Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 5 ta' Settembru 2006 - Strasburgu
Miżuri speċifiċi fil-qasam tal-biedja favur il-gżejjer żgħar tal-baħar Eġew *
 Miżuri speċjali biex jinkoraġġixxu t-tkabbir tad-dud tal-ħarir *
 Eżenzjoni minn taxxi ta" importazzjoni ta" kunsinni żgħar ta" oġġetti *
 Ħlas ta' taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib *
 Il-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Informat bil-quddiem għal ċerti kimiċi perikolużi *
 Rapport Speċjali dwar l-infiq fuq l-interpretazzjoni
 Fondi għall-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti ***I
 Il-ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne) 2007-2013 ***I
 Taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri *
 Il-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt reliġjuż fit-Tramuntana ta' Ċipru
 L-adozzjoni internazzjonali fir-Rumanija

Miżuri speċifiċi fil-qasam tal-biedja favur il-gżejjer żgħar tal-baħar Eġew *
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi fil-qasam tal-biedja favur il-gżejjer żgħar tal-baħar Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (COM(2006)0264 – C6-0232/2006 – 2006/0093(CNS))
P6_TA(2006)0326A6-0244/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0264)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0232/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0244/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Miżuri speċjali biex jinkoraġġixxu t-tkabbir tad-dud tal-ħarir *
PDF 197kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċjali biex jinkoraġġixxu t-tkabbir tad-dud tal-ħarir (verżjoni kkodifikata) (COM(2006)0004 – C6-0042/2006 – 2006/0003(CNS))
P6_TA(2006)0327A6-0259/2006

(Proċedura ta" konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0004)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0042/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0259/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jiċħad it-test approvat mill-Parlament;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Eżenzjoni minn taxxi ta" importazzjoni ta" kunsinni żgħar ta" oġġetti *
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-eżenzjoni minn taxxi ta" importazzjoni ta" kunsinni żgħar ta" oġġetti ta" natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata) (COM(2006)0012 – C6-0059/2006 – 2006/0007(CNS))
P6_TA(2006)0328A6-0258/2006

(Proċedura ta" konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0012)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0059/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0258/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jiċħad it-test approvat mill-Parlament;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Ħlas ta' taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib *
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament (KE) nru 1788/2003 li jistabbilixxi l-ħlas ta' taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (COM(2006)0330 – C6-0234/2006 – 2006/0108(CNS))
P6_TA(2006)0329A6-0245/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0330)(1),

–   wara li kkunsidra Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0234/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0245/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Il-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Informat bil-quddiem għal ċerti kimiċi perikolużi *
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Informat bil-quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (COM(2006)0250 – C6-0186/2006 – 2006/0080(CNS))
P6_TA(2006)0330A6-0239/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0250)(1),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat bil-quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 133 u l-Artikolu 175(1), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0186/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurta' ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0239/2006),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-konvenzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Rapport Speċjali dwar l-infiq fuq l-interpretazzjoni
PDF 282kWORD 48k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea ta" l-Awdituri Nru 5/2005: L-infiq fuq l-interpretazzjoni magħmul mill-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill (2006/2001(INI))
P6_TA(2006)0331A6-0261/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea ta" l-Awdituri Nru 5/2005: L-infiq fuq l-interpretazzjoni magħmul mill-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill, flimkien mar-risposti ta" l-Istituzzjonijiet(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 248(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 276(3) u l-Artikolu 280(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0261/2006),

Rispett għall-multilingwiżmu

1.  Jikkunsidra li l-multilingwiżmu hu wieħed mill-karatteristiċi ewlenin ta" l-Unjoni Ewropea, li jenfasizza d-diversità kulturali u lingwistika u jiżgura trattament ugwali taċ-ċittadini ta" l-UE;

2.  Jikkunsidra li l-multilingwiżmu jiggarantixxi d-dritt taċ-ċittadini li jikkomunikaw ma" l-istituzzjonijiet ta" l-UE fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tagħha, b'hekk jagħmilha possibbli li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta" kontroll demokratiku;

3.  Jikkunsidra li s-servizzi lingwistiċi ta" l-istituzzjonijiet ta" l-UE jiffaċilitaw il-komunikazzjoni, u li, filwaqt li jagħmlu dan, l-istituzzjonijiet jibqgħu miftuħa għaċ-ċittadini ta" l-Ewropa;

4.  Jikkunsidra li l-ispiża totali tas-servizzi lingwistiċi kollha ta" l-istituzzjonijiet ta" l-UE, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni f'daqqa, jirrappreżentaw biss 1% tal-baġit totali ta" l-UE;

5.  Jikkunsidra li r-Regoli ta" Proċedura tiegħu jistipulaw li l-Membri jistgħu jitkellmu fil-lingwa uffiċjali ta" l-għażla tagħhom u li interpretazzjoni għal-lingwi l-oħra tkun ipprovduta; jikkunsidra li, barra minn hekk, l-użu ta" lingwi uffiċjali hu rregolat mill-'Kodiċi tal-Kondotta fuq il-Multilingwiżmu' tiegħu, aġġornat fl-2004;

6.  Jikkunsidra li l-multilingwiżmu hu espressjoni tad-diversità kulturali ta" l-UE, li trid tiġi mħarsa, u li, għalhekk, filwaqt li n-numru jiżdied ta" lingwi uffiċjali jitlob soluzzjonijiet prammatiċi fix-xogħol preparatorju fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-multilingwiżmu jrid jiġi garantit biex jiżgura l-leġittimità u d-diversità ta" l-Unjoni Ewropea;

Rigward l-istituzzjonijiet kollha

7.  Jilqa" b'sodisfazzjoni il-kwalità għolja ta" interpretazzjoni fl-istituzzjonijiet ta" l-UE; barra dan hu ta" l-opinjoni li l-kwalità għolja ta" interpretazzjoni trid tiġi evalwata u garantita kontinwament;

8.  Jinnota li l-ispiża totali ta" interpretazzjoni fl-2003 kienet EUR 57 000 000 fir-rigward tal-Parlament Ewropew u EUR 106 000 000 fir-rigward tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tal-Kumitat tar-Reġjuni u ta" xi aġenziji;

9.  Hu, iżda, imħasseb ħafna li fl-2003 madwar 16% (EUR 25 900 000) ta" l-ispejjeż totali ta" interpretazzjoni ta" EUR 163 000 000 kienu spejjeż għal servizzi pprovduti iżda mhux użati u għal arranġamenti ta" stand-by;

10.  Hu ta" l-opinjoni li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu sforz biex inaqqsu 'xogħol ta" stand-by impliċitu jew espliċitu', b'dawn l-arranġamenti jinvolvu EUR 18 000 000 li ntefqu fuq servizzi ta" interpretazzjoni pprovduti iżda mhux użati; jinnota li interpreti ta" riserva għandhom ikunu disponibbli għal laqgħat ad hoc mitluba f'ħin qasir;

11.  Jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex itejbu l-koperazzjoni interistituzzjonali;

12.  Jistieden lis-servizzi ta" interpretazzjoni tal-Parlament u tal-Kummissjoni, sabiex ikunu iktar effiċjenti, biex jagħmlu skambju ta" interpreti u joħolqu timijiet imħallta ta" interpretazzjoni, u biex jagħmlu possibbli l-użu ta" interpreti disponibbli fejn u meta jkunu mitluba sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet reali;

13.  Jistieden lill-istituzzjonijiet biex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-użu ta" 'interpreti lokali', fejn l-għaqda lingwistika tippermetti, u jenfasizza li d-disposizzjonijiet amministrattivi nazzjonali ma jridux ikunu ta" ostaklu; jinnota li trid tiġi garantita kwalità għolja ta" interpretazzjoni;

14.  Jikkunsidra li l-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu deskrizzjoni fil-qosor tal-proporzjon uffiċjali/ free-lance għal kull lingwa fil-ħin għall-kwittanza ta" l-2006;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrinforza, f'koordinazzjoni ma" istituzzjonijiet oħra, il-koperazzjoni ma" Stati Membri fit-taħriġ ta" interpreti mill-pajjiżi rispettivi tagħhom;

16.  Jistieden lill-istituzzjonijiet ta" l-UE biex jinnegozjaw mill-ġdid il-ftehim ma" l-Interpreti Awżiljarji tal-Konferenzi (ACI) rigward l-arranġamenti ta" l-ivvjaġġar, il-ħlas, il-koperazzjoni interistituzzjonali u s-simplifikazzjoni amministrattiva;

17.  Jinnota s-sehem għoli ta" l-ispejjeż ta" l-ivvjaġġar u ta" l-akkomodazzjoni; iħeġġeġ lil organizzaturi ta" laqgħat u lil servizzi ta" interpretazzjoni biex inaqqsu l-ispejjeż ta" l-ivvjaġġar u ta" l-akkomodazzjoni; jitlob għal koordinazzjoni, ippjanar u organizzazzjoni aħjar ta" arranġamenti ta" l-ivvjaġġar u ta" l-akkomodoazzjoni;

Rigward il-Parlament

18.  Jistenna lill-amministrazzjoni tiegħu tipprovdi l-estimi ta" l-ispiża totali medja ta" ġurnata ta" l-ACIs u ta" l-interpreti permanenti fil-ħin għar-rapport ta" kwittanza ta" l-2005;

19.  Jinnota li l-ispiża sħiħa għal ġurnata ta" interpretazzjoni hi kważi 30% ogħla fil-Parlament milli fil-Kunsill jew fil-Kummissjoni, raġuni waħda tkun li wisq ftit interpreti lokali jistgħu jintużaw matul is-sessjonijiet ta" Strasburgu, li żżid l-ispejjeż ta" interpretazzjoni tal-Parlament fi Strasburgu bi 13%;

20.  Jinnota r-rifjut tiegħu li jieħu parti f'evalwazzjoni bil-ħsieb li jinħoloq uffiċċju interistituzzjonali li jipprovdi servizz ta" interpretazzjoni lill-istituzzjonijiet kollha, dan kien ġie kkunsidrat mill-Bureau fl-4 ta" Settembru 2005, bħala inkompatibbli ma" l-interessi tal-Parlament;

21.  Jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu biex tkompli tħejji b'reqqa rapporti ta" sessjonijiet rilevanti, u ċioe rapporti mill-kap ta" tim ta" interpretazzjoni dwar l-użu attiv u passiv tal-lingwi waqt laqgħat tal-gruppi, tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet, u biex tirrapporta lura dwar dak li tkun sabet fil-ħin għall-proċedura ta" kwittanza ta" l-2005;

22.  Iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tiegħu biex iżżid l-għarfien tal-Membri dwar l-ispejjeż ta" interpretazzjoni; isaqsi jekk tagħmilx l-aħjar użu possibbli tal-profili tal-lingwa tal-Membri; jenfasizza li dan m'għandux iwassal għal klassifikazzjoni tal-lingwi uffiċjali ta" l-UE;

23.  Ifakkar li, skond l-Artikolu 1 tal-Kodiċi tal-Kondotta fuq il-Multilingwiżmu tad-19 ta" April 2004, ir-riżorsi għandhom jiġu allokati filwaqt li jingħata każ tal-ħtiġijiet reali ta" l-utenti;

24.  Jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu biex teżamina kif is-sistema ta" talba tal-Kunsill, is-sistema interna tal-ħruġ tal-kontijiet tal-Kunsill ta" l-Ewropa , jew is-sistema ta" kwota għall-interpretazzjoni tal-UNESCO tista" tintuża mill-Parlament;

25.  Jinnota li fl-2003, nefaq EUR 4 000 000 fuq servizzi ta" interpretazzjoni li saru disponibbli iżda ma ntużawx minħabba talbiet li saru tard jew tħassir; jitlob li t-tħassir fl-aħħar minuta u t-talbiet fl-aħħar minuta jkunu skuraġġiti; barra minn hekk jistieden lis-servizzi ta" interpretazzjoni biex ikunu iktar flessibbli fis-sistema tagħhom ta" ppjanar u ta" talba;

26.  Jistieden lill-entitajiet responsabbli tiegħu biex jadattaw il-kalendarju tal-ġimgħat ta" sessjoni tal-kumitati, tal-gruppi u tas-sessjonijiet plenarji biex jintlaħaq bilanċ aħjar bejn il-ħtiġijiet u r-riżorsi disponibbli;

o
o   o

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea ta" l-Awdituri.

(1) ĠU C 291, 23.11.2005, p. 1.


Fondi għall-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti ***I
PDF 243kWORD 70k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi multi-annwali għall-azzjoni ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (COM(2005)0210 – C6-0153/2005 – 2005/0098(COD))
P6_TA(2006)0332A6-0184/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0210)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0153/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0184/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jirrimarka li l-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija indikata fil-proposta tal-Kummissjoni għandhom ikunu kompatibbli mal-limiti massimi totali għal aġenziji deċentralizzati stabbiliti fil-prospettivi finanzjarji 2007-2013;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, ladarba tkun ġiet adottata l-prospettiva finanzjarja li jmiss, tikkonferma l-ammonti indikati fil-proposta għal regolament jew, jekk ikun il-każ, sabiex tippreżenta l-ammonti aġġustati għal approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, sabiex b'hekk tiżgura li dawk l-ammonti huma kompatibbli mal-limiti massimi;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru ... /2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002

P6_TC1-COD(2005)0098


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Regjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Ċerti ftehim bilaterali u reġjonali konklużi bejn stati tal-kosta, bħal ma huma l-Konvenzjoni ta' Helsinki u dik ta' Barċellona ta' l-1992 u l-1976 rispettivament, jipprovdu għal assistenza reċiproka fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002(4) jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Aġenzija") bl-iskop li jkun assigurat livell għoli, uniformi u effettiv ta" sigurtà marittima u jkun hemm prevenzjoni ta" tniġġis mill-bastimenti.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 724/2004, li emenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002, ta lill-Aġenzija kompiti ġodda fil-qasam tal-prevenzjoni tat-tniġġis u tar-rispons għal tniġġis ikkawżat minn bastimenti, b'rispons għall-aċċidenti reċenti f'ilmijiet Komunitarji, b'mod partikolari dawk tat-tankers taż-żejt "Erika" u "Prestige".

(4)  Għall-finijiet li jiġu implimentati dawn il-kompiti ġodda ta" prevenzjoni tat-tniġġis u rispons għat-tniġġis, il-Bord Amministrattiv ta" l-Aġenzija adotta fit-22 ta" Ottubru 2004 Pjan ta" Azzjoni għal Preparazzjoni u Rispons għat-Tniġġis miż-Żejt, li jiddetermina l-attivitajiet ta" l-Aġenzija bħala rispons għat-tniġġis miż-żejt u huwa maħsub għall-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għall-Aġenzija (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Pjan ta" Azzjoni").

(5)  L-azzjoni ta' rispons kontra t-tniġġis ta" l-Aġenzija, kif iddefinita fil-Pjan ta" Azzjoni, hi marbuta ma" l-attivitajiet fl-oqsma ta" l-informazzjoni, tal-koperazzjoni u tal-koordinazzjoni u fuq kollox ma" l-għoti ta' assistenza operazzjonali lill-Istati Membri billi jingħataw, fuq talba, bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis biex jiġġieldu kontra t-tniggis taż-żejt u tipi oħra ta' tniġġis, bħal dak ikkawżat minn sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara. L-Aġenzija għandha tagħti attenzjoni partikulari lil dawk iz-zoni identifikati bħala l-aktar vulnerabbli mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żona oħra fil-bżonn.

(6)  L-attivitajiet ta' l-Aġenzija f'dan il-qasam m'għandhomx jeżoneraw lill-Istati tal-kosta mir-responsabbiltà tagħhom li jkollhom għal-lest mekkaniżmi xierqa għal rispons għat-tniġġis u għandhom jirrispettaw arranġamenti eżistenti ta' koperazzjoni bejn Stati Membri jew bejn gruppi ta' Stati Membri f'dan il-qasam. Fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu, l-Aġenzija għandha tgħin lill-Istat(i) Membru/i affettwati, u l-operazzjoni ta' tindif għandha titmexxa taħt l-awtorià ta' dan/dawn l-Istat(i) Membru/i.

(7)  Skond il-Pjan ta' Azzjoni, l-Aġenzija għandha jkollha rwol attiv fl-iżvilupp ta' servizz ċentralizzat ta' immaġni bis-satellita għas-sorveljanza, is-sejbien bikri ta' tniġġis u l-identifikazzjoni tal-bastimenti responsabbli. Din is-sistema ġdida ttejjeb id-disponibiltà tad-data u l-effettività tar-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti.

(8)  Il-mezzi addizzjonali li għandhom jiġu provduti mill-Aġenzija lill-Istati Membri għandhom ikunu disponibbli permezz tal-mekkaniżmu Komunitarju fil-qasam ta" l-interventi ta" assistenza tal-protezzjoni ċivili, inkluż it-tniġġis tal-baħar aċċidentali, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom(5).

(9)  Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni bir-reqqa tal-Pjan ta" Azzjoni u jissaħħu l-prevenzjoni u r-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti billi jiżdiedu l-attivitajiet attwali ta" kontra t-tniġġis, l-Aġenzija għandha tkun provduta b'sistema vijabbli u effettiva f'sens ta' nfiq biex tiffinanzja, b'mod partikolari, l-assistenza għall-operazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri.

(10)  Huwa għaldaqstant meħtieġ li tkun provduta sigurtà finanzjarja xierqa għall-iffinanzjar tal-kompiti mogħtija lill-Aġenzija fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis u azzjonijiet oħrajn marbuta ma" dan fuq il-bażi ta" impenn pluriennali. L-ammonti annwali tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandhom jiġu determinati skond il-proċeduri applikabbli.

(11)  L-ammonti li għandhom jiġu impenjati biex jinħarġu fondi għar-rispons kontra t-tniġġis għandhom ikopru l-perjodu mill-2007 sal-2013 skond il-qafas finanzjarju l-ġdid.

(12)  Għandu għaldaqstant jiġi provdut pakkett finanzjarju ta" referenza li jkopri l-istess perjodu għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta" Azzjoni.

(13)  Jeħtieġ li l-ammont ta' dak il-pakkett jitqies bħala l-minimu meħtieġ sabiex jitwettqu l-kompiti fdati lill-Aġenzija fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti.

(14)  Sabiex ikun hemm l-aħjar allokazzjoni ta' l-impenji u jitqiesu kwalunkwe tibidliet li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet bħala rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti, jeħtieġ li jkun żgurat monitoraġġ kontinwu tal-bżonnijiet partikolari għal azzjoni sabiex ikun hemm lok għal addattament ta' l-impenji finanzjarji annwali.

(15)  Il-Bord Amministrattiv ta" l-Aġenzija għandu għaldaqstant jirrivedi l-impenji baġitarji, fuq il-bażi ta" rapport li għandu jsir mid-Direttur Eżekuttiv, biex jinkludi l-aġġustamenti meħtieġa fil-baġit ta" l-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-kompiti mogħtija lilha fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkawżat minn bastimenti u azzjonijiet oħrajn marbuta ma" dan, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

a)   "l-Aġenzija" tfisser l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

   b) "ftehim reġjonali" tfisser kull ftehim bilaterali u reġjonali konkluż bejn l-Istati tal-kosta sabiex jagħtu assistenza lil xulxin fil-każ ta" inċident ta' tniġġis marittimu.
   ( ċ) "żejt" tfisser petroljum fi kwalunkwe forma inkluż żejt mhux raffinat, żejt kombustibbli, ħama, skart ta' żejt u prodotti raffinati kif stabbilit mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għat-Tniġġis miż-Żejt, 1990.
   d) "sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara" tfisser kwalunkwe sustanza apparti ż-żejt li, jekk tiġi introdotta fl-ambjent tal-baħar, x'aktarx li toħloq perikli għas-saħħa tal-bniedem, tagħmel ħsara lir-rizorsi ħajjin u lill-ħajja fil-baħar, tagħmel ħsara lil faċilitajiet jew tinterferixxi ma' użi leġittimi oħra tal-baħar, kif stabbilit mill-Protokoll dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għal Inċidenti ta' Tniġġis minn Sustanzi Perikolużi u Li Jagħmlu l-Ħsara, 2000.

Artikolu 3

Kamp ta' Applikazzjoni

Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun allokat lill-Aġenzija bil-għan li jiġu ffinanzjati azzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-Pjan ta' Azzjoni u, b'mod partikolari, dawk li għandhom x'jaqsmu ma":

   a) informazzjoni u l-ġbir flimkien, l-analiżi u t-tixrid ta" l-aħjar prattiċi, tekniki u innovazzjonijiet, bħal ma huma strumenti li jimmonitorjaw it-tbattil ta' tankijiet, fil-qasam tar-rispons għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti,
   b) kooperazzjoni u koordinazzjoni u l-għoti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni ta" assistenza teknika u xjentifika fil-qafas ta" l-attivitajiet tal-ftehim reġjonali relevanti,
   ( ċ) assistenza għal operazzjonijiet u appoġġ, fuq talba, b'mezzi addizzjonali, bħal bastimenti u tagħmir kontra t-tniġġis lesti għall-azzjoni, għall-azzjonijiet ta" rispons għat-tniġġis ta" l-Istati Membri fil-każ ta" tniġġis aċċidentali jew maħsub ikkaġunat minn bastimenti.

Artikolu 4

Finanzjament Komunitarju

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta" Jannar 2007 sal-31 ta" Diċembru 2013 għandu jkun ta" EUR 154 000 000.

Approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu determinati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. F'dan ir-rigward, l-iffinanzjar meħtieġ ta' l-assistenza operazzjonali lill-Istati Membri skond l-Artikolu 3(ċ) għandu jiġi garantit.

Artikolu 5

Monitoraġġ ta' kapaċitajiet eżistenti

Sabiex jiġu definiti r-rekwiżiti għal assistenza operazzjonali, bħal bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis, li għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija lill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tfassal fuq bażi regolari lista tal-mekkaniżmi tal-privat u ta' l-Istat ta' rispons għat-tniġġis u ta' kapaċità ta' rispons disponibbli fir-reġjuni varji ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Ħarsien ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunità

1.  Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jassiguraw li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta" miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali, permezz ta" kontrolli effettivi u bl-irkupru ta" kwalunkwe ammonti mħallsin mhux kif dovut u, fejn jinstabu xi irregolaritajiet, b'penali effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95(6) u (Euratom, KE) Nru 2185/96(7), u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8).

2.  Għall-azzjonijiet tal-Komunità ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, il-kunċett ta" irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser il-ksur ta" dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe ksur ta" obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew nuqqas minn operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea jew baġits amministrati minnha, minħabba nefqa mhux iġġustifikata.

3.  Il-Kummissjoni u l-Aġenzija, kull waħda minnhom fl-isfera tal-kompetenza rispettiva tagħha, għandhom jiżguraw li jinkiseb l-aħjar valur meta mqabbel ma' l-ammont minfuq fl-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tal-Komunità skond dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1406/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-punt li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 10(2):

"
   l) jirrivedi l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat imsemmi f"(k) u l-impenji baġitarji previsti fir-Regolament (KE) Nru.... /2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... dwar finanzjament pluriennali għall-azzjonijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-rispons għal tniġġis ikkaġunat minn bastimenti*(9) abbażi tar-rapport stipulat fl-Artikolu 15(2)(g) ta' dan ir-Regolament. Din ir-reviżjoni għandha ssir meta jinħareġ ir-rendikont ta' l-estimi tad-dħul u n-nefqa ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jkun imiss, kif previst fl-Artikolu 18(5) ta" dan ir-Regolament.
  

________________________________

  

*ĠU L ...

"

(b)  Il-punt li ġej għandu jiżdied ma" l-Artikolu 15(2):

"
   g) huwa għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni u lill-Bord Amministrattiv, sal-31 ta" Jannar ta' kull sena, dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat ta' l-attivitajiet ta" l-Aġenzija għall-istat ta" preparazzjoni u għall-attivitajiet ta" rispons għat-tniġġis u jagħti aġġornament ta" l-istatus ta" kull azzjoni ffinanzjata skond dak il-pjan. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta dan ir-rapport għall-finijiet ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2001/792/KE, Euratom.
"

Artikolu 8

Evalwazzjoni f'nofs iż-żmien

Fuq il-bażi ta" l-informazzjoni provduta mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament mhux iktar tard minn ...(10). Ir-rapport, li għandu jiġi stabbilit bla ħsara għall-irwol tal-Bord Amministrattiv ta' l-Aġenzija, għandu jagħti r-riżultati ta" l-użu tal-kontribut Komunitarju kif imsemmi fl-Artikolu 4 dwar is-somom impenjati u n-nefqa li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta" Jannar 2007 u l-31 ta" Diċembru 2009.

Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport il-Kummisjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament sabiex jitqies il-progress xjentifiku fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis mill-bastimenti, inkluż dak ikkaġunat miż-żejt jew minn sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 28, 3.2.2006, p. 16.
(3) Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2006.
(4) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 724/2004 (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 1).
(5) ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7.
(6) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta" Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.).
(7) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta" Novembru 1996 dwar il-verifiki fuq il-post u spezzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej mill-frodi u irregolaritajiet oħrajn (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(8) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta" Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet kondotti mill-Uffiċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.)
(9)+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, d-data u r-referenza tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament kif jixraq.
(10)* Erba" snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


Il-ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne) 2007-2013 ***I
PDF 521kWORD 165k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta u l-proposta emendata għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għal perijodu 2007-2013 il-Programm speċifiku "Il-ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne)" bħala parti mill-programm ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja" (COM(2005)0122COM(2006)0230 – C6-0388/2005 – 2005/0037A(COD))
P6_TA(2006)0333A6-0193/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0122)(1) u l-proposta emendata (COM(2006)0230),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 152 tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0388/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Intern (A6-0193/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirreferi għal darb'oħra l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Settembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku "Il-ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne III) u l-prevenzjoni tad-droga u l-informazzjoni dwarha" għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja"

P6_TC1-COD(2005)0037A


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4),

Billi:

(1)  It-Trattat jistabbilixxi li fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u ta" l-attivitajiet kollha tal-Komunità għandu jiġi assigurat livell għoli ta" protezzjoni saħħa tal-bniedem; l-Artikolu 3(1)(p) tat-Trattat jitlob li tittieħed azzjoni Komunitarja biex tiġi inkluża kontribuzzjoni sabiex jinkiseb livell għoli ta" protezzjoni tas-saħħa.

(2)  L-azzjoni Komunitarja għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali maħsuba sabiex tittejjeb is-saħħa pubblika, biex jitwarrbu l-għejun ta" periklu għal saħħet il-bniedem.

(3)  Il-vjolenza fiżika, sesswali u psikoloġika kontra it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, inkluż theddid tat-twettiq ta' dawn l-atti, sfurzar jew tneħħija arbitrarja tal-libertà, kemm jekk fil-ħajja pubblika kif ukoll privata, u b'mod partikulari, l-ittraffikar ta' persuni u l-prostituzzjoni sfurzata, jikkostitwixxu ksur tad-dritt tagħhom għall-ħajja, għas-sigurtà, għal-libertà, għad-dinjità u għall-integrità fiżika u emozzjonali tagħhom u theddid serju għas-saħħa fiżika u mentali tal-vittmi ta" din il-vjolenza. L-effetti ta" din il-vjolenza, li huma tant imxerrdin fil-Komunità kollha, jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet tal-bniedem u joħolqu problema serja tas-saħħa u ostaklu għat-tgawdija ta" ċittadinanza sigura, ħielsa u ġusta.

(4)  It-tradizzjonijiet u l-prattiki kulturali assoċjati ma' l-eżerċizzju tal-vjolenza fiżika fuq in-nisa, bħal mutilazzjoni ġenitali u r-reati għall-unur, jikkostitwixxu forma partikulari ta' vjolenza fuq in-nisa b'effetti detrimentali fuq perjodu ta' żmien qasir u fuq perjodu ta' żmien fit-tul fuq is-saħħa tagħhom, waqt li l-vittmi prinċipali huma membri ta' komunitajiet ta' minoranza.

(5)  L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tiddefinixxi s-saħħa bħala stat ta" benesseri fiżiku, mentali u soċjali sħiħ u mhux biss in-nuqqas ta" mard jew saħħa. Skond riżoluzzjoni ta" l-Assemblea Dinjija tas-Saħħa ta" l-1996, il-vjolenza hija problema ewlenija tas-saħħa pubblika fid-dinja kollha. Fir-rapport tagħha dwar il-vjolenza u s-saħħa tat-3 ta" Ottubru 2002 l-organizzazzjoni tirrikkmanda li jiġu promossi r-reazzjonijiet ewlenin għall-prevenzjoni, li jissaħħu r-reazzjonijiet għall-vittmi tal-vjolenza u li jiżdiedu l-kollaborazzjoni u l-iskambju ta" informazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza.

(6)  Dawn il-prinċipji huma rikonoxxuti f'bosta konvenzjonijiet, dikjarazzjonijiet u protokolli ta" l-organizzazzjonijiet u ta" l-istituzzjonijiet internazzjonali ewlenin bħall-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, il-Konferenza Dinjija dwar in-Nisa u l-Kungress Dinji kontra l-Isfruttament Sesswali Kummerċjali tat-Tfal.

(7)  Il-ġlieda kontra l-vjolenza għandha tkun stabbilita fil-kuntest tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kif garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea(5), li tafferma mill-ġdid, inter alia, id-drittijiet għad-dinjità, għall-ugwalanjza u għas-solidarjetà. Tinkludi numru ta" dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni u l-inkoraġġiment ta" l-integrità fiżika u mentali, it-trattament ugwali għall-irġiel u għan-nisa, id-drittijiet tat-tfal u n-non-diskriminazzjoni, kif ukoll il-projbizzjoni ta" trattament inuman jew degradanti, l-iskjavitù u x-xogħol sfurzat, u x-xogħol tat-tfal. Tafferma mill-ġdid li għandu jiġi assigurat livell għoli ta" protezzjoni għal saħħet il-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u ta" l-attivitajiet Komunitarji kollha.

(8)  Il-Parlament Ewropew sejjaħ lill-Kummissjoni biex tfassal u timplimenta programmi ta" azzjoni biex jegħlbu din il-vjolenza, inter alia, fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta" Mejju 2000 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. "Għal aktar azzjonijiet fil-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa'(6), ta" l-20 ta" Settembru 2001 dwar il-mutilazzjoni ta" l-organi ġenitali tan-nisa(7), tas-17 ta' Jannar 2006 dwar strateġiji għal prevenzjoni tat-traffikar ta' nisa u ta' tfal li huma vulnerabbli għall-isfruttar sesswali(8), u tat-2 ta' Frar 2006 dwar is-sitwazzjoni attwali fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u dwar kwalunkwe azzjoni fil-futur(9).

(9)  Il-programm ta" azzjoni Komunitarja (il-programm Daphne) (mill-2000 sa l-2003) dwar miżuri preventivi biex tingħeleb il-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa(10) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 293/2000/KE, għen biex jiżdied l-għarfien ġewwa l-Unjoni Ewropea u tiżdied u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet fl-Istati Membri li huma attivi fil-ġlieda kontra l-vjolenza.

(10)  Il-programm ta" azzjoni Komunitarja (mill-2004 sa l-2008) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u għall-protezzjoni tal-vittmi u l-gruppi li jinsabu f'riskju (il-programm Daphne II)(11)stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE, żviluppa aktar ir-riżultati miksuba diġà mill-programm Daphne; skond l-Artikolu 8(2) tiegħu l-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tara li jkun hemm konsistenza bejn l-approprjazzjonijiet annwali u l-qafas finanzjarju l-ġdid.

(11)  Huwa mixtieq li tkun żgurata l-kontinwità għall-proġetti sostnuti mill-programmi Daphne u Daphne II.

(12)  Huwa importanti u neċessarju li jiġu rikonoxxuti l-implikazzjonijiet serji immedjati u dawk fit-tul tal-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa għas-saħħa fiżika u mentali, għall-iżvilupp psikoloġiku u dak soċjali u għall-opportunitajiet indaqs għal dawk ikkonċernati, għall-individwi, il-familji u l-komunitajiet u l-ispejjeż għolja soċjali u ekonomiċi għas-soċjetà b'mod ġenerali.

(13)  Huwa meħtieġ li jkun rikonoxxut li xi gruppi, b'mod partikulari nisa li jappartjenu għal gruppi ta' minoranza, nisa rifuġjati, nisa emigranti, nisa li jgħixu fil-faqar f'komunitajiet rurali jew remoti, nisa f'istituzzjonijiet jew f'detenzjoni, tfal bniet, nisa lisbjani, nisa b'diżabbiltajiet, u nisa anzjani, huma vulnerabbli għal vjolenza.

(14)  Għandhom jitqiesu mhux biss tfal li huma suġġetti b'mod dirett għal vjolenza iżda wkoll tfal li huma xhieda ta' vjolenza fuq ommijiethom bħala vittmi ta' vjolenza bi qbil ma' dan il-programm.

(15)  Dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza, inkluż il-maltrattament ta' trabi jew l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal, taż-żgħażagħ u tan-nisa u l-protezzjoni tal-vittmi u tal-gruppi li jinsabu f'riskju, l-Unjoni Ewropea ser tagħti valur miżjud lill-azzjonijiet li prinċipalment għandhom jieħdu l-Istati Membri b'dawn il-mezzi li ġejjin: it-tixrid u l-iskambju ta" l-informazzjoni, l-esperjenza u l-prattiki tajba; il-promozzjoni ta" l-strateġija ta" tiġdid; l-inklużjoni ta' mudelli ġodda ta' familji, it-twaqqif konġunt tal-prijoritajiet; l-iżvilupp ta' netwerking, mhux inqas biex jappoġġja lill-vittmi ta' vjolenza sesswali, psikoloġika jew fiżika u lill-gruppi f'riskju; kif jixraq; l-għażla ta' proġetti fi ħdan il-Komunità; u l-motivazzjoni u l-mobilizzazzjoni tal-partijiet kollha konċernati. Dawn l-azzjonijiet għandhom jikkonċernaw ukoll lit-tfal u lin-nisa miġjuba fl-Istati Membri permezz tat-traffikar tal-bnedmin.

(16)  L-objettiv ġenerali tal-miżuri ta' l-Unjoni Ewropea kontra l-vjolenza huwa li jkunu evitati u miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza biex ikun eliminat dan ir-reat kif ukoll il-ksur flagranti tad-drittijiet tal-bniedem b'mod sħiħ. Jinħtieġu miri ċari u kredibbli biex jinkiseb dan l-objettiv.

(17)  Il-Federazzjoni Ewropea għal Tfal Nieqsa u Sfruttati Sesswalment tiġbor fuq livell Ewropew lill-Organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) differenti li jaħdmu dwar il-problema ta" l-għejbien u l-isfruttament sesswali tat-tfal. Il-Federazzjoni tqajjem l-għarfien u tiġġieled kontra l-fenomeni ta" tfal nieqsa jew sfruttati sesswalment billi tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn organizzazzjonijiet Ewropej biex jinstab mod aktar effiċjenti kif tiġi trattata l-problema, tqanqal il-ħolqien ta" ċentru ta" studju Ewropew sabiex jiċċentralizza u janalizza data li għandhom x'jaqsmu ma" dawn il-fenomeni u tippromwovi u twettaq attivitajiet biex titjieb il-qagħda ta" minorenni, vittmi ta" għajbien u/jew abbuż sesswali, u biex tibdel in-normi legali, il-mentalità u l-imġiba fl-Ewropa.

(18)  Il-programm irid jagħti attenzjoni għas-sitwazzjoni tat-tfal fit-toroq - sitwazzjoni li qed issir drammatika peress li t-tfal fit-toroq mhux biss huma vittmi ta' traffikanti ta' droga u ta' persuni, iżda jsofru wkoll abbużi sesswali u vjolenti. Huwa meħtieġ programm li jipprovdi soluzzjonijiet għal problemi soċjali u familjari u jqis il-ħtiġijiet ta' dawn it-tfal biex isseħħ l-integrazzjoni mill-ġdid ta' dawn it-tfal fis-soċjetà.

(19)  In-Network Ewropew ta' Ombudspersons għat-Tfal (ENOC) jgħaqqad l-istituzzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tat-tfal f'24 Stat Membru tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Il-miri tiegħu huma li jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni bl-iktar mod sħiħ possibbli tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tat-Tfal, biex jappoġġja l-lobbying kollettiv għad-drittijiet tat-tfal, biex jaqsam l-informazzjoni, l-approċċi u l-istrateġiji, u biex jippromwovi l-iżvilupp ta' organizzazzjonijiet indipendenti effettivi għat-tfal.

(20)  L-għanijiet ta" l-azzjoni proposta, jiġifieri li tipprevjeni u tikkumbatti l-forom kollha ta" vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u l-prevenzjoni tad-droga u l-informazzjoni dwarha ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa għal skambju ta" informazzjoni fuq livell ta" UE u għat-tixrid ta" prattika tajba fil-Komunità kollha. Dan jista" jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju. Minħabba l-ħtieġa għal strateġija koordinata u multidixxiplinari u minħabba d-daqs jew l-impatt ta" l-inizjattiva, il-Komunità tista" tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(21)  Għandhom ukoll jittieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta" irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jinġabru lura l-fondi mitlufin, imħallsa b'mod żbaljat u użati b'mod mhux korrett.

(22)  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju għal matul il-programm kollu li għandu jkun il-punt ewlieni ta" referenza għall-awtorità tal-baġit fis-sens tal-punt 33 tal-Ftehim Inter istituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina tal-baġit u tmexxija finanzjarja solida, għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali tal-baġit(12).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), minn issa "l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju", u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(14), li jħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, għandhom jiġu applikati, filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-prinċipji tas-sempliċità u tal-konsistenza fl-għażla ta" l-istrumenti għall-baġit, limitazzjoni fuq in-numru tal-każijiet fejn il-Kummissjoni żżomm responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta" riżorsi u l-piż amministrattiv relatat ma" l-użu tagħhom.

(24)  Ir-Regolament Finanzjarju jeħtieġ li jiġi provdut b'att bażiku biex ikopri l-għotjiet operattivi.

(25)  Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(15), il-miżuri għall-implimentazzjoni ta" din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati bl-użu tal-proċedura ta" konsultazzjoni stipulata fl-Artikolu 3 ta" dik id-Deċiżjoni. Dan huwa xieraq minħabba li l-programm m'għandux impatt sinifikanti fuq il-baġit Komunitarju.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Filwaqt li tibni fuq il-politiki u l-objettivi stipulati fil-programmi Daphne u Daphne II, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-programm speċifiku "Il-Ġlieda kontra l-vjolenza (Daphne III)", minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-programm", bħala parti mill-programm ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja", biex jipprovdi liċ-ċittadini Ewropej b'zona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja mingħajr fruntieri interni.

2.  Il-programm għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta" Jannar 2007 sal-31 ta" Diċembru 2013. Il-programm jista' jkun estiż.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-iskopijiet tal-programm, it-terminu 'tfal' ikopri l-etajiet minn 0 sa 18-il sena, bi qbil ma' l-istrumenti internazzjonali dwar id-drittijiet tat-tfal.

2.  Madankollu, proġetti b'azzjonijiet imfassla b'mod partikulari għal gruppi benefiċjarji bħal, pereżempju, "adoloxxenti" (minn 13 sa 19-il sena) jew persuni minn 12 sa 25 sena, għandhom jitqiesu li qed jimmiraw għall-kategorija ta' "persuni żgħażagħ".

Artikolu 3

L-għanijiet ġenerali

1.  Dan il-programm għandu jkollu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

   a) jikkontribwixxi għaż-żamma u għall-iżvilupp ta" żona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja fil-Komunità Ewropea billi jiġġieled u jevita l-vjolenza fuq it- tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u jipproteġi vittmi u gruppi f'riskju;
   b) jipproteġi t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa kontra l-vjolenza u biex jakkwista livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa fiżika u mentali, għal benessri u għall-koeżjoni soċjali.

2.  Bla ħsara għall-għanijiet u s-setgħat tal-Komunità Ewropea, l-għanijiet ġenerali tal-programm għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika komunitarja u b'mod aktar speċifiku, għal dawk relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, b'mod speċjali fir-rigward tat-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, ta' l-ugwaljanza tas-sessi, tal-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, tal-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sessi f'sitwazzjonijiet ta' konflitt, il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali, u l-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili.

Artikolu 4

L-għanijiet speċifiċi

Il-programm għandu jkollu l-għanijet speċifiċi li ġejjin:

  a) jevita u jikkumbatti l-forom kollha ta" vjolenza li jseħħu fil-pubbliku jew fil-privat kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa billi jittieħdu miżuri preventivi u jingħata appoġġ u protezzjoni lill-vittmi u lill-gruppi li jinsabu f'riskju b'dawn il-mezzi li ġejjin:
   - jgħin u jinkoraġġixxi lil NGOs, korpi, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet attivi fil-protezzjoni mill-vjolenza u l-prevenzjoni tagħha, fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa, u jgħin lill-vittmi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew u f'pajjiżi terzi;
   - ikompli jipprovdi servizz ta' helpdesk lil NGOs u lill-organizzazzjonijiet oħrajn biex jgħinhom ifasslu l-proġetti tagħhom u biex jiġu f'kuntatt ma' msieħba oħrajn;
   - jistabbilixxi istituzzjoni ta' riċerka biex tipprovdi linjigwida lill-Kummissjoni dwar il-kuntest politiku, soċjali u kulturali fir-rigward ta' l-għażla tal-proġetti u ta' azzjonijiet kumplimentari. L-istituzzjonii ta' riċerka għandha tinkludi rappreżentanti tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew kif ukoll rappreżentanti ta' l-NGOs ewlenin fil-qasam;
   - jiżviluppa u jimplimenta azzjonijiet li jqajmu għarfien u li huma mmirati lejn udjenzi speċifiċi, pereżempju professjonijiet speċifiċi, sezzjonijiet speċifiċi tal-popolazzjoni u l-awturi tal-vjolenza, biex jitfasslu materjali li jiżdiedu ma" dawk diġà disponibbli, jew inkella jiġu adattati jew użati l-materjali eżistenti f'żoni ġeografiċi oħrajn jew għal gruppi oħrajn li għalihom huma maħsuba dawn l-azzjonijiet;
   - jippromwovi s-Sena Ewropea kontra l-vjolenza fuq in-nisa u biex jappoġġja l-attivitajiet relatati ma' l-avveniment;
   - jieħu miżuri mmirati lejn in-nisa li huma membri ta' komunitajiet speċifiċi f'sens kulturali jew ta' gruppi etniċi ta' minoranza u lejn il-forom speċifiċi ta' vjolenza li dawn in-nisa jiltaqgħu magħhom;
   - jiżviluppa u jimplimenta azzjonijiet biex jintegra mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali lil vittmi tal-vjolenza;
   - iwettaq riċerka dwar il-kawżi u s-sitwazzjoni attwali tat-traffikar ta' nisa u tfal għall-iskopijiet ta' sfruttar sesswali, u biex iwettaq kampanji effettivi ta' tagħrif għal pubbliku dwar dan is-suġġett;
   - jibni fuq l-objettivi u l-azzjonijiet speċifiċi taż-żewġ programmi Daphne u jxerred ir-riżultati miksuba taħthom, inkluż l-adattament, it-trasferiment u l-użu tagħhom minn benefiċjarji oħrajn jew f'żoni ġeografiċi oħrajn;
   - jidentifika u jtejjeb l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-trattament pożittiv u għall-integrazzjoni mill-ġdid ta' tfal, żgħażagħ u nisa li huma vittmi ta' vjolenza u/jew huma f'riskju minn vjolenza, jiġifieri li jinkoraġġixxi rispett għalihom u jippromwovi l-benesseri u l-iżvilupp tal-personalità tagħhom;
   - iħejji u jwettaq azzjonijiet imfassla speċifikament għal gruppi f'riskju biex ikun evitat l-abbuż fuq it-trabi ġodda;
   - jitfasslu u jitwettqu azzjonijiet iddisinjati b'mod speċifiku għal gruppi fir-riskju, per eżempju t-tfal fit-toroq;
   - jiffoka l-appoġġ b'mod partikulari fuq il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' nisa emigranti;
  b) li jippromwovi azzjonijiet li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali biex:
   - jiġu stabbiliti netwerks multidixxiplinari, b'mod partikulari biex jappoġġjaw vittmi ta' vjolenza fuq it-tfal, żgħażagħ u nisa u vittmi tat-traffikar ta' persuni;
   - jiġu assigurati t-tkabbir tal-bażi ta" għarfien, l-iskambju ta" informazzjoni u l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-prattika tajba, inkluż permezz ta" taħriġ, żjarat ta" studju u skambju ta" impjegati;
   - jipprovdi edukazzjoni u taħriġ xieraq għal professjonisti responsabbli mill-irreġistrar ta' inċidenti u ta' data relatati mal-vjolenza domestika biex każi bħal dawn ikunu rikonoxxuti aktar malajr;
   - jitqajjem għarfien dwar il-vjolenza fil-forom kollha tagħha fost udjenzi partikulari, bħal awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, professjonisti, u sezzjonijiet tal-popolazzjoni, biex tiġi mifhuma aħjar, tiġi promossa l-adozzjoni ta" l-ebda tolleranza għall-vjolenza u jiġi inkoraġġit l-appoġġ lill-vittmi u r-rappurtar tal-vjolenza lill-awtoritajiet kompetenti;
   - jiġu studjati l-fenomeni relatati mal-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa u l-mezzi possibbli biex jiġu evitati, biex jiġu esplorati, evitati u indirizzati l-kawżi fl-għerq tal-vjolenza fuq il-livelli kollha tas-soċjetà.

Artikolu 5

L-Azzjonijiet

Sabiex jimxi fuq l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, il-programm jagħti appoġġ għat-tipi ta" azzjonijiet li ġejjin:

   a) · l-azzjonijiet speċifiċi meħuda mill-Kummissjoni, bħal studji u riċerka, stħarrig ta" l-opinjoni pubblika u surveys, tfassil ta" indikaturi u metodoloġiji komuni, ġbir, żvilupp u tixrid ta" data u statistiċi, seminars, konferenzi u laqgħat ta" l-esperti, organizzazzjoni ta" kampanji u avvenimenti pubbliċi, żvilupp u manutenzjoni ta" siti fuq l-internet, preparazzjoni u tixrid ta" materjali ta" informazzjoni (inklużi applikazzjonijiet ta' l-IT u riżorsi għat-taħriġ), appoġġ lil u animazzjoni ta" netwerks ta" esperti nazzjonali, attivitajiet ta" analiżi, sorveljanza u valutazzjoni; jew
   a) proġetti speċifiċi transnazzjonali li huma ta" interess Komunitarju ppreżentati minn għallinqas tliet Stati, li għallinqas tnejn minnhom iridu jkunu Stati Membri, possibilment bil-koperazzjoni ta" pajjiżi assoċjati jew kandidati, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-programmi ta" ħidma annwali; jew
   b) appoġġ għall-attivitajiet ta" NGOs jew entitajiet oħrajn li għandhom għan ta" interess ġenerali Ewropew dwar l-għanijiet ġenerali tal-programm taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-programmi ta" ħidma annwali; jew
   c) għotja operattiva biex tiġi kofinanzjata n-nefqa marbuta mal-programm ta" ħidma permanenti tal-Federazzjoni Ewropea tat-Tfal Nieqsa jew Sfruttati Sesswalment, ENOC u ta' organizzazzjonijiet oħra li jiġġieldu kontra l-ħtif tat-tfal u l-pedofilija, li għandhom għan ta" interess ġenerali Ewropew fil-qasam tad-drittijiet u tal-protezzjoni tat-tfal; jew
   e) appoġġ għat-talba u għat-twaqqif ta' helpline għat-tfal fuq livell Ewropew, li għandu jkun numru tat-telefown wieħed bla ħlas għat-tfal.

Artikolu 6

Il-parteċipazzjoni

Dawn il-pajjiżi li ġejjin, minn issa "l quddiem imsejħa "pajjiżi parteċipanti", jistgħu jieħdu sehem fl-azzjonijiet tal-programm:

   a) l-Istati ta" l-EFTA li huma parti mill-Ftehim taż-ŻEE, skond id-dispożizzjonijiet ta" dak il-Ftehim;
   b) il-pajjiżi kandidati assoċjati ma" l-UE, kif ukoll il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent inklużi fil-proċess ta" stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta" l-assoċjazzjoni jew fil-protokolli addizzjonali tagħhom dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi Komunitarji konklużi jew li ser jiġu konklużi ma" dawk il-pajjiżi;

Il-proġetti jistgħu jassoċjaw magħhom lill-pajjiżi kandidati li mhux qed jieħdu sehem il-programm, fejn dan jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tagħhom għall-adeżjoni, jew pajjiżi terzi oħrajn li mhux qed jieħdu sehem fil-programm, fejn dan iservi għall-għanijiet tal-proġetti, b'mod partikolari, pajjiżi ta" l-Ewropa tal-Lvant u ta" l-Asja Ċentrali skond il-Ftehimiet ta" Sħubija u ta" Koperazzjoni rispettivi, pajjiżi ta' l-ACP u pajjiżi tal-Mediterran fil-qafas tal-ftehimiet rispettivi.

Il-Kummissjoni għandha timmira biex tiżgura l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kollha li għalihom il-programm hu miftuħ u li tinkoraġġixxi b'mod partikolari lil NGOs, speċjalment lil gruppi indipendenti, biex jipparteċipaw fih.

Artikolu 7

Il-gruppi mmirati

1.  Il-gruppi speċifiċi li għalihom huma mmirati l-ħidmiet fil-programm ser ikunu dawk kollha li direttament jew indirettament għandhom x'jaqsmu mal-vjolenza fil-forom kollha tagħha u mat-traffikar tal-persuni.

2.  Il-gruppi ewlenin li għalihom hu maħsub il-programm huma l-vittmi tal-vjolenza u l-gruppi f'riskju mill-vjolenza, speċjalment it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa. Gruppi oħrajn li għalihom huwa maħsub il-programm huma, inter alia, għalliema u impjegati fl-edukazzjoni, ħaddiema soċjali, awtoritajiet lokali u nazzjonali, impjegati mediċi u paramediċi, impjegati ġudizzjarji, NGOs, trade unions u komunitajiet reliġjużi. Hu wkoll rilevanti li jkunu kkunsidrati programmi ta' trattament għal vittmi, minn naħa waħda, u dawk li jwettqu l-vjolenza minn naħa l-oħra, bil-hsieb li l-vjolenza tkun evitata.

Artikolu 8

L-aċċess għall-programm

L-aċċess għall-programm għandu jkun miftuħ għal organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet pubbliċi jew privati (awtoritajiet lokali fuq livell kompetenti, dipartimenti ta" l-università u ċentri ta" riċerka u ġurnalisti u l-midja) li jaħdmu biex jevitaw u jegħlbu l-vjolenza fuq it-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa jew biex jipproteġu minn din il-vjolenza jew biex jagħtu appoġġ lill-vittmi jew jimplimentaw azzjonijiet maħsuba biex jippromwovu ċ-ċaħda ta" din il-vjolenza jew iħeġġu tibdil fl-attitudni u fl-imġieba lejn il-gruppi vulnerabbli u l-vittmi tal-vjolenza.

Artikolu 9

It-tipi ta" intervent

1.  L-għoti ta" fondi mill-Komunità jista" jieħu l-forom legali li ġejjin:

   għotjiet,
   kuntratti ta" akkwist pubbliku.

2.  L-għotjiet Komunitarji għandhom jingħataw wara sejħiet għal proposti, ħlief f'każijiet urġenti eċċezzjonali sostanzjati kif inhu xieraq jew fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju ma jħallu l-ebda għażla oħra ħlief għal azzjoni partikolari, u għandhom jingħataw permezz ta" għotjiet operattivi u għotjiet għall-azzjonijiet. Ir-rata massima tal-kofinanzjament għandha tiġi speċifikata fil-programmi ta" ħidma annwali.

3.  Barra minn hekk, hija prevista nefqa għall-miżuri li jakkumpanjaw, permezz ta" kuntratti ta" l-akkwist pubbliku, f'liema każ il-fondi Komunitarji se jkopru x-xiri ta" servizzi u prodotti. Dan ikopri, inter alia, infiq fuq informazzjoni u komunikazzjoni, preparazzjoni, implimentazzjoni, sorveljanza, verifika u valutazzjoni ta" proġetti, politika, programmi u leġiżlazzjoni.

Artikolu 10

Il-miżuri ta" implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-għajnuna Komunitarja skond ir-Regolament Finanzjarju.

2.   Biex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti ta" l-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3, tadotta programm ta" ħidma annwali li jispeċifika l-għanijiet speċifiċi, il-prijoritajiet tematiċi, deskrizzjoni tal-miżuri li jakkumpanjaw iddikjarati fl-Artikolu 9 u, jekk meħtieġ, lista ta" azzjonijiet oħrajn.

3.  Il-programm ta" ħidma annwali ser ikun adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2).

4.  Il-proċeduri ta" evalwazzjoni u għotjiet relatati ma" għotjiet lil azzjonijiet għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni, fost l-oħrajn, dawn il-kriterji li ġejjin:

   a) il-konformità mal-programm ta" ħidma annwali, l-għanijiet ġenerali kif speċifikati fl-Artikolu 3 u l-miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikati fl-Artikoli 4 u 5;
   b) il-kwalità ta" l-azzjoni proposta f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidu, l-organizzazzjoni, il-preżentazzjoni u r-riżultati mistennija;
   c) l-ammont mitlub għall-finanzjament Komunitarju u kemm dan huwa xieraq meta jitqiesu r-riżultati mistennija;
   d) l-impatt tar-riżultati mistennija fuq l-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 3 u fuq il-miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikat fl-Artikoli 4 u 5.

5.  L-applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi, imsemmija fl-Artikolu 5(c) u (d), għandhom jiġu evalwati fid-dawl ta" dawn:

   il-konsistenza ma" l-għanijiet tal-programm;
   il-kwalità ta" l-attivitajiet ippjanati;
   l-effett multiplikatur possibbli ta" dawn l-attivitajiet fuq il-pubbliku;
   l-impatt ġeografiku ta" l-attivitajiet imwettqa;
   l-involviment taċ-ċittadini fl-organizzazzjoni tal-korpi konċernati;
   il-proporzjon ta' l-għotja mqabbla mal-benefiċċji mistennija mill-attività proposta.

6.  Skond l-Artikolu 113 (2) tar-Regolament Finanzjarju, il-prinċipju ta" tnaqqis gradwali m'għandux japplika għall-għotja ta" ħidma mogħtija lill-Federazzjoni Ewropea għal Tfal Nieqsa jew Sfruttati Sesswalment, ENOC u organizzazzjonijiet oħra li jiġġieldu kontra l-ħtif tat-tfal u l-pedofilija, minħabba li dawn għandhom għan ta" interess ġenerali Ewropew fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal u l-protezzjoni tagħhom.

Artikolu 11

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat li jkollu rappreżentazzjoni bilanċjata tas-sessi, magħmul mir-rappreżentanti ta" l-Istati Membri u mmexxi mir-rappreżentant tal-Kummissjoni, minn issa "l quddiem imsejjaħ il-"Kumitat".

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

4.  Il-Kummissjoni tista" tistieden rappreżentanti mill-pajjiżi parteċipanti għal laqgħat ta" informazzjoni wara l-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 12

Il-komplementarjetà

1.  Sinerġiji u komplementarjetà ma" strumenti oħrajn Komunitarji ser jigu mfittxija, b'mod partikolari mal-programmi ġenerali "Is-Sigurtà u l-Ħarsien tal-Libertajiet" u "s-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi tal-Migrazzjoni", is-seba" Programm ta" Qafas tar-Riċerka u l-Iżvilupp kif ukoll il-programmi fuq il-protezzjoni tas-saħħa u "Internet Dejjem Aktar Sigur" ("Safer Internet Plus"). Ser tkun ukoll imfittxija l-komplementarjetà ma" l-Istitut futur għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiżgura li l-attivitajiet tal-programm Daphne III jkunu mmirati b'mod iktar effettiv lejn gruppi f'riskju. L-element statistiku ta" l-informazzjoni dwar il-vjolenza ser jiġi żviluppat b'kollaborazzjoni ma" l-Istati Membri, bl-użu kif meħtieġ tal-Programm Statistiku Komunitarju.

2.  Il-programm jista" jaqsam ir-riżorsi ma" strumenti oħrajn Komunitarji, b'mod partikolari l-programmi ġenerali "Is-Sigurtà u l-Ħarsien tal-Libertajiet", "Is-Solidarjetà u l-Amministrazzjoni tal-Flussi tal-Migrazzjoni" u s-seba" Programm ta" qafas tar-Riċerka u l-Iżvilupp sabiex jimplimenta l-azzjonijiet li jilħqu l-għanijiet tal-programmi kollha.

3.  L-operazzjonijiet iffinanzjati skond din id-Deċiżjoni m'għandhomx jirċievu assistenza għall-istess skop minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Komunità. Il-benefiċjarji ta" din id-Deċiżjoni għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-fondi li jirċievu mill-baġit tal-Komunità u minn għejun oħrajn, kif ukoll bl-informazzjoni dwar applikazzjonijiet kurrenti għall-fondi.

Artikolu 13

Ir-Riżorsi Baġitarji

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta" dan il-programm hu ffissat għal EUR 125 miljun għall-perjodu imsemmi fl-Artiklu 1.

2.  Ir-riżorsi tal-baġit imqassma għall-azzjonijiet stipulati fil-programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet ta" kull sena tal-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 14

Monitoraġġ

1.  Għal kwalunkwe azzjoni ffinanzjata mill-programm, il-benefiċjarju għandu jressaq rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tax-xogħol. Għandu jitressaq ukoll rapport finali fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta" l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-forma u l-kontenut tar-rapporti.

2.  Bla ħsara għall-verifiki mwettqa mill-Qorti ta" l-Awdituri flimkien mal-korpi jew id-dipartimenti nazzjonali tal-verifika kompetenti skond l-Artikolu 248 tat-Trattat, jew kwalunkwe ispezzjoni mwettqa skond l-Artikolu 279(c) tat-Trattat, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifika fuq il-post, inklużi verifiki kampjuni, fuq azzjonijiet ffinanzjati taħt il-programm.

3.  Il-kuntratti u l-ftehim li jirriżultaw minn din id-Deċiżjoni għandhom jipprovdu b'mod partikolari għas-sorveljanza u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), jekk meħtieġ fuq il-post, u verifiki mill-Qorti ta" l-Awdituri.

4.  Għal ħames snin wara l-aħħar pagament għal kwalunkwe azzjoni, il-benefiċjarju ta" l-assistenza finanzjarja għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta" appoġġ dwar in-nefqa fuq l-azzjoni.

5.  Fuq il-bażi tar-riżultati tar-rapporti u l-verifiki kampjuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, taġġusta l-iskala jew il-kundizzjonijiet ta" l-allokazzjoni ta" l-għajnuna finanzjarja, oriġinarjament approvata, kif ukoll l-iskeda ta" meta jsiru l-ħlasijiet.

6.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass ieħor meħtieġ biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati qed jitwettqu kif suppost u skond id-dispożizzjonijiet ta" din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 15

Il-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunità

1.  Il-Kummissjoni għandha tassigura li, meta l-azzjonijiet ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti bl-applikazzjoni ta" miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività oħra illegali, permezz ta" verifiki effettivi u bil-ġbir lura ta" l-ammonti mħallsa żejda u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej(16), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar verifiki fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikunu protetti kontra l-frodi u irregolaritajiet oħrajn(17) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(18).

2.  Għall-azzjonijiet Komunitarji iffinanzjati taħt il-programm, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta" dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja, inkluż ksur ta' l-obbligu kuntrattwali stipulat fuq il-bażi tal-programm, li jirriżulta minn att jew nuqqas ta" operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati mill-Komunitajiet Ewropej, b'nefqa mhux iġġustifikata.

3.  Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tiġbor lura l-ammont ta" għajnuna finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk issib irregolaritajiet, inkluż nuqqas ta" konformità mad-dispożizzjonijiet ta" din id-Deċiżjoni jew id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt jew il-ftehim li jagħtu l-appoġġ finanzjarju konċernat, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun għaddiet minn tibdil li jmur kontra n-natura jew il-kundizzjonijiet ta" l-implimentazzjoni tal-proġett.

4.  Jekk it-termini ta" żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-għajnuna finanzjarja mqassma hija ġġustifikata mill-progress li sar bl-implimentazzjoni ta" azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju biex iressaq osservazzjonijiet f'perjodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix risposta sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista" tħassar l-għajnuna finanzjarja li jifdal u titlob il-ħlas lura tas-somom diġà mħallsa.

5.  Kwalunkwe ħlas żejjed għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni. Għandhom jiżdiedu l-interessi ma" kwalunkwe somma mhux imħallsa lura f'waqtha skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 16

Evalwazzjoni

1.  Il-programm għandu jiġi mmonitorjat b'mod regolari sabiex tkun segwita l-implimentazzjoni ta" l-attivitajiet imwettqin taħtu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tassigura l-evalwazzjoni regolari, indipendenti, u esterna tal-programm.

3.  Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

   a) rapport interim ta" evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta" l-implimentazzjoni tal-programm, mhux aktar tard mill-31 ta" Marzu 2010, flimkien ma" lista tal-proġetti sussidjati u l-miżuri;
   b) komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-programm, mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2011;
   c) rapport ta" evalwazzjoni ex post dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2014.

Artikolu 17

Pubblikazzjoni tal-proġetti

Il-Kummissjoni, flimkien ma" l-Istati Membri, ser tippubblika kull sena lista tal-proġetti ffinanzjati taħt il-programm flimkien ma" deskrizzjoni qasira ta" kull proġett.

Artikolu 18

Miżuri transitorji

Id-Deċiżjoni Nru 803/2004/KE hija mħassra.

L-azzjonijiet mibdija qabel il-31 ta" Diċembru 2006 skond dik id-Deċiżjoni jkomplu jkunu rregolati minnha sakemm jitlestew. Il-Kumitat stipulat fl-Artikolu 7 tagħha għandu jiġi sostitwit minn dak stipulat fl-Artikolu 11 ta" din id-Deċiżjoni.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mill-1 ta" Jannar 2007.

Magħmula fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 69, 21.3.2006, p. 1.
(3) ĠU C 192, 16.8.2006, p. 25.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2006.
(5) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(6) ĠU C 59, 23.2.2001, p. 307.
(7) ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 126.
(8) Għadha mhix pubblikata fil-ĠU.
(9) Għadha mhix pubblikata fil-ĠU.
(10) ĠU L 34, 9.2.2000, p. 1.
(11) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 1.
(12) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).
(15) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(16) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(17) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(18) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.


Taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri *
PDF 538kWORD 100k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri (COM(2005)0261 – C6-0272/2005 – 2005/0130(CNS))
P6_TA(2006)0334A6-0240/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0261)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0272/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0240/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta skond dan, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni skond id-Dikjarazzjoni Konġunta ta" l-4 ta" Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 30
Premessa 1
(1)  It-tassazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri tista" tkun għodda komplementari importanti li tappoġġa għanijiet ambjentali, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet tal-gass ta" l-effett serra u għalhekk ikun adattat li jiġi introdott element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju fit-taxxa bażi kemm tat-taxxi ta" reġistrazzjoni u kif ukoll tat-taxxi annwali taċ-ċirkolazzjoni. Minkejja dan, sabiex jagħtu kontribut sabiex jintlaħqu l-impenji li ħadu l-Komunità u l-Istati Membri taħt il-protokoll ta" Kyoto, l-elementi proposti li huma relatati direttament ma" l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, għandhom jiddaħħlu fit-taxxa bażi tat-taxxi relatati mal-passiġġieri applikati matul il-perjodu ta" impenn 2008-2012. Minħabba li l-għan strateġiku tal-Komunità li jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi tal-passiġġieri jeħtieġ li jintlaħaq sa, l-aktar tard, is-sena 2010 huwa adattat li l-element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju jkun apllikat b'mod sħiħ sal-31 ta" Diċembru 2010.
(1)  It-tassazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri tista" tkun għodda komplementari importanti li tappoġġa għanijiet ambjentali, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet tal-gassijiet ta" l-effett serra u għalhekk ikun xieraq li jiġi introdott element ibbażat fuq is-sustanzi li jniġġsu u l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil fit-taxxa bażi kemm tat-taxxi ta" reġistrazzjoni u kif ukoll tat-taxxi annwali taċ-ċirkolazzjoni. Madanakollu, sabiex jagħtu kontribut sabiex jintlaħqu l-impenji li ħadu l-Komunità u l-Istati Membri taħt il-protokoll ta" Kyoto, l-elementi proposti li huma relatati direttament ma" l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, għandhom jiddaħħlu fit-taxxa bażi tat-taxxi relatati mal-passiġġieri applikati matul il-perjodu ta" impenn 2008-2012. Minħabba li l-għan strateġiku tal-Komunità li jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi tal-passiġġieri jeħtieġ li jintlaħaq sa, l-aktar tard, is-sena 2010 huwa adattat li l-element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju jkun apllikat b'mod sħiħ sal-31 ta" Diċembru 2010.
Emenda 2
Premessa 2
(2)  It-tielet pilastru ta" l-istrateġija tal-Komunità għat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi tal-passiġġieri u għat-titjib ta" l-ekonomija tal-karburant, imħaddan mill-Kunsill fl-1996, huwa magħmul minn miżuri fiskali u huwa l-uniku pilastru li għad jonqos li jkun implimentat fil-livell ta" Komunità.
(2)  It-tielet pilastru ta" l-istrateġija tal-Komunità għat-tnaqqis ta" emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu mill-karozzi tal-passiġġieri u għat-titjib ta" l-ekonomija tal-karburant, imħaddan mill-Kunsill fl-1996, huwa magħmul minn miżuri fiskali u huwa l-uniku pilastru li għad jonqos li jkun implimentat fil-livell ta" Komunità.
Emenda 3
Premessa 3
(3)  L-Istati membri għandhom ikunu mħeġġa li japplikaw inċentiv fiskali kkoordinat għal karozzi tal-passiġġieri li josservaw il-limit aktar stretti ta' emissjoni minn dawk li saru mandatorji taħt id-Direttiva 98/69/KE (Euro 4), li tirrelata ma" miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn emissjonijiet minn vetturi motorizzatti u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE, li tħaffef it-tqegħid fis-suq ta" karozzi tal-passiġġieri jew tagħmir tal-karozzi li jissodisfaw kondizzjonijiet mitluba futuri li għandhom jiġu adottati fil-livell ta" Komunità (Euro 5).
(3)  L-Istati membri għandhom ikunu mħeġġa li japplikaw inċentiv fiskali kkoordinat għal karozzi tal-passiġġieri li josservaw il-limiti aktar stretti ta' emissjoni minn dawk li saru mandatorji skond id-Direttiva 98/69/KE (Euro 4), dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE, li tħaffef it-tqegħid fis-suq ta" karozzi tal-passiġġieri li jissodisfaw kondizzjonijiet mitluba futuri li għandhom jiġu adottati fil-livell ta" Komunità (Euro 5). Flimkien ma" l-element bbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju introdott b'din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu tassazzjoni differenzjata bbażata fuq emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu u l-klassifikazzjonijiet ta' l-Euro fis-sistemi nazzjonali tagħhom ta' tassazzjoni ta' vetturi bil-mutur.
Emenda 4
Premessa 3 a (ġdida)
(3a) L-Istati Membri huma mħeġġa bis-sħiħ biex ma jimponux tassazzjoni doppja fil-każ ta" taxxi ta' reġistrazzjoni ta" vetturi tal-passiġġieri; għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lill-każ ta" ċittadini ta" l-UE li jirritornaw lejn il-pajjiż ta" l-oriġini tagħhom wara li jgħaddu iżjed minn sentejn fi Stat Membru ieħor.
Emenda 5
Premessa 3 b (ġdida)
(3b) L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa wkoll biex japplikaw inċentivi fiskali kkoordinati għal vetturi tal-passiġġieri sabiex iħeffu t-tqegħid fis-suq ta" vetturi tal-passiġġieri u tagħmir ta" vetturi li jissodisfaw r-rekwiżiti ta" l-iffrankar ta" l-enerġija u ta" l-effiċjenza ta" l-enerġija, sew jekk is-sors ta" l-enerġija użat huwa karburant fossili, bħal petrol, diżil, jew LPG, karburant alternattiv, bħall-bijokarburant, gass naturali, jew idroġenu, jew enerġija elettrika, inklużi magni ibridi.
Emenda 6
Premessa 3 c (ġdida)
(3c)L-Istati Membri għandhom ikollhom l-opportunità, flimkien ma" l-element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju, li jkomplu jagħmlu divrenzjar bejn il-kategoriji ta" sustanzi li jniġġsu skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta" l-20 ta" Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma" miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta" l-arja b'emissjonijiet minn vetturi b'mutur positive-ignition1 (normi Euro) bħala l-bażi għall-kalkoli tat-taxxa ta' ċirkolazzjoni u tat-taxxa ta' reġistrazzjoni annwali.
________________
1 ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE (ĠU L 206, 15.8.2003, p. 29).
Emenda 7
Premessa 4
(4)  Għandu jkun possibbli għal dan it-tip ta" miżuri fiskali li jieħdu l-forma ta" divrenzjar tat-taxxa tat-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri, applikati fuq bażi ta' l-ammont imsarraf fi grammi ta' dijossidu tal-karbonju li joħroġ f'kull kilometru minn kull karozza partikolari.
(4)  Għandu jkun possibbli għal dan it-tip ta" miżuri fiskali li jieħdu l-forma ta" divrenzjar tat-taxxa tat-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri, applikati fuq bażi ta" l-emissjonijiet ta" sustanzi li jniġġsu fil-forma ta" ossidi tan-nitroġenu u partikuli ta" ġmid minn kull karozza partikolari kif ukoll l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju tagħhom, imkejla fi grammi għal kull kilometru, u l-konsum tal-karburant tagħhom, ikkalkulat f'litri għal kull 100 kilometru skond il-parametri stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/100/KE tal-15 ta" Diċembru 1999 li taddatta ghall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE li tirrigwardja l-emissjoniet ta' carbon dioxide u l-konsum ta' karburanti minn vetturi bil-mutur1.
________
ĠU L 334, 28.12.1999, p. 36
Emenda 9
Premessa 5 a (ġdida)
(5a) Id-divrenzjar tat-taxxa stabbilita fl-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandha tiġi kkunsidrata fir-reviżjoni, li għandha sseħħ, tad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta" Diċembru 1999 dwar id-disponibbiltà ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda1 sabiex tkun żgurata il-provista ta" tagħrif konsistenti għal sidien ta" karozzi prospettivi.
___
1 ĠU L 12, tat-18.1.2000, p. 16. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
Emenda 10
Premessa 6
(6)  Fis-suq intern, l-ostakli tat-taxxa għaċ-ċaqliq ħieles ta" persuni u tal-propjetà personali tagħhom, inklużi karozzi tal-passiġġieri, għandhom jitneħħew. Id-Direttiva preżenti timmira li tneħħi dan it-tip ta' ostakli billi jkunu strutturati mill-ġdid it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri applikati mill-Istati Membri, mingħajr ma torbothom li jintroduċu xi taxxi ġodda.
(6)  Fis-suq intern, l-ostakli tat-taxxa għaċ-ċaqliq ħieles ta" persuni u tal-propjetà personali tagħhom, inklużi karozzi tal-passiġġieri, għandhom jitneħħew. Id-Direttiva preżenti timmira li tneħħi dan it-tip ta' ostakli billi jkunu strutturati mill-ġdid it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri applikati mill-Istati Membri, mingħajr ma torbothom li jintroduċu xi taxxi ġodda u, skond il-prinċipju tan-newtralità tal-baġit.
Emenda 12
Premessa 8 a (ġdida)
(8a) It-tneħħija tat-taxxi tar-reġistrazzjoni għandha effett tajjeb fuq is-sikurezza tat-toroq u l-ambjent peress li twassal għal tiġdid iżjed mgħaġġel tal-flotta tal-karozzi. It-tnaqqis fl-ispiża tax-xiri huwa inċentiv biex jitbiddlu vetturi qodma b'vetturi li huma iżjed sikuri, iniġġsu inqas, u li għandhom effiċjenza tal-karburant akbar. Il-prinċipju li l-użu u l-impatt ambjentali ta" vettura jkunu ntaxxati huwa konformi mal-prinċipju fundamentali tal-politika ambjentali tal-Komunità li teħtieġ li min iniġġes ikun responsabbli għall-ispejjeż tal-ħsara ambjentali.
Emenda 13
Premessa 10
(10)  Huwa adattat li fejn huma applikabbli, is-sistemi ta" rimbors kemm għat-taxxi ta" reġistrazzjoni kif ukoll għat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni, jiddaħħlu mingħajr dewmien, sabiex jevitaw distorsjonijiet u trattament differenti tat-taxxa tal-karozzi tal-passiġġieri.
(10)  Huwa xieraq li fejn huma applikabbli, is-sistemi ta" rimbors kemm għat-taxxi ta" reġistrazzjoni kif ukoll għat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni, jiddaħħlu mingħajr dewmien, sabiex jevitaw distorsjonijiet u trattament differenti tat-taxxa tal-karozzi tal-passiġġieri. L-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati mal-ħlas ta" taxxi tar-reġistrazzjoni għandhom jitnaqqsu billi jiġu stabbiliti soluzzjonijiet one-stop online li jipprovdu servizzi ta" kalkoli, rimborsi u ħlas ta" taxxi tar-reġistrazzjoni ta" karozzi meta wieħed jiċċaqqlaq minn Stat Membru għal ieħor.
Emenda 40
Premessa 11 a (ġdida)
(11a) Fl-interess li jiġu ppreservati vetturi antiki klassiċi u qodma, m'hemm xejn f'din id-Direttiva li għandu jneħħi d-dritt ta' l-Istati Membri milli jeżentaw vetturi b'eżistenza ta' mill-inqas 20 sena mit-taxxi taċ-ċirkolazzjoni.
Emenda 14
Premessa 13 a (ġdida)
(13a)Meta titqies il-koperazzjoni mill-qrib bejn bosta Stati Membri fuq naħa waħda u l-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u ta" l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (pajjiżi taż-ŻEE-EFTA) fuq in-naħa l-oħra, u sabiex ikun żgurat livell ogħla ta" koperazjoni, speċjalment fil-qasam tal-protezzjoni ta" l-ambjent, huwa rakkomandat illi d-dispożizzjonijiet rispettivi jiġu estiżi għall-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA in kwistjoni.
Emenda 15
Premessa 14
Minħabba li l-għanijiet li jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern fil-qasam tal-karozzi tal-passiġġieri, kif ukoll minħabba l-użu li rnexxa ta" miżuri fiskali għall-implimentazzjoni ta" l-istrateġija tal-Komunità li tnaqqas emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-karozzi tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali u għalehkk, minħabba raġuni ta" l-iskala jew l-effetti ta" l-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell ta" Komunità, il-Komunità tista" tadotta dawn il-miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidrajetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet,
Minħabba li l-obbjettivi li jittejjeb it-tħaddim tas-suq intern fil-qasam tal-karozzi tal-passiġġieri, kif ukoll minħabba l-użu li rnexxa ta" miżuri fiskali għall-implimentazzjoni ta" l-istrateġija tal-Komunità li tnaqqas emissjonijiet li jniġġsu mill-karozzi tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali u għalehkk, minħabba raġuni ta" l-iskala jew l-effetti ta" l-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell ta" Komunità, il-Komunità tista" tadotta dawn il-miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-obbjettivi,
Emenda 16
Artikolu 1, paragrafu 1
Din id-Direttiva tistipula regoli għall-kalkoli tat-taxxi fuq il-karozzi tal-passiġġieri, fuq il-bażi ta" l-emissjonijiet tagħhom tad-dijossidu tal-karbonju.
Din id-Direttiva tistipula r-regoli għall-kalkoli tat-taxxi fuq il-karozzi tal-passiġġieri, fuq il-bażi ta l-emissjonijiet li jniġġsu tagħhom bħad-dijossidu tal-karbonju.
Emenda 17
Artikolu 4, titolu
Divrenzjar b'referenza għall-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju
Divrenzjar b'referenza għall-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu
Emenda 20
Artikolu 5, paragrafu 1, sub paragrafu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta studju dwar il-piż li għandu jingħata lil fatturi possibbli oħrajn fit-twaqqif ta" bażi ta" taxxa għal taxxa ta" karozzi tal-passiġġieri, sal-31 ta" Diċembru 2006.
Emenda 21
Artikolu 5, paragrafu 2
2.  Sal-31 ta" Diċembru 2010 l-introjtu totali tat-taxxa mill-element ibbażat fuq id-dijossidu tal-karbonju tat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni jrid irendi mill-anqas għall-ħamsin fil-mija ta" l-introjtu totali minn dawn it-taxxi.
2.  Sal-31 ta" Diċembru 2010 l-introjtu totali tat-taxxa mill-element tat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni bbażat fuq l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu jrid irendi mill-anqas għall-ħamsin fil-mija ta" l-introjtu totali minn dawn it-taxxi.
Emenda 22
Artikolu 9, paragrafu 1 a (ġdid)
Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-transazzjoni assoċjati mal-ħlas u r-rimbors ta" taxxi ta" reġistrazzjoni, l-Istati Membri , taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni, għandhom iwaqqfu soluzzjoni online, one-stop konġunta għall-kalkolu, ir-rimbors u l-ħlas ta" taxxi tar-reġistrazzjoni ta" karozzi disponibbli għar-residenti ta" l-UE li jmorru minn Stat Membru għal ieħor.
Emenda 23
Artikolu 10, paragrafu 2
2.  Sabiex ikun iddeterminat il-valur residwu ta" karozza tal-passiġġieri għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi differenti, bħal valutazzjonijiet, eżaminazzjonijiet esperti jew l-użu ta" skali fissi.
2.  Sabiex ikun iddeterminat il-valur residwu ta" karozza tal-passiġġieri għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi differenti, bħal evalwazzjonijiet, eżamijiet esperti jew l-użu ta" skali fissi. Persuni interessati, inklużi organizzazzjonijiet ta' konsumaturi, għandhom jiġu involuti bi sħiħ u regolarment fi proċess li għandu jkun kompletament trasparenti.
Emenda 24
Artikolu 10, paragrafu 3, punt (a)
(a) l-iskali huma stabbiliti fuq il-bażi ta" kriterji ġenerali u oġġettivi, li għandhom ikunu stipulati;
(a) l-iskali huma stabbiliti fuq il-bażi ta" kriterji ġenerali u oġġettivi, li għandhom ikunu stipulati, jiġu ippubblikati kif xieraq u aġġornati regolarment;
Emenda 25
Artikolu 13
Sal-31 ta' Diċembru 2015 fejn it-taxxi ta' reġistrazzjoni ġew miżmuma, id-divrenzjar tat-taxxa irid ikun applikat, abbażi tan-numru ta" grammi ta" dijossidu tal-karbonju li joħroġ f'kull kilometru minn kull karozza partikolari tal-passiġġieri.
Sal-31 ta" Diċembru 2015, fejn it-taxxi tar-reġistrazzjoni ġew miżmuma, id-divrenzjar progressiv gradwat tat-taxxa jrid ikun applikat għal kull karozza tal-passiġġieri individwali abbażi ta" l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u ta' sustanzi li jniġġsu tagħha, li jitkejlu fi grammi għal kull kilometru, u l-konsum tal-karburant tagħha, ikkalkulat f'litri għal kull 100 kilometru skond il-parametri stipulati fid-Direttiva 1999/100/KE.
Emenda 28
Artikolu 15
L-Istati Membri jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-taxxa bażi u l-livelli tat-taxxa tat-taxxi ta" reġistrazzjoni u tat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni kif applikati mill-1 ta" Jannar ta" kull sena, u wara kull bidla fil-liġi nazzjonali.
L-Istati Membri jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-taxxa bażi u l-livelli tat-taxxa tat-taxxi ta" reġistrazzjoni u tat-taxxi annwali ta" ċirkolazzjoni kif applikati mill-1 ta" Jannar ta" kull sena, u wara kull bidla fil-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull miżura li jieħdu sabiex jiddivrenzjaw it-tassazzjoni ta" karozzi ta" kumpanniji skond l-effiċjenza tal-karburant. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta" l-aħjar prattika billi tippubblika, online, rapport komparattiv dwar l-approċċi meħuda minn kull Stat Membru.
Emenda 29
Artikolu 16
Mhux aktar tard mill-1 ta" Jannar 2011, u kull ħames snin minn dak in-nhar, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta ma" l-Istati Membri, trid tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta" din id-Direttiva.
Mhux aktar tard mill-1 ta" Jannar 2011, u kull ħames snin minn dak in-nhar, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta ma" l-Istati Membri, trid tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta" din id-Direttiva u għandha tevalwa l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 4 u 5 b'mod partikolari.

(1) Għadha mhix pubblikata fil-ĠU.


Il-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt reliġjuż fit-Tramuntana ta' Ċipru
PDF 215kWORD 46k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt reliġjuż fit-Tramuntana ta' Ċipru
P6_TA(2006)0335P6_DCL(2006)0021

Il-Parlament Ewropew

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 151 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi, skond l-Artikolu 151 tat-Trattat KE, il-Komunità ser tippromwovi l-wirt kulturali ta' l-Istati Membri tagħha filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom,

B.  billi mill-1974 il-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċipru ma setax jeżerċita kontroll fit-Tramuntana ta' Ċipru u jassigura r-rispett għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 151,

C.  billi iktar minn 133 knisja, kappella u monasteru li jinsabu fit-Tramuntana ta' Ċipru li ilhom ikkontrollata mill-armata Torka mill-1974 ġew ipprofanati, 78 knisja ġew ikkonvertiti f'moskej, 28 jintużaw bħala mħażen militari u sptarijiet u 13 huma użati bħala post fejn jinżammu l-annimali, u billi l-oġġetti ekkleżjastiċi, inklużi iktar minn 15,000 ikona, tneħħew illegalment u ħadd ma jaf fejn jinsabu,

1.  Jikkundanna s-sakkeġġ tal-knejjes u l-monasteri Griegi Ortodossi u t-tneħħija ta' l-oġġetti ekkleżjastiċi tagħhom;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jassiguraw li t-Trattat jiġi rispettat u l-ħarsien u r-restawr tal-knejjes affetwati għall-istat Grieg Ortodoss oriġinali tagħhom;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jeżaminaw din il-kwistjoni taħt il-kapitoli relevanti tan-negozjati mat-Turkija;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

Ismijiet tal-firmatarji

Adamou, Albertini, Allister, Alvaro, Andria, Andrikienė, Angelilli, Antoniozzi, Arnaoutakis, Ashworth, Atkins, Audy, Auken, Ayala Sender, Aylward, Ayuso González, Bachelot-Narquin, Badía i Cutchet, Barón Crespo, Barsi-Pataky, Battilocchio, Batzeli, Bauer, Beaupuy, Becsey, Beglitis, Belet, Belohorská, Beňová, Berend, Berger, Berlato, Birutis, Blokland, Bobošíková, Böge, Bonde, Bonsignore, Borghezio, Bowis, Braghetto, Brejc, Brepoels, Brunetta, van Buitenen,Bullmann, Busuttil, Buzek, Calabuig Rull, Camre, Carnero González, Carollo, Casa, Casaca, CasiniCaspary, Castiglione, del Castillo Vera, Catania, Cavada, Cederschiöld, Chatzimarkakis, Chruszcz, Claeys, Cocilovo, Coelho, Corbett, Correia, Costa, Coûteaux, Coveney, Crowley, Czarnecki M., Daul, de Brún, Dehaene, Demetriou,De Michelis, Deprez, De Rossa, Descamps, Dess, De Veyrac, Díaz De Mera García Consuegra, Didžiokas, Díez González, Dimitrakopoulos, Dobolyi, Dombrovskis, Doorn, Dover, Doyle, Duka-Zólyomi, Ebner, Elles, Esteves, Estrela, Ettl, Eurlings, Fatuzzo, Ferber, Fernandes, Figueiredo, Flasarová, Fontaine, Fourtou, Fraga Estévez, Freitas, Friedrich, Gahler, Gál, Gaľa, Galeote Quecedo, García Pérez, Gargani, Garriga Polledo, Gaubert, Gauzès, Gawronski, Gentvilas, Geremek, Geringer de Oedenberg, Gewalt, Gibault, Giertych, Gklavakis, Glattfelder, Goepel, Gollnisch, Gomes, Gomolka, Goudin, Grabowska, Graça Moura, Grässle, de Grandes Pascual, Grech, Griesbeck, Grosch, Grossetête, Gruber, Guardans Cambó, Guellec, Guerreiro, Guidoni, Gurmai, Gutiérrez-Cortines, Gyürk, Hammerstein Mintz, Handzlik, Harbour, Harkin, Hatzidakis, Henin, Hennicot-Schoepges, Herranz García, Higgins, Hökmark, Hoppenstedt, Hudacký, Hudghton, Hutchinson, Hybášková, Ilves, Itälä, Iturgaiz Angulo, Jäätteenmäki, Jałowiecki, Járóka, Jarzembowski, Jeggle, Jordan Cizelj, Kaczmarek, Karas, Karatzaferis, Kasoulides, Kaufmann, Kauppi, Kelam, Klamt, Klass, Klich, Klinz, Koch, Kohlíček, Konrad, Korhola, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Krupa, Kuc, Kułakowski, Kušķis, Kużmiuk, Lamassoure, Lambrinidis, Landsbergis, Langen, Laperrouze, La Russa, Lehideux, Lehne, Leinen, Le Pen J.-M., Lewandowski, Liberadzki, Libicki, Liese, Liotard, López-Istúriz White, Losco, Louis, Ludford, Lulling, Maat, McDonald, McGuinness, Maldeikis,Mann T., Manolakou, Mantovani, Markov, Marques, Martens, Martinez, Martínez Martínez, Masiel, Masip Hidalgo, Maštálka, Matsakis, Matsis, Matsouka, Mauro, Mavrommatis, Mayer, Mayor Oreja, Medina Ortega, Méndez de Vigo, Meyer Pleite, Mikolášik, Millán Mon, Mitchell, Montoro Romero, Moreno Sánchez, Mote, Musacchio, Muscardini, Muscat, Musotto, Mussolini, Musumeci, Nassauer, Nattrass, Nicholson, Nicholson of Winterbourne, Niebler, van Nistelrooij, Novak, Obiols i Germà, Occhetto,Olajos, Olbrycht, Ó Neachtain, Onesta, Onyszkiewicz, Oomen-Ruijten, Ortuondo Larrea, Őry, Ouzký, Oviir, Pack, Pafilis, Paleckis, Panayotopoulos-Cassiotou, Papadimoulis, Papastamkos, Parish, Patriciello,Peterle, Pieper, Pīks, Pinheiro, Piotrowski, Pirilli, Pirker, Pittella, Pleguezuelos Aguilar, Pleštinská, Podestà, Podkański, Poettering, Pomés Ruiz, Portas, Posdorf, Posselt, Prets, Prodi, Protasiewicz, Purvis, Queiró, Quisthoudt-Rowohl, Rack, Ransdorf, Remek, Reul, Ribeiro e Castro, Riera Madurell, Ries, Rivera, Rogalski, Roithová, Romagnoli, Roszkowski, Rothe, Rouček, Rübig, Rutowicz, Ryan, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salinas García, Salvini, Samaras, Sánchez Presedo, Sartori, Saryusz-Wolski, Schierhuber, Schmitt, Schöpflin, Schröder, Schwab, Seeber, Seeberg, Siekierski, Sifunakis, Silva Peneda, Sinnott, Sjöstedt, Sommer, Sonik, Sornosa Martínez, Spautz, Staniszewska, Šťastný, Sterckx, Stevenson, Stubb, Sudre, Surján, Svensson, Swoboda, Szájer, Szymański, Tajani, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Thyssen, Toia, Tomczak, Toubon, Toussas, Trakatellis, Triantaphyllides, Tzampazi, Uca, Ulmer, Vakalis, Vanhecke, Varela Suanzes-Carpegna, Varvitsiotis, Vatanen, Veneto,Ventre, Vergnaud, Vernola, Vidal-Quadras Roca, de Villiers, Vincenzi, Vlasák, Vlasto, Voggenhuber, Wagenknecht, Weber M., Weisgerber, von Wogau, Wojciechowski B.,Wojciechowski J.,Wortmann-Kool, Wurtz, Wynn, Xenogiannakopoulou, Yañez-Barnuevo García, Záborská, Zaleski, Zapałowski, Zappala', Ždanoka, Zieleniec, Zimmer, Zvěřina, Zwiefka


L-adozzjoni internazzjonali fir-Rumanija
PDF 126kWORD 47k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-adozzjoni internazzjonali fir-Rumanija
P6_TA(2006)0336P6_DCL(2006)0023

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi r-rispett għad-drittijiet fundamentali huwa wieħed mill-kriterji għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea,

B.   billi l-Konvenzjoni ta' l-Aja tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-ħarsien tat-tfal u fir-rigward ta' l-adozzjoni internazzjonali, li ġiet irratifikata mir-Rumanija, tistipula prekawzjonijiet essenzjali fil-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal u tressaq 'il quddiem l-aħjar interessi tat-tfal,

C.   billi f'Ġunju 2001 l-awtoritajiet Rumeni imponew moratorju fuq l-adozzjonijiet internazzjonali, li ġie sostitwit fl-1 ta' Jannar 2005 b'liġi dwar il-ħarsien tat-tfal,

D.   billi dan il-moratorju kellu effett retroattiv sa l-1 ta' Diċembru 2000, u konsegwentement ġew interrotti b'mod mhux mistenni eluf ta' applikazzjonijiet għall-adozzjoni,

E.   billi t-tfal ikkonċernati f'dawn l-applikazzjonijiet, kienu diġà, fuq perjodu twil, bdew kuntatti mal-familji adottivi futuri tagħhom, u billi dan il-moratorju b'hekk poġġihom għat-tieni darba f'sitwazzjoni fejn huma ġew abbandunati,

F.   billi, il-Parlament Ewropew fil-paragrafu 23 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2005 dwar kemm hi ppreparata r-Rumanija għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea(1), ħeġġeġ lill-Gvern tar-Rumanija "biex jikkonkludi l-każijiet ta' applikazzjoni għal adozzjoni internazzjonali li saru waqt il-moratorju ta' Ġunju 2001',

G.   billi l-Gvern tar-Rumanija s'issa ma weġibx għal din it-talba,

1.  Jitlob lill-awtoritajiet Rumeni biex jagħtu konsiderazzjoni xierqa lill-opinjoni tal-Parlament u konsegwentement biex jerġgħu jibdew mingħajr dewmien jikkunsidraw il-każijiet pendenti, fl-aħjar interessi tat-tfal, u biex jawtorizzaw l-adozzjoni internazzjonali fejn din tkun xierqa;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Gvern tar-Rumanija.

Ismijiet tal-firmatarji

Adamou, Albertini, Alvaro, Andrejevs, Andria, Angelilli, Antoniozzi, Arif, Arnaoutakis, Ashworth, Atkins, Aubert, Audy, Ayala Sender, Aylward, Ayuso González, Bachelot-Narquin, Baco, Badía i Cutchet, Barón Crespo, Battilocchio, Bauer, Beaupuy, Becsey, Beglitis, Belder, Bennahmias, Berger, Berlato, Berlinguer, Berman, Birutis, Blokland, Bonde, Bono, Bonsignore, Bourlanges, Bourzai, Bowles, Bradbourn, Braghetto, Brejc, Brepoels, Breyer, Brunetta, Bullmann, Busk, Busquin, Busuttil, Buzek, Calabuig Rull, Camre, Cappato,Carlotti, Carlshamre, Carnero González, Casaca, Casini, Castex, Castiglione, del Castillo Vera, Catania, Cavada, Cercas, Chatzimarkakis, Chiesa, Chruszcz, Cocilovo, Cornillet, Correia, Costa, Cottigny, Coûteaux, Cramer, Crowley, Czarnecki M., Czarnecki R., Daul, de Brún, Degutis, Dehaene, Demetriou,De Michelis, Deprez, De Sarnez, Descamps, Désir, Dess, Deva, De Veyrac, Díaz De Mera García Consuegra, Dičkutė, Díez González, Dillen, Dimitrakopoulos, Douay, Dover, Doyle, Drčar Murko, Dührkop Dührkop, Duka-Zólyomi, Duquesne, Esteves, Estrela, Ettl, Evans Jonathan, Fava, Ferber, Fernandes, Ferreira A., Flasarová, Flautre, Foglietta, Foltyn-Kubicka, Fontaine, Ford, Fourtou, Fraga Estévez, Fruteau, Gahler, Gál, Gaľa, García Pérez, Gargani, Garriga Polledo, Gaubert, Gauzès, Gawronski, Gebhardt, Gentvilas, Geremek, Geringer de Oedenberg, Gibault, Giertych, Gklavakis, Goebbels, Gollnisch, Gottardi,Graça Moura, Grässle, de Grandes Pascual, Grech, Griesbeck, Gröner, de Groen-Kouwenhoven, Grossetête, Gruber, Guardans Cambó, Guellec, Gurmai, Gutiérrez-Cortines, Guy-Quint, Hammerstein Mintz, Hamon, Handzlik, Harbour, Hatzidakis, Hazan, Heaton-Harris, Helmer, Henin, Hennicot-Schoepges, Hennis-Plasschaert, Herczog, Herranz García, Honeyball, Horáček, Hudacký, Hutchinson, Hybášková, Ilves, in 't Veld, Isler Béguin, Jäätteenmäki, Janowski, Járóka, Joan i Marí, Jonckheer, Jordan Cizelj, Juknevičienė, Kacin, Kaczmarek, Kallenbach, Karim, Kasoulides, Kauppi, Kelam, Kirkhope, Klamt, Klich, Klinz, Koch, Koch-Mehrin, Korhola, Kósáné Kovács, Krahmer, Krasts, Kratsa-Tsagaropoulou, Kreissl-Dörfler, Kuc, Kudrycka, Kuhne, Kułakowski, Kusstatscher, Kużmiuk, Lagendijk, Laignel, Lamassoure, Lambrinidis, Landsbergis, Lang, Laperrouze, La Russa, Lavarra, Lax, Le Foll, Lehideux, Le Pen J.-M., Le Pen M., Le Rachinel, Liberadzki, Libicki, Lienemann, Liese, Lipietz, Locatelli, López-Istúriz White, Losco,Louis, Lucas, Lulling, McDonald, McMillan-Scott, Mann E., Mann T., Mantovani, Markov, Martin D., Masiel, Masip Hidalgo, Mastenbroek, Mathieu, Matsakis, Matsouka, Mauro, Mavrommatis, Mayer, Mayor Oreja, Medina Ortega, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Meyer Pleite, Miguélez Ramos, Mikolášik, Mohácsi, Montoro Romero, Moraes, Moreno Sánchez, Morgantini, Morillon, Moscovici, Mulder, Muscardini, Muscat, Musotto, Mussolini, Musumeci, Myller, Napoletano, Navarro, Newton-Dunn, Nicholson, Niebler, van Nistelrooij,Novak, Occhetto,Özdemir, Olbrycht, Ó Neachtain, Onesta, Onyszkiewicz, Ortuondo Larrea, Oviir, Pack, Paleckis, Panayotopoulos-Cassiotou, Pannella, Panzeri, Papadimoulis, Papastamkos, Parish, Patriciello,Patrie, Peillon, Peterle, Pīks, Pinior, Pirilli, Piskorski, Pistelli, Pittella, Pleguezuelos Aguilar, Pleštinská, Podestà, Poignant, Polfer, Pomés Ruiz, Posselt, Prodi, Protasiewicz, Queiró, Resetarits, Reul, Reynaud, Ribeiro e Castro, Riera Madurell, Ries, Riis-Jørgensen, Rivera, Rizzo, Rocard, Roithová, Rosati, Rouček, Roure, Rudi Ubeda, Rühle, Rutowicz, Ryan, Sacconi, Saïfi, Sakalas, Salafranca Sánchez-Neyra, Salinas García, Salvini, Samaras, Samuelsen, Sánchez Presedo, dos Santos, Sartori, Saryusz-Wolski, Sbarbati, Schapira, Schenardi, Schöpflin, Schuth, Seeberg, Sifunakis, Siwiec, Skinner, Sonik, Sornosa Martínez, Spautz, Speroni, Šťastný, Stauner, Sterckx, Stevenson, Stockmann, Sudre, Sumberg, Susta,Szájer, Szent-Iványi, Szymański, Tabajdi, Tajani, Takkula, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Thyssen, Toia, Toubon, Trakatellis, Trautmann, Triantaphyllides, Trüpel, Tzampazi, Vakalis, Vanhecke, Van Hecke, Varela Suanzes-Carpegna, Varvitsiotis, Vatanen, Vaugrenard, Veneto,Ventre, Veraldi,Vergnaud, Vernola, Vidal-Quadras Roca, de Villiers, Vincenzi, Vlasto, Weber H., Wojciechowski J.,Wurtz, Yañez-Barnuevo García, Záborská, Zaleski, Zappala', Ždanoka, Zīle, Zimmer, Zingaretti, Zwiefka.

(1) Testi adottati P6_TA(2005)0531.

Avviż legali - Politika tal-privatezza