Proċedura għal eżaminazzjoni u konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta" ċerti dispożizzjonijiet relatati mat-trasport proposti fi Stati Membri (Verżjoni Kodifikata) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedura għal eżaminazzjoni u konsultazzjoni minn qabel fir-rigward ta" ċerti liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mat-trasport proposti fi Stati Membri (Verżjoni Kodifikata) (COM(2006)0284 – C6-0185/2006 – 2006/0099(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0284)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(2) tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0185/2006),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80, 51 u 43(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0458/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.