Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0245(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0440/2006

Testi mressqa :

A6-0440/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2006 - 8.13

Testi adottati :

P6_TA(2006)0564

Testi adottati
PDF 286kWORD 39k
L-Erbgħa, 13 ta' Diċembru 2006 - Strasburgu
Arranġamenti tal-VAT għas-servizzi ta" xandir tar-radju u t-televiżjoni u servizzi oħra *
P6_TA(2006)0564A6-0440/2006

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE rigward il-perijodu ta" applikazzjoni ta" l-arranġamenti tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għas-servizzi ta" xandir tar-radju u t-televiżjoni u ċerti servizzi pprovduti elettronikament (COM(2006)0739 – C6-0437/2006 – 2006/0245(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0739)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0437/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0440/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha kif meħtieġ, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 2
ARTIKOLU 1
Artikolu 4 (Direttiva 2002/38/KE)
L-Artikolu 1 għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2008.
L-Artikolu 1 għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2009.
Il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe proposta għal titwil possibbli tas-sistema, kmieni biżżejjed qabel ma tiskadi, sabiex il-Parlament Ewropew ikollu biżżejjed ħin biex fih jesprimi l-opinjoni tiegħu skond l-Artikolu 93 tat-Trattat.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

Avviż legali - Politika tal-privatezza