa ta"

partikuli

(PM)

Numru ta"

partikuli(1)

(P)

L1

(mg/km)

L2

(mg/km)

L3

(mg/km)

L4

(mg/km)

L2 + L4

(mg/km)

L5

(mg/km)

L6

(#/km)

Kategorija

Klassi

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI(2)

CI

PI

CI

M

Kollha

1000

500

100

68

60

180

230

5,0

5,0

N1

I

RM ≤ 1305

1000

500

100

68

60

180

230

5,0

5,0

II

1305 < RM ≤ 1760

1810

630

130

90

75

235

295

5,0

5,0

III

1760 < RM

2270

740

160

108

82

280

350

5,0

5,0

N2

2270

740

160

108

82

280

350

5,0

5,0

Qari: PI = Startjar pożittiv (Positive Ignition), CI = Startjar b'kompressjoni (Compression Ignition)

(1) Standard numeriku għandu jiġi definit għal dan l-istadju malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tan-norma Euro 6.

(2) L-istandards dwar il-massa ta" partikulati minn startjar pożittiv japplikaw biss għal vetturi b'magni bl-injezzjoni diretta.

Tabella 2: Limiti ta" Emissjoni Euro 6

Massa ta' referenza

(RM)

(kg)

Valuri ta' limitu

Massa ta" monossidu tal-karbonju

(CO)

Massa ta" idrokarburi totali

(THC)

Massa ta' idrokarburi mhux tal-metanu

(NMHC)

Massa ta" ossidi tan-nitroġenu

(NOx)

Massa kombinata ta" idrokarburi totali u ossidi tan-nitroġenu

(THC + NOx)

Massa ta"

materja f'partikuli

(PM)

Numru ta"

partikuli2

(P)

L1

(mg/km)

L2

(mg/km)

L3

(mg/km)

L4

(mg/km)

L2 + L4

(mg/km)

L5

(mg/km)

L6

(#/km)

Kategorija

Klassi

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI(2)

CI

PI

CI

M

Kollha

1000

500

100

68

60

80

170

5,0

5,0

N1

I

RM ≤ 1305

1000

500

100

68

60

80

170

5,0

5,0

II

1305 < RM ≤ 1760

1810

630

130

90

75

105

195

5,0

5,0

III

1760 < RM

2270

740

160

108

82

125

215

5,0

5,0

N2

2270

740

160

108

82

125

215

5,0

5,0

Qari: PI = Startjar pożittiv (Positive Ignition), CI = Startjar b'kompressjoni (Compression Ignition)

(1) Standard numeriku jiġi definit għal dan l-istadju.

(2) L-istandards dwar il-massa ta" partikuli minn startjar pożittiv japplikaw biss għal vetturi b'magni bl-injezzjoni diretta.

Tabella 3 : Limitu ta' Emissjoni għat-Test ta' Emissjonijiet Evaporattivi

Massa ta" Emissjoni Evaporattiva (g/test)

2,0

Tabella 4 : Limitu ta' Emissjoni għall-Emmissjonijiet mit-Tailpipe ta" Monossidu tal-Karbonju u Idrokarbonju wara Cold Start Test

Temperatura waqt it-test 266 K (– 7 °C)

Kategorija

tal-Vettura

Klassi

Massa ta" Monossidu tal-karbonju (CO)L1 (g/km)

Massa ta" idrokarburi

(HC)

L2 (g/km)

M

15

1,8

N1

I

15

1,8

II

24

2,7

III

30

3,2

N2

30

3,2

ANNESS II

Emendi għad-Direttiva 70/156/KEE

Id-Direttiva 70/156/KEE hija b' dan emendata kif ġej:

1)  Fl-Artikolu 2, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied wara l-aħħar inċiż:

"

'Jekk issir referenza f'din id-Direttiva għal Direttiva jew Regolament separat, din għandha tinkludi wkoll l-atti ta' implimentazzjoni tagħhom.';

"

2)  Il-kliem "jew Regolament" għandhom jiżdiedu wara l-kliem "Direttiva separata" fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 2, l-ewwel inċiż; Artikolu 2, id-disa' inċiż; Artikolu 2, l-għaxar inċiż; Artikolu 2, l-erbatax-il inċiż; Artikolu 3(1): Artikolu 3(4): Artikolu 4(1)(c); Artikolu 4 (1)(d); Artikolu 5(5); Artikolu 6(3); Artikolu 7(2); Artikolu 13(4); Artikolu 13(5); Anness IV, Parti II, l-ewwel paragrafu; Anness V Taqsma 1(a); Anness V Taqsima 1(b); Anness V Taqsima 1(c); Anness VII, nota tal-qiegħ (1); Anness X, Taqsima 2.1.; Anness X, Taqsima 3.3.; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta' l-ittri: X; Anness XII, Taqsma B(2); Anness XIV, Taqsima 2(a); Anness XIV, Taqsima 2(c); Anness XIV, Taqsima 2(d).

3)  Il-kliem "jew Regolamenti" għandhom jiżdiedu wara l-kliem "Direttivi separati" fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 2, it-tmien inċiż; Artikolu 3(1); Artikolu 3(2); Artikolu 4(1)(a) l-ewwel u t-tieni inċiż; Artikolu 4(1)(b); Artikolu 4(3); Artikolu 5(4) it-tielet subparagrafu; Artikolu 5(6); Artikolu 8(2); Artikolu 8(2)(c); Artikolu 9(2); Artikolu 10(2); Artikolu 11(1); Artikolu 13(2); Artikolu 14(1) (i); Lista ta' l-Annessi: titolu ta' l-Anness XIII; Anness IV, Parti I, l-ewwel u t-tieni linja; Anness IV, Parti II, nota tal-qiegħ (1) għat-tabella; Anness V Taqsma 1(b); Anness V Taqsma 3; Anness V Taqsma 3(a); Anness V Taqsma 3(b); Anness X, Taqsima 2.2.; Anness X, Taqsima 2.3.5.; Anness X, Taqsima 3.5.; Anness XIV, Taqsima 1.1.; Anness XIV, Taqsima 2(c).

4)  Il-kliem "jew Regolament" għandhom jiżdiedu wara l-kelma "Direttiva" fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 5(3) it-tielet subparagrafu; Anness IV, Parti I, nota tal-qiegħ X għat-tabella; Anness VI, naħa 2 taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip KE l-intestatura tat-tabelli; Anness VII (1), Taqsima 2; Anness VII (1), Taqsima 3; Anness VII (1), Taqsima 4; Anness VIII, Taqsima 1,2,2.1 u 3; Anness IX , naħa 2 ta' vetturi kompluti jew kompletati ta' kategoriji M1 punti 45,46.1 u 46.2; Anness IX , naħa 2 ta' ta' vetturi kompluti jew kompletati ta' kategoriji M2 u M3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta' vetturi kompluti jew kompletati ta' kategoriji N1, N2 u N3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta' ta' vetturi kompluti jew kompletati ta' kategorija M1 punt 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta' vetturi kompluti jew kompletati ta' kategoriji M2 u M3, punti 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta' vetturi kompluti jew kompletati ta' kategoriji N1, N2 u N3 punt 45 u 46.1; Anness X, nota tal-qiegħ 2; Anness X, Taqsima 1.2.2; Anness XI, Appendiċi 4, tabella, intestatura tat-tielet kolonna; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta' l-ittri: N/A; Anness XV, l-intestaturi tat-tabelli;

Il-kliem "jew Regolament" għandhom jiżdiedu wara l-kelma "Direttiva" fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Anness IX, naħa 2 ta' vetturi kompluti jew kompletati ta' kategorija M1; Anness IX, , naħa 2 ta' vetturi kompluti jew kompletati ta' kategoriji M2 u M3; Anness IX, naħa 2 ta' vetturi kompluti jew kompletati ta' kategoriji N1, N2 u N3; Anness IX, , naħa 2 ta' vetturi mhux kompluti ta' kategorija M1; Anness IX, naħa 2 ta' vetturi mhux kompluti ta' kategoriji M2 u M3; Anness IX, , naħa 2 ta' vetturi mhux kompluti ta' kategorij N1, N2 u N3; Anness XV;

5)  Fl-Artikolu 8(2)(c) il-kliem "jew Regolament(i)" se jiżdiedu wara l-kliem "Direttiva/i".

6)  Fl-Anness IV, il-parti I, l-intestatura tat-tabella u l-punt 2 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"

Suġġett

Numru tad-Direttiva/

Regolament

Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

Applikabbiltà

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

2. Emissjonijiet/

Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(KE) Nru.../..

L .., …, p. ..

X10

X10

X10

X10

10 Għal vetturi b'massa ta' referenza ta' mhux aktar minn 2610 kg. Fuq talba tal-produttur tista' tapplika għal vetturi b'massa ta' referenza ta' mhux aktar minn 2840 kg.

"

7)  Fl-Anness IV, il-parti I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

8)  Fl-Anness VII Taqsima 5 punt 4 il-kliem "jew Regolament" għandhom jiżdiedu wara l-kliem "fil-każ ta' Direttiva".

9)  Fl-Anness VII Taqsima 5 punt 5 il-kliem "jew Regolament" għandhom jiżdiedu wara l-kliem "l-aktar Direttiva reċenti".

10)  Fl-Anness XI, Appendiċi 1, l-intestatura tat-tabella u l-punt 2 għandhom jiġi sostitwiti b'dan li ġej:

"

Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/

Regolament

M1 ≤ 2 500

(1) kg

M1 > 2 500

(1) kg

M2

M3

2

Emissjonijiet/

Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(KE) Nru.../..

Q

G+Q

G+Q

"

11)  Fl-Anness XI, Appendiċi I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru;

12)  Fl-Anness XI, Appendiċi 2, l-intestatura tat-tabella u l-punt 2 u għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"

Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/

Regolament

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

2

Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(KE) Nru../.

A

A

A

A

"

13)  Fl-Anness XI, Appendiċi 2, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

14)  Fl-Anness XI, Appendiċi 3, l-intestatura tat-tabella u l-punt 2 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"

Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/

Regolament

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

2

Emissjonijiet/

Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(KE) Nru../..

Q

Q

Q

"

15)  Fl-Anness XI, Appendiċi 3, il-punt 11 għandu jitħassar;

16)  Fl-Anness XI, Appendiċi 4, l-intestatura tat-tabella u l-punt 2 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

"

Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/

Regolament

Krejn Mobbli tal-kategorija N

2

Emissjonijiet/

Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(KE) Nru.../..

N/A

"

17)  Fl-Anness XI, Appendiċi 4, il-punt 11 għandu jitħassar.

(1)1 ĠU C 318, 22.12.2006, p. 62.
(2)2 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2006
(3)1 ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/40/KE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12).
(4) Organizzazzjoni għall-Avvanzament ta' Standards ta' Informazzjoni Strutturata.
(5) Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta" l-20 ta" Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri rigward miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn vetturi bil-mutur (ĠU L 76, 6.4.1970, p.1.). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE (ĠU L 206, 15.8.2003, p.29).
(6) Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta" Awissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra emissjonijiet ta" inkwinanti minn magni diesel għall-użu fil-vetturi (ĠU L 190, 20.8.1972, p 1).
(7) Direttiva tal-Kunsill 74/290/KEE tat-28 ta" Mejju 1974 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn gassijiet minn magni "positive-ignition" ta" vetturi bil-mutur (ĠU L 159, 15.6.1974, p. 61). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/101/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p.238).
(8) Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta" Diċembru 1980 dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-karburanti minn vetturi bil-mutur (ĠU L 375, 31.12.1980, p.36). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 49, 19.2.2004, p.36).
(9) Direttiva tal-Kunsill 83/351/KEE tas-16 ta" Ġunju 1983 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn gassijiet minn magni "positive-ignition" ta" vetturi bil-mutur (ĠU L 197, 20.7.1983, p. 1).
(10) Direttiva tal-Kunsill 88/76/KEE tat-3 ta" Diċembru 1987 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn gassijiet mill-magni ta" vetturi bil-mutur (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 1).
(11) Direttiva tal-Kunsill 88/436/KEE 16 ta' Ġunju 1988 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn gassijiet mill-magni ta" vetturi bil-mutur (ĠU L 214, 6.8.1988, p. 1).
(12) Direttiva tal-Kunsill 89/458/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li temenda, fir-rigward tan-normi ta' emissjonijiet ewropej għal vetturi b'ċilindraċċ inqas minn 1,4 litre, id-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 226, 3.8.1989, p1).
(13) Direttiva tal-Kunsill 91/441/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 242, 30.8.1991, p.1).
(14) Direttiva tal-Kunsill 93/59/KEE tat-28 ta' Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 186, 28.7.1993, p.21).
(15) Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 100, 19.4.1994, p.42).
(16) Direttiva 96/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 1996 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 282, 1.11.1996, p.64).
(17) Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 350, 28.12.1998, p.1).
(18) Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Jannar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja b'emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (ĠU L 35, 6.2.2001, p. 34).
(19) Direttiva 2001/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta" Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (ĠU L 16, 18.1.2002, p. 32).
(20) Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 80/1268/KEE tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma miżuri dwar emissjonijiet tad-diossidu u l-karbonju u l-użu tal-fjuwil minn vetturi bil-mutur fil-kategorija N1 (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36).
(21) ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/51/KE (ĠU L 152, 7.6.2006, p. 11).
(22) ĠU L 184, 17.7.1999, p.23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).
(23) Il-'format OASIS' jirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-Dokument OASIS SC2-D5, Format ta' Informazzjoni ta' Tiswija ta' Vetturi, verżjoni 1.0, 28 ta' Mejju 2003 (disponibbli hawn: http://www.oasis-open.org/committees/download.php/2412/Draft%20Committee%20Specification.pdf) u ta' Taqsimiet 3.2, 3.5, 3.6, 3.7 u 3.8 tad-Dokument OASIS SC1-D2, Autorepair Requirements Specification, version 6.1, dated 10-01-2003 (disponibbli hawn: http://lists.oasis-open.org/archives/autorepair/200302/pdf00005.pdf), li jużaw kliem miftuħ biss u formati grafiċi.
(24)* Erba" snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(25)** Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(26)* Tmintax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
(27)+ ĠU: Daħħal it-titolu ta' dan ir-Regolament u n-nota tal-qiegħ relevanti.
(28)* 66 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
(29) ĠU L 238, 15.8.1989, p. 43.
(30)* 66 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament.
(31)* 66 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(32)* 18-il xahar u ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(33)** Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(34)*** 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza