Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 14 ta' Novembru 2006 - Strasburgu
Sistemi ta' appoġġ dirett fil-qafas tal-CAP u appoġġ għall-iżvilupp rurali permezz tal-Fondi Agrikoli Ewropej għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) *
 Ftehima bejn il-KE u l-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam ta" l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ *
 Ftehima bejn il-KE u l-Istati Uniti ta" l-Amerika fil-qasam ta" l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali *
 Skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità ***I
 Akkwakultura: użu ta' speċi eżotiċi u assenti lokalment *
 L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura *
 Emenda għall-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali *
 L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju ta" oġġetti impurtati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi *
 It-Tielet Kontribut tal-Komunità lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp għall-Fond ta' Kenn ta" Chernobyl *
 Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni *
 Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-EAFRD *
 Talba għad-difiża ta' l-immunità ta' Gabriele Albertini
 Talba għad-difiża ta' l-immunità ta' Gabriele Albertini
 Talba għad-difiża ta' l-immunità ta' Gérard Onesta
 Azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-Politika ta" l-Ambjent Marittimu ***I
 Tagħmir ta' kejl li fih il-merkurju ***I
 Impriża Konġunta għas-sistema Ewropea ta' l-immaniġġjar tat-traffiku bl-ajru (SESAR) *
 Rapport annwali 2006 dwar iż-żona ta' l-ewro
 Strateġija Tematika dwar l-Ambjent Marittimu
 Kreditu ipotekarju

Sistemi ta' appoġġ dirett fil-qafas tal-CAP u appoġġ għall-iżvilupp rurali permezz tal-Fondi Agrikoli Ewropej għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) *
PDF 201kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrevedi u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-iskemi ta' appoġġ dirett fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ favur il-bdiewa u li jirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li jikkonċerna l-appoġġ għall-iżvilupp rurali permezz tal-Fondi Agrikoli Ewropej għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (COM(2006)0500 – C6-0335/2006 – 2006/0172 (CNS))
P6_TA(2006)0468A6-0377/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0500)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0335/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0377/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk għandu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Ftehima bejn il-KE u l-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam ta" l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ *
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u tal-gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni fil-qasam ta" l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (COM(2006)0274 – C6-0255/2006 – 2006/0096(CNS))
P6_TA(2006)0469A6-0338/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0274)(1),

–   wara li kkunsidra l-artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikoli 149 u 150 tat-trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-trattat KE, skond liema l-Kunsill kien ikkonsultat mill-Parlament (C6-0255/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0338/2006),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jitlob lill-President tiegħu jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern Kanadiż.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Ftehima bejn il-KE u l-Istati Uniti ta" l-Amerika fil-qasam ta" l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali *
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta" l-Amerika li jġedded mill-ġdid il-programm ta" kooperazzjoni fil-qasam ta" l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali (COM(2006)0180 – C6-0174/2006 – 2006/0061(CNS))
P6_TA(2006)0470A6-0339/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0180)(1),

–   wara li kkunsidra l-artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikoli 149 u 150 tat-trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-trattat KE, skond liema l-Kunsill kien ikkonsultat mill-Parlament (C6-0174/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0339/2006),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jitlob lill-President tiegħu jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità ***I
PDF 451kWORD 81k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (COM(2005)0676 – C6-0442/2005 – 2005/0258(COD))
P6_TA(2006)0471A6-0346/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0676)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0442/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0346/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-parlament ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta" l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità

P6_TC1-COD(2005)0258


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Fil-waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Biex xi tibdiliet fil-leġiżlazzjoni ta" ċerti Stati Membri jingħataw għarfien, ċerti annessi mar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 jeħtieġu jkunu adattati.

(2)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għalhekk għandu jkun emendat skond dan.

(3)  Biex ikun żgurat li r-riforma fundamentali ta" l-iskema ta" assigurazzjoni tas-saħħa ta" l-Olanda b'effett mill-1 ta" Jannar 2006 tkun riflessa kif suppost fid-dispożizzjonijiet ta" koordinazzjoni Ewropej mid-data li fiha daħlet fis-seħħ u biex b'hekk tinħoloq ċertezza legali għal dak li għandu x'jaqsam mal-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-mard, jinħtieġ provvediment biex l-emendi ta" l-Annessi I u VI mar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li għandhom x'jaqsmu mar-riforma ta" l-iskema ta" assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa ta" l-Olanda għandhom jistgħu jiġu applikati b'mod retroattiv b'effett mill-1 ta" Jannar 2006.

(4)  It-Trattat ma jipprovdix poteri oħrajn barra dawk taħt l-Artikolu 308 biex jittieħdu miżuri kif suppost fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal persuni barra persuni impjegati,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, IIa, III, IV u VI mar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 qed ikunu emendati kif stipulat fl-Anness ma" dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Il-punt 2 u l-punt 7(b) ta" l-Anness, li għandhom x'jaqsmu ma" l-Olanda, għandhom jiġu applikati b'effett mill-1 ta" Jannar 2006, barra s-sezzjoni "Q. L-OLANDA", punt 1(f), inċiż 6 ta' l-Anness VI, għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, kif miżjud bil-punt 7(b) ta' l-Anness għal dan ir-Regolament, li għandu japplika mid-data stipulata fil-paragrafu 1.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

L-annessi mar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 qed ikunu emendati kif ġej:

1.  L-Anness I hu emendat kif ġej:

   (a) Fl-Anness I, tal-Parti I, it-taqsima "X. L-IŻVEZJA" qed tiġi mibdula b'dan li ġej:"
X.  L-IŻVEZJA
Persuni li jkunu qed jaħdmu f"attività bi qligħ u li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom stess fuq dan id-dħul konformi mal-Kapitolu 3 paragrafu 3 ta" l-Att tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali (2000:980) għandhom ikunu kkunsidrati bħala persuni li jaħdmu għal rashom."
   (b) Fl-Anness I, tal-Parti II, it-taqsima "Q. L-OLANDA" qed tiġi mibdula b'dan li ġej:"
Q.  L-OLANDA
Għall-iskop li jkun iddeterminat il-jedd għall-benefiċċji konformi mal-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu III tar-Regolament, "membru tal-familja" tfisser wieħed mill-konjuġi, sieħ(eb)/(ba) reġistrat(a) jew wild taħt l-età ta"18."

2.  Fl-Anness II, Parti III, it-taqsima "R. AWSTRIJA" hija mibdula b'dan li ġej:

"

R.  AWSTRIJA

Xejn

"

3.  L-Anness IIa qed ikun emendat kif ġej:

   (a) It-taqsima "M. IL-LITWANJA" qed tiġi mibdula b'dan li ġej:"
M.  IL-LITWANJA
(a)  Pensjoni ta" l-assistenza soċjali (il-Liġi ta" l-2005 dwar is-Sussidji Soċjali ta" l-Istat, l-Artikolu 5).
(b)  Kumpens speċjali ta" għajnuna (il-Liġi ta" l-2005 dwar is-Sussidji Soċjali ta" l-Istat, l-Artikolu 15).
(c)  Kumpens speċjali tat-trasport għall-persuni b'diżabilità li għandhom problemi ta" mobilità (il-Liġi ta" l-2000 dwar il-Kumpens tat-Trasport, l-Artikolu 7)."
   (b) Fit-taqsima "V. IS-SLOVAKKJA", l-annotazzjoni li hemm bħalissa ssir punt (a) u jiżdied il-punt ġdid li ġej:"
(b)  Il-pensjoni soċjali li ngħatat qabel l-1 ta" Jannar 2004."

4.  Fl-Anness III, tal-Parti il-punt 187 għandu jkun imħassar.

5.  L-Anness IV qed ikun emendat kif ġej:

   (a) Fil-Parti A, it-taqsima "V. IS-SLOVAKKJA", għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:"
V.  Slovakkja
Pensjoni ta" invalidità għal persuna li tkun invalidat ruħha bħala wild dipendenti u li dejjem kienet meqjusa li għamlet il-perjodu meħtieġ ta" assigurazzjoni (l-Artikolu 70(2), l-Artikolu 72(3) u l-Artikolu 73(3) u (4) ta" l-Att Nru 461/2003 dwar is-sigurtà soċjali, kif emendat)."
   (b) Fil-Parti B, it-taqsima "G. SPANJA" għandha tiġi mibdula b'dan li ġej: "
G.  "G. SPANJA
Skema biex titbaxxa l-età ta" l-irtirar mix-xogħol tal-persuni li jaħdmu għal rashom imqabbda f'attivitajiet tat-tbaħħir kif deskritti fid-Digriet Irjali Nru 2390/2004 tat-30 ta" Diċembru 2004.""
  (c) Il-Parti C qed tkun emendata kif ġej:
   (i) It-taqsima "V. IS-SLOVAKKJA", għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:"
V.  "V. Slovakkja
"Il-pensjoni tal-persuna superstiti (il-pensjoni ta" l-armla, ta" l-armel u ta" l-orfni) li s-somma tagħha tkun ġejja mill-pensjoni tax-xjuħija, il-pensjoni tax-xjuħija ta" qabel l-irtirar mix-xogħol jew il-pensjoni ta" invalidità li kienet titħallas lill-mejjet." "
   (ii) It-taqsima "X. L-IŻVEZJA" qed tiġi mibdula b'dan li ġej: "
X.  "X. L-IŻVEZJA
Pensjonijiet ta" xjuħija bbażati fuq id-dħul (l-Att 1998:674) u pensjonijiet iggarantiti tal-forma ta" pensjonijiet tax-xjuħija (l-Att 1998:702)."
  (d) Il-Parti D qed tkun emendata kif ġej:
   (i) Il-punt 1(i) qed jiġi mibdul b'dan li ġej:"
(i)  Il-pensjoni ta' garanzija Żvediza u l-kumpens iggarantit li ħadu post il-pensjonijiet Żvediżi sħaħ ta" l-istat li hemm dispożizzjonijiet dwarhom taħt il-leġiżlazzjoni fuq il-pensjoni ta" l-istat li kienu qed jiġu applikati qabel l-1 ta" Jannar 1993, il-pensjoni sħiħa ta" l-istat li tingħata taħt ir-regoli transizzjonali tal-leġiżlazzjoni li japplikaw minn dik id-data, u l-kumpens Żvediż tal-mard li għandu x'jaqsam mad-dħul u l-kumpens ta" l-attività."
   (ii) Il-punt 2(i) qed jiġi mibdul b'dan li ġej:"
(i)  Il-kumpens tal-mard Żvediż u l-kumpens ta" l-attività fil-forma ta" kumpens iggarantit (l-Att 1962:381, kif emendat bl-Att 2001:489), il-pensjoni ta" persuna superstiti, kif ikkalkulata a bażi tal-perjodi li jistgħu jitqiesu (l-Atti 2000:461 u 2000:462) u l-pensjoni tax-xjuħija Żvediża fil-forma ta" pensjoni ta' garanzija kkalkulata a bażi tal-perjodi akkreditati qabel (l-Att 1998:702)."
  (iii) Il-Punt 3 huwa emendat kif ġej:
   - Il-punt 3(a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:"
   (a) Il-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta" Awissu 2003
"
   - Għandu jiżdied il-punt li ġej:"
   (c) Il-Ftehim tas-Sigurtà Soċjali ta" l-10 ta" Novembru 2000 bejn ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
"

6.  L-Anness VI qed ikun emendat kif ġej:

   (a) It-taqsima "E. L-ESTONJA", għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:"
E.  Estonia
Għall-iskop tal-kalkulazzjoni tal-benefiċċju tal-ġenituri l-perjodi ta" l-impjieg fl-Istati Membri barra l-Estonja għandhom ikunu kkunsidrati li huma bbażati fuq l-istess ammont medju ta" taxxa soċjali li tkun tħallset matul il-perjodi ta" l-impjieg fl-Estonja, li magħhom ikunu aggregati. Jekk matul is-sena ta" referenza l-persuna kienet impjegata biss fi Stati Membri oħra l-kalkulazzjoni tal-benefiċċju għandha tkun kkunsidrata li hija bbażata fuq it-taxxa soċjali medja li tkun tħallset fl-Estonja bejn is-sena ta" referenza u l-leave tal-maternità."
   (b) Fit-taqsima'Q. L-OLANDA", il-punt 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:"
1.  L-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa
(a)  Għal dak li għandu x'jaqsam mal-jedd għal benefiċċji f'beni taħt il-leġiżlazzjoni ta" l-Olanda, persuni intitolati għal benefiċċji f'beni għall-iskop ta" l-implimentazzjoni tal-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu III ta" dan ir-Regolament għandha tfisser:

u
   i) persuni li, skond l-Artikolu 2 taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta" l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa), huma obbligati li jkunu koperti b'assigurazzjoni ma" kumpanija tal-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa,
   ii) sakemm ma jkunux jaqgħu diġà taħt il-punt (i), persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor u li, taħt ir-Regolament, huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-istat tar-residenza tagħhom, billi l-Olanda tkun qed tagħmel tajjeb għall-ispejjeż.

(b)  Il-persuni li hemm referenza għalihom fil-punt (a)(i) għandhom, skond id-dispożizzjonijiet taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta" l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) jassiguraw irwieħhom ma" kumpanija ta" l-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa, u l-persuni li hemm referenza għalihom fil-punt a(ii) għandhom ikunu rreġistrati mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord ta" l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa).
(c)  Id-dispożizzjonijiet taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta" l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) u l-Algemene wet bijzondere ziektekosten (il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Ġenerali Kontra Spejjeż Mediċi Speċjali) li jikkonċernaw l-obbligu ta" ħlas ta" kontribuzzjonijiet għandhom jiġu applikati għall-persuni li hemm referenza għalihom taħt il-punt (a) u l-membri tal-familji tagħhom. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-membri tal-familja, il-kontribuzzjonijiet għandhom jinġabru mingħand il-persuna li minnha jkun ġej id-dritt għall-kura tas-saħħa.
(d)  Id-dispożizzjonijiet taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta" l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) li jikkonċernaw assigurazzjoni trattenuta għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ ta" reġistrazzjoni trattenuta mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord ta" l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) għal dak li għandu x'jaqsam mal-persuni li hemm referenza għalihom fil-punt a(ii).
(e)  Persuni intitolati għal benefiċċji f'beni bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru barra dak ta" l-Olanda li jkunu joqogħdu l-Olanda jew ikunu qed joqogħdu l-Olanda għal żmien temporanju għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji f'beni skond il-polza li tkun ipprovduta lill-persuni assigurati fl-Olanda mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza jew tal-post taż-żjara, fil-waqt li jkunu kkunsidrati l-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta" l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa), kif ukoll għal benefiċċji f'beni li dwarhom hemm dispożizzjonijiet fl-Algemene wet bijzondere ziektekosten (il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Ġenerali Kontra Spejjeż Mediċi Speċjali).
(f)  Għall-iskopijiet ta" l-Artikoli 27 u 34 ta" dan ir-Regolament, il-pensjonijiet li ġejjin għandhom ikunu trattati bħala pensjonijiet li jitħallsu skond id-dispożizzjonijiet legali msemmija fis-subparagrafi b (invalidità) u c (xjuħija) tad-dikjarazzjoni tar-Renju ta' l-Olanda skond l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament:
   il-pensjonijiet li qed jingħataw skond il-Liġi tas-6 ta" Jannar 1966 dwar il-pensjonijiet għall-ħaddiema tal-gvern u s-superstiti tagħhom (l-Algemene burgerlijke pensioenwet) (l-Att ta" Pensjonijiet għas-Servizz Ċivili ta" l-Olanda);
   il-pensjonijiet li qed jingħataw skond il-Liġi tas-6 ta" Ottubru 1966 dwar il-pensjonijiet għall-personàl militari u s-superstiti tagħhom (l-Algemene militaire pensioenwet) (l-Att tal-Pensjonijiet Militari);
   il-pensjonijiet li qed jingħataw skond il-Liġi tal-15 ta" Frar 1967 dwar pensjonijiet għall-impjegati tal-Kumpanija tal-Ferroviji ta" l-Olanda (NV Nederlandse Spoorwegen) u s-superstiti tagħhom (l-iSpoorwegpensioenwet) (l-Att tal-Pensjonijiet tal-Ferroviji);
   il-pensjonijiet li qed jingħataw skond ir-Reglement Dienstvoorwaarden Nederlandse Spoorwegen (ir-Regolament li jiddetermina l-kondizzjonijiet ta" l-impjieg tal-Kumpanija tal-Ferroviji ta" l-Olanda);
   il-benefiċċji li qed jingħataw lill-persuni rtirati mix-xogħol qabel ikunu laħqu l-età tal-pensjoni ta" 65 sena taħt skema tal-pensjoni mfassla biex tipprovdi dħul għal persuni fix-xjuħija tagħhom li qabel kienu impjegati, jew benefiċċji pprovduti fil-każ ta" ħruġ prematur mis-suq tax-xogħol taħt skema mfassla mill-istat jew minn ftehim industrijali għall-persuni li għandhom 55 sena jew iktar;
   benefiċċji li jingħataw lil persunal militari u lill-ħaddiema taċ-ċivil skond skema applikabbli fil-każ ta' redundancy, superannwazzjoni u irtirar kmieni;

(g)  Għall-iskopijiet tal-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu III ta" dan ir-Regolament, ir-rifużjoni li tingħata meta ma ssir l-ebda talba li hemm provvedimenti għaliha fl-iskema Olandiża fil-każ ta" użu limitat ta" faċilitajiet tal-kura tas-saħħa għandha titqies bħala benefiċċju tal-mard fi flus kontanti."
   (c) Fit-taqsima'W. IL-FINLANDJA", il-punti 1 u 2 għandhom jitħassru u jiddaħħal il-punt li ġej:"
1.  Meta jkun qed jiġi applikat l-Artikolu 46(2)(a) għall-iskop tal-kalkulazzjoni tal-qligħ għall-perjodu akkreditat taħt il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar pensjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-qligħ, fejn individwu għandu perjodi ta" assigurazzjoni tal-pensjoni bbażati fuq impjieg fi Stat Membru ieħor għall-parti mill-perjodu ta" referenza skond il-leġiżlazzjoni Finlandiża, il-qligħ għall-perjodu akkreditat għandu jkun ekwivalenti għas-somma tal-qligħ akkwistat matul il-parti tal-perjodu ta" referenza fil-Finlandja diviża bin-numru tax-xhur li għalihom kien hemm perjodi ta" assigurazzjoni fil-Finlandja matul il-perjodu ta" referenza."

Il-punti 3, 4 u 5 huma l-punti 2, 3 u 4 innumerati mill-ġdid.

  (d) It-taqsima "X. L-IŻVEZJA" qed tkun emendata kif ġej:
   (i) Il-punt 1 huwa mħassar
   (ii) Il-punt 2 qed jiġi mibdul b'dan li ġej:"
1.  Id-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament dwar l-aggregazzjoni ta" perjodi ta" assigurazzjoni jew ta' perjodi ta' residenza m'għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet transitorji fil-leġiżlazzjoni Żvediza dwar il-jedd ta" pensjoni ggarantita ta" persuni mwielda fl-1937 jew qabel li kienu residenti fl-Iżvezja għall-perjodu speċifikat qabel applikaw għal pensjoni (l-Att 2000:798)."
   (iii) Il-punt 3 qed jiġi mibdul b'dan li ġej:"
2.  Għall-iskop ta" kalkolu ta" dħul spekulattiv għal kumpens tal-mard li għandu x'jaqsam mad-dħul u kumpens ta" attività li għandu x'jaqsam mad-dħul skond il-Kapitolu 8 tal-Lag (1962:381) om allmän försäkrings (l-Att tas-Sigurtà Nazzjonali), għandu jiġi applikat dan li ġej:
a)   fejn il-persuna assigurata, matul il-perjodu ta" referenza, kienet ukoll suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru wieħed jew iktar minħabba attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, id-dħul fl-Istat(i) Membru(i) ikkonċernat(i) għandu jitqies bħala ekwivalenti għad-dħul gross medju tal-persuna assigurata fl-Iżvezja matul il-parti tal-perjodu ta" referenza fl-Iżvezja, ikkalkulat billi jiġi diviż il-qligħ fl-Iżvezja bin-numru tas-snin li fihom ikun akkumula dan il-qligħ;
b)   meta l-benefiċċji huma kkalkulati konformi ma" l-Artikolu 40 tar-Regolament u l-persuni mhumiex assigurati fl-Iżvezja, il-perjodu ta" referenza għandu jkun iddeterminat skond il-Kapitolu 8(2) u (8) ta" l-Att imsemmi hawn fuq daqs li kieku l-persuna kkonċernata kienet assigurata fl-Iżvezja. Jekk il-persuna kkonċernata ma jkollhiex dħul li jista" jiġġenera pensjoni matul dan il-perjodu skond l-Att dwar il-pensjoni tax-xjuħija li għandha x'taqsam mad-dħul (1998:674), il-perjodu ta" referenza jitħalla jibda mill-punt fiż-żmien iktar kmieni meta l-persuna assigurata kellha d-dħul minn attività bi qligħ fl-Iżvezja."
   (iv) Il-punt 4 qed jiġi mibdul b'dan li ġej:"
3. (a)  "Għall-iskop tal-kalkolu ta' l-attiv spekulattiv għal pensjoni ta" persuna superstiti li għandha x'taqsam mad-dħul (l-Att 2000:461), jekk ma tkunx issodisfata l-kondizzjoni meħtieġa fil-leġiżlazzjoni Żvediza għall-jedd tal-pensjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma" mill-inqas tlieta minn ħames snin kalendarji eżatt qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta" referenza), għandhom ikunu rrikonoxxuti ukoll il-perjodi ta" assigurazzjoni li wieħed ikun għamel fi Stati Membri oħra daqs li kieku jkun għamilhom fl-Iżvezja. Il-perjodi ta" assigurazzjoni fi Stati Membri oħra għandhom jitqiesu li huma bbażati fuq il-medja tal-bażi tal-pensjoni Żvediza. Jekk il-persuna kkonċernata għandha fl-Iżvezja biss sena b'bażi ta" pensjoni, kull perjodu ta" assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor għandu jitqies li jikkostitwixxi l-istess ammont.
(b)  Għall-iskop tal-kalkulazzjoni ta" krediti ta" pensjoni spekulattiva għall-pensjonijiet ta" l-armla li għandhom x'jaqsmu ma" mwiet fl-1 ta" Jannar 2003 jew wara, jekk ma tkunx issodisfata l-kondizzjoni meħtieġa fil-leġiżlazzjoni Żvediza għall-krediti tal-pensjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma" mill-inqas tnejn mill-erba" snin eżatt qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta" referenza) u wieħed ikun għamel il-perjodi ta" l-assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor matul il-perjodu ta" referenza, dawk is-snin għandhom jitqiesu bħala bbażati fuq l-istess krediti tal-pensjoni bħas-sena Żvediza."

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(2) Opinjoni ta' ... (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2006.


Akkwakultura: użu ta' speċi eżotiċi u assenti lokalment *
PDF 379kWORD 59k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-użu ta' speċi eżotiċi u assenti lokalment fl-akkwakultura (COM(2006)0154 – C6-0137/2006 – 2006/0056(CNS))
P6_TA(2006)0472A6-0331/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0154)(1),

–   wara li kkunsidra Artikolu 37 tat-Trattat KE, li bis-saħħa tiegħu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0137/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0331/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda il-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 5 a (ġdida)
(5a) L-Akwakultura mhix l-uniku sors ta' tkattir potenzjali ta' speċi eżotiċi fil-mezz akwatiku. Attivitajiet oħrajn, bħal, inter alia, l-użu ta' saborra ta' l-ilma u l-kummerċ fil-ħut ornamentali, x'aktarx huma aktar sinifikanti f'termini tar-riskju ambjentali u jirrikjedu miżuri speċjali ta' mmaniġjar. Strateġiji komprensivi għandhom ikunu żviluppati biex il-problema ta' speċi eżotiċi tiġi ttrattata b'mod integrat. Madankollu, sakemm strateġija bħal din tiġi implimentata, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri settorjali bħal dawk proposti f'dan ir-Regolament.
Emenda 2
Premessa 5 b (ġdida)
(5b) Strateġiji speċifiċi għandhom jiġu żviluppati bħala tweġiba għall-introduzzjoni ta' speċi ġenetikament modifikati fis-settur tat-trobbija tal-ħut ta' l-UE u biex jiġi kkontrollat il-moviment ta' bajd fertilizzat.
Emenda 3
Premessa 8 a (ġdida)
(8a) Għandu jitqies li normalment movimenti ta' speċi eżotiċi jew assenti lokalment li għandhom jinżammu f'faċilitajiet ta' l-akwakultura magħluqa li huma sikuri u li jippreżentaw riskju żgħir ħafna ta' ħrib m'għandhomx ikunu suġġett għal kwalunkwe evalwazzjoni minn qabel tar-riskju ambjentali.
Emenda 4
Premessa 9 a (ġdida)
(9a) Xi speċi eżotiċi ilhom jintużaw b'mod komuni fl-akwakultura u l-esperjenza wriet li l-periklu ambjentali marbut ma' dan l-użu huwa minimali. L-attivitajiet marbutin ma' dan l-użu għandhom għalhekk jibbenefikaw minn trattament differenzjali li jiffaċilita l-iżvilupp tagħhom mingħajr ma jkun hemm piż amministrattiv addizzjonali.
Emenda 5
Premessa 9 b (ġdida)
(9b) Għandu jkun hemm perjodu ta' transizzjoni xieraq bejn id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fil-kuntest ta' implikazzjonijiet finanzjarji u istituzzjonali għall-partijiet ikkonċernati.
Emenda 6
Artikolu 2, paragrafu 4 a (ġdid)
4a. Meta jiġi applikat dan ir-Regolament għandu jitqies il-fatt li faċilitajiet ta' l-akwakultura magħluqa, kif stipulati fl-Artikolu 3, punt 3, jippreżentaw riskju anqas ta' ħrib.
Emenda 7
Artikolu 2, paragrafu 5 a (ġdid)
Dan ir-Regolament, barra mill-Artikoli 3 u 4, m'għandux japplika għal speċijiet li ntużaw b;mod komuni fl-akwakultura għal aktar minn 30 sena u li l-ħrib tagħhom fil-mitfuħ ġie ppruvat li ma jippreżentax periklu ambjentali.
Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u fuq il-bażi tal-konoxxenza xjentifika, għandha tistabbilixxi l-lista ta' dawn l-ispeċi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 8
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtorità kompetenti responsabbli sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ('l-awtorità kompetenti'). Kull awtorità kompetenti għandha taħtar kumitat konsultattiv sabiex jgħina, u dan għandu jinkludi esperti bijoloġiċi u ekoloġiċi ('il-kumitat konsultattiv').
L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtorità kompetenti responsabbli sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ('l-awtorità kompetenti'). Kull awtorità kompetenti għandha taħtar kumitat konsultattiv sabiex jgħinha, u dan għandu jinkludi esperti bijoloġiċi u ekoloġiċi ('il-kumitat konsultattiv'). Fejn il-kompetenza rigward l-immaniġġjar ta' attivitajiet ta' l-akwakultura ġiet delegata lil korpi reġjonali jew subreġjonali, dawn l-awtoritajiet kompetenti u l-kumitati konsultattivi jistgħu jkunu nominati minn dawk il-korpi reġjonali jew subreġjonali.
Emenda 9
Artikolu 6, paragrafu 1
1.  Kwalunkwe persuna li biħsiebha tintroduċi jew tittrażloka organiżmu akkwatiku għandha tapplika għal permess mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jirċievi. Jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għal movimenti multipli li għandhom iseħħu matul perjodu li mhux itwal minn ħames snin.
1.  Kwalunkwe persuna li biħsiebha tintroduċi jew tittrażloka organiżmu akkwatiku għandha tapplika għal permess mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jirċievi. Jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għal movimenti multipli li għandhom iseħħu matul perjodu li mhux itwal minn seba' snin.
Emenda 10
Artikolu 10, paragrafu 1
1.  L-applikant għandu jkun infurmat bil-miktub dwar id-deċiżjoni li jinħareġ jew li jiġi rrifjutat permess fi żmien raġjonevoli u jkun xi jkun il-każ mhux aktar tard minn sena wara d-data ta' preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni.
1.  L-applikant għandu jkun infurmat bil-miktub dwar id-deċiżjoni li jinħareġ jew li jiġi rrifjutat permess fi żmien raġonevoli u jkun xi jkun il-każ mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data ta' preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni.
Emenda 11
Artikolu 12
L-Awtorità Kompetenti tista' fi kwalunkwe ħin, tirtira l-permess jekk iseħħu avvenimenti b'effetti negattivi fuq l-ambjent jew fuq il-popolazzjonijiet endemiċi.
L-Awtorità Kompetenti tista' fi kwalunkwe ħin, tirtira l-permess jekk iseħħu avvenimenti b'effetti negattivi fuq l-ambjent jew fuq il-popolazzjonijiet endemiċi. Kwalunkwe rtirar ta' permess għandu jkun ġustifikat fuq il-bażi ta' raġunijiet xjentifiċi.
Emenda 12
Artikolu 25, paragrafu 1 a (ġdid)
Għandu japplika minn...*
____________________
* Tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura *
PDF 197kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jimmodifika r-Regolament (KE) nru 104/2000 tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura (COM(2006)0233 – C6-0202/2006 – 2006/0081(CNS))
P6_TA(2006)0473A6-0311/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0233)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0202/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0311/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali


Emenda għall-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali *
PDF 201kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, ta" emenda għall-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (COM(2006)0338 – C6-0276/2006 – 2006/0113(CNS))
P6_TA(2006)0474A6-0336/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0338)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 175(1) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0276/2006),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2005 dwar l-istrateġija ta' l-UE għall-Konferenza ta' Almaty dwar il-Konvenzjoni ta' Aarhus(2).

–   wara li kkunsidra t-Tieni Laqgħa tal-Partijiet (MOP-2) tal-Konvenzjoni ta' Aarhus, f'Almaty, il-Kazakhstan, mill-25 sas-27 ta' Mejju 2005,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0336/2006),

1.  Japprova l-konklużjoni ta' l-emenda;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 92 E, 20.4.2006, p.383.


L-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju ta" oġġetti impurtati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi *
PDF 379kWORD 57k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju ta" oġġetti impurtati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (COM(2006)0076 – C6-0078/2006 – 2006/0021(CNS))
P6_TA(2006)0475A6-0361/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0076)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0078/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0361/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha kif meħtieġ, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Artikolu 3, punt (1 a) (ġdid)
(1a) "passiġġieri bil-vapur jew b'vapur tal-kruċieri" tfisser kwalunkwe passiġġier li jivvjaġġa permezz ta' vapur bi skeda, vapur ta' linja jew vapur tal-kruċieri għal distanza ta' mill-anqas 50 kilometru;
Emenda 2
Artikolu 8, paragrafu 1, subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju l-importazzjoni ta" oġġetti, għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 3, li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 220 per kull persuna
1.  L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju l-importazzjoni ta" oġġetti, għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 3, li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 330 għal kull persuna
Emenda 3
Artikolu 8, paragrafu 1 subparagrafu 2
Fil-każ tal-vjaġġaturi bl-ajru, il-limitu minimu monetarju speċifikat fl-ewwel subparagrafu għandu jkun EUR 500.
Fil-każ tal-passiġġieri bl-ajru, jew passiġġieri bil-baħar jew fuq kruċiera, il-limitu minimu monetarju speċifikat fl-ewwel subparagrafu għandu jkun EUR 1 000.
Emenda 4
Artikolu 8, paragafu 2
2.  L-Istati Membri jistgħu ibaxxu l-limitu monetarju għal vjaġġaturi ta" taħt il-ħmistax-il sena, ikunu x'ikunu l-mezzi tat-trasport. Madankollu, il-limitu monetarju ma" jistax ikun inqas minn EUR 110 .
2.  L-Istati Membri jistgħu ibaxxu l-limitu monetarju għal vjaġġaturi ta" taħt is-sittax-il sena, ikunu x'ikunu l-mezzi tat-trasport. Madankollu, il-limitu monetarju ma" jistax ikun inqas minn EUR 110 .
Emenda 5
Artikolu 9, paragafu 2
2.  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddistingwu bejn vjaġġaturi bl-ajru u vjaġġaturi oħra billi japplikaw il-limiti minimi tal-kwantità speċifikati fil-paragrafu 1 għall-vjaġġaturi għajr dawk bl-ajru.
2.  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddistingwu bejn vjaġġaturi bl-ajru, jew passiġġierii bil-baħar jew fuq kruċiera, u vjaġġaturi oħra billi japplikaw il-limiti minimi tal-kwantità speċifikati fil-paragrafu 1 għall-vjaġġaturi għajr dawk bl-ajru, jew bil-baħar jew fuq kruċiera.
Emenda 6
Artikolu 10, paragafu 3
3.  Barra mill-eżenzjoni li jaħseb għaliha l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju total ta" 4 litri ta" inbid u 16-il litru birra.
3.  Barra mill-eżenzjoni li jaħseb għaliha l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju total ta" 8 litri ta" inbid u 16-il litru birra.
Emenda 7
Artikolu 11
L-eżenzjonijiet skond l-Artikoli 9 jew 10 m'għandhomx japplikaw fil-każ ta" vjaġġaturi taħt is-17-il sena.
L-eżenzjonijiet skond l-Artikoli 9 jew 10 m'għandhomx japplikaw fil-każ ta" vjaġġaturi taħt it-tmintax-il sena
Emenda 8
Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju, fil-każ tal-kwalunkwa mezz ta" trasport bil-mutur, il-kombustibbli ta" ġot-tank u kwantità ta" kombustibbli li ma taqbiżx l-10 litri ġo kontenitur li jinġarr, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkopru l-pussess u t-trasport tal-kombustibbli
L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju, kwantità ta' fjuwil li ma taqbiżx l-10 litri li tkun ġo kontenitur li jinġarr, trasportat f'vettura, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkopru l pussess u t-trasport tal-fjuwil Madanakollu, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jimmonitorjaw ir-rata ta' xiri tal-petrol minn barra mill-pajjiż għal skopijiet ta' evażjoni ta' taxxa fir-reġjuni tagħhom li huma fuq il-fruntiera, u li jieħdu l-passi meħtieġa kontra dan.
Emenda 9
Artikolu 14, paragrafu 1, punt (a)
(a) kull persuna bħala resident fiż-żona tal-fruntiera
imħassar
Emenda 10
Artikolu 16, paragrafu 3 a (ġdid)
3a. Il-limiti monteraji msemmija fl-Artikolu 8(1) u (2) għandhom jiġu riveduti ta' l-anqas kull ħames snin, b'mhux inqas mill-indiċi armonizzat ta' prezzijiet tal-konsumatur jew mid-dejta uffiċjali mill-Eurostat dwar ir-rata medja ta' inflazzjoni ta' l-Istati Membri, skond liema tkun l-ogħla, sakemm il-Kunsill ma' jiddeċidix mod ieħor b'mod unanimu.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


It-Tielet Kontribut tal-Komunità lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp għall-Fond ta' Kenn ta" Chernobyl *
PDF 287kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Ewwel Pagament tat-Tielet Kontribut tal-Komunità lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp għall-Fond ta' Kenn ta" Chernobyl (COM(2006)0305 – C6-0251/2006 – 2006/0102(CNS))
P6_TA(2006)0476A6-0374/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0305)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra Artikolu 308 tat-Trattat KE, li bis-saħħa tiegħu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0251/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0374/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 119, it-tieni paragrafu, tat-Trattat Euratom;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda sostanzjalment il-proposta tal-Kummissjoni ;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Artikolu 1, paragrafu 2
The appropriations shall be authorised by the budgetary authority within the limits of the financial perspective.
L-approprjazzjonijiet għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja. Il-kontribuzzjoni għandha tkun iffinanzjata skond l-approprjazzjonijiet baġitarji annwali disponibbli.
Emenda 2
Artikolu 2, paragrafu 1, subparagrafu 2
The Commission shall forward all relevant information to the Court of Auditors and shall request from the EBRD any supplementary information that the Court of Auditors may wish to receive, as regards the aspects of the operation of the Chernobyl Shelter Fund that relate to the Community's contribution.
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni relevanti kollha lill-awtorità baġitarja u lill-Qorti ta' l-Awdituri u għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni supplimentari li huma jistgħu jkunu jixtiequ li jirċievu, fir-rigward ta' l-aspetti ta' l-operazzjoni tal-Fond tax-Xelter ta" Chernobyl li tirrelata mal-kontribuzzjoni tal-Komunità.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni *
PDF 280kWORD 39k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill, f'isem il-Komunità Ewropea, dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (COM(2006)0082 – C6-0105/2006 – 2006/0023(CNS))
P6_TA(2006)0477A6-0380/2006

(Proċedura ta" konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0082)(1),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni tal-31 ta' Ottubru 2003,

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikoli 47(2), 57(2), 95, 107(5), 179, 181a, 190(5), 195(4), 199, 207(3), 218(2), 223 l-aħħar paragrafu, 224 il-paragrafu ta' qabel ta' l-aħħar, 225a il-paragrafu ta' qabel ta' l-aħħar, 245(2), 248(4) l-aħħar paragrafu, 255(2), 255(3), 260 it-tieni paragrafu, 264 it-tieni paragrafu, 266 l-aħħar paragrafu, 279, 280, 283 u 300(2) l-ewwel paragrafu tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0105/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A6-0380/2006),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjonixz tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 4 a (ġdida)
(4a) Huwa ta' l-akbar importanza li l-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux hekk, jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni mingħajr aktar dewmien,

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-EAFRD *
PDF 196kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (COM(2006)0237 – C6-0237/2006 – 2006/0082(CNS))
P6_TA(2006)0478A6-0319/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0237)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0237/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0319/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk għandu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.


Talba għad-difiża ta' l-immunità ta' Gabriele Albertini
PDF 270kWORD 32k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar talba għad-difiża ta' l-immunità u tal-privileġġi ta' Gabriele Albertini (2006/2099(IMM))
P6_TA(2006)0479A6-0378/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba ta' Gabriele Albertini għad-difiża ta' l-immunità tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti kriminali mressqa kontrih quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Milan, imwettqa fil-25 ta' April 2006, imħabbra fis-seduta plenarja tas-27 ta' April 2006,

–   wara li semgħa lil Gabriele Albertini skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta" Mejju 1964 u ta" l-10 ta" Lulju 1986(1)

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0378/2006),

1.  Jiddeċiedi li jħares l-immunità u l-privileġġi ta" Gabriele Albertini;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtoritajiet rilevanti tar-Repubblika Taljana.

(1) Il-Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195 u l-Każ 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391.


Talba għad-difiża ta' l-immunità ta' Gabriele Albertini
PDF 287kWORD 43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar talba għad-difiża ta' l-immunità u tal-privileġġi ta' Gabriele Albertini (2006/2122(IMM))
P6_TA(2006)0480A6-0383/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba ta' Gabriele Albertini għad-difiża ta' l-immunità tiegħu fir-rigward tal-proċedimenti kriminali mressqa kontrih quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Milan, imwettqa fit-28 ta' April 2006, imħabbra fis-seduta plenarja tal-15 ta' Mejju 2006,

–   wara li kkunsidra s-smigħ ta' Gabriele Albertini skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta" Mejju 1964 u ta" l-10 ta" Lulju 1986(1)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 68 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Taljana,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0383/2006),

A.   billi Gabriele Albertini huwa Membru tal-Parlament Ewropew li kien elett fis-sitt elezzjoni diretta ta' l-10 sat-13 ta' Ġunju 2004 u billi l-kredenzjali tiegħu kienu verifikati mill-Parlament fl-14 ta' Diċembru 2004(2),

B.   billi waqt is-seduti tal-Parlament Ewropew il-Membri tiegħu jgawdu l-immunitajiet fit-territorju ta' l-Istat tagħhom mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom u billi l-immunità ma tistax tkun invokata meta Membru jinqabad fl-att li jwettaq reat; billi dan ma jostakolax lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu(3),

C.  C billi d-dispożizzjoni li tapplika fil-każ ikkonċernat hija t-tieni subparagrafu ta" l-Artikolu 68, tal-Kostituzzjoni Taljana, li tippermetti li jitressqu proċedimenti kriminali kontra Membri tal-Parlament mingħajr ebda formalitajiet speċjali, meta jitqies li, mingħajr il-permess tal-Kamra li jappartjeni għaliha l-Membru, ma tistax isseħħ tiftixa kemm fuq il-persuna u lanqas fuq id-domiċilju ta' Membru tal-Parlament u Membru ma jistax ikun arrestat jew miċħud b'mod ieħor mil-liberta' personali tiegħu jew tagħha jew miżmum f'detenzjoni, ħlief f'każ ta' infurzar ta' kundanna ta' ħtija finali jew f'każ fejn il-Membru jinqabad fl-att li jwettaq reat li għalih l-arrest ikun obbligatorju f'każ ta' flagrante delicto,

D.   billi l-akkużi mressqa kontra Gabriele Albertini mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Distrettwali ta' Milan jittratta t-tressiq ta' emendi vojta skond il-proċedura tal-baġit tal-Kunsill tal-Belt ta' Milan bil-ħsieb li dawn jimtlew aktar tard skond l-emendi mressqa mill-oppozzizzjoni, biex ikun evitat it-tressiq ta' emendi wara l-iskadenza, li jkun każ inammissibbli,

E.   billi t-tressiq ta' emendi vojta jista' jitqies bħala aspett tal-politika u tal-ħajja politika u billi, sakemm l-att finali li għalih qed jirreferu ma jkunx adottat, emendi bħal dawn huma sempliċiment atti ta' proċedura interna bl-ebda effett estern, b'mod partikolari u fuq kollox minn naħa tal-liġi kriminali, peress li t-tressiq ta' emendi bħal dawn ifisser reat impossibbli u fi kwalunkwe każ reat mhux eżistenti,

F.   billi, fi proċedimenti oħrajn (Każ Nru. 9384/03 R.G.N.R.), l-istess Qorti Distrettwali ta' Milan, sejħet biex jitqiesu allegazzjonijiet simili għal dawk imwettqa kontra Gabriele Albertini iżda mbagħad għal dawk imwettqa minn Gabriele Albertini nnifsu kontra l-avversarji politiċi tiegħu, sostniet li m'hemm ebda każ x'tindirizza u ċaħdet il-każ,

G.   billi l-fatt li l-istess Qorti adottat attitudni għal kollox opposta f'żewġ każijiet sostanzjalment simili jirriżulta fi trattament inugwali mingħajr raġuni li jwassal għas-suġġeriment li Gabriele Albertini tressaq il-Qorti inġustament,

H.   billi l-kwistjoni kkonċernata hija estremament delikata u l-konsegwenzi tagħha għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew m'humiex aċċettabbli, peress li m'hemm ebda ġustifikazzjoni għal trattament inugwali ta' Gabriele Albertini, li jwassal għall-kwistjoni ta' fumus persecutionis,

I.   billi kwalunkwe każ ta' persekuzzjoni politika ta' wieħed mill-Membri tiegħu huwa attakk fuq l-integrità tal-Parlament Ewropew bħala istituzzjoni politika eletta b'mod demokratiku mill-popli ta' l-Ewropa, u jfisser disprezz għal Parlament,

J.   billi l-attitudni diskriminatorja tal-Qorti Taljana qed tagħmel ħsara lil Gabriele Albertini;

K.   billi, jekk l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew diġà daħal fis-seħħ, li dan għadu ma seħħx, minkejja li l-Parlament Ewropew approvah darbtejn, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' Diċembru 2002(4) u tas-17 ta' Diċembru 2003(5), il-proċedimenti kontra Gabriele Albertini setgħu kienu sospiżi;

1.  Jiddispjaċih li, fil-fatt, il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965 ma jallokax il-mezzi lill-Parlament Ewropew biex jieħu azzjoni li torbot biex jipproteġi lill-Gabriele Albertini u għalhekk jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità tiegħu;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Distrettwali ta' Milan fir-rigward tal-każ kriminali Nru 8629/05 R.G.

(1)1 Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, u l-Każ 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986]ECR 2391.
(2)2 Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-verifika tal-kredenzjali (ĠU C 226 E, 15.9.2005, p. 51).
(3)3 L-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965.
(4) ĠU C 27 E, 30.1.2004, p. 139.
(5) ĠU C 91 E, 15.4.2004, p. 230.


Talba għad-difiża ta' l-immunità ta' Gérard Onesta
PDF 209kWORD 43k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għall-ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Gérard Onesta (2006/2121(IMM))
P6_TA(2006)0481A6-0386/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba ta' Monica Frassoni għall-ħarsien ta' l-immunità ta' Gérard Onesta f'konnessjoni mal-proċeduri kriminali miġjuba kontra dan ta' l-aħħar quddiem it-Tielet Kamra tal-Qorti ta' l-Appelli Kriminali ta' Toulouse, Franza, imressqa fis-17 ta' Mejju 2006, imħabbra fis-seduta plenarja fil-31 ta' Mejju 2006,

–   wara li sema' lil Gérard Onesta skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u ta' l-10 ta' Lulju 1986(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0386/2006),

A.   billi Gérard Onesta huwa Membru tal-Parlament Ewropew li kien elett fis-sitt elezzjoni diretta ta' l-10 sat-13 ta' Ġunju 2004 u billi l-kredenzjali tiegħu kienu vverifikati mill-Parlament fl-14 ta' Diċembru 2004(2) ,

B.   billi waqt is-seduti tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu jgawdu fit-territorju ta' l-Istat tagħhom l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom u billi l-immunità ma tistax tkun invokata meta Membru jinqabad fl-att li jwettaq reat; billi dan ma jostakolax lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu(3),

C.   billi d-dispożizzjoni applikabbli għall-każ imsemmi hija l-Artikolu 26, it-tieni subparagrafu, tal-Kostituzzjoni Franċiża, li f'konformità magħha l-ebda Membru Parlamentari m'għandu jkun arrestat għal delitt serju jew reat serju ieħor, l-anqas m'għandu jkun suġġett għal xi miżura ta' kustodja jew ta' semikustodja, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Bureau ta' l-assemblea li tagħha huwa membru; billi awtorizzazzjoni bħal din m'għandhiex tkun meħtieġa fil-każ ta' delitt serju jew reat serju ieħor mwettqa flagrante delicto jew fil-każ ta' sentenza finali,

D.   billi l-Qorti ta'l-Appelli Kriminali ta' Toulouse ikkundannat lil Gérard Onesta għal tliet xhur ħabs, u b'hekk applikat sanzjoni aktar stretta minn dik merfugħa għall-akkużati l-oħra, u billi l-istess Qorti msemmija ġġustifikat din id-deċiżjoni differenti billi stqarret illi, fil-kapaċità tiegħu bħala Membru ta' Parlament Gérard Onesta kellu għad-dispożizzjoni tiegħu , aktar minn kull ċittadin ieħor, il-mezzi sabiex isemma' leħnu f'fora politiċi, b'mod partikulari bl-appoġġ ta' membri oħra eletti tal-partit tiegħu, tal-grupp tiegħu fl-Assemblea u, jekk meħtieġ, tal-media, peress li hu, skond il-Qorti Franċiża, espert fl-arti tal-komunikazzjoni,

E.   billi l-fatt li Gérard Onesta ġie kkastigat b'aktar severità għall-unika raġuni li għandu status ta' Membru ta' Parlament jikkostitwixxi diskriminazzjoni ċara kontra politiċi eletti, kemm-il darba jidher li, peress li huma għandhom mezzi oħra u aktar effettivi ta' espressjoni, mhumiex permessi li jkunu involuti f'dimostrazzjonijiet pubbliċi bl-istess mod bħaċ-ċittadini l-oħra u billi dan il-fatt, għalhekk, iġib miegħu l-konklużjoni inaċċettabbli li Membri ta' Parlament jistgħu biss jaġixxu f'assemblei politiċi u li, barra minn dawn il-fora, igawdu inqas jeddijiet u mezzi ta' espressjoni minn kull ċittadin ieħor,

F.   billi l-użu diskriminatorju mill-awtoritajiet Franċiżi tal-frażi "fraglante delicto" kontra Membri tal-Parlament biss - magħżula minn fost aktar minn 400 persuna involuta - tikkonstitwixxi abbuż ta' proċedura, bl-iskop waħdieni li jiġi evitat il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet,

G.   billi Gérard Onesta jsostni li l-intenzjoni tiegħu kienet li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet kontra Franza talli naqqset milli ddaħħal fil-liġi tagħha id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament(4),

H.   billi l-affari inkwistjoni hija delikata ħafna u l-konsegwenzi għall-prerogattivi tal-Parlament Ewropew huma inaċċettabbli, peress li l-attitudni diskriminatorja tal-qorti Franċiża u l-preġudizzju politiku sussegwenti għad-drittijiet ċivili ta' Gérard Onesta għandhom ikunu kkundannati bil-qawwa,

I.   billi, wara li pprova r-rimedji domestiċi kollha, Gérard Onesta, fi kwalunkwe każ hu intitolat li jressaq il-każ tiegħu quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, u li l-Parlament Ewropew diġà qed jikkunsidra miżuri ta' appoġġ,

J.   billi kull każ ta' persekuzzjoni politika ta' wieħed mill-Membri tiegħu hu attakk fuq l-integrità tal-Parlament Ewropew bħala istituzzjoni politika eletta b'mod demokratiku mill-popli ta' l-Ewropa, u jfisser disprezz għall-Parlament, u billi, bħala istituzzjoni demokratika, il-Parlament Ewropew hu marbut li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu billi juża l-mezzi kollha disponibbli għalih,

1.  1 Jesprimi dispjaċir li, fil-fatt, il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965 ma jallokax il-mezzi lill-Parlament Ewropew biex jieħu azzjoni li torbot biex jipproteġi lil Gérard Onesta u għalhekk jiddeċiedi li ma jiddefendix l-immunità tiegħu.

(1) Il-kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, u l-kawża 149/85 Wybot v Faure u others [1986] ECR 2391.
(2) Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-verifika tal-kredenzjali (ĠU C 226 E, 15.9.2005, p. 51)
(3) Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965.
(4) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.


Azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-Politika ta" l-Ambjent Marittimu ***I
PDF 702kWORD 271k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-Politika ta" l-Ambjent Marittimu (Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima) (COM(2005)0505 – C6-0346/2005 – 2005/0211(COD))
P6_TA(2006)0482A6-0373/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0505)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0346/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0373/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-Politika ta" l-Ambjent Marittimu (Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima)

P6_TC1-COD(2005)0211


(Test b'relevanza għaż-ZEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) ta" dan,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4),

Billi:

(1)  L-ambjent marittimu huwa wirt prezzjuż li għandu jiġi protett, restawrat u ttrattat bħala tali bil-għan aħħari li jipprovdi oċeani u ibħra bijoloġikament diversi u dinamiċi li jkunu sikuri, nodfa, f'saħħithom u produttivi.

(2)  L-Ewropa hija mdawra minn erba' ibħra - il-Mediterran, il-Baltiku, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar l-Iswed; u minn żewġ oċeani - l-Atlantiku u l-Artiku.

(3)  It-territorju fuq l-art tal-Komunità huwa fil-fatt magħmul minn peniżola li għandha kosti twal eluf ta' kilometri u t-territorju marittimu tal-Komunità huwa akbar minn dak ta' l-art.

(4)  Jidher ċar li d-domanda li hemm għal riżorsi naturali u servizzi ekoloġiċi tal-baħar, bħalma huwa l-assorbiment ta' l-iskart, hija kbira wisq u l-Komunità teħtieġ li tnaqqas l-effett tagħha fuq l-ibħra, kemm fit-territorju Komunitarju kif ukoll lil hinn minnu.

(5)  Minħabba s-sensittivitajiet partikolari ta' l-ekosistema tal-Baħar Baltiku, li jirriżultaw min-natura magħluqa u salmastra tiegħu, l-Istati Membri li jinsabu madwar il-Baltiku għandhom ifittxu li jindirizzaw bħala kwistjoni ta' urġenza t-theddid partikolari għall-Baħar Baltiku, bħall-ewtrofikazzjoni, l-introduzzjoni ta' speċijiet invażivi u s-sajd żejjed.

(6)  Konformi mad-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta" Azzjoni Ambjentali tal-Komunità(5), strateġija tematika għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta" l-ambjent marittimu kellu jiġi żviluppat, sa żmien tliet snin mill-adozzjoni ta" dak il-Programm, bl-għanijiet ġenerali li tippromwovi użu sostenibbli ta" l-ibħra u tikkonserva l-ekosistemi marittimi.

(7)  L-istrateġija tematika fuq l-ambjent tal-baħar - imsejsa fuq approċċ integrat - għandha tinkludi, kif jixraq, objettivi kwalitattivi u kwantitattivi u skedi ta' ħin li jippermettu li jiġu mqabbla u evalwata l-miżuri li ssir dispożizzjoni għalihom. Azzjonijiet li għandhom il-mira li jimplimentaw l-istrateġija għandhom ikunu konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Għandha ssir kunsiderazzjoni wkoll għaż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati u l-użu aħjar ta' l-istrumenti ta' finanzjar varji tal-Komunità, marbutin b'mod dirett jew indirett mal-ħarsien ta' l-ambjent marittimu.

(8)  L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija għandhom ikollhom il-mira li jikkonservaw l-ekosistema. Dan l-approċċ għandu jikkunsidra zoni bijoġeografiċi bħala protetti, kif ukoll attivitajiet tal-bniedem li jkollhom impatt fuq l-ambjent marittimu.

(9)  Jeħtieġ li jibqgħu jiġu stabbiliti miri bijoloġiċi u ambjentali u oqfsa ta' referenza li jqisu l-objettivi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' ambjenti naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa(6) (id-Direttiva ta' l-Ambjenti Naturali), u tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma(7), u ta' objettivi oħrajn li sar ftehim internazzjonali fuqhom.

(10)  Biex jiġi promoss użu sostenibbli ta" l-ibħra u tikkonserva l-ekosistemi marittimi, għandha tingħata prijorità sabiex jinkiseb stat ambjentali tajjeb fl-ambjent marittimu tal-Komunità, it-tkomplija tal-protezzjoni u l-preservazzjoni ta" dak l-ambjent, u l-iżgurar li ma jkunx hemm iktar deterjorament.

(11)  Biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, hemm bżonn ta' qafas leġiżlattiv trasparenti u koerenti, li tinkludi definizzjoni ta' stat ambjentali tajjeb u li hija marbuta mal-prinċipju tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex tipprovdi qafas ġenerali għal azzjoni u tippermetti li l-azzjoni meħuda tkun koordinata, u konsistenti, u integrata sew ma" azzjonijiet marbuta ma" leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità kif ukoll ma" ftehim internazzjonali.

(12)  Il-kundizzjonijiet, il-problemi u l-ħtiġijiet diversi tar-Reġjuni Marittimi varji li jiffurmaw l-ambjent marittimu fil-Komunità jeħtieġu soluzzjonijiet differenti u speċifiċi. Dik id-diversità għandha titqies fil-preparazzjoni, l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-miżuri biex jintlaħaq stat ambjentali tajjeb fl-ambjent marittimu tal-Komunità fil-qafas ta' Reġjuni u Sotto-Reġjuni Marittimi.

(13)  Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri li għandhom Reġjun tal-Baħar komuni għandhom jiżguraw li tiġi prodotta Strateġija għall-Baħar konġunta, waħda għal kull reġjun jew sotto-reġjun għall-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom. Kull Stat Membru għandu jiżviluppa Strateġija Marittima għall-ilmijiet Ewropej tiegħu li, filwaqt li tkun speċifika għall-ilmijiet tiegħu, tkun tirrifletti l-perspettiva ġenerali tar-Reġjun tal-Baħar partikolari. L-Istrateġiji Marittimi għandhom jirriżultaw fl-eżekuzzjoni ta" programmi ta" miżuri mfassla biex jilħqu stat ambjentali tajjeb.

(14)  Minħabba n-natura transkonfinanti ta" l-ambjent marittimu, l-iżvilupp ta" Strateġiji Marittimi għandu jkun koordinat għal kull Reġjun Marittimu. Peress li r-Reġjuni Marittimi huma kondiviżi kemm bejn Stati Membri kif ukoll ma" pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw l-aktar koordinazzjoni mill-viċin possibbli ma" l-Istati Membri kollha u l-pajjiżi oħrajn konċernati. Fejn hu prattiku u xieraq, strutturi istituzzjonali eżistenti stabbiliti f'Reġjuni Marittimi għandhom jintużaw biex jiżguraw tali koordinazzjoni.

(15)  Billi azzjoni fil-livell internazzjonali hija indispensabbli biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, din id-Direttiva għandha ttejjeb l-effettività tal-kontribut tal-Komunità taħt ftehimiet internazzjonali.

(16)  Minħabba l-interazzjoni ta' l-interessi ta' nazzjonijiet tat-tbaħħir u tas-sajd u l-bastimenti u l-attivitajiet tagħhom fl-ambjent marittimu, huwa imperattiv li jiġu kkoordinati l-isforzi biex l-ambjent tal-baħar jitħares mir-riskji assoċjati mat-tħaddim ta' dawn il-bastimenti fir-Reġjun tal-Baħar ma' l-istat fejn ikun irreġistrat il-bastiment. Fejn il-bastimenti ta' pajjiżi terzi joperaw fir-Reġjun marittimu, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex iħarsu l-ambjent marittimu fi ħdan il-qafas tal-korpi u l-istituzzjonijiet eżistenti.

(17)  Il-Komunità u l-Istati Membri huma parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE(8). L-obbligi tal-Komunità u l-Istati Membri taħt dawk il-ftehim għandhom għalhekk jitqiesu bis-sħiħ f'din id-Direttiva.

(18)  Din id-Direttiva għandha wkoll issostni l-pożizzjoni qawwija meħuda mill-Komunità, fil-kuntest tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KE(9), dwar il-twaqqif tat-telfien tal-bijodiversità, waqt li tiżgura l-użu konservazzjonali u sostenibbli tal-bijodiversità marittima u dwar il-ħolqien ta" netwerk globali ta" żoni marittimi protetti sa l-2012. Barra dan, hi għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Seba" Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD/COP7), li adottat programm elaborat ta" ħidma dwar il-bijodiversità marittima u kostali b'numru ta" skopijiet, għanijiet u attivitajiet maħsuba biex iwaqqfu t-telfien tal-bijodiversità bijoloġika nazzjonali, reġjonali u globali u li jassiguraw il-kapaċità ta" l-ekosistema marittima li ssostni l-provvista ta" merkanzija u servizzi, u programm ta" ħidma dwar żoni protetti bl-għan li jitwaqqfu u jinżammu sistemi nazzjonali u reġjonali rappreżentattivi ekoloġikament ta" żoni marittimi protetti sa l-2012. L-obbligu li l-Istati Membri jiddeżinjaw żoni Natura 2000 taħt id-Direttiva dwar l-Ambjenti Naturali jagħmel kontribut importanti lil dan il-proċess.

(19)  Approċċ razzjonali għandu jiġi definit għall-implimentazzjoni sħiħa tan-netwerk Natura 2000 fl-ambjent marittimu. Dan l-approċċ għandu jinkludi proposti għall-adattament ta' l-annessi għad-Direttiva ta' l-Ambjenti Naturali relatati ma' ambjenti u speċijiet marittimi, u għandu japplika u jaġġusta dawk il-miżuri ta' instrumentazzjoni tekniċi u finanzjarji li huma neċessarji.

(20)  L-iżgurar ta' l-integrazzjoni ta' l-għanijiet ta' konservazzjoni, il-miżuri amministrattivi u l-attivitajiet ta' sorveljanza u evalwazzjoni mfasslin għal zoni marittimi protetti fl-Istrateġiji Marittimi hija kruċjali għall-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

(21)  Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għat-twettiq ta" l-obbligi tal-Komunità u ta" l-Istati Membri skond diversi ftehim internazzjonali rilevanti oħrajn li permezz tagħhom daħlu għal impenji importanti rigward il-protezzjoni ta" l-ambjent marittimu mit-tniġġis: il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta" l-Ambjent Marittimu taż-Żona tal-Baħar Baltiku, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/157/KE(10), il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta" l-Ambjent Marittimu tal-Grigal ta" l-Atlantiku, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/249/KE(11), u l-Anness V il-ġdid tagħha dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni ta" l-Ekosistemi u d-Diversità Bijoloġika taż-Żona Marittima u l-Appendiċi III korrispondenti, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/340/KE(12), u tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta" l-Ambjent Marittimu u r-Reġjun Kostali tal-Mediterran, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/585/KEE(13), u l-emendi tagħha mill-1995, appruvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/802/KE(14), kif ukoll l-Protokoll tagħha dwar il-Protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis minn Sorsi Bbażati Fuq l-Art, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/101/KEE(15).

(22)  Huwa neċessarju li jkunu mistiedna l-pajjiżi tal-viċinanzi biex jipparteċipaw f'dan il-proċess u jiżviluppaw sħubiji magħhom, b'mod partikolari fil-Baħar Baltiku, fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, waqt li jitqiesu, inter alia, l-inizjattivi ta' sħubija li tnedew fil-kuntest tas-Samit Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.

(23)  Għandha titqies ukoll il-bijodiversità u l-potenzjal għal riċerka tal-baħar assoċjati ma' ambjenti fil-baħar fond lil hinn mir-reġjuni l-iktar imwarrba u għandu jingħata appoġġ, taħt programmi speċifiċi, għat-tfassil ta' studji xjentifiċi bil-għan li ssir karatterizzazzjoni aħjar ta' l-ekosistemi bil-baħar fond.

(24)  Għal ħarsien effettiv ta' l-ambjent tal-baħar, l-Istati Membri għandhom joħolqu oqsfa u pjattaformi li jippermettu proċessar transsettorjali ta' kwistjonijiet tal-baħar. Għalhekk, l-iżvilupp ta' l-istat ta' l-ilmijiet tal-baħar m'għandux jitqies min-naħa ambjentali biss, iżda għandu jgħaqqad ix-xjenza naturali ma' l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u amministrattiv taz-zona.

(25)  Peress li l-programmi ta" miżuri mwettqa skond l-Istrateġiji Marittimi jkunu effettivi u kemm jista' jkun effettivi f'sens ta' spejjeż biss jekk ikunu maħsuba fuq il-bażi ta" għarfien xjentifiku sod ta" l-istat ta" l-ambjent marittimu f'zona partikolari u mfassla viċin kemm jista" jkun tal-bżonnijiet ta" l-ilmijiet ikkonċernati fil-każ ta" kull Stat Membru u fil-perspettiva ġenerali tar-Reġjun marittimu kkonċernat, huwa meħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet għall-preparazzjoni f'livell nazzjonali ta" qafas xieraq, inkluża riċerka marittima u operazzjonijiet ta' monitoraġġ, għat-tfassil ta" politika b'mod infurmat.

(26)  Bħala l-ewwel pass f'dik il-preparazzjoni, l-Istati Membri li jmissu ma" Reġjun Marittimu għandhom jagħmlu analiżi tal-karatteristiċi u l-funzjonijiet ta" l-ilmijiet marittimi tagħhom, b'mod li jidentifikaw il-pressjonijiet u l-impatti predominanti fuq dawk l-ilmijiet, l-użu ekonomiku u soċjali tagħhom u l-ispiża tad-degradazzjoni ta" l-ambjent marittimu.

(27)  Fuq il-bażi ta" tali analiżi, l-Istati Membri għandhom imbagħad jiddeterminaw għall-ilmijiet Ewropej sett ta" karatteristiċi li jikkostitwixxu stat ambjentali tajjeb. Għal dawn l-għanijiet, huwa xieraq li ssir dispożizzjoni għal termini li jiddeskrivu kwalitajiet ġeneriċi, kriterji dettaljati u standards li jridu jiġu żviluppati fil-futur qrib mill-Kummissjoni bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha.

(28)  Il-Komunità għandha toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tippermetti lill-Istati Membri jibbenefikaw mill-kwalità tar-riċerka u l-korp ta' għarfien magħmula mill-universitajiet iddedikati għall-istudju tax-xjenzi marittimi. L-informazzjoni xjentifika u teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-istadji varji maħluqa minn din id-Direttiva għandhom għalhekk jiġu miksuba minn sorsi affidabbli u għandha tkun garantita s-sostenibilità taz-zoni tal-kosta fejn is-soltu jinsabu dawn iċ-ċentri ta' tagħlim.

(29)  L-appoġġ għal riċerka dwar l-ambjent tal-baħar għandu jkun parti mis-Seba' Programm ta' Qafas dwar ir-riċerka u l-iżvilupp (2007-2013).

(30)  Il-pass li jmiss biex jintlaħaq stat ambjentali tajjeb għandu jkun li jiġu stabbiliti miri ambjentali u programmi ta" monitoraġġ għal valutazzjoni kontinwa, li jippermettu li l-istat ta" l-ilmijiet konċernati jiġi evalwat fuq bażi regolari.

(31)  Fuq il-bażi ta" dawn l-oqsfsa, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw programmi ta" miżuri maħsuba biex jilħqu stat ambjentali tajjeb fl-ilmijiet konċernati, filwaqt li jakkomodaw il-ħtiġijiet Komunitarji u internazzjonali eżistenti u l-ħtiġijiet tar-Reġjun Marittimu konċernat.

(32)  Minkejja li hu xieraq, meta titqies il-preċiżjoni tal-punt fokali meħtieġ, li dawk il-passi li jittieħdu mill-Istati Membri, huwa essenzjali, sabiex tkun żgurata l-koeżjoni ta" l-azzjoni madwar il-Komunità kollha u fir-rigward ta" l-impenji f'livell globali, li kemm il-qafas preparatorju kif ukoll il-programmi ta" miżuri jkunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.

(33)  L-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-immaniġġjar tal-programmi ta' miżuri jistgħu jeħtieġu spiża sostanzjali. Meta wieħed iqis li l-programmi ta' miżuri huma l-mezz kif jistgħu jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva, il-Komunità għandha tikkontribwixxi għan-nefqa ta' l-Istati Membri waqt il-preparazzjoni, l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni ta' dawk il-programmi.

(34)  Għall-finijiet ta" ġustizzja u fattibilità, huwa xieraq li jsiru dispożizzjonijiet għall- każijiet fejn ikun impossibbli għal Stat Membru li jilħaq il-livell ta" ambizzjoni tal-miri ambjentali stabbiliti.

(35)  F'dak il-kuntest hu neċessarju li ssir dispożizzjoni għal żewġ tipi ta" każi speċjali. L-ewwel wieħed jikkonċerna sitwazzjoni fejn ikun impossibbli għal Stat Membru li jilħaq il-miri ambjentali stabbiliti minħabba azzjoni jew nuqqas ta" azzjoni min-naħa ta" pajjiż ieħor, kawżi naturali jew force majeure, jew minħabba azzjonijiet li dak l-Istat Membru jkun ħa hu stess għal raġunijiet ta" interess pubbliku li kienu meqjusa li jissuperaw l-impatt negattiv fuq l-ambjent. Huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jieħdu miżuri ad hoc f'tali każijiet minflok il-miżuri integrati fil-programm ta" miżuri tagħhom. Miżuri ad hoc għandhom ikunu mfassla biex ma jħallux aktar deterjorament fl-istatus ta" l-ilmijiet marittimi affettwati u biex itaffu l-impatt ħażin fuq ir-Reġjun Marittimu konċernat.

(36)  It-tieni tip ta" każ speċjali huwa fejn Stat Membru jidentifika kwistjoni li għandha impatt fuq l-istatus ambjentali ta" l-ilmijiet marittimi Ewropej tiegħu, anke forsi tar-Reġjun Marittimu konċernat kollu, iżda li ma tistax tiġi solvuta b'miżuri meħuda fil-livell nazzjonali. F'tali każijiet, għandha ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tiġi infurmata fil-qafas tas-sottomissjoni ta" programmi ta" miżuri.

(37)  Madankollu, huwa meħtieġ li l-flessibilità introdotta għall-każijiet speċjali tkun soġġetta għal kontroll f'livell Komunitarju. Rigward l-ewwel tip ta" każ, huwa għalhekk xieraq li, matul il-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni qabel tapprova l-programm ta" miżuri, tingħata l-attenzjoni dovuta lill-effikaċja ta" kwalunkwe miżura ad hoc meħuda. Barra dan, f'każijiet fejn l-Istat Membru jirreferi għal azzjoni meħuda għal raġunijiet ta" importanza akbar fl-interess pubbliku, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe modifika jew alterazzjoni li ssir lill-ambjent marittimu bħala konsegwenza ma jeskludux jew jikkompromettux b'mod permanenti l-kisba ta" stat ambjentali tajjeb fir-Reġjun Marittimu konċernat.

(38)  Fir-rigward tat-tieni tip ta" każ speċjali, il-Kummissjoni għandha, qabel tapprova l-programm ta" miżuri, tikkunsidra l-validità tal-pożizzjoni meħuda mill-Istat Membru konċernat, jiġifieri, li l-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali ma jkunux biżżejjed, u li għalhekk l-azzjoni f'livell Komunitarju hija meħtieġa.

(39)  Minħabba n-natura dinamika ta" l-ekosistemi marittimi u tal-varjabilità naturali tagħhom, u l-fatt li l-pressjonijiet u l-impatti fuqhom ikunu se jvarjaw bl-evolviment ta" tipi differenti ta" attività tal-bniedem u l-impatt tat-tibdil fil-klima, huwa essenzjali li jingħaraf li d-definizzjoni ta" stat ambjentali tajjeb hija dinamika u flessibbli u trid tiġi adattata maż-żmien. B'hekk, huwa xieraq li l-protezzjoni ta" l-ambjent marittimu tkun flessibbli u adattabbli. Għalhekk huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni għall- aġġornar ta" l-Istrateġiji Marittimi fuq bażi regolari.

(40)  Hu neċessarju wkoll li ssir dispożizzjoni għall-pubblikazzjoni ta" programmi ta" miżuri u aġġornamenti tagħhom, u għal rapporti interim li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, u li jiddeskrivu l-progress fl-implimentazzjoni tal-programm.

(41)  Biex jiġi żgurat l-involviment attiv tal-pubbliku ġenerali fit-twaqqif, l-implimentazzjoni u l-aġġornament ta" l-Istrateġiji Marittimi, huwa meħtieġ li tingħata informazzjoni xierqa dwar l-elementi differenti tal-Istrateġiji Marittimi, jew l-aġġornamenti relatati magħhom, kif ukoll, meta jintalbu, dokumenti u informazzjoni ta" sfond rilevanti użati għall-iżvilupp ta" l-Istrateġiji Marittimi.

(42)  Huwa xieraq li l-Kummissjoni għandha tippreżenta l-ewwel rapport ta" evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva sa sentejn minn meta tirċievi l-programmi ta" miżuri kollha u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-2017. Rapporti sussegwenti mill-Kummissjoni għandhom jiġu ppubblikati kull sitt snin minn dakinhar "il quddiem.

(43)  Għandha ssir dispożizzjoni għall-adozzjoni ta" adattamenti ta" standards għall-valutazzjoni ta" l-istatus ta" l-ambjent marittimu, monitoraġġ, miri ambjentali u ta" formati tekniċi għall-finijiet ta" trasmissjoni u pproċessar ta" data sabiex ikunu kompatibbli mad-Direttiva 2007/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi infrastruttura għall-informazzjoni Spazjali fil-Komunità Ewropea (INSPIRE)(16).

(44)  Miżuri li jirregolaw l-immaniġġjar tas-sajd jistgħu jittieħdu, inter alia, fil-kuntest tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta" l-20 ta" Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd(17), ibbażata fuq pariri xjentifiċi, u għalhekk huma indirizzati wkoll minn din id-Direttiva. Il-kontroll tar-rimi u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-użu ta" materjal radjuattiv huwa regolat mill-Artikoli 30 u 31 tat-Trattat Euratom u għalhekk m'hux indirizzat minn din id-Direttiva.

(45)  Riformi futuri tal-Politika Komuni tas-Sajd għandhom iqisu l-impatti ambjentali tas-sajd u l-objettivi ta' din id-Direttiva.

(46)  Billi l-għanijiet ta" l-azzjoni li għandha tittieħed ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta" l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta" sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta" proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawn għanijiet.

(47)  Azzjoni ta' l-Istati Membri għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni u fuq approċċ imsejjes fuq l-ekosistema.

(48)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikulari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea. B'mod partikulari, din tfittex li tippromwovi l-integrazzjoni fl-oqsma ta" politika tal-Komunità ta" livell għoli ta" protezzjoni ambjentali u titjib fil-kwalità ambjentali konformi mal-prinċipju ta" żvilupp sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea.

(49)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" l-implimentazzjoni ta" poteri konferiti fuq il-Kummissjoni(18),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li fih l-Istati Membri għandhom jinkisbu stat ambjentali tajjeb fl-ambjent marittimu sa mhux aktar tard mis-sena 2017 u jieħdu miżuri li:

   a) iħarsu u jippreservaw l-ambjent marittimu jew jippermettu l-irkupru tiegħu jew, fejn ikun applikabbli, jerġgħu jġibu bħal qabel il-proċess u l-istruttura tal-bijodiversità marittima u ta' l-ekosistemi marittimi;
   b) jipprevjenu u jaqtgħu t-tniġġis fl-ambjent marittimu sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impatt sinifikanti fuq il-bijodiversità marittima, l-ekosistemi marittimi, is-saħħa tal-bniedem jew l-użu leġittimu tal-baħar jew riskji sinifikanti għalihom;
   c) jillimitaw l-użu ta' servizzi u prodotti marittimi u attivitajiet oħrajn fl-ambjent marittimu għal livelli li huma sostenibbli u li ma jikkompromettux l-użu u l-attivitajiet ta' ġenerazzjonijiet futuri u lanqas il-kapaċità ta' ekosistemi marittimi li jirreaġixxu għal bidliet naturali jew ikkaġunati mill-bniedem.

Artikolu 2

Kamp ta" applikazzjoni

Din id-Direttiva hija applikabbli għall-ilmijiet marittimi Ewropej kollha u għandha tqis il-ħtieġa li tkun żgurata l-kwalità ta' l-ambjent marittimu ta' Stati assoċjati u applikanti.

Artikolu 3

Obbligi, impenji u inizjattivi eżistenti

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal:

   a) obbligi, impenji u inizjattivi eżistenti ta' l-Istati Membri, jew tal-Komunità, fuq livell Komunitarju jew internazzjonali fir-rigward tal-ħarsien ambjentali fl-ilmijiet marittimi Ewropej; u
   b) il-kompetenza ta' Stati Membri fl-istrutturi istituzzjonali internazzjonali eżistenti.

Artikolu 4

Tifsiriet

Għall-finijiet ta" din id-Direttiva:

  (1) "Ilmijiet marittimi Ewropej' għandha tfisser:
   - l-ilmijiet Ewropej kollha fuq in-naħa lejn il-baħar tal-linja ta' bażi minn fejn il-wisa' ta' l-ilmijiet territorjali jiġu mkejla, estiż sal-limitu ta' barra taz-zona koperta mis-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' Stati Membri, inkluż il-qiegħ ta' dawk l-ilmijiet u l-ħamrija ta' taħt il-wiċċ tagħhom; u
   - l-ilmijiet tal-marea kollha - jew fl-Istati Membri jew biswithom - li minnhom titkejjel id-distanza ta' l-ilmijiet territorjali, u kwalunkwe art jew qiegħ tal-baħar miksija kontinwament jew minn żmien għall-ieħor b'dawk l-ilmijiet;
  2) "stat ambjentali' għandha tfisser l-istat ġenerali ta' l-ambjent ta' l-ilmijiet ikkonċernati, filwaqt li jitqiesu:
   a) l-istruttura, il-funzjoni u l-proċessi ta' l-ekosistemi marittimi kostitwenti; u
   b) il-komponenti, il-kondizzjonijiet u l-fatturi, kemm jekk akustiċi, bijoloġiċi, kimiċi, klimatiċi, ġeografiċi, ġeoloġiċi, fiżiċi jew fiżjografiċi, li jinteraġixxu u li jiddeterminaw il-kundizzjoni, il-produttività, il-kwalità u l-istat ta' l-ekosistemi marittimi msemmija f'punt (a).

Il-komponenti, il-kondizzjonijiet u l-fatturi msemmija f'punt (b) jinkludu dawk li jinħolqu bħala riżultat ta' attivitajiet tal-bniedem, irrispettivament minn jekk attivitajiet bħal dawn iseħħux fl-ilmijiet marittimi Ewropej inkwistjoni jew le;

  3) "stat ambjentali tajjeb' għandha tfisser l-istat ta' l-ambjent meta:
   a) l-istruttura, il-funzjoni u l-proċessi ta' l-ekosistemi marittimi kostitwenti jippermettu lil dawn l-ekosistemi biex jiffunzjonaw fil-mod ta' manteniment proprju naturali tagħhom. L-ekosistemi marittimi iżommu l-kapaċità naturali tagħhom li jirkupraw minn bidla usa' fil-klima;
   b) l-attivitajiet kollha tal-bniedem ġewwa u barra z-zona kkonċernata huma mmaniġġjati b'mod li jagħmel il-pressjoni kollettiva tagħhom fuq l-ekosistemi marittimi kompatibbli ma' stat ambjentali tajjeb. Attivitajiet tal-bniedem fl-ambjent marittimu m'għandhomx jaqbżu livelli li huma sostenibbli fuq skala ġeografika xierqa għal skopijiet ta' evalwazzjoni. Jinżamm il-potenzjal għal użu u għal attivitajiet ta' ġenerazzjonijiet futuri fl-ambjent tal-baħar;
   c) il-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar huma mħarsa, id-deterjorazzjoni tagħhom hija evitata, l-irkupru huwa possibbli u fejn ikun possibbli, il-funzjonijiet, il-proċessi u l-istruttura tagħhom jerġgħu jsiru bħal qabel;
   d) it-tniġġis u l-enerġija, inkluż l-istorbju, fl-ambjent tal-baħar jitnaqqsu b'mod stabbli sabiex jiġi żgurat li l-impatt fuq jew ir-riskji għall-bijodiversità marittima, l-ekosistemi marittimi, is-saħħa tal-bniedem jew l-użu leġittimu tal-baħar jiġu minimizzati; u
   e) il-kundizzjonijiet kollha elenkati fl-Anness -I huma ssodisfati;
   4) "tniġġis' għandha tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat ta' attività tal-bniedem, ta' sustanza jew enerġija, inkluż l-istorbju, fl-ambjent tal-baħar li jirriżulta jew jista' jirriżulta f'effetti ta' ħsara bħal ħsara għal bijodiversità tal-baħar u għal ekosistemi tal-baħar, periklu għas-saħħa tal-bniedem u xkiel għall-użu leġittimu tal-baħar;
   5) "zoni marittimi protetti' għandha tfisser zoni fejn għandhom ikunu limitati jew ipprojbiti attivitajiet identifikati bħala li qed jeżerċitaw pressjoni importanti u/jew impatt fuq l-ambjent marittimu. Zoni marittimi protetti huma identifikati minn Stati Membri waqt il-fażi ta' preparazzjoni ta' l-Istrateġija marittima, u jappartjenu għal sistema ta' ppjanar ta' l-ispazju marittimu li hija konsistenti fuq livell tal-Komunità, reġjonali hew sub-reġjonali, u bi qbil ma' impenji internazzjonali li għalihom il-Komunità hija parti.

Artikolu 5

Reġjuni u Sotto-Reġjuni Marittimi

1.  L-Istati membri għandhom jimplimentaw din id-Direttiva b'referenza għal dawn ir-Reġjuni Marittimi li ġejjin:

   a) il-Baħar Baltiku;
   b) l-Oċean Atlantiku tal-Grigal;
   ( ċ) il-Baħar Mediterran;
   d) il-Baħar l-Iswed.

2.  L-Istati Membri jistgħu, biex jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet ta" zona partikulari, jimplimentaw din id-Direttiva b'referenza għas-suddiviżjonijiet ta" l-ilmijiet marittimi imsemmija fil-paragrafu 1, sakemm dawn is-suddiviżjonijiet jkunu delimitati b'mod konsistenti mal-ftehim internazzjonali u kompatibbli mas-Sotto-Reġjuni Marittimi li ġejjin:

  a) fl-Atlantiku tal-Grigal:
   i) fil-Baħar tat-Tramuntana l-Kbir, inklużi l-Kattegat, il-Kanal Ingliż, l-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Olanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit;
   ii) fl-Ibħra Ċeltiċi, l-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta" l-Irlanda u tar-Renju Unit;
   iii) fil-Bajja ta" Biscay u l-Kosta ta" l-Iberja, l-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta" Franza, il-Portugall u Spanja;
   iv) fl-Oċean Atlantiku, l-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Portugall li jdawru l-Azores u l-Madejra, u ta" Spanja, li jdawru l-Gżejjer Kanarji;
  b) fil-Mediterran:
   i) fil-Baħar Mediterran tal-Punent, l-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta" Spanja, Franza u l-Italja;
   ii) fil-Baħar Adrijatiku, l-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta" l-Italja, is-Slovenja u l-Kroazja;
   iii) fil-Baħar Jonju, l-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Greċja, l-Italja u Malta;
   iv) fil-Baħar Eġew u tal-Lvant, l-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tal-Greċja u Ċipru.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe suddiviżjoni sad-data speċifikata fl-ewwel subparagrafu ta" l-Artikolu 30(1).

3.  Għal kull Reġjun Marittimu l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiksbu stat ambjentali tajjeb fl-ilmijiet marittimi Ewropej f'dak ir-Reġjun sa mhux aktar tard mill-2017, permezz ta' l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' strateġija marittima unika għal dak ir-Reġjun, skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-unitajiet ta' mmaniġġjar fl-ilmijiet marittimi Ewropej tagħhom fir-rigward ta' kull Reġjun jew Sottoreġjun Marittimu. L-unitajiet ta' mmaniġġjar għandhom, fejn xieraq, iqisu l-unitajiet ta' mmaniġġjar, monitoraġġ u ta' referenza eżistenti, u għandhom jiġu identifikati minn koordinazzjonijiet fl-Istrateġija Marittima relevanti.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe unità ta' immaniġjar sad-data speċifikata fl-ewwel subparagrafu ta" l-Artikolu 30(1).

Artikolu 6

Strateġiji Marittimi

1.  L-Istati Membri għandhom jiksbu l-istat ambjentali tajjeb billi jistabbilixxu u jimplimentaw Strateġiji għall-Baħar.

2.  Stati Membri li jaqsmu bejniethom Reġjun tal-Baħar għandhom jiżguraw li tinħoloq Strateġija għall-Baħar unika u konġunta għal kull reġjun jew sottoreġjun għall-ilmijiet f'dak ir-reġjun li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom. Kull Stat Membru għandu, fir-rigward ta" kull Reġjun Marittimu konċernat, jiżviluppa Strateġija Marittima għall-ilmijiet marittimi Ewropej tiegħu f'konformità mal-pjan ta" azzjoni li ġej:

(a)  Preparazzjoni:

   i) valutazzjoni inizjali, li trid titlesta sa ...(19), ta" l-istat ambjentali kurrenti ta" l-ilmijiet konċernati u l-impatt ambjentali ta" l-attivitajiet tal-bniedem fuq dan, skond l-Artikolu 10;
   ii) determinazzjoni, li trid tiġi stabbilita sa ...*, ta" l-istat ambjentali tajjeb ta" l-ilmijiet konċernati, skond l-Artikolu 11(1);
   iii) it-twaqqif, sa ...(20)*, ta" serje ta" miri ambjentali, skond l-Artikolu 12(1);
   iv) it-twaqqif u l-implimentazzjoni, sa ...** ħlief fejn speċifikat mod ieħor fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, ta" programm ta" monitoraġġ għall-valutazzjoni kontinwa u aġġornamenti regolari tal-miri, skond l-Artikolu 13(1);

(b)  Programmi ta" miżuri:

   i) l-iżvilupp, sa mhux aktar tard mill-2012, ta" programm ta" miżuri maħsub biex jikseb stat ambjentali tajjeb, skond l-Artikolu 16(1), (3) u (5);
   ii) id-dħul fis-seħħ tal-programm previst fil-punt (i), sa mhux aktar tard mill-2014, skond l-Artikolu 16(8).

3.  Fejn Stati Membri, li jaqsmu Reġjun jew Sottoreġjun Marittimu partikulari, jifthiemu li jimplimentaw il-passi msemmija fil-paragrafu 2, punti (a) u (b) aktar malajr milli indikat, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-iskeda ta' żmien riveduta tagħhom u jipproċedu skond il-każ.

Dawk l-Istati Membri għandhom jirċievu appoġġ xieraq mill-Unjoni Ewropea għall-isforzi akbar tagħhom biex itejbu l-ambjent billi jagħmlu z-zona, zona pilota.

Id-dispożizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 m'għandhomx iwaqqfu kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa biex jiżguraw li l-passi msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward ta' l-Artikoli 10, 11, 12, 13 u 16 jiġu żviluppati u implimentati skond kif stabbilit fl-Artikolu 8 u b'mod li jwassal għal Strateġija Marittima unika u konġunta għal kull Reġjun u rappurtaġġ konġunt dwar il-komponenti speċifikati f'dawn l-Artikoli.

Għal kull Reġjun Marittimu, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandu jippreżenta fi żmien tliet xhur ir-rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati.

5.  Ir-reġjun marittimu tal-Baħar Baltiku jista' jkun zona pilota sabiex tiġi implimentata l-istrateġija marittima. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Baħar Baltiku li jmiss mill-Kummissjoni ta' Ħelsinki (HELCOM) jaf ikun riżors utli fl-użu tal-Baħar Baltiku għal dan il-għan.

Programm ta' miżuri komuni għar-reġjun marittimi tal-Baħar Baltiku skond l-Artikolu 16(1)(a) u (b) għandu jiġi żviluppat mill-Istati Membri fir-reġjun, sa mhux aktar tard mill-2010, sabiex jinkiseb stat ambjentali tajjeb fir-reġjun tal-Baħar Baltiku.

Artikolu 7

Zoni protetti tal-baħar

1.  Fl-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistipulaw miżuri għall-ħarsien ta' zoni, skond ir-Reġjun u s-Sottoreġjun, speċifikati bħala "zoni marittimi protetti".

Bħala parti mill-istrateġiji tagħhom għal kull reġjun u sottoreġjun, l-Istati Membri għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jieħdu wkoll miżuri biex jistabbilixxu riżervi naturali tal-baħar magħluqa bil-għan li jipproteġu u jippreservaw l-ekosistemi u l-bijodiversità tal-baħar li huma l-aktar vulnerabbli.

2.  Stat Membru li jkun qed jistabbilixxi programm ta' miżuri għandu jinkludi fost il-miżuri fil-programm tiegħu l-użu ta' miżuri ta' protezzjoni ta' spazju, inklużi iżda mhux biss l-użu ta' zoni speċjali ta' konservazzjoni skond id-Direttiva 92/43/KEE, l-użu ta' zoni ta' protezzjoni speċjali skond id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta" April 1979 dwar il-konservazzjoni ta" għasafar selvaġġi (id-Direttiva dwar l-Għasafar)(21), u zoni marittimi protetti kif miftiehem fid-Deċiżjoni VII/5 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn kwalunkwe ftehim internazzjonali jew reġjonali oħra li l-Komunità hija parti minnhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn iz-zoni jikkontribwixxu għal netwerk koerenti u rappreżentattiv ta' zoni marittimi protetti sa mhux aktar tard mill-2012. In-network għandu jinkludi zoni ta' daqs suffiċjenti li huma protetti b'mod sħiħ mill-użu għal estrazzjoni ta' kull tip, biex iħarsu, fost affarijiet oħra, il-postijiet fejn ibid, jitrabba u jiekol il-ħut, u biex jippermettu li jiġu miżmuma jew li jiġu rkuprati l-integrità, l-istruttura u t-tħaddim ta' ekosistemi.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru jew aktar għal zoni marittimi protetti , li għandhom jiġu finalizzati sa mhux aktar tard minn ...?.(22).

5.  Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni fir-reġistru(i).

6.  Ir-reġistru(i) taz-zoni marittimi protetti għal kull Reġjun jew Sottoreġjun Marittimu għandu jiġi revedut u aġġornat.

Artikolu 8

Koperazzjoni u koordinazzjoni ma' pajjiżi terzi

1.  Għall-finijiet ta" din id-Direttiva, Stati Membri b'ilmijiet marittimi fl-istess Reġjun jew Sottoreġjun Marittimu għandhom jikkoperaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom.

Fejn prattiku u xieraq, l-Istati Membri għandhom jużaw strutturi istituzzjonali eżistenti stabbiliti f'dak ir-Reġjun jew Sottoreġjun tal-Baħar u, sa fejn ikun possibbli, il-programmi u l-attivitajiet adottati hemm, li għandhom isiru fihom aġġustamenti xierqa, partikolarment bil-ħsieb li jiġu konformi ma" l-Artikolu 22.

2.  Għall-fini ta" twaqqif u implimentazzjoni ta' Strateġija Marittima, Stati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma":

   a) pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq zoni marittimi fir-Reġjun Marittimu konċernat;
   b) pajjiżi terzi li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom joperaw fir-Reġjun Marittimu konċernat; u
   c) pajjiżi terzi li ma jmissux mal-baħar iżda li għandhom fuq it-territorji tagħhom punti jew sorsi diffużi ta' tniġġis li huwa trasferit lejn ir-Reġjun Marittimu konċernat permezz ta' xmajjar jew bl-atmosfera.

F'dak il-kuntest, Stati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, jibnu fuq programmi u attivitajiet eżistenti żviluppati fil-qafas ta" strutturi li ħerġin minn ftehim internazzjonali.

Fil-kuntest ta' ftehim internazzjonali u reġjonali, li l-Komunita' kkonkludiet ma' organizzazzjonijiet u pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġurisdizzjoni:

   - fuq ilmijiet li għandhom konfini ma' ilmijiet marittimi Ewropej,
   - fuq vapuri li joperaw f'ilmijiet marittimi Ewropej u
   - fuq art li tista' tikkawża tniġġis ta' ilmijiet marittimi Ewropej,
  

l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-adozzjoni ta' miżuri u programmi għal strateġiji għall-baħar skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u III.

3.  Il-Kummissjoni għandha, sa l-2007, tistabbilixxi qafas regolatorju, li jiffoka fuq il-kriterji ambjentali, sabiex tiżgura li l-partijiet interessati kollha qed jiġu konsultati qabel proġetti ta' infrastruttura kbar fl-ambjent tal-baħar.

4.  Appoġġ mill-Unjoni Ewropea, eżempju taħt il-Politika Agrikola Komuni, tista' tingħata biss lil partijiet interessati li jistgħu juru li l-attivitajiet tagħhom juru bilanċ f'sens ta' nutrijenti, i.e. li m'humiex miżgħuda bi ħruġ ta' nutrijenti fuq skala kbira f'reċipjenti ta' l-ilma.

Artikolu 9

Awtoritajiet nazzjonali kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom, sad-data speċifikata fl-ewwel subparagrafu ta" l-Artikolu 30(1), jaħtru għal kull Reġjun Marittimu konċernat l-awtorità kompetenti ghall-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva fir-rigward ta" l-ilmijiet marittimi Ewropej tagħhom.

Sa sitt xhur minn dik id-data, L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista ta" l-awtoritajiet kompetenti maħtura, flimkien mal-punti ta" informazzjoni elenkati fl-Anness II.

Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista ta" l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-korpi internazzjonali kollha rilevanti li jipparteċipaw fihom.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fl-informazzjoni pprovduta f'konformità mal-paragrafu 1 sa tliet xhur minn mindu tali bidla tidħol fis-seħħ.

Kapitolu II

Strateġiji Marittimi: Preparazzjoni

Artikolu 10

Valutazzjoni

1.  Għal kull Reġjun Marittimu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali ta" l-ilmijiet marittimi Ewropej tagħhom, li tinkludi dawn li ġejjin:

   a) analiżi tal-karatteristiċi essenzjali, il-funzjonijiet u l-istat ambjentali kurrenti ta" dawk l-ilmijiet, ibbażata fuq il-lista mhux eżawrjenti ta" l-elementi stabbiliti fit-Tabella 1 ta" l-Anness III, u li tkopri t-tipi ta" ambjenti naturali, il-komponenti bijoloġiċi, il-karatteristiċi fiżjokimiċi u l-idromorfoloġija;
  b) analiżi tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti, inkluża l-attività tal-bniedem, fuq l-istat ambjentali ta" dawk l-ilmijiet li:
   i) hija bbażata fuq il-lista mhux eżawrjenti ta" l-elementi stabbilita fit-Tabella 2 ta" l-Anness III;
   ii) tkopri l-effetti kumulattivi u sinerġetiċi, kif ukoll xejriet li jintlemħu; u
   iii) tqies l-evalwazzjonijiet rilevanti li ġew imfassla skond il-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti;
   ( ċ) analiżi ekonomika u soċjali ta" l-użu tagħhom u ta" l-ispiża tad-degradazzjoni ta" l-ambjent marittimu.

2.  L-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tqis elementi li jirrigwardaw ilmijiet kostali, tranżizzjonali u territorjali koperti mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta" Mejju 1991 dwar it-trattament ta" l-ilma urban mormi(23), id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta" Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità ta" l-ilma għall-għawm(24) u d-Direttiva .../.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-istandards tal-kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE(25), sabiex jipproduċu evalwazzjoni komprensiva ta" l-istat ta" l-ambjent marittimu.

3.  Għal kull Reġjun Marittimu, l-Istati Membri li jippreparaw evalwazzjonijiet skond il-paragrafu 1 għandhom, permezz ta' koordinazzjoni stabbilita skond l-Artikolu 6(3), jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li:

   a) il-metodoloġiji tagħhom ta" evalwazzjoni jkunu konsistenti bejn l-Istati Membri fl-istess Reġjun;
   b) jiġu kkunsidrati l-impatti transkonfinali u l-karatteristiċi transkonfinali; u
   c) jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet ta" l-Istati Membri fl-istess Reġjun Marittimu.

4.  Data u informazzjoni li jirriżultaw mill-evalwazzjoni inizjali għandhom isiru disponibbli għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet u l-konvenzjonijiet reġjonali rilevanti responsabbli mill-ambjent marittimu u mis-sajd, mhux iktar tard minn tliet xhur wara li tkun tlestiet dik l-evalwazzjoni, għall-użu f'evalwazzjonijiet marittimi pan-Ewropej b'mod partikolari r-reviżjoni ta" l-istat ta" l-ambjent marittimu fil-Komunità skond l-Artikolu 23(3)(b).

Artikolu 11

Determinazzjoni ta" status ambjentali tajjeb

1.  B'referenza għall-evalwazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 10(1), l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta" kull Reġjun tal-Baħar konċernat, jiddeterminaw għall-ilmijiet tal-baħar Ewropej sett ta" karatteristiċi speċifiċi għal stat ambjentali tajjeb, fuq il-bażi tad-deskritturi kwalitattivi ġeneriċi, tal-kriterji u ta" l-istandards previsti fl-Annessi I u III.

Għandhom iqisu, inter alia, l-elementi elenkati fl-Annessi I u III dwar tipi ta" ambjenti naturali, komponenti bijoloġiċi, karatteristiċi fiżjokimiċi u idromorfoloġija.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-valutazzjoni magħmula skond l-Artikolu 10(1) u d-determinazzjoni magħmula skond il-paragrafu 1 ta" dan l-Artikolu sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun tlestiet din ta" l-aħħar.

Artikolu 12

Stabbiliment ta" miri ambjentali

1.  Fuq il-bażi ta" evalwazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 10(1), l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta" kull Reġjun Marittimu konċernat, jistabbilixxu b'mod konġunt sett komprensiv wieħed ta" miri ambjentali, maħsuba biex jiksbu stat ambjentali tajjeb, sa mhux aktar tard mill-2017, u indikaturi assoċjati, filwaqt li jqiesu l-lista mhux eżawrjenti ta" karatteristiċi stabbiliti fl-Anness IV.

Fit-tfassil ta" dawk il-miri u l-indikaturi, l-Istati Membri għandhom iqiesu l-applikazzjoni kontinwa tal-miri ambjentali eżistenti, stabbiliti fil-livell nazzjonali, Komunitarju jew internazzjonali fir-rigward ta" l-istess ilmijiet, u għandhom jiżguraw li jitqiesu l-impatti transkonfinali u l-karatteristiċi transkonfinali rilevanti.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miri ambjentali mhux aktar tard minn tliet xhur mill-istabbiliment tagħhom.

Artikolu 13

Stabbiliment ta" programmi ta" monitoraġġ

1.  Fuq il-bażi tal-valutazzjoni inizjali skond l-Artikolu 10(1), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw programmi koordinati ta" monitoraġġ biex jivvalutaw kontinwament l-istatus ambjentali ta" l-ilmijiet marittimi Ewropej tagħhom fuq il-bażi tal-listi mogħtija fl-Annessi III u V, u b'referenza għall-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 12.

Dawk il-programmi għandhom ikunu konsistenti fir-Reġjuni jew Sottoreġjuni Marittimi u għandhom jibnu fuq dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, b'mod partikolari d-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE jew taħt ftehim internazzjonali, jew fuq inizjattivi Komunitarji dwar infrastrutturi għal informazzjoni spazjali u GMES (Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà), b'mod partikolari fis-servizzi marittimi sal-punt li tali rekwiżiti jirrelataw ma" l-ilmijiet marittimi Ewropej ta" l-Istati Membri fir-Reġjun tal-Baħar imsemmi qabel.

2.  Għal kull reġjun jew sottoreġjun marittimu l-Istati Membri għandhom ifasslu programm ta' monitoraġġ skond il-paragrafu 1 u għandhom - fl-interess tal-koordinazzjoni - jieħdu l-azzjoni neċessarja sabiex jiżguraw li:

   a) il-metodi ta' monitoraġġ ikunu konsistenti madwar l-Istati Membri u jkunu bbażati fuq objettivi komuni definiti b'mod ċar;
   b) jitqiesu l-impatti transkonfinali u l-karatteristiċi transkonfinali rilevanti.

3.  Fejn hu xieraq, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2), tadotta speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għal monitoraġġ u valutazzjoni li jikkunsidraw l-impenji eżistenti u jiżguraw il-komparabilità bejn ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni.

4.  Data u informazzjoni li jirriżultaw minn dawn il-programmi ta" monitoraġġ għandhom isiru disponibbli għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet u l-konvenzjonijiet reġjonali rilevanti responsabbli mill-ambjent marittimu u mis-sajd, mhux iktar tard minn tliet xhur wara li jkunu tlestew dawk il-programmi, għall-użu f'evalwazzjonijiet marittimi pan-Ewropej, b'mod partikolari r-reviżjoni ta" l-istat ta" l-ambjent marittimu fil-Komunità skond l-Artikolu 23(3)(b).

Artikolu 14

Tniġġis Marittimu

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri u programmi biex jiġi skopert u traċċat it-tniġġis marittimu.

Artikolu 15

Approvazzjoni

Fuq il-bażi tan-notifiki magħmula skond l-Artikoli 10(1), 11(2), 12(2) u 13(2) għal kull Reġjun Marittimu, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fil-każ ta" kull Stat Membru, l-elementi nnotifikati jikkostitwixxux qafas li jissodisfa r-rekwiżiti ta" din id-Direttiva.

It-twettiq ta" dawk il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-koerenza ta" l-oqfsa fir-Reġjuni Marittimi varji mal-Komunità kollha.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista" titlob lill-Istat Membru konċernat biex jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali neċessarja li tgħinha tasal għad-deċiżjoni tagħha.

Sa sitt xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-programmi ta" monitoraġġ stabbiliti skond l-Artikolu 13, il-Kummissjoni tista" tiddeċiedi, fil-każ ta" kwalunkwe Stat Membru, li tirrifjuta l-qafas jew kull element minnu, fuq il-bażi li dan ma jkunx konformi ma" din id-Direttiva.

Kapitolu III

Strateġiji Marittimi: Programmi ta" miżuri

Artikolu 16

Programmi ta" miżuri

1.  L-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta" kull Reġjun Marittimu konċernat, jidentifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jintlaħaq stat ambjentali tajjeb, kif determinat skond l-Artikolu 11(1), fl-ilmijiet marittimi Ewropej kollha tagħhom.

Dawk il-miżuri għandhom jitfasslu abbażi ta" l-evalwazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 10(1) u b'referenza għall-miri ambjentali stabbiliti f'konformità ma" l-Artikolu 12(1), b"kunsiderazzjoni tat-tipi ta" miżuri elenkati fl-Anness VI, l-impatti u l-karatteristiċi transkonfinali rilevanti, u għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ambjentali li ġejjin:

   a) il-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara ambjentali għandha, bħala prijorità, tiġi rranġata fis-sors u li min iħammeġ għandu jħallas;
   b) approċċ imsejjes fuq l-ekosistema.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri li jridu jittieħdu skond l-Artikolu 14 dwar traċċabilità u skoperta ta' tniġġis marittimu.

2.  Il-programmi ta' miżuri ta' l-Istati Membri għandhom jinkludu miżuri ta' protezzjoni ta' spazju. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu, iżda mhux biss, l-użu ta' zoni speċjali ta' konservazzjoni skond id-Direttiva 92/43/KEE, l-użu ta' zoni ta' protezzjoni speċjali skond id-Direttiva 79/409/KEE, u zoni marittimi protetti kif miftiehem fid-Deċiżjoni VII/5 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn kwalunkwe ftehim internazzjonali jew reġjonali oħra li l-Komunità tagħmel parti minnhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn iz-zoni jikkontribwixxu għal netwerk koerenti u rappreżentattiv ta' zoni marittimi protetti sa mhux aktar tard mill-2012. In-netwerk għandu jinkludi zoni ta' daqs suffiċjenti sabiex ikunu protetti b'mod sħiħ mill-użu għal estrazzjoni ta' kull tip, biex iħarsu, fost affarijiet oħra, il-postijiet fejn ibid, jitrabba u jiekol il-ħut, u biex jippermettu li jiġu miżmuma jew li jiġu rkuprati l-integrità, l-istruttura u t-tħaddim ta' ekosistemi.

3.  L-Istati Membri għandhom jintegraw il-miżuri mfassla skond il-paragrafu 1 fi programm ta" miżuri, filwaqt li jikkunsidraw il-miżuri meħtieġa skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew il-ftehim internazzjonali rilevanti. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b'mod xieraq il-benefiċċji li jinkisbu mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/271/KEE, id-Direttiva 2006/7/KE u d-Direttiva .../.../KE [dwar l-istandards tal-kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma].

4.  Il-programmi ta" miżuri għandhom jinkludu:

   a) miżuri marbuta ma' l-ilmijiet kostali, tranżizzjonali u territorjali, koperti mid-Direttiva 2000/60/KE; u
   b) miżuri ta' ħarsien taz-zoni ta' protezzjoni marittimi koperti mill-Artikolu 7.

5.  Fit-tfassil tal-programm ta" miżuri skond il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom iqisu lill-iżvilupp sostenibbli u, partikolarment, lill-impatti soċjali u ekonomiċi tal-miżuri previsti. L-Istati Membri għandhom joħolqu oqfsa u pjattaformi amministrattivi li jippermettu l-proċessar ta' kwistjonijiet marittimi sabiex jikkombinaw xjenza u miżuri ambjentali ma' l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u amministrattiv taz-zona u biex jibbenefikaw minn interazzjoni bħal din.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri huma effettivi f'termini ta" nfiq u li huma teknikament fattibbli u għandhom jagħmlu valutazzjonijiet ta" l-impatt, inklużi analiżi dettaljati tal-benefiċċji f'termini ta" nfiq, qabel l-introduzzjoni ta" kwalunkwe miżura ġdida.

6.  L-Istati Membri għandhom jindikaw fil-programmi ta" miżuri tagħhom kif il-miżuri se jiġu implimentati u kif se jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 12(1).

7.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe Stat Membru konċernat bil-programmi ta" miżuri tagħhom, sa mhux aktar tard minn tliet xhur minn mindu jitlestew.

8.  Suġġetti għall-Artikolu 19, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi jibdew jitħaddmu sa sentejn minn mindu jitlestew.

9.  Sa mhux aktar tard ...(26), il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(2), tadotta kriterji u standards dettaljati għall-applikazzjoni ta' prinċipji ta' mmaniġġjar tajjeb ta" l-oċeani.

Artikolu 17

Eċċezzjonijiet

1.  Fejn Stat Membru li jkun stabilixxa programm ta' miżuri skond l-Artikolu 16(1) jidentifika każ fejn, minħabba kwalunkwe mir-raġunijiet li ġejjin, il-miri ambjentali u l-istat ambjentali tajjeb ma jkunux jistgħu jintlaħqu permezz ta" miżuri meħuda minn dak l-Istat Membru, dan għandu jidentifika b'mod ċar dak il-każ fil-programm ta" miżuri tiegħu u jipprovdi lill-Kummissjoni bl-ispjegazzjonijiet neċessarji biex jissostanzja l-fehma tiegħu:

   a) l-objettiv ambjentali ma jkunx rilevanti għal dak l-Istat Membru, minħabba l-karatteristika li permezz tagħha l-Istat Membru ma jkunx ikkonċernat;
   b) il-poter li wieħed jadotta l-miżura jew il-miżuri kkonċernati ma huwiex esklussivament f'idejn dak l-Istat Membru, minħabba l-liġi Komunitarja;
   c) il-poter li wieħed jadotta l-miżura jew il-miżuri kkonċernati ma huwiex esklussivament f'idejn dak l-Istat Membru, minħabba l-liġi internazzjonali;
   ( d) azzjoni jew nuqqas ta" azzjoni min-naħa ta" Stat Membru ieħor, pajjiż terz, il-Komunità Ewropea jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali oħra;
   ( e) kawżi naturali jew force majeure;
   f) il-bidla fil-klima;
   ( g) modifiki jew alterazzjonijiet fil-karatteristiċi fiżiċi ta" l-ilmijiet tal-baħar kkawżati minn azzjonijiet meħuda minħabba raġunijiet ta" prijorità iktar importanti ta" interess pubbliku.

2.  Kwalunkwe Stat Membru li jinvoka r-raġuni (b), (c), (d), (e) jew (f) fil-paragrafu 1 għandu jinkludi miżuri ad hoc xierqa, konsistenti mal-liġi Komunitarja u internazzjonali, fil-programm tiegħu ta" miżuri sabiex jimminimizza l-punt sa fejn stat ambjentali tajjeb ma jkunx jista" jintlaħaq kif meħtieġ fl-ilmijiet marittimi Ewropej fi ħdan ir-Reġjun Marittimu konċernat.

3.  Kwalunkwe Stat Membru li jinvoka r-raġuni (g) fil-paragrafu 1 għandu jiżgura li l-modifiki jew l-alterazzjonijiet ma jeskludux jew ma jikkompromettux b'mod permanenti l-kisba ta" stat ambjentali tajjeb fl-ilmijiet marittimi Ewropej fi ħdan ir-Reġjun tal-Baħar konċernat.

4.  Meta Stat Membru jinvoka r-raġuni (b) imsemmija fil-paragrafu 1, u l-Kummissjoni taċċetta l-validità ta" dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji fil-limiti tal-poteri tagħha minnufih sabiex tiżgura li l-objettiv ambjentali konċernat jinkiseb.

Artikolu 18

Informazzjoni

Fejn Stat Membru jidentifika kwistjoni li għandha impatt fuq l-istatus ambjentali ta" l-ilmijiet marittimi Ewropej tiegħu u li ma tistax tiġi ffaċċjata b'miżuri adottati fil-livell nazzjonali, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan u jipprovdi l-evidenza neċessarja biex jissostanzja l-fehma tiegħu.

Artikolu 19

Approvazzjoni

Fuq il-bażi tan-notifiki ta" programmi ta" miżuri skond l-Artikolu 16(7), il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fil-każ ta" kull Stat Membru, il-programmi nnotifikati jikkostitwixxux mod xieraq kif jinkiseb stat ambjentali tajjeb kif determinat skond l-Artikolu 11(1).

It-twettiq ta" dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-koerenza madwar il-Komunità tal-programmi ta" miżuri.

Għall-finijiet tal-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista" titlob lill-Istat Membru konċernat biex jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali neċessarja sabiex tgħinha tasal għad-deċiżjoni tagħha.

Sa sitt xhur minn meta" tirċievi n-notifiki tal-programmi ta" miżuri, il-Kummissjoni tista" tiddeċiedi, fil-każ ta" kwalunkwe Stat Membru, li tirrifjuta programm jew kwalunkwe aspett tiegħu, fuq il-bażi li dan ma jkunx konformi ma" din id-Direttiva.

Kapitolu IV

Aġġornar, rapporti u informazzjoni pubblika

Artikolu 20

Aġġornar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta" kull Reġjun Marittimu konċernat, l-Istrateġiji Marittimi tagħhom jinżammu aġġornati.

2.  Għal-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrivedu l-elementi li ġejjin ta" l-Istrateġiji Marittimi tagħhom kull sitt snin wara l-istabbiliment inizjali tagħhom:

   a) il-valutazzjoni inizjali u d-determinazzjoni ta" stat ambjentali tajjeb, previsti fl-Artikoli 10(1) u 11(1), rispettivament;
   b) il-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 12(1);
   ( ċ) il-programmi ta" monitoraġġ stabbiliti skond l-Artikolu 13(1);
   d) il-programmi ta" miżuri stabbiliti skond l-Artikolu 16(3).

3.  Dettalji ta" kwalunkwe aġġornamenti li jsiru wara r-reviżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni u lil kull Stat Membru ieħor konċernat sa tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħhom skond l-Artikolu 22(4).

4.  L-Artikoli 15 u 19 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 21

Rapporti interim

L-Istati Membri għandhom, sa tliet snin mill-pubblikazzjoni ta" kull programm ta" miżuri jew aġġornament tiegħu skond l-Artikolu 22(4), jissottomettu lill-Kummissjoni rapport interim li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni ta" dak il-programm.

Artikolu 22

Konsultazzjoni u informazzjoni pubbliċi

1.  F'konformità mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li jipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fir-rigward tat-tfassil ta' ċerti pjanijiet programmi relatati ma' l-ambjent(27), l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment attiv tal-partijiet interessati kollha fl-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva, partikolarment fl-istabbiliment ta" l-Istrateġiji Marittimi previsti fil- Kapitoli II and III, u l-aġġornament tagħhom skond l-Artikolu 20.

2.  Skond il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, jinvolvu l-partijiet interessati billi jużaw il-korpi jew l-istrutturi ta" mmaniġġjar eżistenti, inklużi l-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali, il-Korpi Konsultattivi Xjentifiċi u l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs).

3.  L-Istati Membri għandhom joħolqu struttura għal konsultazzjoni u skambji regolari ta' informazzjoni filwaqt li jinvolvu l-awtoritajiet lokali adegwati, l-esperti, l-NGOs u l-utenti kollha konċernati fir-Reġjun jew Sottoreġjun Marittimu. Dik l-istruttura għandha tkun marbuta direttament mal-kunsilli konsultattivi reġjonali tas-sajd li kienu rrakkomandati mill-UE.

4.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw, u jagħmlu disponibbli għall-kummenti tal-pubbliku, sommarji ta" l-elementi li ġejjin ta" l-Istrateġiji Marittimi tagħhom, jew l-aġġornamenti relatati:

   a) il-valutazzjoni inizjali u d-determinazzjoni ta" stat ambjentali tajjeb, prevista fl-Artikoli 10(1) u 11(1), rispettivament;
   b) il-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 12(1);
   ( ċ) il-programmi ta" monitoraġġ stabbiliti skond l-Artikolu 13(1);
   d) il-programmi ta" miżuri stabbiliti skond l-Artikolu 16(3).

5.  Skond id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni ambjentali(28), għandu jingħata aċċess meta mitlub għal dokumenti ta" sfond u informazzjoni użati għall-iżvilupp ta" l-Istrateġiji Marittimi. B'mod partikolari, id-data u l-informazzjoni li jirriżultaw mill-valutazzjoni inizjali u l-programmi ta" monitoraġġ għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet jew kwalunkwe mezz xieraq ieħor ta" telekomunikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, għall-eżekuzzjoni tal-ħidma tagħha, aċċess bla restrizzjonijiet u bid-drittijiet ta" l-użu fir-rigward ta" dik id-data u informazzjoni.

Artikolu 23

Rapporti tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ewwel rapport ta" evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva sa sentejn minn meta tirċievi l-programmi kollha ta" miżuri u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mill-2017.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapporti oħra kull sitt snin minn dakinhar "il quddiem.

Għandha tissottometti r-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.  Sa mhux aktar tard mill- ...(29) il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li fih tenfasizza kwalunkwe kunflitt jew komplementarjetajiet bejn titjib possibbli f'din id-Direttiva u l-obbligi, l-impenji u l-inizzjattivi msemmija fl-Artikolu 3.

Dak ir-rapport għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Ir-rapporti previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu li ġej:

   a) reviżjoni tal-progress ta" l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva;
   b) reviżjoni ta" l-istatus ta" l-ambjent marittimu fil-Komunità, magħmul f'koordinazzzjoni ma" l-Aġenzija Ewropea ta" l-Ambjent u l-organizzazzjonijiet u konvenzjonijiet reġjonali marittimu u tas-sajd rilevanti;
   c) servej ta" l-Istrateġiji Marittimi, flimkien ma" suġġerimenti għat-titjib tagħhom;
   d) sommarju tal-valutazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 19, fir-rigward ta" informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri f'konformità ma" l-Artikolu 18;
   e) sommarju tar-reazzjoni għal kull wieħed mir-rapporti lill-Kummissjoni magħmula mill-Istati Membri f'konformità ma" l-Artikolu 21;
   f) sommarju tat-tweġibiet għall-kummenti magħmula mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar Strateġiji Marittimi preċedenti.

4.  Sa ...(30), il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-istat ta" l-ambjent marittimu ta" l-ibħra Artiċi ta" importanza għall-Komunità u, fejn xieraq, tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill miżuri rilevanti għall-ħarsien tagħom, bil-ħsieb li l-Artiku jsir zona protetta, simili għall-Antartiku, u definit bħala "riserva naturali ddedikata għall-paċi u x-xjenza".

L-Istati Membri li għandhom ilmijiet marittimi Ewropej li jinkludu ilmijiet fl-Artiku għandhom jagħmlu s-sejbiet ta" l-evalwazzjoni inizjali fir-rigward ta' dawn l-ilmijiet disponibbli għall-Kunsill Artiku.

Artikolu 24

Rapport tal-progress dwar iz-zoni protetti

Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress fil-ħolqien ta' netwerk globali ta' zoni protetti u l-għeluq ta' zoni għall-ħinijiet speċifiċi għall-ħarsien tal-postijiet u l-perjodi ta" trobbija tal-ħut f'konformità ma' l-impenn skond id-Deċiżjoni VII/5 għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, u l-kontribuzzjoni tal-Komunità biex jinkiseb netwerk bħal dan.

Skond dan, il-Kummissjoni għandha tipproponi, kif xieraq, skond il-proċeduri stabbiliti fit-Trattat, kwalunkwe miżura addizzjonali tal-Komunità meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta' ħarsien ta' netwerk rappreżentattiv ta' zoni marittimi protetti sa l-2012.

Artikolu 25

Reviżjoni ta" din id-Direttiva

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni ta" din id-Direttiva sa ...(31)* u għandha, fejn hu xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kwalunkwe proposta għal emendi neċessarji sabiex:

   a) jiġi ffaċilitat it-twettiq ta' stat ambjentali tajjeb fl-ilmijiet marittimi Ewropej jekk tali stat ma jkunx inkiseb sa l-2017;
   b) tiġi ffaċilitata ż-żamma ta' stat ambjentali tajjeb fl-ilmijiet marittimi Ewropej jekk tali stat ikun inkiseb sa l-2017.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, inter alia, l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni ppreparat skond l-Artikolu 23 (1).

Artikolu 26

Finanzjament Komunitarju

1.  Minħabba l-prijorità marbuta b'mod inerenti mal-ħolqien ta" strateġija marittima, l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandha tkun appoġġjata minn strumenti finanzjarji tal-Komunità, mill-2007.

2.  Il-programmi mfassla mill-Istati Membri għandhom ikunu kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea f'konformità ma" l-istrumenti finanzjari eżistenti.

Kapitolu V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 27

Adattamenti tekniċi

1.  L-Annessi III, IV u V għandhom ikunu adattati għal progress xjentifiku u tekniku skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(3), filwaqt li jitqiesu l-perjodi tar-reviżjoni u l-aġġornament ta" l-Istrateġiji għall-Baħar, stabbiliti fl-Artikolu 20(2).

2.  Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista", skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28(3), tadotta dawn li ġejjin:

   a) standards għall-applikazzjoni ta" l-Annessi III, IV u V;
   b) formati tekniċi għal skopijiet ta" trażmissjoni u pproċessar ta" data, inkluża data statistika u kartografika.

Artikolu 28

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, minn hawn "il quddiem "il-Kumitat".

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 29

Ilmijiet li jinsabu lil hinn mill-ilmijiet marittimi Ewropej

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, jew il-Kunsill, skond il-każ, għandhom jadottaw miżuri Komunitarji li jkollhom l-għan li jtejbu l-istat ambjentali ta' l-ilmijiet li jinsabu lil hinn mill-ilmijiet tal-baħar Ewropej, sakemm tali titjib ikun possibbli permezz ta' kontrolli ta' attivitajiet fil-kompetenza tal-Komunità jew ta' l-Istati Membri.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' proposti ppreżentati mill-Kummissjoni qabel ...(32) skond il-proċeduri stabbilita fit-Trattat.

Artikolu 30

Trażpożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma" din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn ...(33)*. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawk il-miżuri u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva se tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 32

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 u 11

   a) permezz ta' l-użu ta' informazzjoni dwar it-"tendenza", id-diversità naturali ta' Reġjun Marittimu hija miżmuma (meta t-tendenzi jkunu stabbli) u mreġgħa lura (meta tkun ġiet irreġistrata tendenza negattiva), inklużi l-ekosistemi, l-ambjenti naturali u l-ispeċi, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil dawk li jkunu vulnerabbli għall-impatti ta' l-attivitajiet tal-bniedem, minħabba ċerti karatteristiċi ekoloġiċi, e.g. fraġilità, sensittività, tkabbir bil-mod, fekondità baxxa, lonġevità, sitwazzjoni fil-periferija ta' l-arja ta' tixrid, flussi ġenetiċi baxxi, u sottopopolazzjonijiet ġenetikament differenti;
   b) il-popolazzjonijiet tar-riżorsi marittimi ħajjin kollha reġgħu treġgħu lura u nżammu f'livelli li kapaċi jiżguraw l-abbundanza ta' l-ispeċi għal perjodu ta' żmien twil u ż-żamma tal-kapaċita' ripproduttiva sħiħa tagħhom, li juri distribuzzjoni ta" età u daqs ta' popolazzjoni li tindika stokk b'saħħtu;
   c) id-distribuzzjoni u l-abbundanza ta' speċi li m'humiex sfruttati direttament m'għandhomx jiġu effettwati (b'mod sostanzjali) mill-attività tal-bniedem;
   d) l-impatti ħżiena ta" prattiki ta" sajd fuq l-ambjent marittimu tnaqqsu, inkużi l-impatti fuq qiegħ il-baħar u l-qabda sekondarja ta" speċi mhux intenzjonati u ħut li jkun għadu żgħir;
   e) il-livelli tal-popolazzjoni ta" speċi ta" ħut żgħir għall-"għalf", f'livell baxx fil-katina alimentari, huma sostenibbli, speċjalment meta titqies l-importanza tagħhom għal predaturi dipendenti, inkluż il-ħut b'valur kummerċjali, u għas-sostenibilità ta" ekosistemi u tal-bażi ta" riżorsa tagħhom;
   f) il-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi ekotossiċi ta' oriġini antropika (inklużi sustanzi sintetiċi u kimiċi li jgerfxu l-funzjonament ta' l-ormoni) huma viċin iż-żero u ma jistgħux jagħmlu ħsara lill-ambjent jew lil saħħet il-bniedem b'mod dirett jew indirett;
   g) il-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi ekotossiċi li jseħħu b'mod naturali huma viċin il-livelli naturali ta' l-ekosistema;
   h) l-impatt ta' sustanzi organiċi li jniġġsu u fertilizzanti minn sorsi kostali jew ibbażati fuq l-art, minn akwakultura jew minn affluwenti minn katusi tad-drenaġġ u ħruġ ieħor huwa taħt il-livelli li jistgħu jaffettwaw l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew l-użu leġittimu tal-baħar u tal-kosti;
   i) l-ewtrofikazzjoni, ikkawżata minn, pereżempju, emissjonijiet ta' nutrijenti bħal fosfru u nitroġenu, ġiet imminimizzata għal livell fejn ma għadhiex tikkawża effetti negattivi, bħal telf fil-bijodiversità, degradazzjoni ta' l-ekosistema, fjorituri ta' alka li jagħmlu l-ħsara u nuqqas ta' ossiġnu fl-ilmijiet tal-qiegħ;
   j) l-impatti fuq ekosistemi marittimi u tal-kosta, inklużi ambjenti naturali u speċi, li jirriżultaw mill-esplorazzjoni jew mill-isfruttament ta" qiegħ il-baħar, tal-ħamrija ta" taħt il-wiċċ jew ta" speċi sedentarji ġew minimizzati u ma jaffettwawx b'mod ħażin l-integrità strutturali u ekoloġika ta" bentik u ta' ekosistemi assoċjati;
   k) il-kwantità ta" skart f'ambjenti marittimi u tal-kosta tnaqqset għal livell li jiżgura li ma jkunx ta" theddida għall-ispeċi u l-ambjenti naturali marittimu, għas-saħħa tal-bniedem u għas-sikurezza u l-ekonomija tal-komunitajiet kostali;
   l) skariki operazzjonali regolati minn pjattaformi u linji ta' pajpijiet u l-użu ta' tajn mit-titqib ma jippreżentaw l-ebda riskju sinifikanti għall-ambjent tal-baħar u l-emissjonijiet aċċidentali ta' sustanzi minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass 'il bogħod mix-xtut ġew imminimizzati;
   m) l-emissjonijiet operattivi u l-emissjonijiet mit-tbaħħir huma mmexxija u jikkonformaw mal-liġi internazzjonali, il-konvenzjonijiet dwar l-ibħra reġjonali jew il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, u r-riskju ta' aċċidenti ġie minimizzat;
   n) il-rilaxx regolat ta" żejt minn pjattaformi u "pipelines" u l-użu ta" tajn mit-titqib li jagħmel il-ħsara twaqqfu u r-rilaxxi aċċidentali ta" dawn is-sustanzi ġie minimizzat;
   o) ir-rilaxxi operazzjonali li jagħmel il-ħsara u r-rilaxxi minn tbaħħir ġew eliminati u r-riskju ta" inċidenti li jistgħu jirriżultaw f'rilaxx li jagħmel il-ħsara tnaqqas għal livell minimu;
   p) ir-rilaxx intenzjonat ta" speċi eżotiċi fl-ambjent marittimu u tal-kosta hija projbita, ir-rilaxx aċċidentali ġie minimizzata, u l-ilma tas-saborra ġie eliminat bħala sors possibbli ta" introduzzjoni. L-użu ta' speċi ġodda (inklużi l-ispeċi eżotiċi u modifikati ġenetikament) fl-akwakultura hu projbit mingħajr evalwazzjoni minn qabel ta' l-impatt;
   q) l-impatti fuq l-ambjenti naturali marittimi u tal-kosta u l-ispeċi li jirriżultaw minn kostruzzjonijiet magħmula mill-bniedem ġew minimizzati u ma jaffettwawx b'mod ħażin l-integrità strutturali u ekoloġika ta" l-ekosistemi ta" flora u fawna li jinsabu taħt l-ilma u ta" ekosistemi assoċjati, l-anqas l-abilità ta" ambjenti naturali u ta" speċi tal-kosta u marittimu li jadattaw l-arja ta" tixrid u d-distribuzzjoni tagħhom meta ffaċċjati bil-bidla fil-klima;
   r) it-tniġġis mill-istorbju minn (pereżempju) tbaħħir u minn tagħmir akustiku ta' taħt l-ilma tnaqqas għal livell minimu bil-ħsieb li jiġi evitat kwalunkwe effett ħażin fuq il-ħajja marittima, is-saħħa tal-bniedem jew l-użu leġittimu tal-baħar u tal-kosti;
   s) ir-rimi sistematiku/intenzjonali ta' kwalunkwe likwidu jew gass fil-kolonna ta' l-ilma ġie projbit u r-rimi ta' materjal solidu fil-kolonna ta' l-ilma huwa projbit sakemm ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni suġġetta għad-dritt internazzjonali, tkun saret evalwazzjoni ta" impatt ambjentali minn qabel skond id-Direttiva 85/337/KEE tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-evalwazzjoni ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent(34) u konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti;
   t) ir-rimi sistematiku/intenzjonali ta' kwalunkwe likwidu jew gass f'qiegħ il-baħar u fil-ħamrija ta" taħt il-wiċċ ġie projbit, u r-rimi ta' materjal solidu f'qiegħ il-baħar u fil-ħamrija ta" taħt il-wiċċ huwa projbit sakemm ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni suġġetta għad-dritt internazzjonali, tkun saret evalwazzjoni ta" impatt ambjentali minn qabel skond id-Direttiva 85/337/KEE u konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti;
   u) f'kull reġjun il-proporzjon ta' zoni marittimi protetti minn attivitajiet tal-bniedem li jistgħu jkunu ta' ħsara, u anke d-diversità ta' l-ekosistemi kostitwenti preżenti f'dawk iz-zoni, huma biżżejjed biex issir kontribuzzjoni effettiva għal netwerk reġjonali u globali ta' zoni marittimi protetti.

ANNESS II

Artikolu 9 (1)

(1)  L-isem u l-indirizz ta" l-awtorità kompetenti – l-isem u l-indirizz uffiċċjali ta" l-awtorità identifikata.

(2)  L-istatus legali ta" l-awtorità kompetenti – deskrizzjoni ta" l-istatus legali ta" l-awtorità kompetenti u, fejn hu relevanti, sommarju jew kopja ta" l-istatut tagħha, it-trattat tat-twaqqif jew dokument legali ekwivalenti.

(3)  Responsabbiltajiet – deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet legali u amministrattivi ta" l-awtorità kompetenti u tar-rwol tagħha fl-ilmijiet marittimi kkonċernati.

(4)  Sħubija – meta l-awtorità kompetenti taġixxi bħala korp ta" koordinament għal awtoritajiet kompetenti oħra, hemm bżonn ta" lista ta" dawn il-korpi flimkien ma" sommarju tar-relazzjonijiet istituzzjonali stabbiliti biex tassigura koordinazzjoni.

(5)  Koordinazzjoni reġjonali – huwa meħtieġ sommarju tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex tassigura koordinazzjoni bejn l-Istati Membri li l-ilmijiet marittimi Ewropej tagħhom jaqgħu fl-istess Reġjun Marittimu.

ANNESS III

Artikoli 10(1), 11(1) u 13(1)

Tabella 1 - Karatteristiċi

Karatteristiċi fiżiċi

u kimiċi

- karatteristiċi batimetriċi;

- ir-reġim tat-temperatura annwali u staġjonali;

- kurrenti predominanti u ż-żmien stmat għar- riċiklaġġ/sostituzzjoni;

- Salinità inklużi xejriet u gradjenti madwar ir-reġjun kollu.

Tipi ta" ambjent naturali

- It-tip(i) predominanti ta" ambjenti naturali b'deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tipiċi - fond, reġim ta" temperatura, kurrenti, salinità, struttura u sottostrat tal-qiegħ;

- Identifikazzjoni u mmappjar ta" tipi ta" ambjenti naturali speċjali l-iżjed dawk rikonoxxuti jew identifikati taħt il-leġislazzjoni Komunitarja (id-direttivi dwar l-ambjenti naturali u l-għasafar) jew konvenzjonijiet internazzjonali bħala ta" interess speċjali xjentifiku jew ta" bijodiversità;

- Oqsma oħra speċjali li minħabba l-karatteristiċi, post, jew importanza strateġika tagħhom jistħoqqilhom referenza partikolari. Din tista" tinkludi oqsma suġġetti għal pressjonijiet intensi jew speċifiċi jew żoni li jistħoqqilhom reġim ta" protezzjoni speċifika.

Elementi Bijoloġiċi

- Deskrizzjoni tal-komunitajiet bijoloġiċi assoċjati ma' l-ambjenti naturali predominanti. Din tkun tinkludi informazzjoni dwar il-komunitajiet tipiċi ta" fitoplankton u żooplankton li jinkludu l-ispeċi tipiċi, il-varjabilità staġjonali u ġeografika u stimi tal-produttività primarja u sekondarja. Informazzjoni dwar il-fawna invertebrata tal-qiegħ li tinkludi l-kompożizzjoni ta" l-ispeċi, il-bijomassa, il-produttività u l-varjabilità annwali/staġjonali għandha tiġi pprovduta wkoll. Fl-aħħarnett, għandha tiġi ppreżentata informazzjoni dwar l-istruttura tal-popolazzjonijiet ta" ħut li tinkludi l-abbundanza, distribuzzjoni u l-istruttura ta" età/daqs tal-popolazzjonijiet.

- Deskrizzjoni tad-dinamika tal-popolazzjoni, il-firxa u l-status naturali u attwali ta" l-ispeċi kollha tal-mammiferi marini li jinsabu fir-reġjun/sottoreġjun. Għal dawk l-ispeċi koperti minn leġislazzjoni ta" l-UE (direttiva dwar l-ambjenti naturali) jew ftehimiet internazzjonali, għandha tiġi pprovduta wkoll deskrizzjoni tat-theddid prinċipali u l-miżuri eżistenti ta" protezzjoni/immaniġġjar.

- Deskrizzjoni tad-dinamika tal-popolazzjoni, il-firxa u l-istatus naturali u attwali ta" l-ispeċi kollha ta" għasafar tal-baħar li jinsabu fir-reġjun/sottoreġjun. Għal dawk l-ispeċi koperti minn leġislazzjoni ta" l-UE (direttiva dwar l-għasafar) jew ftehimiet internazzjonali, għandha tiġi pprovduta wkoll deskrizzjoni tat-theddid prinċipali u l-miżuri eżistenti ta" protezzjoni/immaniġġjar.

- Deskrizzjoni tad-dinamika tal-popolazzjoni, il-firxa u l-istatus naturali u attwali ta" l-ispeċi l-oħra kollha li jinsabu fir-reġjun/sottoreġjun li huma s-suġġett ta" leġislazzjoni ta" l-UE jew ftehimiet internazzjonali inkluża deskrizzjoni tat-theddid prinċipali u l-miżuri eżistenti ta" protezzjoni/immaniġġjar.

- Inventarju tal-preżenza, abbundanza u distribuzzjoni ta" speċi eżotiċi mhux indiġeni li jinsabu fir-reġjun/sottoreġjun.

Karatteristiċi Oħra

- Deskrizzjoni ta" inċidenzi ta" żidiet fl-arrikament tan-nutrijenti, iċ-ċikli tan-nutrijenti (kurrenti u interazzjonijiet sediment/ilma), distribuzzjoni fl-ispazju, konsegwenzi.

- Deskrizzjoni ta" l-istat ġenerali ta" tniġġis bil-kimika li tinkludi kimiċi problematiċi, kontaminazzjoni tas-sediment, sitwazzjonijiet jaħarqu, kwistjonijiet ta" saħħa (kontaminazzjoni tal-laħam tal-ħut).

- Kull karatteristika oħra, tipika/partikolari għar-reġjun/sottoreġjun (eż. munizzjon mormi).

Tabella 2 – Pressjonijiet u Impatti

Ġenerali

It-tniġġis f'forma ta" introduzzjoni diretta jew indiretta, kaġun ta" attività tal-bniedem, ta" sustanzi jew enerġija, li jinkludi storbju marittimu kkawżat mill-bniedem, fl-ambjent marittimu li jirriżulta jew x'aktarx jirriżulta f'effetti detrimentali bħal m'huma l-ħsara lir- riżorsi ħajja u l-ħajja tal-baħar, perikli għas-saħħa tal-bniedem, tfixkil ta" attivitajiet marittimi, inklużi s-sajd, it-turiżmu u r-rekreazzjoni u użu leġittimu ieħor tal-baħar, ħsara fil-kwalità ta" l-użu ta" l-ilma baħar u tnaqqis ta" amenitajiet.

Telf fiżiku

Soppressjoni (eż. bi strutturi artifiċjali, rimi ta" ħama tal-gangmu)

Issiġillar (eż. permezz ta" kostruzzjonijiet permanenti)

Ħsara fiżika

Ġbir ta" ħama (eż. Ilma tax-xita minn fuq l-art, tħammil, drenaġġ)

Tgħawwir tal-Blat (ez. Tbaħħir, ankraġġ)

Estrazzjoni selettiva (ez. tħammil aggregat, taħbil)

Disturbi mhux fiżiċi

Storbju (eż. attività tat-tbaħħir, sismiku)

Viżwali (eż. attività rikreattiva)

Kontaminazzjoni Tossika

Introduzzjoni ta" komposti sintetiċi (eż. pestiċidi, żebgħat antifawling, kimiċi PCBs)

Introduzzjoni ta" komposti mhux sintetiċi (eż. metalli tqal, idrokarboni)

Kontaminazzjoni mhux tossika

Arrikiment tan-nutrijenti (eż. Ilma tax-xaba" ta" l-art, drenaġġ)

Arrikkiment organiku (eż. marikultura, drenaġġ)

Tibdil fir-reġim termali (eż. skarikar ta" ilma skart ittrattat, power stations)

Tibdil fit-turbidity (eż. Ilma tax-xita mill-art, tħammil)

Tibdil fis-salinità (eż. estrazzjoni ta' l-ilma, nixxiegħat)

Disturbi bijoloġiċi

Introduzzjoni ta" patoġeni mikrobiċi

Introduzzjoni ta" speċi mhux indiġeni u traslokazzjonijiet

Estrazzjoni selettiva ta" speċi (eż. sajd kummerċjali u rikreattiv)

ANNESS IV

Artikolu 12(1)

(1)  Kopertura adegwata ta" l-elementi li jikkaratterizzaw l-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta" l-Istati Membri f'Reġjun jew Sottoreġjun Marittimu.

(2)  Il-ħtieġa li jitwaqqfu (a) miri li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet mixtieqa bbażati fuq id-definizzjoni ta" stat ambjentali tajjeb; (b) miri li jistgħu jitkejlu u jippermettu l-monitoraġġ; u (c) miri ta" l-operat relatati ma" miżuri konkreti ta" implimentazzjoni biex jappoġġjaw t-twettieq tagħhom.

(3)  Speċifikazzjoni ta" l-istat ambjentali li għandu jintlaħaq u formulazzjoni ta" dan ta" l-aħħar espress f'termini ta" kwalitajiet li jistgħu jiġu mkejla ta" l-elementi li jikkaratterizzaw l-ilmijiet marittimi Ewropej ta" Stat Membru f'Reġjun jew Sottoreġjun Marittimu.

(4)  Konsistenza tas-sett ta" miri; assenza ta" konflitti bejniethom.

(5)  Speċifikazzjoni tar-riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu l-miri.

(6)  Formulazzjoni tal-miri b'perjodu definit ta" żmien biex jintlaħqu.

(7)  Speċifikazzjoni ta" indikaturi maħsuba biex jissorveljaw il-progress u biex jiggwidaw deċiżjonijiet maniġerjali biex jintlaħqu l-miri.

(8)  Fejn hu xieraq, speċifikazzjoni ta" punti ta" referenza (punti ta" referenza għall-miri u limiti).

(9)  Konsiderazzjoni dovuta ta" l-interessi soċjali u ekonomiċi fl-issettjar tal-miri.

(10)  Eżami tas-sett ta" miri ambjentali, l-indikaturi assoċjati u l-punti ta" riferiment tal-limiti u l-miri żviluppati fid-dawl ta" l-għan ambjentali stipulat fl-Artikolu 1 biex ikun ivvalutat jekk it-twettieq tal-miri jwassalx l-ilmijiet marittimi li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta" l-Istati Membri f'Reġjun Marittimu għal status li jikkorrispondi magħhom.

(11)  Kompatabilità tal-miri ma" l-objettivi li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha ikkommettew ruħhom għalihom taħt ftehim internazzjonali u reġjonali relevanti.

(12)  Meta s-sett ta" miri u indikaturi jkunu ngħaqdu, dawn għandhom jiġu eżaminati flimkien relattivament ma" l-għan ambjentali stipulat fl-Artikolu 1 biex ikun evalwat jekk t-twettieq tal-miri jwassalx l-ambjent marittimu għal status li jikkorrispondi magħhom.

ANNESS V

Artikolu 13(1)

(1)  Ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni għal valutazzjoni ta" l-istat ambjentali u għal kejl tad-distanza minn u l-progress lejn status ambjentali tajjeb konformi ma" l-Anness III u ma" l-istandards id-dettaljati u l-kriterji li għandhom jiġu definiti skond ma" l-Annessi I u III.

(2)  Ħtieġa li tiġi assigurata l-ġenerazzjoni ta" l-informazzjoni li tagħmel possibbli l-identifikazzjoni ta" indikaturi adattati għall-miri ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 12.

(3)  Ħtieġa li tiġi assigurata l-ġenerazzjoni ta" l-informazzjoni li tippermetti l-valutazzjoni ta" l-impatt tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 16.

(4)  Ħtieġa li jiġu inklużi attivitajiet biex tiġi identifikata l-kawża tal-bidla u għalhekk il-miżuri korrettivi possibbli li jkun jinħtieġ jittieħdu biex jirritorna l-istatus ambjentali tajjeb, meta d-devjazzjonijiet mill-parametri ta" l-stat mixtieq ikunu identifikati.

(5)  Ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar sustanzi kimiċi li jikkontaminaw fi speċi għall-konsum tal-bniedem minn żoni ta'sajd kummerċjali.

(6)  Ħtieġa li jiġu inklużi attivitajiet biex jikkonfermaw li l-miżuri korrettivi jwasslu għat-tibdil mixtieq u mhux għal effetti sekondarji mhux mixtieqa.

(7)  Ħtieġa li tinġabar flimkien l-informazzjoni fuq il-bażi ta" Reġjuni Marittimi.

(8)  Ħtieġa li jiġu żviluppati speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għal monitoraġġ fuq livell tal-Komunità biex tkun tista" tiġi kkomparata l-informazzjoni.

(9)  Ħtieġa li tkun assigurata kemm jista" jkun il-kompatibilità ma" programmi eżistenti li ġew żviluppati fuq livell reġjonali u internazzjonali bil-ħsieb li titrawwem konsistenza bejn dawn il-programmi u li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta" l-isforzi.

(10)  Ħtieġa li tiġi nkluża bħala parti mill-valutazzjoni inizjali prevista fl-Artikolu 10 valutazzjoni ta" bidliet kbar fil-kondizzjonijiet ambjentali kif ukoll, fejn hemm bżonn, kwistjonijiet ġodda u emerġenti.

(11)  Ħtieġa li jiġu indirizzati bħala parti mill-valutazzjoni inizjali prevista fl-Artikolu 10 l-elementi elenkati fl-Anness III u l-varjabilità naturali tagħhom u biex jiġu evalwati x-xejriet lejn l-ilħuq tal-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 12(1), bl-użu, kif jixraq, ta' l-indikaturi stabbiliti u l-punti ta" referenza tal-limiti jew miri tagħhom.

ANNESS VI

Artikolu 16(1)

(1)  Kontrolli ta" l-input: miżuri ta" mmaniġġjar li jinfluwenzaw l-ammont ta" attività tal-bniedem li hi permessa.

(2)  Kontrolli ta" l-output: miżuri ta" mmaniġġjar li jinfluwenzaw il-grad ta" perturbazzjoni ta" komponent fl-ekosistema li hu permess.

(3)  Kontrolli tad-distribuzzjoni spazjali u temporali: miżuri ta" mmaniġġjar li jinfluwenzaw fejn u meta xi attività titħalla sseħħ.

(4)  Miżuri ta" koordinazzjoni ta' l-immaniġġjar: għoddod biex jiżguraw li mmaniġġjar ikun koordinat.

(5)  Inċentivi ekonomiċi: miżuri ta" mmaniġġjar li jagħmluha fl-interess ekonomiku ta" dawk li jużaw l-ekosistema marittima li jaġixxu b'modi li jgħinu l-ilħuq ta" l-għanijiet ekoloġiċi għall-ekosistema.

(6)  Għoddod ta" mitigazzjoni u rimedju: għoddod ta" mmaniġġjar li tiggwida attivitajiet tal-bniedem biex jirrestawraw komponenti mħassra ta" l-ekosistemi marittimi.

(7)  Komunikazzjoni, involviment tal-partijiet interessati u t-tqajjim ta" kuxjenza pubblika.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 185, 8.8.2006, p. 20.
(3) ĠU C 206, 29.8.2006, p. 5.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2006.
(5) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(7) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(8) ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1.
(9) ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1.
(10) ĠU L 73, 16.3.1994, p. 19.
(11) ĠU L 104, 3.4.1998, p. 1.
(12) ĠU L 118, 8.5.2000, p. 44.
(13) ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1.
(14) ĠU L 322, 14.12.1999, p. 32.
(15) ĠU L 67, 12.3.1983, p. 1.
(16) ĠU ...
(17) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(18) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(19)* Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(20)** 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(21) ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(22)* 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(23) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003.
(24) ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37.
(25) ĠU ...
(26)* 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(27) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.
(28) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.
(29)* 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(30)* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva.
(31)** 10 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(32)* 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(33)** Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Dirtettiva.
(34) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/35/KE.


Tagħmir ta' kejl li fih il-merkurju ***I
PDF 424kWORD 63k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta" ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju (COM(2006)0069 – C6-0064/2006 – 2006/0018(COD))
P6_TA(2006)0483A6-0287/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0069)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0064/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0287/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b' test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta" ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju

P6_TC1-COD(2006)0018


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta" Jannar 2005 dwar l-istrateġija Komunitarja dwar il-merkurju, li qieset l-użi kollha tal-merkurju, ikkonkludiet li jkun xieraq li jiġu introdotti restrizzjonijiet fuq livell Komunitarju għat-tqegħid fis-suq ta" ċertu tagħmir għall-kejl u għall-kontroll u li mhuwiex elettriku jew elettroniku u li fih il-merkurju, li huwa l-grupp ewlieni tal-prodotti tal-merkurju li s'issa mhuwiex kopert mill-azzjoni Komunitarja.

(2)  Ikun ta' benefiċċju għall-ambjent, u għal saħħet il-bniedem fuq tul ta' żmien billi l-merkurju ma jitħalliex jidħol fil-mogħdija ta' l-iskart li kieku jiddaħħlu l-limitazzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq tat-tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju.

(3)  Meta titqies il-fattibilita` teknika u ekonomika, evidenza disponibbli rigward tagħmir ta' kejl u ta' kontroll tindika li miżuri restrittivi immedjati għandhom ikopru biss dak it-tagħmir li huwa maħsub għall-bejgħ lill-pubbliku u t-termometri kollha tad-deni.

(4)  L-importazzjoni ta' tagħmir tal-kejl li fih il-merkurju u li għandu aktar minn 50 sena jirrigwarda antikitajiet jew oġġetti kulturali kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 tad-9 ta' Diċembru 1992 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali(4). Dan it-tip ta' kummerċ għandu ambitu limitat u donnu li ma joħloq l-ebda sogru għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għaldaqstant, dan it-tip ta' kummerċ m'għandux jiġi ristrett.

(5)  Bil-għan li jiġi minimizzat il-ħruġ ta' merkurju fl-ambjent u li tiġi żgurata t-tneħħija gradwali tal-bqija tat-tagħmir tal-kejl li fih il-merkurju fl-użu professjonali u industrijali, b'mod speċjali l-isfigomamanometri fil-kura tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tad-disponibilità ta' soluzzjonijiet alternattivi aktar sikuri li huma teknikament u ekonomikament fattibbli. Fil-każ ta' l-isfigomamanometri fil-kura tas-saħħa, l-esperti mediċi għandhom jiġu kkonsultati sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet f'termini ta' dijanjosi u trattament ta' kundizzjonijiet mediċi speċifiċi jiġu indirizzati b'mod adegwat.

(6)  Bid-Direttiva preżenti għandu jiġi ristrett biss it-tqegħid fis-suq ta" mezzi godda għall-kejl. Din ir-restrizzjoni għalhekk ma tapplikax għal mezzi li diġà qed jintużaw, jew dawk li diġa? ġew imqiegħda fis-suq.

(7)  Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri fir-rigward tar-restrizzjoni fuq il-merkurju f'tagħmir varju għall-kejl u għall-kontroll jistgħu joħolqu ostakli għall-kummerċ, jgħawġu l-kompetizzjoni fil-Komunità u b'hekk jista" jkollhom impatt dirett fuq it-twaqqif u t-tħaddim ta' suq intern. Jidher għalhekk meħtieġ li jiġu approssimati l-liġijiet ta" l-Istati Membri fil-qasam tat-tagħmir għall-kejl u għall-kontroll billi jiġu introdotti dispożizzjonijiet armonizzati fir-rigward ta" dawk il-prodotti li fihom il-merkurju u b'hekk jiġi ppreservat is-suq intern filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta" protezzjoni ta" saħħet il-bniedem u ta" l-ambjent.

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta" Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta" l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta" ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi(5) għandha tiġi emendata skond dan.

(9)  Id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tistipula r-rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema li tinsab fid-Direttiva 89/391/KEE tas-12 ta" Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol(6), u direttivi individwali msejsa fuqha, partikolarment id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol(7).

(10)  Skond punt 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet(8), l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, safejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn ...(9), il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn ...(10)*.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali referenza dakinnhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Il-punt li ġej jiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE:

"19a

Merkurju

Nru

CAS 7439-97-6

(1) Ma jistax jitiqegħed fis-suq

(a) f'termometri għall-kejl tad-deni

(b) f'tagħmir ieħor għall-kejl maħsub għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali (eż. manometri, barometri, sfigmomanometri, termometri għajr dawk għad-deni)."

(c) f'apparat ta' kejl ieħor li mhux maħsub għal bejgħ lill-pubbliku wara ...(11);

(d) fl-isfigmomanometri (minbarra apparat ta' kejl tat-tensjoni fil-kura tas-saħħa) li fihom il-merkurju kemm għall-użu tal-konsumatur kif ukoll fil-kura tas-saħħa.

Dawk li jimmanufatturaw jistgħu jitolbu deroga minn punt (c) qabel ...(12)*. Deroga għandha tingħata għal raġunijiet ta' użu essenzjali għal perjodu ta' żmien limitat, każ b' każ, jekk dawk li jimmanifatturaw jippruvaw li għamlu kull sforz sabiex jiżviluppaw proċessi alternattivi li huma aktar siguri jew proċessi alternattivi, u li alternattivi aktar siguri jew proċessi alternattivi għad m' humiex disponibbli.

(2) Bħala deroga, ir-restrizzjoni f' paragrafu 1(b) m'għandhiex tapplika għal:

(a) apparat tal-kejl li għandu aktar minn 50 sena fi ...(13)**;

jew

(b) barometri. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa u effettivi biex it-tqegħid tagħhom fis suq ikun bil-liċenzja u kkontrollat sabiex ikun iggarantit li l-objettivi ta" din id-Direttiva ma jiddgħajfux.

(3) Sa ...(14) il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tad-disponibilità ta' soluzzjonijiet alternattivi aktar sikuri u ta' min joqgħod fuqhom li huma teknikament u ekonomikament fattibbli għal sfigomamanometri u tagħmir ieħor ta' kejl li fihom il-merkurju u li jintużaw fil-kura tas-saħħa u f'użi professjonali u industrijali oħra.

Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni jew malli jkun hemm informazzjoni ġdida dwar alternattivi aktar sikuri u ta' min joqgħod fuqhom għal sfigomanometri u tagħmir ieħor ta' kejl li fih il-merkurju, il-Kummissjoni għandha, jekk huwa xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex testendi r-restrizzjonijiet f'paragrafu 1 għal isfigomanometri u tagħmir ieħor ta' kejl li jintuża fil-kura tas-saħħa jew f'użi professjonali u industrijali oħra, sabiex il-merkurju fit-tagħmir tal-kejl jitneħħa b'mod gradwali, fejn dan huwa teknikament u ekonomikament fattibbli.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) Opinjoni tat-13 ta' Settembru 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2006.
(4) ĠU L 395, 31.12.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(5) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201 Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/90/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 28).
(6) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(7) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
(8) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(9)* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(10)** Tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(11)* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(12)** Tmintax- il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(13)*** Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(14)* Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva


Impriża Konġunta għas-sistema Ewropea ta' l-immaniġġjar tat-traffiku bl-ajru (SESAR) *
PDF 485kWORD 169k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta biex tiżviluppa s-sistema Ewropea tal-ġenerazzjoni l-ġdida għall-immaniġġjar tat-traffiku bl-ajru (SESAR) (COM(2005)0602 – C6-0002/2006 – 2005/0235(CNS))
P6_TA(2006)0484A6-0382/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0602)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 171 tat-Trattat KE, skond liema ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0002/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0382/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda sostanzjalment proposta tal-Kummissjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

Test propost mill-Kummissjoni(2)   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 1
-  Having regard to the Treaty establishing the European Community, and in particular Article 171 thereof,
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 171 u 173 tiegħu,
Emenda 2
Premessa 2
(2)  The project to modernise air traffic management in Europe, hereinafter called the "SESAR project", is the technological element of the single European sky. It aims to give the Community high-performance air traffic control infrastructure which will enable the safe and environmentally friendly development of air transport, benefiting fully from the technological advances of programmes such as Galileo.
(2)  Il-proġett biex jiġi mmodernizzat l-immaniġġjar tat-traffiku bl-ajru fl-Ewropa, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-proġett SESAR", huwa l-element teknoloġiku tas-Sema Waħdieni Ewropew. Huwa għandu l-iskop li jagħti lill-Komunità infrastruttura b'rendiment għoli ħafna għat-traffiku bl-ajru billi jagħmel użu mill-avvanzi teknoloġiċi ta' programmi bħal Galileo. Il-proġett huwa wkoll mmirat biex jintegra kemm l-immaniġġjar tal-veloċità bl-ajruplani għal raġunijiet ta' effiċjenza fl- enerġija, kif ukoll koperazzjoni intensiva mas-servizzi tat-tbassir tat-temp, sabiex jitnaqqas l-impatt ta' l-avjazzjoni fuq il-bidla fil-klima.
Emenda 3
Premessa 3
(3)  The SESAR project aims to integrate and coordinate activities which were previously undertaken in a dispersed and uncoordinated manner in the Community.
(3)  Il-proġett SESAR huwa ffinalizzat għall-integrazzjoni u għall-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet fil-Komunità, li kienu jsiru qabel b'mod mifrux u mhux sinkronizzat inklużi fir-reġjuni l-aktar remoti u mbiegħda tagħha li msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.
Emenda 4
Premessa 6
(6)  The definition phase will be followed by a phase to implement the plan to modernise air traffic management in the Community, which will consist of two successive steps: development (2008-2013) and deployment (2014-2020).
(6)  Wara l-fażi ta' definizzjoni jkun hemm żewġ fażijiet suċċessivi oħrajn: fażi ta' żvilupp (2008-2013) u fażi ta' implimentazzjoni (2014-2020).
Emenda 5
Premessa 6a (ġdida)
(6a) Kull fażi għandha tistabbilixxi l-elementi prinċipali tal-kontenut tagħha u d-dispożizzjonijiet legali għall-fażi ta' implimentazzjoni għandhom jiġu indikati fi proposta separata.
Emenda 8
Premessa 12
(12)  Taking into account the number of players who will need to be involved in this process, and the financial resources and technical expertise needed, it is vital to set up a legal entity capable of ensuring the coordinated management of the funds assigned to the SESAR project during its implementation phase.
(12)  Jekk wieħed jikkunsidra n-numru ta' dawk interessati li jkunu meħtieġa jinvolvu ruħhom fil-proċess, kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji u l-esperjenza teknika meħtieġa, huwa ta' importanza vitali li titwaqqaf entità legali li tkun kapaċi tiżgura maniġment koordinat tal-fondi assenjati għall-proġett SESAR waqt il-fażi ta' żvilupp.
Emenda 9
Premessa 13
(13)  This entity, which is responsible for managing a public research programme of European interest, must be considered as an international organisation within the meaning of the second indent of Article 15(10) of the Sixth Council Directive 77/388/EEC of 17 May 1977 on the harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes – Common system of value added tax: uniform basis of assessment, and the second indent of Article 23(1) of Council Directive 92/12/EEC of 25 February 1992 on the general arrangements for products subject to excise duty and on the holding, movement and monitoring of such products.
(13)  Din l-entità ser ikollha r-responsabbiltà biex timmaniġġja programm ta' riċerka ta' interess Ewropew skond it-tifsira tat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 15(10) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward taxxi fuq id-dħul - Sistema Komuni għat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u monitoraġġ ta' dan it-tip ta' prodotti.
Emenda 10
Premessa 14
(14)  This entity should also be exempt from taxation by the Member States as regards taxes other than VAT and excise duty, and salaries paid to its staff should be exempt from any national income tax.
(14)  Din l-entità għandha tkun eżentata minn tassazzjoni rigward taxxi li ma humiex tal-VAT u tas-sisa, u s-salarji mħallsin lill-istaff tagħha għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet ta' impieg ta' impjegati oħrajn tal-Komunità Ewropea.
Emenda 11
Premessa 15
(15)  SESAR is a research and development project which justifies funding from the Community research and development framework programmes. It is therefore necessary to set up a Joint Undertaking under Article 171 of the Treaty in order to enable considerable progress to be made in the development of technologies relating to air traffic control systems during the development phase (2008-2013) phases.
(15)  SESAR huwa proġett ta' riċerka u żvilupp li għandu r-rekwiżiti biex jibbenefika minn finanzjament fuq bażi ta' programmi ta' qafas komunitarji ta' riċerka u żvilupp. Jeħtieġ għalhekk li titwaqqaf Impriża Konġunta skond l-Artikolu 171 u 173 tat-Trattat sabiex matul il-fażi ta' żvilupp (2008-2013) ikun jista' jsir progress konsiderevoli fl-iżvilupp ta' teknoloġiji għas-sistemi ta' kontroll ta' traffiku bl-ajru.
Emenda 12
Premessa 17
(17)  The main task of the Joint Undertaking must be to organise and coordinate the SESAR project by combining public and private sector funding and using external technical resources, provided by its members, and in particular Eurocontrol's experience.
(17)  Ix-xogħol ewlieni ta' l-Impriża Konġunta għandu jkun li torganizza u tikkoordina l-proġett SESAR billi tgħaqqad fondi mis-settur pubbliku u minn dak privat u billi tuża riżorsi tekniċi esterni, ipprovduti mill-membri tagħha, u b'mod partikolari l-esperjenza u u l-għarfien espert tal-Eurocontrol.
Emenda 13
Premessa 17a (ġdida)
(17a) Huwa mixtieq li s-settur privat ikun involut fil-fażijiet kollha, speċjalment f'dik ta' l-iżvilupp, sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-parteċipanti mis-settur privat matul il-fażi ta' varar.
Emenda 14
Premessa 20
(20)  The rules for the organisation and operation of the Joint Undertaking should be laid down by drawing up the statutes of the Joint Undertaking.
(20)  Ir-regoli għall-organizzazzjoni, għall-operazzjoni u għall-evitar ta' kunflitt ta' interess fi ħdan l-Impriża Konġunta u għall-proċedura tal-ħatra ta' l-uffiċjali tagħha għandhom jiġu stabbiliti billi jitfasslu l-istatuti ta' l-Impriża Konġunta kif stipulati fl-Anness.
Emenda 15
Premessa 20a (ġdida)
(20a) Il-Parlament Ewropew għandu jingħata stejtus ta' osservatur fuq il-Bord Amministrattiv ta' l-Impriża Konġunta.
Emenda 16
Premessa 20 b (ġdida)
(21b) Applikazzjonijiet għas-sħubija ta' membri ġodda għandhom jiġu milqugħin, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(3) ta' l-Anness.
Emenda 17
Premessa 22a (ġdida)
(22a) Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull tliet snin lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, jekk xieraq, għandha tipproponi emendi għalih.
Emenda 18
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  In order to carry out the development activities of the implementation phase of the project to modernise air traffic management in Europe, hereinafter referred to as the "SESAR project", a Joint Undertaking is hereby established, known as "SESAR Joint Undertaking" for a period ending on 31 December 2013.
1.  Hawn qed tiġi stabbilita Impriża Konġunta (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Impriża Konġunta". L-objettiv primarju tagħha ser ikun li timmaniġġja l-attivitajiet tal-fażi ta' l-iżvilupp tal-proġett biex timmodernizza l-immaniġġjar tat-traffiku bl-ajru fl-Ewropa, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-proġett SESAR", li jibda mid-data meta l-Kunsill japprova il-Master Plan ta' l-Immaniġġjar tat-Traffiku bl-Ajru("ATM Master Plan") imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1a hawn isfel, sa tmiem il-fażi ta' żvilupp.
Emenda 19
Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)
1a .Il-proġett SESAR ser ikun magħmul minn tliet fażijiet:
(a) "fażi ta' definizzjoni" li l-iskop tagħha huwa li tiddefinixxi l-għażliet u l-passi tekniċi li jridu jittieħdu u l-prijoritajiet tal-programm ta' modernizzazzjoni, kif ukoll il-pjanijiet ta' implimentazzjoni operazzjonali. Dan inbeda f'Ottubru ta' l-2005 u huwa mistenni li jintemm f'Diċembru 2007 bil-ħolqien ta' ATM Master Plan. L-ATM Master Plan għandu jiġi żviluppat minn konsorzju ta' impriżi taħt is-superviżjoni tal-Eurocontrol;
(b) "fażi ta' żvilupp" li tibda fl-1 ta' Jannar 2008 wara li l-Kunsill ikun approva l-ATM Master Plan fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Il-fażi ta' żvilupp tintemm fil-31 ta' Diċembru 2013;
(ċ) "fażi ta' varar" li tibda fl-1 ta' Jannar 2014 u tispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2020 u li tkun tikkonsisti fil-produzzjoni fuq skala kbira u l-implimentazzjoni ta' l-infrastruttura ġdida ta' l-immaniġġjar tat-traffiku bl-ajru. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li tiddefenixxi:
(i) it-tranżizzjoni mill-fażi ta' żvilupp għall-fażi ta' varar,
(ii) il-mekkaniżmi ta' rimborż li għandhom japplikaw għal kull entità oħra li tiġi wara l-Impriża Konġunta, u
(iii) it-trasferiment ta' assi tanġibbli u mhux tanġibbli magħżula għall-entità l-ġdida li tiġi wara l-Impriża Konġunta.
Emenda 20
Artikolu 1, paragrafu 1 b (ġdid)
1b. Il-kamp ta' applikazzjoni, ir-regolamentazzjoni, il-finanzjament u l-perijodu ta' l-Impriża Konġunta għandhom jiġu riveduti fejn ikun xieraq mill-Kunsill skond il-proġett ta' żvilupp u skond l-ATM Master Plan. Il-Kunsill għandu jikkunsidra l-evalwazzjoni li jirriferi għaliha l-Artikolu 6 u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6a.
Emenda 21
Artikolu 1, paragrafu 2, parti introduttorja
2.  The aim of the Joint Undertaking shall be to ensure the modernisation of the European air traffic management system by federating research and development efforts in the Community. It shall be responsible in particular for carrying out the following tasks:
2.  L-iskop ta' l-Impriża Konġunta se jkun li tiżgura l-modernizzazzjoni tas-sistema Ewropea għall-immaniġġjar tat-traffiku ta' l-ajru billi tikkoordina u tikkonċentra r-rikerka u l-iżviluppi kollha rilevanti. Se tkun responsabbli b'mod partikolari biex twettaq il-ħidmiet li ġejjin:
Emenda 22
Artikolu 1, paragrafu 2, inċiż 1
- organising and coordinating the implementation of the SESAR project, in accordance with the plan to modernise air traffic management in Europe, hereinafter referred to as "the plan", drawn up by Eurocontrol, by combining public and private sector funding;
- torganizza u tikkoordina l-attivitajiet tal-fażi ta' l-iżvilupp tal-proġett SESAR, skond l-ATM Master Plan, li jirriżultaw mill-fażi tad-definizzjoni tal-proġett immexxi mill-Eurocontrol, billi tgħaqqad u timmaniġġja taħt struttura waħda l-finanzjament tas-settur pubbliku u privat;
Emenda 23
Artikolu 1, paragrafu 2, inċiż 2a (ġdid)
- tiżgura l-finanzjament meħtieġ għall-attivitajiet tal-fażi ta' l-iżvilupp tal-proġett skond l-ATM Master Plan;
Emenda 24
Artikolu 1, paragrafu 2, inċiż 2 b (ġdid)
- tiżgura l-involviment tal-parteċipanti ta' l-immaniġġjar tat-traffiku bl-ajru fl-Ewropa, kemm fit-teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll fil-finanzjament;
Emenda 25
Artikolu 1, paragrafu 3
3.  The seat of the Joint Undertaking shall be located in Brussels.
3.  Is-sede ta' l-Impriża Konġunta tiġi stabbilita skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistipula l-istatut għal aġenziji eżekuttivi li jkunu maħturin biex iwettqu ċerti ħidmiet għall-immaniġġjar ta' programmi tal-Komunità.
_________________
1 ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
Emenda 26
Artikolu 2, paragrafu 2
2.  The Joint Undertaking shall be recognised as an international organisation within the meaning of the second indent of Article 15(10) of Directive 77/388/EEC and the second indent of Article 23(1) of Directive 92/12/EEC.
imħassar
Emenda 27
Artikolu 2, paragrafu 3
3.  The Joint Undertaking shall be exempt from taxation by the Member States as regards taxes other than VAT and excise duty. In particular, it shall be exempt from the payment of registration fees and corporate or similar taxes. Salaries paid to staff of the Joint Undertaking shall be exempt from any national income tax.
3.  L-Impriża Konġunta tibbenefika, min-naħa ta' l-Istati Membri, mill-eżenzjoni minn taxxi diversi tal-VAT u tas-sisa. B'mod partikolari hija eżentata mill-ħlas tad-drittijiet tar-reġistru u mit-taxxa fuq is-soċjeta jew ħlasijiet assimilati. Is-salarji għandhom jitħallsu lill-istaff ta' l-Impriża Konġunta skond il-kundizzjonijiet ta' l-impjegar ta' impjegati oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej
Emenda 28
Artikolu 3, paragrafu 1
1.  The statutes of the Joint Undertaking, as set out in the Annex hereto, are hereby adopted.
1.  L-istatuti ta' l-Impriża Konġunta, kif stipulati f'dan l-Anness, li jagħmlu parti integrali minn dan ir-Regolament, qegħdin jiġu hawnhekk adottati.
Emenda 29
Artikolu 3, paragrafu 2
2.  The statutes may be modified in accordance to the procedure referred to in paragraph 2 of Article 5, and in particular Articles 3, 4, 5, 6 and 8 thereof.
2.  L-istatuti jistgħu jiġu modifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6a.
Emenda 63 u 61
Artikolu 4, paragrafu 1, punti a) u b)
a) contributions from its members in accordance with Article 1 of its statutes and
a) kontribuzzjonijiet mill-membri tagħha skond l-Artikoli 1, 3 u 11 ta' l-istatuti tagħha u
b) a possible levy on the air navigation charges within the meaning of the second indent of Article 15(3)(e) of Regulation (EC) No 550/2004. The Commission shall define, in accordance to the procedure referred to in paragraph 4 of Article 15 of Regulation (EC) No 550/2004, the procedures for collecting and using the this levy.
b) possibilment minn taxxa fuq il-ħlasijiet tan-navigazzjoni bl-ajru skond it-tifsira fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tiddefinixxi l-proċeduri kif tinġabar u tintuża din it-taxxa.
Emenda 32
Artikolu 4, paragrafu 3
3.  All Community financial contributions to the Joint Undertaking shall cease upon expiry of the period mentioned in Article 1.
3.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Komunità lill-Impriża Konġunta għandhom jieqfu meta jispiċċa l-perjodu tal-fażi ta' żvilupp, ħlief jekk jiġi deċiż mod ieħor mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni.
Emenda 34
Artikolu 5, paragrafu 2a (ġdid)
2a. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet fuq il-Bord Amministrattiv dwar aġġustamenti tekniċi għall-ATM Master Plan għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Emenda 35
Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
L-adeżjoni ta' membri ġodda
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar is-sħubija ta' membri ġodda fl-Impriża Konġunta. L-adeżjoni ta' membri ġodda, ukoll dik ta' membri minn pajjiżi terzi, għandha tiġi sottomessa għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Emenda 36
Artikolu 6
Every three years from the start of the activities of the Joint Undertaking and upon expiry of the term of the Joint Undertaking, the Commission shall carry out assessments on the implementation of this Regulation, the results obtained by the Joint Undertaking and its working methods.
Skond l-Artikolu 173 tat-Trattat, sa mill-bidu ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta u hekk kif jiskadi t-terminu ta' l-Impriża Konġunta, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, ir-riżultati li jkunu nkisbu mill-Impriża Konġunta u l-metodi ta' xogħol tagħha. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropewu lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta' dawn l-evalwazzjonijiet u dwar il-konklużjonijiet li jistgħu jitnisslu minnhom.
Emenda 37
Artikolu 6 a (ġdid)
Artikolu 6a
Reviżjoni
Jekk il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ, jew jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill - skond il-proċedura tal-komitoloġija - jitolbu reviżjoni ta' dan ir-Regolament jew ta' l-istatuti ta' l-Impriża Konġunta, il-Kummissjoni għandha tissottometti l-proposta legali xierqa skond il-proċedura stipulata fit-Trattat.
Emenda 38
Anness, Artikolu 1, paragrafu 2, inċiż 3
- any other public or private undertaking or body.
- kull impriża oħra pubblika jew privata jew korp li ta' l-inqas ikkonkludew ftehima waħda mal-Komunità Ewropea fis-settur tat-trasport bl-ajru.
Emenda 39
Anness, Artikolu 1, paragrafu 3, subparagrafu 2
The Administrative Board shall decide whether to accept or reject the request. If the request is accepted, the Executive Director shall negotiate the conditions of accession and submit them to the Administrative Board. These conditions may include, in particular, provisions relating to the financial contributions and representation within the Administrative Board.
Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk għandhiex taċċetta jew tirrifjuta t-talba u l-Kummissjoni, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5a, għandha tagħmel proposta f'dak is-sens. Jekk it-talba tiġi milqugħa, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnegozja l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni u jissottomettihom lill-Bord Amministrattiv. B'mod partikolari, dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u r-rappreżentazzjoni fil-Bord Amministrattiv.
Emenda 40
Anness, Artikolu 1, paragrafu 3a (ġdid)
3a. Meta jipproponi jekk għandux jawtorizza negozjati dwar l-adeżjoni ma' intrapriżi jew korpi pubbliki jew privati, meta jitqies il-ftehim li jirreferi għalih it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 1(2), il-Bord Amministrattiv għandu b'mod partikulari jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
- għarfien dokumentat u esperjenza fl-immaniġġjar tat-traffiku bl-ajru u/jew tal-manifattura ta' tagħmir u/jew il-forniment ta' servizzi għall-immaniġġjar tat-traffiku bl-ajru;
- il-kontribuzzjoni li l-impriża jew il-korp ikunu mistennija li jistgħu jagħtu għat-twettiq ta' l-ATM Master Plan;
- is-solidità finanzjarja ta' l-impriża jew tal-korp;
- kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali.
Emenda 41
Anness, Artikolu 3, paragrafu 1, punt (a a) (ġdid)
(aa) rappreżentant tal-militar;
Emenda 42
Anness, Artikolu 3, paragrafu 2
2.  The representatives referred to in points (b), (c), (d), (e) and (f) of paragraph 1 are designated by the Industry Consultation Body, set up in accordance with Article 6 of Regulation (EC) No 549/2004.
2.  Il-Parlament Ewropew għandu jkollu stejtus ta' osservatur fil-Bord Amministrattiv.
Emenda 43
Anness, Artikolu 3, paragrafu 2a (ġdid)
2a. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun presedut mill-Kummissjoni.
Emenda 44
Anness, Artikolu 4, paragrafu 1
1.  The representatives referred to in points (a) and (b) of Article 3(1) shall have the right to vote.
1.  Ir-rappreżentanti kollha msemmija fl-Artikolu 3(1) għandu jkollhom vot ippeżat proporzjonat mal-kontribuzzjoni tagħhom għall-fondi ta' l-Impriża Konġunta SESAR u suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.
Emenda 46
Anness, Artikolu 4, paragrafu 5
5.  Any decision relating to the accession of new members - within the meaning of paragraph 2 of Article 1 - the appointment of the Executive Director and the dissolution of the Joint Undertaking shall require the positive opinion of the Community's representative on the Administrative Board.
imħassar
Emenda 47
Anness, Artikolu 4, paragrafu 5a (ġdid)
5a. Deċiżjonijiet rigward l-adozzjoni ta' l-ATM Master Plan u dwar kwalunkwe emenda relevanti għalih irid ikollhom il-vot favur ta' kull membru fundatur. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1, deċiżjonijiet bħal dawn ma jistgħux jittieħdu jekk ir-rappreżentanti li jirreferi għalihom l-Artikolu (3)1 (c) sa (f) jesprimu unanimament nuqqas ta' qbil.
Emenda 48
Anness, Artikolu 4, paragrafu 5 b (ġdid)
5b. Il-Master Plan ta' l-ATM għandu jiġi kkomunikat u mibgħut lill-Parlament Ewropew
Emenda 49
Annex, Article 5, paragraph 1, point (b)
b) deciding on the accession of new members;
b) propożizzjoni ta' adeżjoni ta' membri ġodda;
Emenda 50
Anness, Artikolu 5, paragrafu 1, punt (c)
c) appointing the Executive Director and approving the organisation chart;
c) jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(1) u 6(2) ta' l-Anness, u japprova l-iskeda ta' l-organizzazzjoni;
Emenda 51
Anness, Artikolu 5 a (ġdid)
Artikolu 5 a
L-evitar ta' kunflitti ta' interess
1.  Membri ta' l-Impriża Konġunta SESAR jew tal-Bord Amministrattiv u staff ta' l-Impriża Konġunta m'għandhomx jipparteċipaw fil-preparazzjoni ta' sejħiet għall-offerti pubbliċi, jew fl-evalwazzjoni jew fil-proċeduri ta' l-għoti ta' sejħiet għall-offerti pubbliċi, jekk huma proprjetarji jew għandhom ftehim ta' sħubija ma' korpi li huma kandidati potenzjali għal sejħiet għall-offerti pubbliċi jew jekk jirrappreżentaw korpi simili.
2.  Membri ta' l-Impriża Konġunta u parteċipanti fil-Bord Amministrattiv għandhom jiżvelaw kwalunkwe interess dirett jew indirett personali jew korporattiv fl-eżitu tad-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv rigward kwalunkwe punt fuq l-aġenda. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-istaff ta' l-Impriża Konġunta rigward ix-xogħlijiet assenjati lilhom.
3.  Fuq il-bażi ta' l-iżvelar imsemmi fil-paragrafu 2, il-Bord Amministrattiv jista' jiddeċiedi li jeskludi membri, parteċipanti jew staff, minn deċiżjonijiet jew xogħlijiet fejn jista' jkun hemm kunflitt ta' interess. Membri, parteċipanti u staff li jiġu esklużi ma jkollhomx aċċess għal informazzjoni relatata mas-setturi li jitqiesu bħala suġġetti għall-kunflitti ta' interess potenzjali.
Emenda 52
Anness, Artikolu 6, paragrafu 1
1.  The Executive Director shall be responsible for the day-to-day management of the Joint Undertaking and is its legal representative. He shall be appointed by the Administrative Board on a proposal from the European Commission. He shall perform his duties with complete independence.
1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv fuq il-bażi tal-mertu u tal-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza relattiva u ta' l-esperjenza, minn lista ta' mill-anqas tliet kandidati proposta mill-Kummissjoni u mill-Eurocontrol bbażata fuq riżultat ta' kompetizzjoni ta' reklutaġġ pubbliku u wara li jisma' l-opinjoni tar-rappreżentant appuntat mill-Parlament Ewropew. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu.
Emenda 53
Anness, Artikolu 6, paragrafu 1a (ġdid)
1a. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Fuq proposta tal-Kummissjoni, wara s-smigħ ta' l-opinjoni tar-rappreżentant maħtur mill-Parlament Ewropew u wara li ssir evalwazzjoni, jista' jiġġedded għal darba waħda għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet snin.
Emenda 54
Annex, Article 8, introductory part
In order to carry out the tasks defined in Article 1 of the present Regulation, the Joint Undertaking shall conclude an agreement with Eurocontrol by which:
1.  Sabiex twettaq il-ħidmiet definiti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta għandha tikkonkludi ftehimiet speċifiċi mal-membri tagħha.
1a. L-irwol u l-kontribut ta' l-Eurocontrol għandhom ikunu definiti fi ftehima ma' l-Impriża Konġunta. Din il-ftehima għandha:
Emenda 55
Annex, Article 8, points (a) and (b)
a)  Eurocontrol shares the results of the definition phase with the Joint Undertaking;
a) tistabbilixxi l-modalitajiet tat-trasferiment u ta' l-użu tar-riżultati tal-fażi tad-definizzjoni għall-Impriża Konġunta;
b)  Eurocontrol is given responsibility for the following tasks, which result from implementing "the plan", as well as the management of the relevant funds:
b) tiddeskrivi l-ħidmiet ta' l-Eurocontrol u r-responsabilitajiet tiegħu fl-implimentazzjoni ta' lATM Master Plan, bħal:
Emenda 56
Anness, Artikolu 11, paragrafu 3, subparagrafu 1
3.  The members referred to in the second and third indents of Article 1(2) shall undertake to pay a minimum initial contribution of EUR 10 million within a period of one year from when their accession to the Joint Undertaking is accepted. This amount shall be reduced to EUR five million for members that subscribe to the Joint Undertaking within 12 months of its constitution.
3.  Il-membri li għalihom saret referenza fit-tieni u fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 1(2) għandhom jintrabtu li jħallsu kontribuzzjoni inizjali minima ta' 10 miljun EUR f'perjodu ta' sena minn meta tiġi aċċettata l-adeżjoni tagħhom fl-Impriża Konġunta .
Emenda 57
Anness, Artikolu 11, paragrafu 3, subparagrafu 2
In the case of undertakings, subscribing individually or collectively, which may be regarded as small or medium-sized enterprises within the meaning of the Commission recommendation of 6 May 2003 concerning the definition of small and medium-sized enterprises, this amount shall be reduced to EUR 250 000 regardless of when they become members.
Fil-każ ta' intrapriżi li jissottoskrivu bħala individwali jew kollettivi u li jistgħu jkunu kwalifikati bħala intrapriżi żgħar jew medji fis-sens tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi żgħar jew medji, dan l-ammont se jitnaqqas għal 250 000 EUR indipendentament minn meta dawn jakkwistaw il-kwalità ta' membru. Membri fundaturi jkunu jistgħu jagħżlu li jaqsmu dan il-pagament f'għadd ta' pagamenti iżgħar tul perjod miftiehem bejn il-partijiet konċernati.
Emenda 58
Anness, Artikolu 11, paragrafu 5
5.  Contributions in kind are possible. They shall be subject to an evaluation of their value and their utility for carrying out the tasks of the Joint Undertaking.
5.  Kontribuzzjonijiet mhux finanzjarji huma permissibbli, u għandhom jiġu stipulati fil-Ftehimiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 8 ta' l-Anness. Għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni tal-valur u ta' l-utilità tagħhom biex jitwettqu l-ħidmiet ta' l-Impriża Konġunta.
Emenda 59
Anness, Artikolu 17
The Joint Undertaking shall own all the tangible and intangible assets created or transferred to it for the implementation phase of the SESAR project.
L-Impriża Konġunta tkun il-proprjetarja ta' l-assi tanġibbli u mhux tanġibbli maħluqa minnha jew li jiġu trasferiti lilha għall-fażi ta' l-iżvilupp tal-proġett SESAR skond il-ftehimiet ta' adeżjoni konklużi mill-Impriża Konġunta SESAR. L-Impriża Konġunta tista' tagħti drittijiet ta' aċċess għall-għarfien li jirriżulta mill-proġett, b'mod partikolari lill-membri tagħha kif ukoll lill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u/jew lill-Eurocontrol għar-raġunijiet mhux kummerċjali tagħhom.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2)* Il-Proposta Uffiċjali tal-Kummissjoni għadha mhijiex disponibbli bil-Malti. It-Test bl-Ingliż qed jiġi riprodott għal finijiet ta' informazzjoni.


Rapport annwali 2006 dwar iż-żona ta' l-ewro
PDF 314kWORD 85k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali 2006 dwar iż-żona ta' l-ewro (2006/2239(INI))
P6_TA(2006)0485A6-0381/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona ta" l-Ewro' (COM(2006)0392),

–   wara li kkunsidra l-previżjoni interim tal-Kummissjoni ta' Settembru 2006,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-3 ta" Lulju 2003 dwar l-irwol internazzjonali taż-Żona ta" l-ewro u l-ewwel evalwazzjoni ta" l-introduzzjoni tal-flus tal-karta u l-muniti(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-4 ta" April 2006 dwar is-sitwazzjoni ekonomika Ewropea: rapport preparatorju dwar il-linjigwida ġenerali tal-politika ekonomika għall-2006(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Marzu 2006 dwar ir-reviżjoni strateġika tal-Fond Monetarju Internazzjonali(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta" Mejju 2006 dwar il-finanzi pubbliċi fl-unjoni ekonomika u monetarja (EMU)(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-1 ta" Ġunju 2006 dwar it-tkabbir taż-żona ta" l-ewro(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-2005(6),

–   wara li kkunsidra r-rapporti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) dwar l-irwol internazzjonali ta" l-ewro u dwar l-integrazzjoni finanzjarja fiż-żona ta" l-ewro,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Diċembru 2005 dwar it-tassazzjoni ta' impriżi fl-Unjoni Ewropea: bażi ta' taxxa komuni u konsolidata għall-kumpaniji(7),

–   wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0381/2006),

A.   billi sħubija fiż-żona ta' l-ewro ssaħħaħ il-grad ta' interdipendenza ekonomika bejn l-Istati Membri u jsejjaħ għal koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politika ekonomika bil-għan li tindirizza nuqqasijiet strutturali biex jiffaċċjaw sfidi ġodda u biex jiksbu aktar prosperità u kompetittività biex ikunu preparati għal ekonomija aktar globalizzata,

B.   billi fl-2006 it-tkabbir ekonomiku fiż-żona ta" l-ewro qiegħed jitħaffef u jidher ibbażat b'mod aktar wiesa" mad-domanda domestika, b'mod partikulari l-investiment li qiegħed jikseb il-momentum; iżda billi t-tkabbir jista" jonqos fl-2007 minħabba l-prezzijiet għolja taż-żejt, l-effetti tard tat-tisħiħ ta" l-ewro u t-tnaqqis fit-tkabbir fl-Istati Uniti,

C.   billi t-tkabbir potenzjali taż-żona ta" l-ewro huwa stmat b'mod normali madwar 2% u jeħtieġ jiżdied bi 3% sabiex jipprovdi impjiegi lil aktar minn 12-il miljun Ewropew bla impjieg, biex jiżdied id-dħul disponibbli tagħom u biex jiġu allokati r-riżorsi meħtieġa biex jiġu mmodernizzati l-istati assistenzjali uniċi ta" l-Ewropa,

D.  Billi għall-kriterju tar-rata ta' l-inflazzjoni, qed jiġu użati żewġ definizzjonijiet ta' l-'istabilità tal-prezzijiet'; billi l-ECB iċċara li, sabiex jiżgura l-istabilità fil-prezzijiet, huwa għandu l-għan li jżomm ir-rati ta' l-inflazzjoni taħt, iżda viċin, it-2% matul it-terminu medju, waqt li fir-rapporti tagħhom dwar il-konverġenza, l-BĊE u l-Kummissjoni jużaw valur ta' riferenza kkalkulat bħala r-rata medja ta' inflazzjoni matul it-12-il xahar ta' qabel fl-aktar tliet Stati Membri li jrendu, miżjuda b'1.5 punti perċentwali, fuq il-bażi tal-protokoll dwar il-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 121(1) tat-Trattat KE, li jassumi li l-aqwa rendiment f'termini ta' stabilità ta' prezzijiet ifisser, fil-prattika, l-aktar livell baxx ta' inflazzjoni possibbli,

E.   billi, mill-1 ta' Jannar 2007, iż-żona ta' l-ewro tkun tinkludi biss 13-il Stat Membru iżda l-koordinament tal-politika makroekonomika u s-suq intern ikun jinkludi s-27 Stat Membru kollha,

F.   billi r-rappreżentanza esterna taż-żona ta' l-ewro f'istituzzjonijiet u fora internazzjonali mhix proporzjonata mal-valur ekonomiku tagħha fl-ekonomija globali; billi nkiseb progress limitat mill-bidu ta' l-ewro biex jiżgura li ż-żona ta' l-ewro jkollha vuċi waħda f'istituzzjonijiet u fora finanzjarji internazzjonali; u billi dawn in-nuqqasijiet jagħmlu diffiċli biex iż-żona ta' l-ewro tippromwovi l-interessi tagħha u biex turi sens ta' tmexxija fl-indirizzar ta' sfidi ekonomiċi globali,

G.   billi l-ECB jaqsam mal-Kunsill ir-responsabilità tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-rati tal-kambju u r-rappreżentanza internazzjonali taz-zona ewro;

H.   billi l-Eurogroup għandu bħala prerogativa d-djalogu informali ma' l-ECB u billi għandu bħala xogħlijiet prinċipali li jistudja bir-reqqa l-opinjonijiet komuni dwar il- funzjonament ġenerali ta' l-ekonomija taz-zona ewro kif ukoll li jeżamina l-evoluzzjoni tar-rati tal-kambju ta' l-ewro mqabbla mal-muniti l-oħra;

Politika makroekonomika

1.  Jilqa' l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-ewwel rapport annwali tagħha dwar iż-żona ta' l-ewro, li jirrifletti l-evoluzzjoni ta' l-ekonomiji taż-żona ta' l-ewro fl-2006 u huwa kontribuzzjoni utli għad-dibattitu dwar l-isfidi konġunti tal-politika ekonomika li qed jiffaċċjaw il-membri taż-żona ta' l-ewro;

2.  Iqis li r-regoli ċari u trasparenti dwar iż-żewġ pilastri prinċipali - fuq naħa, aktar flus fl-idejn, u fuq in-naħa l-oħra l-informazzjoni l-oħra kollha relevanti dwar żviluppi fl-inflazzjoni fil-futur - jaffettwaw id-deċiżjonijiet operazzjonali tal-politika monetarja li jagħmluha aktar prevedibbli u effettiva; iqis ukoll li minuti fil-qosor tal-laqgħat tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE għandhom ikunu pubblikati, u jinkludu stqarrija ċara ta' l-argumenti favur u kontra d-deċiżjonijiet li ttieħdu u r-raġunijiet għaliex ittieħdu; iqis li trasparenza bħal din hija importanti għaliex b'dan il-mod is-suq ikun jista' jikseb stampa aktar ċara tal-politika monetarja ta' l-BĊE;

3.  Iqis li l-istimolu monetarju mogħti fis-snin reċenti qed ikun irtirat b'mod gradwali, jistieden lill-Kummissjoni biex tkun konformi b'mod strett ma" l-interpretazzjoni tal-Patt ta" Stabilità u ta" Tkabbir kif imġedded u lill-Istati Membri sabiex ifittxu titjib annwali fl-iżbilanċi tal-baġit aġġustati b'mod ċikliku ta" 0.5% tal-GDP bħala benchmark, li jgħinu fit-tnaqqis tal-pressjoni inflazzjonarja u biex ir-rati ta" l-interess jibqgħu baxxi f'livelli li ma jipperikolawx l-irkupru ta" l-ekonomija attwali; f'dan il-kuntest ifakkar fil-valur miżjud ta' koordinament fiskali, b'mod speċjali baġitarju, aħjar fost l-Istati Membri lejn bilanċ ta' politika makroekonomika aktar koerenti, meta mqabbel mal-politika monetarja żviluppata sew ta' l-EMU;

4.  Iqis li, mingħajr ħsara għall-prinċipju ta' sussidjarjetà fil-politika fiskali u fir-rispett tal-prerogattivi ta' gvernijiet nazzjonali fit-twaqqif tal-politiki strutturali u baġitarji tagħhom, huwa importanti li l-Istati Membri kollha, ta' l-inqas dawk li jappartjenu għaż-żona ta' l-ewro, jikkoordinaw il-kalendarji fiskali nazzjonali differenti tagħhom u jibbażaw l-istimi baġitarji tagħhom fuq kriterji simili biex jevitaw disparitajiet ikkawżati mill-użu ta' previżjonijiet makroekonomiċi differenti (tkabbir globali, tkabbir ta' l-UE, prezz taż-żejt bil-barmil, rati ta' interess) u parametri oħrajn; jemmen li l-Kummissjoni tista' tipprovdi kontribut importanti biex din il-missjoni sseħħ;

5.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jallokaw sehem sostanzjali ta' dħul fiskali addizzjonali miksub mit-tkabbir ekonomiku attwali biex jitnaqqas id-dejn pubbliku li jeħles riżorsi biex ikunu investiti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ vokazzjonali, fl-infrastruttura, u fir-riċerka u l-innovazzjoni skond l-objettivi stipulati fl-Istrateġija ta' Liżbona-Göteborg u sabiex jiffaċċjaw l-isfidi ppreżentati minn popolazzjoni anzjana u l-bidla fil-klima;

6.  Ifakkar lill-Kummissjoni li fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq ta" l-4 ta" April 2006, il-Parlament talab għal reviżjoni ġenerali tas-sistemi fiskali ta" l-Istati Membri li hija metodu prinċipali li jsaħħaħ il-kompetittività ta" l-ekonomija u s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprepara studju dwar il-benefiċċji għaż-żona ta' l-ewro u għall-Unjoni kollha ta' tħaddim aħjar tal-pilastru ekonomiku ta' l-EMU applikat għaż-żona ta' l-ewro f'termini ta' tkabbir u ta' xogħol;

Riformi ekonomiċi

8.  Ifakkar f'dan il-kuntest fl-importanza ta' l-implimentazzjoni attiva u urġenti ta' l-Istrateġija ta' Liżbona b'mod ugwali fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha tal-politika kkonċernati b'taħlita ta' politika ta' appoġġ kkaratteriżżata minn riformi tal-politika ekonomika, tax-xogħol, ambjentali u soċjali;

9.  Jagħraf li l-ekonomija taż-żona ta' l-ewro aġġustat ruħha għall-irkupru tat-tkabbir dinji biss b'rata baxxa ħafna, l-iktar minħabba d-dgħjufija fid-domanda domestika u jagħraf li riformi ekonomiċi fis-swieq tal-prodotti, tax-xogħol u tal-kapital jgħinu biex prezzijiet u pagi jirreaġixxu iktar malajr għal ċirkustanzi ekonomiċi li jinbidlu, għax dan huwa essenzjali biex jiżdied il-potenzjal ta' tkabbir, biex ikunu indirizzati differenzi mhux ġustifikati fit-tkabbir u l-inflazzjoni fost l-Istati Membri taż-żona ta' l-ewro u biex ikun hemm aġġustatament għal żviluppi globali potenzjalment negattivi;

10.  Iqis li xi Stati Membri ppreżentaw impenn fil-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom (NRPs), iżda jagħraf li dan mhux biżżejjed u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni; ifakkar li l-prestazzjoni ekonomika għandha titejjeb bl-approvazzjoni tal-kodiċi ta" kondotta li jippermetti mmonitorjar reċiproku mill-Istati Membri ta' NRPs permezz ta' l-iskambju ta' l-aqwa prattiki u l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta' "league table" annwali li turi l-pajjiżi bl-aħjar u l-agħar prestazzjonijiet , kif proposta fir-rapport ta" Novembru 2004 mill-Grupp ta" Livell Għoli tal-Kummissjoni ppreseduta minn Wim Kok bl-isem 'Nindirizzaw l-Isfida - L-Istrateġija ta" Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi';

11.  Iqis li l-Istati Membri taż-żona ta' l-ewro għandhom ikomplu jimxu 'l quddiem b'mod indaqs fir-rigward tat-tliet prinċipji tal-mudell ta' Liżbona-Göteborg (tkabbir ekonomiku, koeżjoni soċjali u protezzjoni ambjentali) u jenfasizza wkoll il-potenzjal ta' 'flexicurity' (flessibilità u sigurtà) biex tiżdied il-parteċipazzjoni mis-suq tax-xogħol, b'mod partikulari dik tan-nisa, impjegati anzjani, żgħażagħ, nies bla xogħol għal perjodu ta' żmien twil, u l-immigranti;

12.  Ifakkar il-konvinzjoni tiegħu li l-objettiv li tkun introdotta bażi ta' taxxa komuni u konsolidata għall-kumpaniji fl-Ewropa jista' jintlaħaq ukoll permezz tal-mekkaniżmu ta' koperazzjoni msaħħa jekk l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jaslu għal qbil unanimu; jenfasizza li l-mekkaniżmu ta' koperazzjoni msaħħa - minkejja li huwa inqas mixtieq minn qbil unanimu ta' l-Istati Membri - jippermetti l-maġġoranza ta' l-Istati Membri biex jagħmlu progress fil-qasam ta' qafas komuni għat-tassazzjoni tal-kumpaniji fis-suq intern filwaqt li jippermettu lill-Istati Membri li m'humiex jipparteċipaw il-possibilità li jagħmlu parti minnha fi stadju aktar 'il quddiem; jemmen li din il-kwistjoni hija dejjem aktar relevanti għaż-żona ta' l-ewro u jħeġġeġ lill-Istati Membri taż-żona ta' l-ewro biex iżidu l-isforzi tagħhom biex iwettqu progress f'dan il-qasam;

Is-suq intern

13.  Iqis li t-tlestija tas-suq intern, b'mod speċjali fis-servizzi, hija kruċjali għat-trawwim ta' tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tax-xogħol fi ħdan l-EMU; għalhekk jistieden għal implimentazzjoni aktar u aħjar tad-direttivi; jikkundanna l-politika adottati minn xi Stati Membri li jipproteġu l-industriji u servizzi prinċipali tagħhom mill-kompetizzjoni transkonfinali u jġedded l-impenn tiegħu għall-prinċipji tal-moviment ħieles ta" persuni, prodotti, servizzi u kapital;

14.  Jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jitneħħew l-ostakoli għall-ħolqien ta' Żona Ewropea ta' Pagamenti Waħdanija u li tittieħed aktar azzjoni biex jinfetħu s-swieq frammentati ta ' servizzi finanzjarji bl-imnut (pjani ta' tfaddil, ipoteki, assikurazzjoni u pensjonijiet) filwaqt li jkun żgurat il-ħarsien tal-konsumaturi; jenfasizza l-importanza ta" l-iżvilupp ta" l-approċċ pan-Ewropew għar-regolazzjoni u għas-sorveljanza tas-suq finanzjarju u jfakkar li huwa importanti li jiġu riveduti r-regoli dwar likwidità ta" l-assigurazzjoni (Solvency II) kif ukoll ta" dawk li jikkonċernaw il-poteri ta" diskrezzjoni tar-regolaturi fil-każ ta" mergers transkonfinali sabiex jiġu evitati kunflitti bejn dawk inkarigati mis-sorveljanza fil-pajjiż ta' l-oriġini u l-pajjiż ospitanti;

15.  Jemmen li politika ambizzjuża ta' innovazzjoni fuq livell Ewropew hija waħda mis-sisien ta' żvilupp sostenibbli u ta' ħolqien ta' impjiegi u għandha tkun inkluża bħala prijorità ewlenija fil-qafas ta' koordinazzjoni ekonomika mtejba; juri dispjaċir għall-fatt li n-nefqa fir-Riċerka u l-Iżvilupp fiż-żona ta' l-euro hija ta' madwar 2% tal-PGD, u għalhekk ħafna inqas mill-objettiv ta' l-UE kollha ta' 3%; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti konkreti li jirrigwardaw l-iffinanzjar tar-riċerka u ta' l-iżvilupp fl-UE u qafas effiċjenti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; jistieden lill-Istati Membri biex jallokaw aktar riżorsi għar-riċerka u l-innovazzjoni u biex jistabbilixxu inċentivi ta" taxxa għan-negozji u l-universitajiet li jinvestu fir-Riċerka u fl-Iżvilupp, billi jaf li, meta mqabbla ma' sussidji diretti, inċentivi ta' dan it-tip huma garanzija aħjar li r-riżorsi pubbliċi se jintużaw biex jappoġġjaw intrapriżi ta" suċċess.

16.  Iqis li s-swieq tax-xogħol għandhom ikunu aktar flessibbli u dawk l-aspetti tal-leġiżlazzjoni dwar l-impjieg permanenti li jistgħu jaġixxu bħala ostaklu għall-aġġustament tas-suq tax-xogħol għandhom jitneħħew; jammetti li, fuq żmien twil, is-salarji veri u l-produttività għandhom jikbru b'mod simlutanju; jiddispjaċih li ħafna mill-proposti li għamel il-Parlament ma ġewx ikkunsidrati, speċjalment dawk li jirreferu għat-titjib tal-faċilitajiet għall-kura tat-tfal, il-kisba ta' bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, it-twaqqif ta inċentivi biex jinkoraġġixxu l-ħaddiema biex jippostponu l-irtirar volontarju, u t-twaqqif ta" politiki mmirati biex jintegraw l-immigranti legali fis-suq tax-xogħol u biex jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali;

17.  Jisgħobbih li l-livelli kurrenti ta' l-edukazzjoni u tat-tagħlim tul il-ħajja, li għandhom jiġu inklużi bħala l-ogħla prijoritajiet fil-qafas ta' approċċ aħjar ta' coordinazzjoni ekonomika, huma b'mod ċar mhux għoljin biżżejjed u jaqbel mal-biċċa l-kbira tal-miżuri proposti mill-Kummissjoni; madankollu jiddispjaċih li wħud mill-proposti approvati mill-Parlament ma ġewx aċċettati speċjalment dawk bl-objettiv li jitjieb l-għerf tal-lingwi barranin, il-matematika u x-xjenzi fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, biex jinkiseb mudell integrat ta' taħriġ professjonali, sabiex jiġu attirati aktar studenti għall-karrieri xjentifiċi, biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-universitajiet u s-setturi industrijali u kummerċjali, biex jiġi mħeġġeġ il-forniment ta' edukazzjoni li jqis id-domanda tas-suq tax-xogħol, biex jiggarantixxi aċċess għall-edukazzjoni terzjarja għal kulħadd, biex jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja u jindirizzaw il-qagħad fit-tul taż-żmien u l-qagħad taż-żgħażagħ, u biex jiġu żgurati komunikazzjoni , tixrid u applikazzjoni aħjar tar-riżultati tar-riċerka;

18.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex mal-prijoritajiet l-aktar importanti tagħhom jinkludu ħolqien ta' suq intern għall-enerġija, politika ta' l-R&D imtejba dwar sorsi alternattivi ta' enerġija u enerġija inqas ta' ħsara għall-ambjent u aktar nadifa, inkluż spinta lejn aktar użu ta' enerġiji li jiġġeddu, aktar impenn għall-iffrankar u għall-effiċjenza ta' l-enerġija, kif ukoll it-tisħiħ ta' rabtiet politiċi u ekonomiċi ma' kemm jista' jkun pajjiżi fornituri sabiex jiġu ddiversifikati s-sorsi ta' l-enerġija u jittrattaw nuqqasijiet ta' forniment aħjar;

L-iffunzjonar ta" l-EMU

19.  Jaqbel mal-Kummissjoni li d-disparitajiet fit-tkabbir u fir-rati ta" l-inflazzjoni fiż-żona ta" l-euro, b'differenzi sa 4.5% fi tkabbir u sa 2.7% fl-inflazzjoni fl-2005, huma dejjem iżjed minħabba raġunijiet strutturali; jiddispjaċih li t-tixrid fir-rati ta" l-inflazzjoni fost l-Istati Membri b'rati ta" inflazzjoni ogħla jaffettwaw negattivament il-kompetittività u l-istabilità monetarja taż-żona ta" l-Euro b'mod ġenerali; jinnota li dawn id-differenzi xi drabi huma parti minn proċess pożittiv ta' konverġenza bejn id-dħul u l-livell tal-prezzijiet, minħabba l-proċess ta' "tlaħħiq"(catch up); għal darba oħra jitlob lill-Istati Membri taz-zona ta' l-Euro biex isaħħu l-isforzi tagħhom għal koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u monetarji b'mod partikulari permezz tar-rinfurzar ta' l-istrateġiji komuni tagħhom fi ħdan il-Eurogroup, sabiex tittejjeb il-konverġenza reali ta' l-ekonomiji u jiġu limitati r-riskji ta' xokk assimetriku fl-EMU;

20.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-dħul tas-Slovenja fiż-żona ta' l-Euro fl-1 ta' Jannar 2007; jistieden lill-Istati Membri ġodda sabiex jieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex jissodisfaw il-kriterji ta' konverġenza ta' Maastricht u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-BĊE u l-Kummissjoni jridu japplikaw l-kriterju ta' l-istabilità tal-prezzijiet kif imsemmi fit-Trattat KE, li hu differenti minn dak applikat mill-BĊE meta jwettaq il-politika monetarja tiegħu, u jissuġġerixxi li l-BĊE u l-Kummissjoni jevalwaw jekk huwiex ġustifikat li tinżamm din id-differenza fl-approċċ;

21.  Jirrikonoxxi li skond il-kriterji ta' konverġenza ta' Maastricht, ir-rata ta' l-inflazzjoni m'għandiex taqbeż il-1.5% ta' l-aħjar tliet prestazzjonijiet mill-Istati Membri fejn għandha x'taqsam l-istabilità tal-prezz; jirrimarka li kemm id-definizzjoni ta' l-aħjar tliet prestazzjonijiet mill-Istati Membri fejn għandha x'taqsam l-istabilità tal-prezzijiet, kif ukoll l-metodu għall-kalkolu tal-valur ta' referenza għandhom bżonn li jkunu eżaminati sew biex jirriflettu l-fatt li issa hemm tnax-il Stat Membru jipparteċipaw fl-EMU, u jużaw munita waħda, li hi mmaniġġjata minn politika monetarja komuni, u li d-differenzjali fil-prestazzjonijiet individwali ta' l-inflazzjoni tagħhom jirriflettu fatturi strutturali aktar minn differenzi fl-approċi tal-politika makroekonomika;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Eurostat biex tiżdied l-kwalità tad-dejta ta' l-istatistika makro (speċjalment dwar defiċit baġitarju u dejn ta' l-istat) u biex jużaw l-għodod kollha tagħhom biex jevitaw żbilanċi fiskali f'kull Stat Membru; jistieden għal aktar żieda fis-setgħat tal-Kummissjoni biex tivverifika l-kwalità tad-dejta trażmessa;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti attenzjoni mill-qrib lill-impatt fuq l-imġieba tas-swieq finanzjarji fuq is-sitwazzjoni makro-ekonomika taz-zona ta' l-euro;

24.  Iħeġġeġ lis-superviżuri kompetenti biex isaħħu l-isforzi tagħhom sabiex jiġu evalwati l-attivitajiet ta' fondi ta' lqugħ fir-rigward ta' riskji sistematiċi li jistgħu joħolqu u jistieden lill-Eurogroup biex jeżamina din il-kwistjoni;

Rappreżentazzjoni esterna

25.  Jilqa" l-ftehima milħuqa fil-Kunsill biex jitkellmu b'vuċi waħda fil-laqgħa annwali ta" l-istituzzjonijiet Bretton Woods f'Singapore tad-19-20 ta" Settembru 2006; jinsisti li l-pożizzjonijiet tar-rapreżentazzjonijiet ta' l-Istati Membri fi ħdan l-IMF iridu jkunu kkoordinati aħjar; għal darb' oħra jistieden lill-Istati Membri biex jaħdmu għal konstitwenza ta' votazzjoni unika, possibilment jibdew konstitwenza ta' l-Euro, bl-għan, li fi żmien twil, tkun żgurata rappreżentazzjoni ta' l-UE konsistenti, li tinvolvi lill-Presidenza tal-Kunsill ta' l-ECOFIN u lill-Kummissjoni, suġġetta għal skrutinju tal-Parlament.

Koordinazzjoni

26.  Jilqa b'sodisfazzjoni l-elezzjoni mill-ġdid ta' Jean-Claude Juncker bħala president ta' l-Eurogroup; jemmen li l-Eurogroup għandu jaqbel dwar pjan direzzjonali għall-objettivi taż-żona ta' l-Euro għas-sentejn li jmiss;

27.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-Trattat ma jiċċarax kif il-Kunsill għandu jeżerċita r-responsabilità tiegħu għall-politika ta' rata tal-kambju; jistieden lill-Eurogrupp, lill-Kunsill u lill-ECB biex isaħħu l-koordinazzjoni ta' l-azzjoni tagħhom fil-qasam tal-politika ta' rata tal-kambju;

28.  Jenfasizza n-neċessità li tissaħħaħ il-koperazzjoni fiż-żona ta' l-Euro sabiex jissaħħu l-governanza ekonomika u l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea sabiex jiġu trattati sfidi globali ekonomiċi; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-rapport annwali dwar iż-żona ta' l-Euro, fil-futur jipprovdi sett ta' għodod aktar konkreti li jippermettu djaloġu aktar fond bejn l-istitużżjonijiet differenti ta' l-UE kkonċernati bit-titjib tal-governanza ekonomika ta' l-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi appoġġ qawwi għall-attivitajiet ta' l-Eurogroup u lill-president tiegħu;

29.  Jikkunsidra li jkun ta' benefiċċju għall-partijiet kollha konċernati, jekk djalogu aktar regolari u strutturat dwar kwistjonijiet makroekonomiċi bejn (tħassir) il-Eurogroup, (tħassir) il-Kummissjoni u l-Parlament simili għad-djalogu monetarju bejn il-Parlament u l-ECB, jkun stabbilit sabiex jiltaqa' ta' l-inqas tliet darbiet f'sena, biex b'hekk l-oqfsa eżistenti jkunu msaħħa u biex l-isfidi iffaċċjati mill-ekonomija taz-zona ta' l-euro jkunu diskussi u biex jinstabu modi biex dawn ikunu solvuti;

30.  Jemmen li l-laqgħat regolari tal-Parlament u tal-parlamenti nazzjonali jistgħu b'mod ċar ikollhom rwol sinifikanti biex jgħinu biex il-parlamenti nazzjonali jieħdu dejjem iżjed responsabbiltà tal-koordinazzjoni meħtieġa tal-politika ekonomika;

o
o   o

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-president ta' l-Eurogrupp, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

(1) ĠU C 74 E, 24.3.2004, p. 871.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2006)0124.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2006)0076.
(4) Testi Adottati, P6_TA(2006)0214.
(5) Testi Adottati, P6_TA(2006)0240.
(6) Testi Adottati, P6_TA(2006)0464.
(7) Testi Adottati, P6_TA(2005)0511.


Strateġija Tematika dwar l-Ambjent Marittimu
PDF 392kWORD 91k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Strateġija Tematika dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni ta' l-Ambjent Marittimu (2006/2174(INI))
P6_TA(2006)0486A6-0364/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Strateġija Tematika għall-Protezzjoni u l-Konservazzjoni ta' l-Ambjent Marittimu (COM(2005)0504),

–   wara li kkunsidra s-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni għall-Ambjent (EAP)(1),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva li tistabbilixxi qafas għal azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-politika ta" l-ambjent marittimu (id-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima) (COM(2005)0505),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma(2) (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma), li l-objettivi tagħha jinkludu kontribuzzjoni għall-protezzjoni ta' l-ibħra territorjali u marittimi u l-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tat-tniġġis tal-baħar,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2003 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn strateġija biex jitħares u jiġi kkonservat l-ambjent marittimu"(3),

–   wara li kkunsidra l-aħħar Rapport ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-EEA) dwar l-Istat ta' l-Ambjent, ippubblikat fl-2005(4),

–   wara li kkunsidra l-laqgħa ta' informazzjoni dwar politika mill-Istitut għall-Politika Ambjentali Ewropea (IEEP)(5),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS)(6),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marittimu taz-Zona tal-Baħar Baltiku (Konvenzjoni ta' Helsinki)(7),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marittimu ta' l-Atlantiku tal-Grigal (OSPAR)(8),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Baħar Mediterran Kontra t-Tniġġis, u l-protokolli addizzjonali tagħha (Il-Konvenzjoni ta' Barċellona)(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0364/2006),

A.   billi l-ambjent marittimu qiegħed taħt pressjoni sinifikanti u, skond ir-Rapport ta' l-EEA imsemmi hawn fuq, hemm sinjali bikrin li l-ekosistemi tal-baħar u tal-kosta ta' l-Ewropa għaddejjin minn bidliet strutturali fil-katina ta' l-ikel, u evidenza ta' dan hija t-telf ta' speċi ewlenin, il-preżenza ta' konċentrazzjonijiet kbar ta' speċi tal-plankton ewlenin li qed jieħdu post speċi oħra u l-firxa ta' speċi invażivi. Dan qed jiġri bħala riżultat ta' bidla fil-klima u attivitajiet mifruxin tal-bniedem,

B.   billi s-Sitt EAP jindika l-prijorità ta' azzjonijiet għal aktar protezzjoni ta' zoni marittimi u integrazzjoni aħjar ta' l-ambjent f'politiki oħra tal-Komunità,

C.   billi l-baħar ta' l-UE huwa l-ikbar baħar fid-dinja, u għandu erja tal-wiċċ akbar mit-territorju ta' l-UE kollu kemm hu. 20 Stat Membru għandhom kosti li jinfirxu għal kważi 70,000 km u kważi iktar minn nofs il-popolazzjoni ta' l-UE tgħix inqas minn 50 km 'l-bogħod mill-kosta. Ir-Reġjuni Marittimi ta' l-UE tal-15-il Stat Membru fl-2004 diġà kienu jipproduċu aktar minn 40% tal-GNP. Il-bini tal-vapuri, il-portijiet, is-sajd u l-industriji ta' servizzi relatati jimpjegaw żewġ miljuni u ħames mitt elf ruħ. L-UE għandha 1,200 port u 90% tal-kummerċ estern tagħha, u 41% ta' kummerċ fl-UE stess, huwa trasportat bil-baħar,

D.   billi t-turiżmu, is-sajd u l-akwakultura huma attivitajiet li jistgħu jiġu żviluppati sew biss f'ambjent marittimu li għandu status ambjentali tajjeb,

E.   billi fis-Samit Dinji ta' Johannesburg ta' l-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, il-Partijiet ftiehmu li jnaqqsu b'mod sinifikanti r-rata ta' telf tal-bijodiversità tal-baħar sa l-2012, impenn li reġa' ttieħed fil-Konferenza dwar il-Bijodiversità, f'Kuritiba, fl-2006,

F.   billi jkun xieraq li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jikkonservaw l-ambjenti naturali u d-diversità bijoloġika fil-baħar u biex jipproteġu l-ekosistemi kostali tagħhom; billi miżuri bħal dawn għandhom jittieħdu wkoll sabiex ikun żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali fl-ibħra tagħhom,

G.   billi politika tajba tiddependi fuq informazzjoni ta' kwalità għolja, u l-użu ta' informazzjoni xjentifika hija meħtieġa fil-livelli differenti ta' gvernar, li għandu jidentifika u jimla lakuni ta' għarfien, inaqqas il-ġbir ta' dejta u r-riċerka doppja, u jippromwovi l-armonizzazzjoni, it-tixrid wiesa' u l-użu ta' xjenza u dejta marittima,

H.   billi ma jistax jiġi enfasizzat biżżejjed li l-kriterji magħżula sabiex jiddefinixxu stejtus ambjentali tajjeb għandhom ikunu ta' applikazzjoni wiesgħa biżżejjed peress li probabbilment dawn il-miri ta' kwalità se jirregolaw il-programmi ta' miżuri għal żmien twil fil-ġejjieni,

I.   billi, sabiex jitħares u jittejjeb l-ambjent marittimu f'żona marittima partikulari, jinħtieġu miżuri transkonfinali fis-setturi kollha li jolqtu z-zona kkonċernata, jiġifieri li jistgħu jinħtieġu miżuri f'dik iz-zona marittima u fl-inħawi tal-baħar u tax-xtut ta' ħdejha, fiz-zona ta' lqugħ u, fil-każ ta' xi sustanzi transkonfinali, f'reġjuni oħrajn,

J.   billi xi ibħra Artiċi huma ta' importanza għall-Komunità u għaz-Zona Ekonomika Ewropea, u xi Stati Membri (id-Danimarka, il-Finlandja u l-Iżvezja) huma parti mill-Kunsill Artiku,

K.   billi t-tkabbir futur ta' l-UE fl-2007 għall-Bulgarija u r-Rumanija se jinkludi wkoll il-Baħar l-Iswed ma' l-ibħra Ewropej,

L.   billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha huma parti minn diversi ftehimiet internazzjonali li fihom obbligi importanti dwar il-protezzjoni ta' l-ibħra marittimi mit-tniġġis, b'mod partikulari l-Konvenzjoni ta' Helsinku u l-Konvenzjoni ta' OSPAR u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Baħar Mediterran Kontra t-Tniġġis,

M.   billi l-protezzjoni u t-titjib ta' l-ambjent tal-baħar ma jistgħux iseħħu b'mod effettiv permezz ta' sforzi nazzjonali biss iżda jeħtieġu koperazzjoni reġjonali mill-qrib u miżuri internazzjonali oħra li huma xierqa,

L-iffissar tal-livell it-tajjeb ta' ambizzjoni

1.  Jilqa' l-Istrateġija Tematika tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' l-ambjent marittimu u l-objettiv ewlieni tagħha li jkun promoss l-użu sostenibbli ta' l-ibħra u l-konservazzjoni ta' l-ekosistemi tal-baħar; iqis, b'diżappunt, li l-proposta għal Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima f'din il-forma m'hijiex se tirnexxi fil-mobilizzar ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jieħdu l-miżuri xierqa;

2.  Jemmen fl-irwol ta' tmexxija ta' l-UE f'dan il-proċess u għalhekk jitlob li tinħoloq politika b'saħħitha ta' l-UE dwar il-protezzjoni tal-baħar, biex ma jkunx hemm aktar telf ta' bijodiversità u d-deterjorament ta' l-ambjent tal-baħar u biex tiġi inkuraġġita r-riġenerazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar;

3.  Jitlob li fid-Direttiva ta' l-Istrateġija marittima tkun inkluża definizzjoni komuni fl-UE kollha ta' stejtus ambjentali tajjeb (GES), li tinftiehem bħala l-istejtus ambjentali meta l-ekosistemi kollha tal-baħar f'Reġjun tal-Baħar partikulari jkunu mmaniġġjati b'modi li jħalluhom jiffunzjonaw b'mod bilanċjat u b'mod li jistgħu jsostnu lilhom infushom anke issa li hemm tibdil ambjentali, li jappoġġjaw kemm il-bijodiversità kif ukoll l-attivitajiet tal-bniedem; jikkunsidra li dan se jwassal għal iktar effettività fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima;

4.  Jinnota li stejtus ambjentali tajjeb ta' ibħra reġjonali Ewropej jista' jintlaħaq biss permezz ta' azzjoni b'saħħitha u koordinata fil-livell reġjonali aktar milli bl-Istati Membri jaġixxu individwalment, u għalhekk jitlob li d-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima tinkludi obbligu legali biex l-Istati Membri jilħqu stejtus ambjentali tajjeb; għaldaqstant jikkunsidra li l-istrateġija għandha tirriżulta f'obligi li jmorru lil hinn minn dawk nazzjonali u li jistgħu wkoll jinvolvu impenji komuni f'pajjiżi terzi;

5.  Aktar minn hekk, jitlob li tkun inkluża lista ta' deskritturi, kriterji u standards kwalitattivi ġeneriċi għar-rikonoxximent ta' GES, jiġifieri lista eżistenti li hija ġeneralment aċċettata minn partijiet li għandhom interessi fl-ibħra, mingħajr ma jiġi eskluż aktar titjib u żvilupp tal-lista;

6.  Jikkunsidra bħala importanti li l-objettivi, il-miżuri, il-lingwa u l-kunċetti użati fid-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima u f'direttivi oħra li jikkonċernaw l-ambjent marittimu, bħalma hija d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Ambjenti Naturali(10), ikunu armonizzati sabiex tinkiseb ċarezza akbar u titħaffef il-koordinazzjoni bejn dawk id-direttivi;

7.  Huwa tal-fehma li għandhom jittieħdu bil-ħeffa miżuri biex itejbu l-kwalità ta' l-ilma u, għaldaqstant, huwa mħasseb dwar il-kalendarju b'perjodu mtawwal ta' żmien imressaq fil-proposta għal Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima; huwa tal-fehma li jkun aħjar jekk dan il-kalendarju jinġieb konformi mal-kalendarju tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

8.  Jinnota li l-kalendarju għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, li permezz tiegħu għandu jintlaħaq stejtus ekoloġiku tajjeb fl-ibħra ta' max-xtut sa l-2015, diġà ġie implimentat fl-Istati Membri; huwa tal-fehma li mhux loġiku jew xieraq li fl-istess ħin ikun propost objettiv anqas ambizzjuż għal zoni tal-baħar li jisporġu fuq xulxin jew li jmissu ma' xulxin; jenfasizza li ma jkunx possibbli li jinkiseb stejtus ambjentali tajjeb f'diversi zoni ta' baħar ta' max-xtut sakemm ma jkunx hemm jikkorrispondi stejtus ambjentali tajjeb fiz-zoni tal-baħar li jmissu ma' dawn iz-zoni;

Sinerġiji ma' politiki ta' l-UE

9.  Jilqa' bi pjaċir il-Green Paper "Lejn Politika Marittima futura għall-Unjoni" (COM(2006)0275) li tipprevedi approċċ olistiku għall-iżvilupp sostenibbli ta' l-oċeani, iżda jwissi kontra enfasi kbira wisq fuq approċċ ekonomiku u jħeġġeġ li jintlaħaq bilanċ bejn l-aspett ekonomiku u dak ekoloġiku; jistenna li d-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima, il-pilastru ambjentali tagħha, tipprovdi l-qafas legali għall-preservazzjoni u l-integrità ta' l-ambjent tal-baħar u b'dal-mod il-qafas legali għall-unitajiet xierqa ta' ġestjoni - ir-Reġjuni u l-Istrateġiji tal-Baħar - għall-ippjanar u deċiżjonijiet dwar il-baħar;

10.  Jemmen li għandhom ikunu ċċarati l-implikazzjonijiet għall-Istati Membri jekk il-miri u l-miżuri fir-rigward tal-ħarsien ta' l-ambjent tal-baħar ma jkunux ta' applikazzjoni wiesgħa biżżejjed, jiġifieri li għandu jitqies kif l-objettiv tad-direttiva ta' l-Istrateġija Marittima - stejtus ambjentali tajjeb - jista' fil-fatt jintlaħaq.

11.  Jinnota li Stati Membri damu biex jikkonformaw mal-komponenti tal-baħar eżistenti tan-netwerk Natura 2000. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jidentifikaw Zoni Protetti tal-Baħar ta' interess speċifiku għax-xjenza jew għall-bijodiversità, jew suġġetti għal pressjoni kbira, bi qbil mad-Direttivi dwar l-Ambjenti Naturali u l-Għasafar(11);

12.  Jippreferi sforzi fuq perjodu taż-żmien fit-tul sabiex jiġu integrati objettivi ambjentali fil-Politika Komuni għas-Sajd (is-CFP) biex b'hekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti għall-iżvilupp sostenibbli, iżda jinsisti li l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li jadottaw miżuri aktar urġenti u fuq perjodu ta' żmien qasir, eż. dwar l-istabbiliment ta' 'no-go areas' (Riservi tal-Baħar), jew santwarji tal-baħar, biex jiġu protetti l-ekosistemi tal-baħar l-iktar vulnerabbli;

13.  Jiddeplora n-nuqqas ta' referenza mill-Kummissjoni, kemm fil-Komunikazzjoni kif ukoll fid-Direttiva ta' Strateġija Marittima, għall-ilmijiet marittimi tad-dipartimenti Franċiżi barranin, l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji, meta wieħed iqis il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 299 tat-Trattat KE, u għall-ilmijiet marittimi tal-Pajjiżi u Territorji Barranin elenkati fl-Anness II tat-Trattat;

Preokkupazzjonijiet baġitarji

14.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' impenn finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-Istrateġiji Marittimi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jidentifikaw il-miżuri li jistgħu jkunu ffinanzjati b'mod konġunt permezz ta' Life+ minħabba l-importanza partikulari tagħhom biex jintlaħaq stejtus ambjentali tajjeb fl-ibħra Ewropej;

15.  Huwa tal-fehma li l-koordinazzjoni ta' bejn l-interessi ekonomiċi u dawk ambjentali għandha, fejn ikun possibbli, isseħħ fuq livell lokali sabiex jitħares il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-parteċipazzjoni ta' partijiet lokali li għandhom interess, iżda li għandha wkoll isseħħ fuq livelli ogħla (reġjonali, ta' l-UE u internazzjonali) meta jkun xieraq u meħtieġ;

16.  Jindika li reġjuni tal-baħar differenti fi ħdan l-UE huma distinti minn xulxin u għandhom ħtiġijiet ta' ħarsien differenti; għaldaqstant huwa tal-fehma li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri finanzjarji ta' applikazzjoni aktar wiesgħa fil-livell ta' l-UE għal xi reġjuni meta mqabbla ma' oħrajn sabiex jinkisbu stejtus ambjentali tajjeb u s-sostenibilità;

17.  Jemmen li l-aqwa benefiċċji mill-koordinazzjoni ma' programmi eżistenti jistgħu jinkisbu billi jiġi kkoordinat il-kalendarju għall-istrateġija marittima ma' programmi imporanti fil-livell ta' l-UE; jemmen li l-koordinazzjoni mal-perjodu ta' programmar li jmiss għall-fond agrikolu ta' l-UE (mill-2014) huwa ta' importanza partikulari għal dawk ir-reġjuni li fihom l-agrikoltura hija sors ta' proporzjon sostanzjali tat-tnixxijiet fiz-zona tal-baħar;

18.  Jemmen li għandha tingħata kunsiderazzjoni fis-setturi kollha għall-inċentivi finanzjarji, bħalma huma - biex wieħed jieħu eżempju mħaddem fil-Baħar Baltiku - il-ħlasijiet għall-użu tal-portijiet u l-kanali ddifferenzjati skond l-impatt tagħhom fuq l-ambjent; huwa ta' l-idea li f'dan ir-rigward u f'ċerti reġjuni jistgħu jinħtieġu miżuri b'applikazzjoni aktar wiesgħa;

Qsim ta' dejta

19.  Jirrakkomanda metodu ġdid għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-ibħra, ibbażat fuq istituzzjonijiet u programmi eżistenti inkluż ir-Regolament dwar il-Ġbir tad-Dejta skond is-CFP, u magħmul biex jiżgura konsistenza sħiħa u integrazzjoni sħiħa ma' inizjattivi relevanti ġodda tal-Kummissjoni dwar l-infrastruttura ta' dejta dwar l-ispazju u l-GMES (Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà), b'mod partikulari s-servizzi tal-baħar;

20.  Ifakkar il-mandat ta' l-EEA li tiżviluppa evalwazzjonijiet panewropej regolari ta' l-ambjent tal-baħar, ibbażati fuq indikaturi eżistenti u dejta u informazzjoni oħra disponibbli nazzjonalment; jenfasizza li huwa neċessarju li jittejjeb aktar ir-rapportaġġ nazzjonali, anke permezz ta' protokolli speċifiċi għall-iskambju ta' dejta, pereżempju, flussi ta' dejta biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-grupp ewlieni ta' indikaturi ta' l-Aġenzija;

21.  Iqis bħala essenzjali li jkunu adottati miżuri u programmi ta' traċċabilità u ta' osservabilità sabiex jiġi identifikat tniġġis u s-sors tiegħu ħalli b'mod effettiv jittieħed ħsieb tiegħu;

22.  Iqis essenzjali l-koperazzjoni ma' aġenziji ddeċentralizzati (l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza Marittima eċċ.) u maċ-Ċentru Ewropew tar-Riċerka sabiex tinkiseb dejta dwar il-kwalità ta' l-ilma tal-baħar u sabiex ikun identifikat, illokalizzat u miġġieled it-tniġġis;

Relazzjonijiet ma' Konvenzjonijiet u pajjiżi terzi

23.  Jilqa' bi pjaċir il-kontribuzzjonijiet eċċellenti għall-protezzjoni tal-baħar ta' numru ta' konvenzjonijiet reġjonali tal-baħar, permezz tal-kompetenza u l-ħila xjentifika u teknika tagħhom li jservu ta' pont ma' pajjiżi li m'humiex fl-UE, u jistenna li dawn isiru msieħba ewlenin fit-twassil tad-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima, u jagħmel stedina għall-inklużjoni ta' impenji espliċiti biex tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet bil-ħsieb li jadottaw strateġiji marittimi biex ikopru reġjuni jew sottoreġjuni b'ilmijiet marittimi Ewropej;

24.  Sabiex ikun evitat piż burokratiku doppju fuq l-attwazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw jew li l-konvenzjonijiet reġjonali tal-baħar ikollhom il-kapaċitajiet legali u amministrattivi relevanti jew inkella li mekkaniżmi għall-implimentazzjoni konġunta ta' l-Istrateġija jkunu żviluppati bejn il-korpi reġjonali differenti li joperaw fl-istess reġjun tal-baħar. Fiż-żewġ każijiet dan għandu jinkludi l-usa' involviment possibbli tas-setturi u l-partijiet konċernati;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistudja l-possibilità li tiddikjara l-Baħar Baltiku bħala zona pilota, minħabba l-fatt li hija zona partikularment sensittiva u peress li l-Istati Membri li jdawruh aktarx jaqblu dwar implimentazzjoni aktar mgħaġġla tal-pjanijiet u l-azzjonijiet permezz tal-ħidma fi ħdan il-Kummissjoni ta' Helsinki u entitajiet oħrajn; jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni li jmiss għall-Baħar Baltiku, mill-Konvenzjoni ta' Helsinki, jista' jservi bħala programm pilota għall-implimentazzjoni ta' l-objettivi ta' l-Istrateġija fir-Reġjun Marittimu tal-Baħar Baltiku;

26.  Huwa tal-fehma li r-regoli internazzjonali attwali għandhom ikunu rriveduti sabiex l-ibħra internazzjonali (aktar minn 12-il mil nawtiku mix-xtut) ma jkunux jistgħu jintużaw għar-rimi ta' drenaġġ;

27.  Jinnota li l-ħarsien tal-baħar Mediterran jonqsu l-leġiżlazzjoni ambjentali neċessarja jew, fejn tali leġiżlazzjoni teżisti, ir-rieda politika biex tiġi infurzata. L-objettivi tal-Konvenzjoni ta' Barċellona għall-promozzjoni tal-ġestjoni integrata taz-zoni kostali jridu jaffrontaw żvilupp tar-Reġjuni b'żewġ veloċitajiet, jiġifieri l-pajjiżi tan-nofsinhar u tal-lvant tal-Mediterran fuq in-naħa l-waħda u l-pajjiżi tat-tramuntana tal-Mediterran fuq l-oħra;

28.  Jinnota li, minħabba t-temperatura baxxa ta' l-ilma u r-rata baxxa ta' taħlit ta' l-ilma, l-ekosistemi tal-Baħar Baltiku huma vulnerabbli ħafna għat-tniġġis u li l-ekoloġija tal-baħar tar-reġjun tal-Baltiku hija stmata li sofriet ħsara li kważi hija irreversibbli. Għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jintroduċu miżuri speċjali, fost l-oħrajn fil-Politika Agrikola Komuni (CAP), sabiex jittejjeb l-istejtus ambjentali tal-Baħar Baltiku. Barra minn hekk, trid tikber il-koperazzjoni bejn l-UE u r-Russja. F'dan il-kuntest, il-fond tal-programm ta' sħubija ambjentali tal-Programm tad-Dimensjoni tat-Tramuntana ta' l-UE huwa ħtieġa essenzjali sabiex jittejjeb il-ħarsien ta' l-ilma fil-Baħar Baltiku;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri relevanti għall-protezzjoni ta' l-ibħra Artiċi, ekosistema estremament fraġli li hija mhedda kontinwament u dejjem tiffaċċja theddid ġdid, u biex tiżviluppa u tappoġġja proġetti li jindirizzaw id-drittijiet u l-ħtiġijiet ta' popli indiġeni biex tkun solvuta l-problema ta' l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali ta' l-Artiku;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja l-prerekwiżiti meħtieġa sabiex l-Artiku jkun stabbilit bħala zona protetta, bħalma hu l-Antartiku, u speċifikat bħala "riserva naturali ddedikata għall-paċi u għax-xjenza", u sabiex tirreferi lura lill-Parlament u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-2008;

31.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fil-kuntest ta' ftehimiet internazzjonali u reġjonali ta' l-UE ma' pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq ibħra li jmissu ma' ilmijiet marittimi Ewropej, sabiex jippromwovu l-adozzjoni ta' miżuri u programmi skond id-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima, li tinsab fil-proċess li tiġi adottata;

32.  Jirrakkomanda l-inklużjoni tal-Baħar l-Iswed bħala wieħed mir-Reġjuni tal-Baħar koperti mid-Direttiva dwar l-Istrateġija Marittima; dan ir-reġjun tal-baħar importanti għandu fruntieri mal-Bulgarija u r-Rumanija, pajjiżi li se jsiru membri ta' l-UE fl-2007 u diġà qed jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma - bħala parti mix-xogħol immexxi mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tax-Xmara Danubju - u mat-Turkija, li magħha għaddejjin negozjati għall-adeżjoni;

33.  Jiddispjaċih li ma ngħatatx garanzija ambjentali b'konnessjoni mal-kostruzzjoni tal-pajp tal-gass tat-Tramuntana ta' l-Ewropa biex tilqa' għal diżastru ambjentali potenzjali fir-reġjun tal-Baħar Baltiku; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel studju dwar l-impatt fuq l-ambjent tal-proġett ippjanat u biex tipposponi kwalunkwe deċiżjoni dwar il-ko-finanzjament tal-proġett;

34.  Jagħmel stedina biex f'kull każ ikun hemm konsultazzjoni minn qabel ma' pajjiżi ġirien u ma' pajjiżi kkonċernati oħrajn meta proġetti jista' jkollhom impatt fuq l-ambjent komuni, anke meta l-proġett jitwettaq f'ibħra internazzjonali; jinnota li l-esperjenza turi li studji dwar l-impatt ambjentali spiss ikun fihom nuqqasijiet u li ħafna drabi ma jitwettqux b'konsultazzjoni ma' Stati oħrajn; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi mekkaniżmu ta' negozjar obbligatorju bejn l-Istati Membri, u jħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jaġixxi fuq livell internazzjonali biex fir-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi, jiżviluppa studji obbligatorji dwar l-impatt ambjentali;

o
o   o

35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU L 242, 10.9.2002, p.1.
(2) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p.1).
(3) ĠU C 69 E, 19.3.2004, p. 141.
(4) http://reports.eea.europa.eu/state_of_environment_report_2005_1/en
(5) http://www.europarl.europa.eu/comparl/envi/pdf/externalexpertise/ieep_6leg/marine_thematic_strategy.pdf
(6) http://www.un.org/Depts/los/convention_agreements/convention_overview_convention.htm
(7) http://www.helcom.fi/stc/files/Convention/conv0704.pdf
(8) http://www.ospar.org/eng/html/welcome.html
(9) http://europea.eu/scadplus/leg/en/lvb/l28084.htm
(10)1 Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna selvaġġja u l-flora (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.)
(11) ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.


Kreditu ipotekarju
PDF 319kWORD 80k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kreditu fuq l-ipoteki fl-UE(2006/2102(INI))
P6_TA(2006)0487A6-0370/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-Kreditu fuq l-Ipoteki fl-UE (COM(2005)0327) (Green Paper),

–   wara li kkunsidra l-White Paper dwar il-Politika tas-Servizzi Finanzjarji 2005-2010 (COM(2005)0629),

–   wara li kkunsidra t-tweġiba tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewopew (BĊE) dwar il-Green Paper dwar il-Kreditu fuq l-Ipoteki fl-UE ta' l-1 ta' Diċembru 2005,

–   wara li kkunsidra t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE tal-15 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amminstrattivi relatati ma' l-istabbiliment u t-twettiq tan-negozju ta' istituzzjonijiet ta' kreditu(1),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-istabbiliment u t-twettiq tan-negozju ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (imfassla mill-ġdid)(2) (Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital) u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' negozji ta' l-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu (imfassla mill-ġdid)(3),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni minn distanza ta' servizzi finanzjarji għall-konsumatur(4),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informatika, b'mod partikulari l-kummerċ elettroniku fis-Suq Intern(5),

–   wara li kkunsidra l-proposta modifikata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti ta' kreditu għal konsumaturi li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE (COM(2005)0483),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill dwar il-libertà ta' l-istabbiliment u l-forniment ħieles ta' servizzi fil-qasam tal-kreditu fuq l-ipoteka (COM(1987)0255),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0370/2006),

A.   billi l-kreditu fuq l-ipoteka jirrappreżenta suq kbir li qed jikber b'mod mgħaġġel u jagħmel parti vitali mill-istruttura ekonomika u soċjali ta' l-UE,

B.   billi xi Stati Membri qed jesperjenzaw tkabbir bla preċedent fis-suq tal-proprjetà, li ppermetta lis-settur tal-bini isir settur anti-ċikliku, li huwa fattur ewlieni biex ikun hemm tkabbir u xogħol waqt ir-reċessjoni ekonomika li ġarrbet l-Ewropa tul il-perjodu 2000 sa 2005,

C.   billi rati ta' l-interessi storikament baxxi rriżultaw f'ħafna self fuq l-ipoteka, b'mod partikulari f'dawk il-pajjiżi fejn dan is-self huwa bbażat fuq dik il-kunfidenza li ħolqot it-tkabbir ekonomiku,

D.   billi l-ħarsien tal-konsumatur Ewropew irid ikun wieħed mill-aktar karatteristiċi importanti ta' kwalunkwe azzjoni leġiżlattiva dwar il-kreditu ipotekarju, li għal ħafna ċittadini ta' l-UE jirrapreżenta l-ikbar impenn finanzjarju tul ħajjithom, b'implikazzjonijiet fit-tul fuq il-livell ta' għajxien u l-istabbilità finanzjarja tagħhom,

E.   billi t-trasparenza mtejba fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-prodotti ipotekarji disponibbli mhux biss ittejjeb l-effiċjenza tas-suq imma għandha żżid ukoll il-kunfidenza ta' dawk li jfittxu self u li jkunu qed iqisu tranżazzjonijiet ta' kreditu fuq ipoteka fi Stati Membri oħra u tippermettilhom li jieħdu deċiżjoniet infurmati,

F.   billi hemm bżonn li l-konsumatur ikollu aċċess għal informazzjoni sħiħa u kemm jista' jkun sempliċi, provduta f'kull każ speċifiku permezz ta' formoli standard li jippermettu studju komparattiv minn Stat Membru għal ieħor, sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw b'iktar effettività il-libertà ta' l-għażla tagħhom meta jieħdu kreditu fuq l-ipoteka fuq bażi transkonfinali,

G.   billi miżuri mmirati għal firxa mtejba ta' prodotti u servizzi, għal disponibilità akbar u suq integrat tal-finanzjament jafu jsaħħu l-effiċjenza tas-suq, ta' ekonomiji ta' skala u d-diversifikazzjoni, jnaqqsu l-ispejjeż fuq is-self, u b'hekk ikunu ta' benefiċċju għall-ekonomija Ewropea,

H.   billi l-ħolqien ta' l-aċċess għal bażi ta' dejta ta' kreditu tal-klijenti għal fornituri ta' servizzi ta' l-ipoteki fil-każ tas-self transkonfinali huwa kontribut kruċjali fit-tisħiħ tal-kompetizzjoni fl-attivitajiet ta' self ibbażati fuq l-ipoteki u fil-ħolqien ta' suq Ewropew uniku ta' l-ipoteki.

I.   billi suq integrat ta' l-ipoteki għandu jiffaċilita l-mobilità tal-ħaddiema,

J.   billi, b'mod sorprendenti, hemm ftit pressjoni minn selliefa fuq l-ipoteki jew minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur biex ikun żviluppat is-self transkonfinali b'mod differenti mill-istabbiliment fiżiku fis-swieq nazzjonali separati,

K.   billi s'issa l-eżistenza ta' xkiel konsiderevoli fis-suq fixklet iż-żieda ta' offerti ta' kreditu fuq ipoteki bejn il-fruntieri, li s'issa jammontaw għal inqas minn 1% tas-suq ta' l-ipoteki globali ta' l-UE;

L.   billi fuq numru ta' kwistjonijiet importanti l-Komunità m'għandhiex kompetenza jew għandha kompetenza limitata, u billi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità għandhom jiġu rispettati,

M.   billi s-sensara fl-ipoteki jista' jkollhom irwol importanti, billi jużaw il-kompetenzi tagħhom fi prodotti ipotekarji fis-suq domestiku tagħhom imma anke bejn is-swieq ta' Stati Membri oħra, billi jappoġġaw attività transkonfinali u billi jservu ta' pont bejn il-konsumatur u l-istituzzjonijiet finanzjarji kemm lokali kif ukoll barranin,

N.   billi jeżistu varjetajiet sinifikanti fil-firxa u l-karatteristiċi tal-prodotti, l-istrutturi ta' distribuzzjoni, il-perijodu tas-self, u l-mekkaniżmi ta' finanzjament bejn l-Istati Membri, minħabba kundizzjonijiet differenti legali, fiskali, regolatorji u fil-ħarsien tal-konsumatur,

O.   billi s-swieq tal-kreditu ipotekarju huma estremament kumplessi, u billi s-sistemi legali u l-kulturi finanzjarji kif ukoll il-liġi dwar propjetà u r-reġistrazzjoni ta' l-art, il-liġi dwar id-drittijiet in rem, il-ftehimiet dwar kreditu, kwistjonijiet ta' evalwazzjoni, il-liġi dwar il-bejgħ b'subbasta, is-swieq ta' finanzjament mill-ġdid eċċ., ivarjaw ħafna f'livell nazzjonali u fl-istess ħin teżisti koerenza interna fost id-diversi oqsma,

P.   billi għadhom jeżistu ostakoli ta' tassazzjoni li huma diskriminatorji li jxekklu l-użu tas-suq uniku għal kreditu ipotekarju u f'xi każi jafu anke jmorru kontra l-leġiżlazzjoni tal-KE;

Q.   billi hemm rabta diretta bejn is-suq ta' l-ipoteki u l-politika makroekonomika u t-tmexxija tal-politika monetarja b'mod partikulari,

R.   billi l-volatilità tas-suq ipotekarju tista' taffettwa ċ-ċikli tas-suq tad-djar u ċikli ekonomiċi u b'hekk tkun ta' riskju sistemiku,

S.   billi, sabiex tinġieb aktar effiċjenza u kompetittività fis-suq tal-kreditu ipotekarju fl-UE, jista' jkun preferibbli li l-ewwel nett wieħed iħares lejn l-implimentazzjoni u l-effettività tar-Rakkomandazzjoni 2001/193/KE tal-Kummissjoni ta' l-1 ta' Marzu 2001 dwar l-informazzjoni pre-kuntrattwali li għandha tingħata lill-konsumatur minn selliefa li joffru self għad-djar(6) (Kodiċi ta' Kondotta) u lejn l-użu tad-Dokument Informattiv Standardizzat Ewropew (ESIS), li jimmira li jkun żgurat li l-konsumatur jikseb informazzjoni trasparenti u li tista' titqabbel dwar is-self fuq id-djar;

T.   billi jidher li l-Kodiċi ta' Kondotta msemmi hawn fuq ġie implimentat b'diversi gradi ta' suċċess fl-Istati Membri, imma madankollu mingħajr ma ssolviet il-problema globali tan-nuqqas ta' qafas legali komuni;

Introduzzjoni

1.  Jirrikonoxxi l-benefiċċji li ġġib magħha integrazzjoni ulterjuri ffokata tajjeb tas-suq ta' l-UE ta' l-ipoteki għall-konsumatur;

2.  Iqis li kwalunkwe azzjoni fuq livell ta' l-UE li tirrigwarda s-suq Ewropew tal-kreditu ipotekarju, l-ewwel u qabel kollox, għandha tibbenefika l-pubbliku b'mod dirett bħala dawk li jisselfu l-ipoteki u li suq tal-kreditu ipotekarju għandu jkun aċċessibbli għal numru ikbar ta' persuni li potenzjalment jisselfu, anke dawk li għandhom statistika ta' kreditu li hija baxxa jew mhux kompluta, ħaddiema b'kuntratti għal żmien fiss u xerrejja għall-ewwel darba;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-konsultazzjoni wiesgħa tal-Kummissjoni u jinsisti li kwalunkwe proposti speċifiċi għandhom ikunu preċeduti minn evalwazzjonijiet ta' l-impatti ekonomiċi u soċjali li jsiru bir-reqqa;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni sal-lum biex tikkonforma mar-rekwiżiti għal regolamentazzjoni aħjar; madankollu, ifakkar lill-Kummissjoni li kwalunkwe konklużjonijiet li jintlaħqu għandhom dejjem jirriżultaw minn proċess ta' konsultazzjoni estensiv;

5.  Jinnota l-bosta ostakoli għal suq bl-imnut uniku tal-kreditu ipotekarju ta' l-UE li huma enfasizzati fil-Green Paper u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq miżuri mmirati li joffru l-ikbar benefiċċji, u li jkunu inkoraġġuti inizjattivi mmexxija mis-suq kull meta dan ikun possibbli;

6.  Iwiddeb lill-Kummissjoni li tentattivi biex jiġu armonizzati l-prodotti nfushom jistgħu jwasslu għal inkonsistenzi legali u b'hekk iħallu impatt negattiv fuq is-settur;

7.  Jinsisti li kull azzjoni ta' l-UE m'għandhiex ixxekkel il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni, b'mod partikulari fir-rigward ta' prodotti, servizzi anċillari u tekniki ta' finanzjament;

Kodiċi ta' Kondotta u informazzjoni pre-kuntrattwali

8.  Jitlob li jsiru sforzi lejn l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni pre-kuntrattwali, li huma neċessarji biex dawk li jisselfu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar kuntratti ta' l-ipoteka potenzjali;

9.  Jinsisti li informazzjoni pre-kuntrattwali ta' dan it-tip trid tkun preċiża u tiftiehem sabiex tkun tista' ssir għażla infurmata u li għandha tippreżenta lill-konsumatur stampa li kemm jista' jkun tkun tinftiehem u globali, fid-dawl ta' l-informazzjoni disponibbli li fuqha l-kuntratt ta' l-ipoteka huwa bbażat; jenfasizza li, fil-każ li sellief jieħu l-inizjattiva biex joffri kreditu fi Stat Membru ieħor, din l-informazzjoni trid tiġi provduta lil dawk li jisselfu kemm jista' jkun malajr fil-lingwi uffiċjali rikonoxxuti fl-Istat Membru ta' residenza tas-sellief;

10.  Jaħseb li l-Kodiċi ta' Kondotta u l-ESIS huma strumenti importanti, imma mhumiex biżżejjed biex iħarsu l-interessi ekonomiċi taċ-ċittadini li jiċċaqalqu bejn Stati Membri differenti u x'aktarx jixtru proprjetà fi Stati Membri oħrajn; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tevalwa l-progress u tikkunsidra li tagħmel il-Kodiċi ta' Kondotta, li bħalissa huwa volontarju, obbligatorju jekk ma jkunx hemm konormità bikrija;

Finanzjament

11.  Iqis li l-iżvilupp ta' suq tal-finanzjament uniku, miftuħ u kompatibbli huwa l-ewwel prijorità peress li jsaħħaħ l-effiċjenza, jippermetti d-diversifikazzjoni internazzjonali tal-kreditu fuq riskju, jiġu sfruttati bl-aħjar mod il-kundizzjonijiet ta' finanzjament u l-allokazzjoni tal-kapital, u jitnaqqsu l-ispejjeż fuq is-self; jirrikonoxxi l-importanza li jiġu integrati inizjattivi msejsa fuq is-suq u l-potenzjal għal dan f'dan il-qasam;

12.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ħolqien ta" suq sekondarju wieħed għal ipoteki ma jistax jintlaħaq mingħajr konverġenza gradwali tar-regoli nazzjonali tal-kuntratti;

13.  Jilqa' l-istabbiliment tal-Grupp ta' Esperti ta' l-Iffinanzjament ta' l-Ipoteki u jitlob għal studju fil-fond tal-varjazzjonijiet fil-prattiki regolatorji nazzjonali u legali li jaffettwaw l-ipoteki;

14.  Jaħseb li dispożizzjonijiet fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital li jirrigwardaw ishma koperti u sigurtajiet garantiti minn ipoteki joffru għażliet ta' finanzjament importanti;

15.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra kif l-aħjar toħloq bażi tad-dejta ċentrali bħala post fejn jinħażen tagħrif dwar is-swieq ipotekarji nazzjonali differenti u l-gruppi transnazzjonali komuni ta' sigurtajiet ipotekarji (bħal probabilitajiet awtomatiċi, telf awtomatiku u minn ħlasijiet minn qabel), li jippermetti lill-investituri jevalwaw u jiffissaw il-prezzijiet tal-gruppi ipotekarji komuni b'mod adegwat;

16.  Jissuġġerixxi li firxa ta' pakketti standardizzati ta' ipoteki Ewropej jistgħu jiġu negozjati fis-swieq tal-kapital b'rati ta' kreditu skond il-karatteristiċi tagħhom, u b'hekk jissaħħu s-swieq ipotekarji sekondarji garantiti mis-sigurtajiet;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra s-suq li qed jikber ta' ipoteki li jaqblu mar-rekwiżiti tal-liġi tax-sharia u li tiżgura li kwalunkwe leġiżlazzjoni ma teskludix il-ħtiġijiet ta' dak is-suq;

18.  Jirrikonoxxi l-irwol importanti ta' l-assikurazzjoni fuq l-ipoteki fit-tnaqqis tar-riskju għal selliefa u sabiex jiġi permess l-aċċess għal firxa usa' ta' persuni li jisselfu;

Bejgħ bl-imnut

19.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-ostakoli li jxekklu d-drittijiet ta' selliefa għal provvediment ħieles ta' servizzi jew għal-libertà ta' l-istabbiliment fi Stati Membri oħrajn u jekk il-klawsola ta' 'l-interess ġenerali' qed tintuża biex tiġi skoraġġuta l-attività transkonfinali;

20.  Jappoġġa azzjoni tal-Kummissjoni biex tiffaċilita għaqdiet u akkwisti transkonfinali fis-servizzi finanzjarji, waqt li tiżgura li n-netwerks ta' distribuzzjoni jqisu l-ħtiġijiet tas-sitwazzjonijiet reġjonali u s-swieq iżgħar, iżda jinnota li għaqdiet u akkwisti transkonfinali biss mhux se jippromwovu integrazzjoni tas-suq f'dan il-qasam;

21.  Jaħseb li l-ftuħ tas-suq tal-kreditu ipotekarju għal istituzzjonijiet mhux ta' kreditu, b'reġim ekwivalenti superviżorja, se jżid il-kompetizzjoni u l-firxa ta' prodotti;

22.  Jirrikonoxxi l-irwol benefiċċjarju ta' l-intermedjarji ta' kreditu, bħal ma huma sensara ta' l-ipoteki, bħala għajnuna lill-konsumaturi biex ikollhom aċċess għal kreditu ipotekarju kompetittiv minn selliefa domestiċi u mhux domestiċi u jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni biex tikkonsulta dwar ambjent regolatorju xieraq għal operaturi bħal dawn u tlesti proposta;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga xkiel għat-trasferiment ta' self minn bejn il-fruntieri u biex tesplora aktar il-potenzjal ta' l-Euromortgage bħala strument kollaterali, inkluża l-kunsiderazzjoni tal-garanziji mehmużin miegħu ta':

   - il-garanziji ta' miegħu li huma meħtieġa għat-twaqqif u l-użu tiegħu, b'mod partikulari fir-rigward tal-verifika ta' l-aċċess kollaterali u pubbliku għall-kuntratti u l-effetti vis-à-vis partijiet terzi;
   - l-istejtus li se jingħata fir-rigward ta' spejjeż oħra marbuta b'garanzija fuq l-art;
   - ir-rabta bejn il-kreditu u l-kollateral; u
   - il-konsegwenzi legali ta' kwittanza parzjali jew sħiħa tal-kreditu garantit, bidla fil-bażi ta' evalwazzjoni tiegħu jew tat-trasferiment tagħha, kemm vis-à-vis kredituri kif ukoll partijiet terzi;

24.  Jikkunsidra li kwalunkwe proposta f'dan is-sens għandha tkun akkumpanjata, jekk ikun neċessarju, minn evalwazzjoni ta" impatt, li tinkludi aspetti legali, bi studji dettaljati tal-liġi komparattiva, kif ukoll aspetti ekonomiċi u soċjali skond il-metodu rrakkomandat fil-gwida għall-evalwazzjoni ta" impatt approvat mill-Kunsill dwar il-Kompetittività fid-29 ta" Mejju 2006;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' mekkaniżmi għal ipoteki rikarikabbli u self ipotekarju fuq vitalizju b'garanziji sħaħ f'termini ta' informazzjoni pubblika, u b'għarfien xieraq tal-kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità u l-effetti fir-rigward ta' partijiet terzi;

26.  Huwa tal-fehma li hemm iktar ċans li selliefa jidħlu f'suq jekk ir-regoli nazzjonali jippermettulhom joffru termini għal ħlas lura bikri għal prezz li huwa proporzjonali għall-ispejjeż jew li jvarjaw ir-rati ta' l-interessi skond il-kundizzjonijiet tas-suq u r-riskju u li restrizzjonijiet f'dawn l-aspetti aktarx ixekklu l-iżvilupp tas-suq fir-rigward ta' finanzjament, prodotti ġodda, u s-self lil persuni li jisselfu li jaqgħu fil-kategorija ta' riskju għoli;

27.  Jaħseb li standard ta' l-UE, li jiddefinixxi l-iskop u l-metodu ta' kif jiġu kkalkulati r-rati perċentwali annwali mitluba, għandu jiġbor flimkien l-ispejjeż kollha li t-taxxi fuqhom għandu jħallashom is-sellief u għandu jiżgura l-komparabilità tagħhom mal-prodotti offerti fi Stati Membri oħrajn, li għandhom l-istess maturità; jemmen li dawk li jisselfu għandhom ukoll ikunu infurmati minn qabel dwar kwalunkwe spejjeż relatati mat-tranżazzjoni u ma' l-obbligi legali ta' min ikun qed jissellef, inklużi affarijiet li fuqhom titħallas it-taxxa minn partijiet terzi bħal ħlasijiet legali, ħlasijiet għar-reġistrazzjoni u amministrattivi u l-ispejjeż ta' kwalunkwe valutazzjoni, jew stimi ta' tali spejjeż jekk ma jkunx hemm figura preċiża.

28.  Jemmen li barra milli jipprovdi informazzjoni preċiża dwar ir-rata perċentwali annwali s-sellief għandu jipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe tip ieħor ta' ħlas jew ta' spiża li hemm il-possibilità li jinqala' b'riżultat ta' l-attivitajiet tiegħu, pereżempju l-ispejjeż li jsiru waqt l-eżami ta' applikazzjoni, ħlasijiet ta' impenn, penali għal rimborż bikri tas-somma kollha jew parti minnha, eċċ;

29.  Jirrikonoxxi l-potenzjal ta' l-internet bħala mezz għar-reklamar tal-kreditu ipotekarju, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistudja aktar din il-possibilità;

Ostakoli legali, fiskali u operattivi

30.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina l-ostakoli legali u regolatorji li jxekklu l-iżvilupp imsejjes fuq is-suq ta' suq ta' finanzjament pan-Ewropew għall-kreditu ipotekarju;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-proposti futuri tagħha u biex tkun ristretta għal kuntratti fuq l-ipoteki u l-garanziji tagħhom (ħlasijiet fissi fuq proprjetà), sabiex tiġi evitata repetizzjoni tat-test tad-dokument COM(2005)0483;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq sekondarju ta' l-ipoteki u biex tistabbilixxi qafas ġuridiku sabiex jitwettqu attivitajiet ta' portafoll effettivi, b'mod partikulari biex tippreċiża li dawk l-istrumenti ġuridiċi ta' ħlas li huma disponibbli ma jippermettux li jintlaħaq l-objettiv mixtieq, u meta wieħed iqis it-tradizzjonijiet ġuridiċi differenti u l-mudelli differenti ta' sigurtajiet attwali;

33.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kwistjoni tal-liġi applikabbli għall-kuntratti ta" kreditu ipotekarju għandha tiġi indirizzata fil-kuntest tar-reviżjoni tal-Konvenzjoni ta' Ruma ta' l-1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali; iżda jappoġġja l-fehma tal-Grupp tal-Forum dwar il-Kreditu fuq l-Ipoteki li l-liġi applikabbli għall-kuntratti tal-kreditu fuq l-ipoteki ma tridx tkun allinjata mal-liġi applikabbli għal kuntratti ipotekarji u li, fil-każ ta" kuntratti ipotekarji, il-lex rei sitae (il-liġi tal-post ta" fejn tinsab il-proprjetà) tapplika;

34.  Jenfasizza l-importanza ta' bażi ta' dejta tal-klijenti li huma komprensivi u ta' min joqogħod fuqhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-iżvilupp ta' proċess ta' tranżizzjoni lejn format konsistenti fl-Istati Membri kollha;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-aċċess transkonfinali għal bażi ta' dejta ta' klijenti fuq bażi mhux diskriminatorja bħala prijorità biex selliefa jiġu inkoraġġuti jidħlu fi swieq ġodda;

36.  Jirrikonoxxi li, suġġett għal ġustifikazzjoni ta' ħarsien tal-privatezza, l-aċċess kemm għal dejta dwar kreditu pożittiv kif ukoll dak negattiv huwa mixtieq;

37.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi biex ikun hemm titjib u aġġustamenti fil-liġi li tirregola l-proċeduri ta' bejgħ sfurzat;

38.  Jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għal tabella ta' riżultati dwar id-dewmien u l-ispiża ta' proċeduri ta' bejgħ sfurzat;

39.  Jissuġġerixxi li l-korpi professjonali ta' l-istimaturi għandhom jikkollaboraw biex jadottaw standards ta' l-UE ta' evalwazzjoni tal-proprjeta' li huma ta' kwalità għolja u li jistgħu jiġu mqabbla;

40.  Jenfasizza l-importanza għas-selliefa li jkollhom aċċess faċli għal tagħrif sħiħ u preċiż dwar kollateral fuq l-ipoteki u d-drittijiet tas-sjieda;

41.  Huwa favur li l-aċċess għal reġistri ta' proprjetà jitħeġġeġ, fejn dan mhux impedut minn leġiżlazzjoni attwali, u jappoġġa l-isforzi kollha biex jiġi armonizzat il-valur informattiv ta' dawn ir-reġistri permezz ta' miżuri nazzjonali u jħeġġeġ it-titjib tas-sistema attwali tas-Servizz Ewropew għal Informazzjoni dwar l-Art (EULIS);

42.  Jappoġġa azzjoni li tneħħi ostakoli ta' taxxa li huma diskriminatorji, bħal trattament fiskali differenti ta' selliefa lokali u dawk barranin u ħlasijiet lill-gvern;

43.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra, fil-każ ta' ipoteki transkonfinali, kif tista' tirrikonċilja l-metodi li jvarjaw ta' tnaqqis tat-taxxa ta' interessi fuq l-ipoteki madwar l-UE;

Kwistjonijiet sistematiċi, makroekonomiċi u ta' prudenza

44.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-BĊE biex jissorveljaw u janalizzaw ir-riskji potenzjali ta' livelli jiżdiedu ta' dejn fuq l-ipoteki u ta' kreditu ipotekarju ffinanzjati mis-swieq ta' kapital;

Konklużjoni

45.  Jikkonkludi li hemm il-potenzjal għal benefiċċji għall-konsumatur u għall-ekonomija jekk issir aktar integrazzjoni li tkun maħsuba sew tas-suq ta' l-ipoteki ta' l-UE;

o
o   o

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BĊE u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU L 386, 30.12.1989, p. 1.
(2) ĠU L 177, 30.6.2006, p.1.
(3) ĠU L 177, 30.6.2006, p.201.
(4) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.
(5) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(6)1 ĠU L 69, 10.3.2001, p. 25.

Avviż legali - Politika tal-privatezza