Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B6-0665/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2006 - 6.33
CRE 14/12/2006 - 6.33

Testi adottati :

P6_TA(2006)0601

Testi adottati
PDF 202kWORD 37k
Il-Ħamis, 14 ta' Diċembru 2006 - Strasburgu
Is-segwitu tal-Premju Sakharov
P6_TA(2006)0601RC-B6-0665/2006

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-segwitu tal-Premju Sakharov

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-Premju Sakharov għal-libertà tal-kuxjenza ġie istituwit mill-1988 u billi dan il-premju jikkonstitwixxi wieħed mill-ħafna appoġġi tal-PE għad-drittijiet tal-bniedem u għall-kawża tad-demokrazija u billi hu mezz biex jiġu rikonoxxuti dawk li jiġġieldu kontra l-oppressjoni, l-intolleranza u l-inġustizzja fid-dinja,

B.   billi fost ir-rebbieħa hemm personalitajiet jew organizzazzjonijiet bħal: Anatoli Marchenko (1989), Aung San Suu Kyi (1990), Adem Demaci (1991), Las Madres de la Plaza de Mayo (1992), Oslobodjenje (1993), Taslima Nasreen (1994), Leyla Zana (1995), Wei Jingsheng (1996), Salima Ghezali (1997), Ibrahim Rugova (1998), Xanana Gusmão (1999), Basta Ya (2000), Nurit Peled-Elhanan, Izzat Ghazzawi, Dom Zacarias Kamwenho (2001), Oswaldo Payá Sardiñas (2002), Kofi Annan u n-Nazzjonijiet Uniti (2003), Assoċjazzjoni tal-ġurnalisti tal-Belarussja (2004), Damas de Blanco (Cuba), Reporters sans frontières u Hauwa Ibrahim (ex−aequo) (2005), Alexandre Milinkievitch (2006),

C.   billi r-rebbieħ ta' l-1990, id-dissident minn Burma Aung San Suu Kyi, taħt arrest domiċiljari, u r-rebbieħ għall-2005, il-kollettiv Kuban Damas de Blanco, għadhom ma ġewx awtorizzati li jiġu jieħdu l-premju,

D.   billi l-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet li jintbagħtu żewġ delegazzjonijiet f'Kuba u f'Burma biex jagħmlu kuntatt mar-rebbieħa sabiex jivverifikaw is-sitwazzjoni personali tagħhom,

E.   billi r-rebbieħ tal-Premju Sakharov ta' l-1996,Wei Jinsheng, li għadu f'detenzjoni, għad ma kellux l-opportunità li jindirizza lis-sessjoni plenarja u li jirċievi l-kumpens marbut ma' dan il-premju,

1.  Jiddispjaċih mill-fatt li dawn ir-rebbieħa għadhom ma ġewx awtorizzati li jirċievu personalment il-premju tagħhom, ħaġa li tikser wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem, jiġifieri tal-libertà li jidħol u joħroġ b'mod liberu mill-pajjiż tiegħu, dritt li hu espressament rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

2.  Jitlob, fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti li jintbagħtu żewġ delegazzjonijiet, waħda f'Burma u l-oħra f'Kuba, li l-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi jiffaċilitaw iċ-ċaqliq ta' dawn id-delegazzjonijiet;

3.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Novembru 2006 li jinħoloq mekkaniżmu ta' segwitu għar-rebbieħa tal-Premju Sakharov u li tintbagħat sistematikament delegazzjoni mill-Parlament Ewropew biex tiltaqa' mar-rebbieħa li ma jkunux ġew awtorizzati mill-awtoritajiet ta' pajjiżhom biex jattendu għall-għoti tal-premju;

4.  Itenni mill-ġdid it-talba tiegħu biex ir-rebbieħa kollha tal-Premju Sakharov, u b'mod partikulari Aung San Suu Kyi, Oswaldo Payá Sardiñas u l-grupp Kuban Damas de Blanco, ikun jista' jkollhom aċċess għall-Istituzzjonijiet Ewropej;

5.  Jitlob lill-President tiegħu biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex dawn id-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jsiru fil-prattika;

6.  Jitlob lill-Konferenza tal-Presidenti biex fl-aġenda tal-laqgħa li jmiss iddaħħal l-organizzazzjoni ta' l-għoti tal-premju Sakharov lil Wei Jinsheng;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvern Burmiż, Ċiniż u Kuban, lill-parlament Ċiniż, lill-Parlament Burmiż, lill-Assemblea nazzjonali tar-Repubblika ta' Kuba, u lill-Kunsill tad-Drittjiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza