Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2211(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0415/2006

Testi mressqa :

A6-0415/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2006 - 6.20
CRE 14/12/2006 - 6.20
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0588

Testi adottati
PDF 299kWORD 53k
Il-Ħamis, 14 ta' Diċembru 2006 - Strasburgu
Emenda ta' l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, Dispożizzjonijiet Implimentattivi
P6_TA(2006)0588A6-0415/2006

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar emenda ta' l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, Dispożizzjonijiet Implimentattivi (2006/2211(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tistipola l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni u b'mod speċifiku il-paragrafu 2 tagħha(1),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni(2),

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu ta' l-20 ta' Lulju 2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0415/2006);

Billi

A.   in-negozjati bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni wasslu għall-konklużjoni ta' ftehima interistituzzjonali fis-sura ta' stqarrija konġunta li tilqa' l-abbozz għal proċedura ġdida li għandha tiddaħħal fid-Deċiżjoni 1999/468/KE,

B.   il-proċedura l-ġdida, magħrufa bħala 'l-proċedura regolatorja bi skrutinju', tintitola lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jagħmlu skrutinju tal-miżuri "kwasi-leġiżlattivi" li jimplimentaw strument adottat b'kodeċiżjoni fuq livell indaqs u li jirrifjutaw miżuri bħal dawn,

C.   id-Deċiżjoni 2006/512/KE hija akkumpanjata minn din l-istqarrija konġunta, stqarrija tal-Kummissjoni mniżżla fil-minuti tal-Kunsill u l-istqarrijiet tal-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-proċedura l-ġdida,

D.   huwa xieraq li jkun immodifikat l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura sabiex jippermetti lill-Parlament li jagħmel użu mid-drittijiet taħt il-proċedura l-ġdida taħt l-aħjar kundizzjonijiet possibbli,

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ta" Jannar 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex, permezz ta" arranġamenti ma" l-istituzzjonijiet l-oħra fil-livell amministrattiv, jiżgura li abbozzi ta" miżuri ma jkunux trażmessi lill-Parlament meta jkun qorob sewwa l-aġġornament tiegħu;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għall-informazzjoni.

Test preżenti   Emendi
Emenda 1 u 2
Artikolu 81
Dispożizzjonijiet implimentattivi
Miżuri ta' implimentazzjoni
1.  Meta l-Kummissjoni tgħaddi abbozz ta' miżura implimentattiva lill-Parlament, il-President għandu jirreferi d-dokument ikkonċernat lill-kumitat responsabbli għall-att li minnu joħorgu d-dispożizzjonijiet implimentattivi.
1.  Meta l-Kummissjoni tgħaddi abbozz ta' miżuri implimentattivi lill-Parlament, il-President għandu jirreferi l-abbozz ta" miżuri lill-kumitat responsabbli għall-att li minnu joħorġu l-miżuri ta' implimentazzjoni. Meta tkun seħħet il-koperazzjoni mill-qrib bejn il-kumitati rigward l-att bażiku, il-kumitat responsabbli għandu jistieden lill-kumitat l-ieħor biex jikkomunika l-fehmiet tiegħu bil-fomm jew permezz ta' ittra.
2.  Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament jista", fi żmien xahar - jew tliet xhur għal miżuri ta" servizzi finanzjarji - mid-data ta" meta jkun intlaqa" l-abbozz ta" miżura implimentattiva, jadotta riżoluzzjoni li toġġezzjona għall-abbozz ta" miżura, b'mod partikulari jekk teċċedi s-setgħat implimentattivi pprovduti fl-istrument bażiku. Fejn m'hemmx sessjoni parzjali qabel ma jagħlaq iż-żmien, jew fil-każijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni urġenti, id-dritt ta" tweġiba għandu jkun meqjus li jkun ġie ddelegat lill-kumitat responsabbli. Dan għandu jieħu s-sura ta" ittra miċ-Chairman tal-kumitat lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli, u għandu jkun mgħarraf lill-Membri kollha tal-Parlament Jekk il-Parlament joġġezzjona għall-miżura, il-President għandu jitlob lill-Kummissjoni tirtira jew temenda l-miżura jew tressaq proposta skond il-proċedura leġiżlattiva xierqa.
2.  Iċ-Chairman tal-kumitat responsabbli għandu jistipola skadenza biex il-Membri jipproponu li l-kumitat joġezzjona għall-abbozz ta' miżuri. Fejn il-kumitat iqis li hu xieraq, jista" jiddeċiedi li jaħtar rapporteur minn fost il-membri tiegħu jew minn fost is-sostituti permanenti. Jekk il-kumitat joġġezzjona għall-abbozz ta" miżuri, għandu jressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni li topponi l-adozzjoni ta" l-abbozz ta" miżuri li tista" tindika wkoll il-bidliet li jmisshom isiru għall-abbozz ta" miżuri.
Jekk il-Parlament sa' l-iskadenza applikabbli mid-data ta" riċeviment ta' l-abbozz ta" miżuri, jadotta riżoluzzjoni bħal din il-President għandu jitlob lill-Kummissjoni tirtira jew temenda l-abbozz ta" miżuri jew tressaq proposta skond il-proċedura leġiżlattiva xierqa.
3.  Fejn m'hemm l-ebda sessjoni parzjali qabel ma jagħlaq iż-żmien, id-dritt ta" tweġiba għandu jkun meqjus li jkun ġie ddelegat lill-kumitat responsabbli. Din it-tweġiba għandha tieħu s-sura ta" ittra miċ-Chairperson tal-kumitat lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli, u għandu jkun mgħarraf lill-Membri kollha tal-Parlament.
4.  Jekk il-miżuri ta' implimentazzjoni previsti mill-Kummissjoni jaqgħu taħt il-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju, il-paragrafu 3 m'għandux japplika u l-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu ssupplimentati kif ġej:
(a) iż-żmien ta" l-iskrutinju jibda jgħodd meta l-abbozz ta" miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha;
(b)  Il-Parlament jista" jopponi l-adozzjoni ta" l-abbozz ta" miżuri, filwaqt li jiġġustifika l-oppożizzjoni tiegħu billi jindika li l-abbozz ta" miżuri jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni pprovduti fl-istrument bażiku, li m'huwiex kompatibbli ma" l-għan jew il-kontenut ta" l-istrument bażiku jew li ma jirrispettax il-prinċipji tas- sussidjarjetà jew proporzjonalità;
(c)  Il-Parlament jista' jopponi l-adozzjoni ta' l-abbozz ta' miżuri billi jaġixxi b'maġġoranza tal-membri li jiffurmawh.
(d)  Jekk l-abbozz ta' miżuri ikun ibbażat fuq il-paragrafu 5 jew 6 ta' l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, li jipprovdi għal limiti ta' żmien limitati għall-oppożizzjoni tal-Parlament, tista' titressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni li topponi l-adozzjoni ta' l-abbozz ta' miżuri miċ-chairperson tal-kumitat responsabbli jekk il-kumitat ma jkunx seta' jiltaqa' fiż-żmien disponibbli.

(1)Testi adottati, P6_TA(2006)0310.
(2) ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

Avviż legali - Politika tal-privatezza