Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0046(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0417/2006

Testi mressqa :

A6-0417/2006

Dibattiti :

PV 13/12/2006 - 22
CRE 13/12/2006 - 22

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2006 - 6.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0582

Testi adottati
PDF 303kWORD 55k
Il-Ħamis, 14 ta' Diċembru 2006 - Strasburgu
Id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed ***I
P6_TA(2006)0582A6-0417/2006
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 417/2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 (COM(2006)0111 – C6-0104/2006 – 2006/0046(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0111)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0104/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0417/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhux pubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 417/2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed
P6_TC1-COD(2006)0046

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(2),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002(3) jipprevedi d-dħul gradwali aċċelerat tar-rekwiżiti ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti stabbiliti mill-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, 1973 kif emendata bil-Protokoll għaliha ta" l-1978 ("MARPOL 73/78"), bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta" tniġġis aċċidentali minn żejt fl-ibħra Ewropej.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 daħħal dispożizzjonijiet li jipprojbixxu l-ġarr ta" prodotti taż-żejt tqal f'tankers b'buq wieħed li jitilqu minn portijiet ta" l-Unjoni Ewropea jew li jkunu sejrin fihom.

(3)  Wara azzjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), din il-projbizzjoni ġiet imposta fuq livell dinji permezz ta" emenda għall-Anness I tal- MARPOL 73/78.

(4)  Il-paragrafi 5, 6 u 7 tar-Regolament 13H ta" l-Anness I tal-MARPOL 73/78 dwar il-projbizzjoni tal-ġarr tal-prodotti taż-żejt tqal f"tankers b'buq wieħed jipprovdu għall-possibilta ta' eżenzjonijiet mill-applikazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet tar-Regolament 13H. Id-dikjarazzjoni magħmula mill-Presidenza Taljana tal-Kunsill Ewropew f'isem l-Unjoni Ewropea, irreġistrata fir-rapport uffiċjali tal-Kumitat dwar il-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marittimu ta" l-IMO (MEPC 50), tesprimi impenn politiku illi dawn l-eżenzjonijiet m'humiex se jintużaw.

(5)  Fir-Regolament (KE) Nru 417/2002, bastiment li jtajjar bandiera ta" Stat Membru jista" japplika l-eżenzjonijiet mir-regola 13H jekk jopera barra minn portijiet jew minn terminals offshore taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat Membru u jibqa" konformi mar-Regolament (KE) Nru 417/2002.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 417/2002 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"

3.  L-ebda tanker li jġorr prodotti taż-żejt tqal ma għandu jkun permess li jtajjar bandiera ta' Stat Membru, għajr jekk ikun tanker taż-żejt b'żewġt ibwieq.

L-ebda tanker li jġorr prodotti taż-żejt tqal, irrispettivament mill-bandiera li jkun qed itajjar, ma għandu jkun permess li jidħol jew joħroġ minn portijiet jew minn terminals offshore jew li jankra f'zoni taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat Membru, għajr jekk ikun tanker taż-żejt b'żewġt ibwieq.

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)1 ĠU C 318, 23.12.2006, p. 229.
(2)2 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2006.
(3)1 ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2004 (ĠU L 371, 18.12.2004, p. 26).

Avviż legali - Politika tal-privatezza