Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 30 ta' Novembru 2006 - Brussell
L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili ***I
 Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti ta" navigazzjoni interna ***I
 Ftehim ta" Sħubija fis-settur tas-sajd KE - Kap Verde *
 Garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta" l-Investiment *
 Formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 139 tar-Regoli ta' Proċedura
 Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali *
 Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem - Attivitajiet fil-qasam tat-Titolu VI tat-Trattat ta" l-UE *
 Adeżjoni tal-Bulgarija
 Adeżjoni tar-Rumanija
 FP7 - Ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 - 2013) ***II
 Ir-regoli għall-parteċipazzjoni - FP7 - KE ***I
 Suq ta' oġġetti pirotekniċi ***I
 Is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali ***I
 Regoli għall-parteċipazzjoni - FP7 - Euratom*
 Il-programm speċifiku 'In-Nies' (Is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *
 Programm Speċifiku "Ideat" (is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *
 Programm speċifiku "Kapaċitajiet" (is-Seba" Programm ta" Qafas RTDD, 2007-2013) *
 Programm speċifiku "Koperazzjoni" (Is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *
 Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (Is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *
 Programm Speċifiku li għandu jitwettaq permezz ta' azzjonijiet diretti miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta (Is-Seba' Programm Qafas ta' Riċerka u Taħriġ Nukleari, 2007-2011)*
 Il-Programm Speċifiku tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Is-Seba' Programm ta' Riċerka u Taħriġ Nukleari, 2007-2011) *
 Spazju ta' liberta?, ta' sigurta' u ta' ġustizzja (Artikoli 2 u 39 tat-Trattat UE)
 AIDS
 Is-sitwazzjoni ta" persuni b'diżabilità
 Wasal iż-żmien li ningranaw - Noħolqu Ewropa ta' imprenditorija u tkabbir

L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili ***I
PDF 388kWORD 61k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili (COM(2006)0645 – C6-0362/2006 – 2006/0209(COD))
P6_TA(2006)0504A6-0401/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0645)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat tal-KE, u li dwarhom il-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0362/2006),

–   wara li kkunsidra r-Regoli 51 u 43(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu(A6-0401/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk bi ħsiebha temenda l-proposta sostanzjalment jew tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Posizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regoalment tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili

P6_TC1-COD(2006)0209


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

wara li ikkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

wara li ikkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

f'konformità mal-proċedura stipulata fl-f'Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91(4), jistipula fl-Anness III, regoli komuni ta' sigurtà, applikabbli għall-operazzjoni u l-manutenzjoni ta' l-ajruplani, kif ukoll għall-persuni u korpi li għandhom x'jaqsmu ma' dan ix-xogħol. Dawn ir-regoli komuni ta' sigurtà japplikaw għall-ajruplani kollha użati mill-operaturi Komunitarji, kemm dawk irreġistrati fi Stat membru kif ukoll f'pajjiż terz.

(2)  Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(5).

(3)  B'mod partikolari, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat sabiex tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom, kif ipprovdut fir-Regolament (KEE) Nru 3922/91, ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi mniżżla fl-Anness III jistgħu jiġu emendati jew supplimentati, jew Stat Membru jkun eżentat milli japplikahom. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dak ir-Regolament, jew biex jissupplimentaw dak ir-Regolament biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali, dawn għandom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(4)  Meta minħabba raġunijiet ta' urġenza straordinarja konnessi mal-manteniment ta' livell suffiċjenti ta' sigurtà ta' l-ajru, iż-żmien ġeneralment applikabbli fil-qafas ta' din il-proċedura ma jkunx jista' jiġi rrispettat, il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tapplika l-proċedura ta' urġenza stipulata fl-Artikolu 5(a)(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri..

(5)  Għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għandu jiġi emendat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 ġie emendat kif ġej:

1)  L-Artikolu 8 ġie emendat kif ġej:

   a) Fil-paragrafu 3, ir-raba' inċiż ġie sostitwit bit-test segwenti:"
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tinnotifika d-deċiżjoni lill-Istati Membri kollha, li huma lkoll fid-dritt li japplikaw din il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ugwlament jiġu emendati biex jikkonformaw ma' l-Artikolu 11 b'tali mod li jirriflettu din il-miżura.""
   b) Fil-paragrafu 4, ir-raba' inċiż ġie sostitwit bit-test segwenti:"
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tinnotifika d-deċiżjoni lill-Istati Membri kollha, li huma lkoll fid-dritt li japplikaw din il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ugwlament jiġu emendati biex jikkonformaw ma' l-Artikolu 11 b'tali mod li jirriflettu din il-miżura. ""

2)  L-Artikolu 11 ġie emendat kif ġej:

   a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
1.  Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, li saru neċessarji minħabba l-progress xjentifiku u tekniku għar-rekwiżiti tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi msemmija fl-Anness III, għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). Minħabba raġunijiet ta' urġenza straordinarja, il-Kummissjoni jista' jkollha rikors għall-proċedura ta' urġenza misjuba fl-Artikolu 12(4)."
   b) Fil-paragrafu 2, il-kliem "fl-Artikolu 12" ġew sostitwiti bil-kliem "fl-Artikolu 12(3)".

3)  Il-paragrafu 12 ġie sostitwit bit-test segwenti:

"

Artikolu 12

1.  Il-Kummissjoni hija assistita mill-kumitat tas-sigurtà ta' l-ajru, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-kumitat

"

2.  Fil-każ fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ġie stabbilit għal tliet xhur.

3.  F'każ fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, l-Artikolu 5(a)(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.  F'każ fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, japplikaw l-Artikolu 5(a)(1), (2), (4) u (6), kif ukoll l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ wara għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2006.
(4) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Regolament kif l-aħħar emendat minn regolament (KE) Nru …*/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L...). *ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru u referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament.
(5) ĠU L 184 tas-17.7.1999, p. 23 Deċiżjoni emendata minn deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200 tat- 22.7.2006, p. 11).


Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti ta" navigazzjoni interna ***I
PDF 425kWORD 74k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/.../KE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti ta" navigazzjoni interna (COM(2006)0646 – C6-0360/2006 – 2006/0210(COD))
P6_TA(2006)0505A6-0402/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0646)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0360/2006),

–   wara li kkunsidra r-Regoli 51 u 43(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0402/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk bi ħsiebha temenda l-proposta sostanzjalment jew tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Posizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006 /…/KE* li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni

P6_TC1-COD(2006)0210


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li ikkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 71(1) ta' l-istess,

Wara li ikkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew(2),

Wara li ikkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Id-Direttiva 2006/…*/KE(4) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet komuni għall-ħruġ ta' ċertifikati tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni fuq in-netwerk kollu tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Komunità

(2)  Ir-rekwiżiti tekniċi li jirriżultaw mill-Annessi tad-Direttiva 2006/…/KE* jiġbru fihom, fis-sustanza, id-dispożizzjonijiet previsti fil-qafas tar-Regolament ta' Spezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu, fil-verżjoni approvata fl-2004 mill-Istati Membri tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigażżjoni tar-Renu (CCNR). Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna taħt Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, huma aġġornati perjodikament u huma rikonoxxuti li jirriflettu l-istat attwali tat-teknika.

(3)  Biex il-kompetizzjoni ma tiġix imxekkla u biex ma jkux hemm livelli differenti ta' sigurtà, ikun opportun anke fl-istess interess ta' l-armonizzazzjoni fuq livell Ewropew, li jiġu adottati rekwiżiti tekniċi simili għan-netwerk kollu tar-rotot ta' l-ilma interni tal-Komunità, u li wara jiġu aġġornati regolarment biex tinżamm din l-uniformità.

(4)  Hemm lok għalhekk li wieħed jirrikorri għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-miżuri ta' natura ġenerali li għandhom l-għan li jemendew elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/…/KE*.

(5)  Dawn l-adattazzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-aktar fis possibbi biex jiġi assigurat li l-ħtiġijiet tekniċi neċessarji għall-ħruġ taċ-ċertifikat Komunitarju għall-bastimenti ta' navigazzjoni interna jipproduċu livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak rikjest għall-ħruġ taċ-ċertifikat irregolat mill-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu.

(6)  Id-Direttiva 2006/…/KE(5) tawtoriżża lill-Kummissjoni biex taddatta dawn ir-rekwiżiti skond il-progressi tekniċi u l-iżviluppi li jirriżultaw minn xogħlijiet ta' organizzazzjonijet oħra internazzjonali, b'mod partikolari dawk tas-CCNR, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi regoli dettaljati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi eżekuttivi mogħtija lill-Kummissjoni(6).

(7)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu emendati r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi imniżżlin fl-Annessi għad-Direttiva 2006/…/KE*. Dilli dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2006/…/KE*, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(8)  Għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitnaqqsu għall-adozzjoni ta' tali miżuri li jemendaw l-Annessi għad-Direttiva 2006/..*/KE.

(9)  Biex il-livell ta' sigurtà fin-navigazzjoni ma jitpoġġiex fil-periklu, u biex jiġi evitat li tixxekkel il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, huwa neċessarju li l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5(a)(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tiġi applikata għall-adatazzjonijiet kollha ta' l-annessi tad-Direttiva 2006/…/KE* għall-progress tekniku u għall-iżviluppi f'dan il-qasam, li joħorġu mix-xogħol ta' organiżazzjonijiet oħra, b'mod partikolari tas-CCNR, kif ukoll għall-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' natura temporanja.

(10)  Għalhekk id-Direttiva 2006/…/KE* għandha tiġi emendata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/…/KE* għandha tiġi emendata kif ġej:

1.  Fl-Artikolu 19, għandhom jiżdiedu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

"

 3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 ta' l-istess Deċiżjoni.

Il-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 5(a)(3 c), (4 b) u (4 e), tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jiġu stabbiliti għal wieħed u għoxrin jum, ħmistax-il jum u xahar rispettivament.

4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1), (2) (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 ta' l-istess Deċiżjoni.

"

2.  Meta l-miżuri previsti mill-Kummissjoni mhumiex konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat, jew fin-nuqqas ta' opinjoni, għandha tapplika l-proċedura msemmija fil-paragrafu 3.

"

L-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 20

1.  Adatazzjoni ta' l-anessi u r-rakkomandazzjonjijiet relattivi għaċ-ċertifikati proviżorji

L-emendi kollha neċessarji għall-adattament ta' l-annessi ta' din id-Direttiva għall-progress tekniku jew għall-izviluppi f'dan il-qasam li joħorġu mix-xogħlijiet ta' organiżazzjonijiet internazzjonali oħra, b'mod partikolari mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR), biex ikun żgurat li ż-żewġ ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) jinħarġu fuq il-bażi ta" rekwiżiti tekniċi li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta' sikurezza, jew biex jitqiesu l-każijiet msemmija fl-Artikolu 5, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(4).

2.  Dawn l-emendi għandhom jiġu implimentati mill-aktar fis possibli biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tekniċi neċessarji għall-ħruġ taċ-ċertifikat Komunitarju għall-bastimenti ta' navigazzjoni interna rikonoxxut għan-navigazzjoni fuq ir-Renu, jipproduċi livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak rikjest għall-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu. 

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta l-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).

"

3.  Il-Kummissjoni tat deċiżjoni fuq ir-rakomandazzjonijiet tal-kumitat fuq il-ħruġ taċ-ċertifikati Komunitarji proviżorji għall-bastimenti ta' navigazzjoni interna f'konformità ma' l-Annness II, Artikolu 2.19.

3.  L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

"

Il-paragrafu 1.06 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Rekwiżiti temporanji

Id-dispożizzjonijiet temporanji maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva billi jissupplimentawha jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura ta' regolazzjoni bil-kontroll imsemmija fl-Artikolu 19(4) ta' din id-Direttiva preżenti, meta dan ikun neċessarju, għall-iskopijiet ta" adattament għall-iżvilupp tekniku tat-trasport permezz ta" navigazzjoni interna, biex tiġi permessa, f'każijiet urġenti, id-deroga mid-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva, jew biex isiru t-testijiet. Dawn ir-rekwiżiti jridu jiġu ppubblikati u l-perjodu ta' validità tagħhom m'għandux ikun ta' aktar minn tliet snin. Għandhom jidħlu fis-seħħ simultanjament u jiġu abrogati taħt l-istess kondizzjonijiet fl-Istati Membri kollha.

"

2.  Artikolu 10.03(a)(5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

 5.  Is-sistemi li jitfgħu kwantità anqas ta' ilma għandu jkollhom approvazzjoni tal-ġeneru skond ir-riżoluzzjoni A 800(19) ta' l-IMO jew skond standard ieħor rikonoxxut. Tali rikonoxximenti, meta maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3) tad-Direttiva preżenti. L-approvazzjoni tal-ġeneru hija akkordata minn kumpanija ta' klassifikazzjonji awtorizzata jew minn istituzzjoni ta' kontroll akkreditata. L-istituzzjoni ta' kontroll akkreditata għandha tissodisfa n-normi Ewropej relattivi għar-rekwiżiti ġenerali dwar il-kompetenza tal-laboratorji tal-kalibrar u tat-testijiet (EN ISO/CEI 17025: 2000).

"

3.  L-Artikolu 10.03(b)(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

 1.  Kimiċi ta' tifi

Għall-protezzjoni ta' l-ambjent fis-swali tal-magni, tas-sħana u tal-pompi, huma ammessi biss l-istalazzjonijiet ta' tifi tan-nar imwaħħla f'postijiet li fihom il-kimiċi ta' tifi li ġejjin:

a)  CO2 (Dijossidu tal-karbon)

b)  HFC 227 ea (Heptafluorpropane);

c)  IG 541 (52% azotu, 40% argon, 8% dijossidu tal-karbon).

Il-permess li jintużaw kimiċi oħra tat-tifi, meta maħsub biex jemenda elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva, għandu jingħata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3) ta' din id-Direttiva."

"

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri li għandhom rotot ta' l-ilma interni bħal dawn imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/…/KE(7), għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji għall-konformità mad-Direttiva preżenti b'effett minn [...](8)*. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan immedjatament.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn tali referenza meta jiġu ippublikati uffiċjalment. Il-modalitajiet ta' din ir-referenza għandhom ikunu deċizi mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi interna, adottati minnhom fil-qasam regolat minn din id-direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-Istati Memnru l-oħra

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum…(9).

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li għandhom rotot ta' l-ilma interni bħal dawk imsemmija f'Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/…/KE(10)*.

Magħmula,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2) Opinjoni ta' ... (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2006.
(4) ĠU L **. ** ĠU: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva.
(5)* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dik id-Direttiva.
(6) ĠU L 184 tas-17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(7)* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dik id-Direttiva.
(8)** Sentejn li jibdew jiddekorru mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva.
(9)* Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2006/…/KE.
(10)** ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' dik id-Direttiva.


Ftehim ta" Sħubija fis-settur tas-sajd KE - Kap Verde *
PDF 287kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta" Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta" Kap Verde (COM(2006)0363 – C6-0282/2006 – 2006/0122(CNS))
P6_TA(2006)0506A6-0395/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2006)0363)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0282/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0395/2006),

1.  Japprova l-proposta għal regolament tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Kap Verde.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a
Waqt l-aħħar sena ta' validità tal-Protokoll u qabel ma tiġi konkluża xi ftehima ġdida jew ma tiġi estiża l-ftehima attwali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-ftehima u l-kundizzjonijiet skond liema ġiet implimentata.
Emenda 2
Artikolu 3 b (ġdid)
Artikolu 3b
Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw taħt il-Protokoll ikunux ikkonformaw mar-rekwiżiti ta' rappurtaġġ;
Emenda 3
Artikolu 3 c (ġdid)
Artikolu 3c
Kull sena il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali deskritt fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.

(1) Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.


Garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta" l-Investiment *
PDF 417kWORD 97k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta" l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal proġetti barra mill-Komunità (COM(2006)0324 – C6-0275/2006 – 2006/0107(CNS))
P6_TA(2006)0507A6-0394/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0324)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 181a tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parliament (C6-0275/2006),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0394/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Citazzjoni 1
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 181a tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-l-Artikoli 179 u 181a tiegħu,
Emenda 2
Premessa 6
(6)  Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni ta" l-UE se jkunu sostnuti wkoll mill-istrumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri, l-IPA, l-ENPI, id-DCECI u l-Istrument għall-Istabilità.
(6)  Mill-2007, ir-relazzjonijiet esterni ta" l-UE se jkunu sostnuti wkoll mill-istrumenti finanzjarji ġodda, jiġifieri, l-IPA, l-ENPI, id-DCECI, l-Istrument għall-Istabilità u l-Istrument għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem,
Emenda 3
Premessa 7
(7)  L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom ikunu konsistenti mal-politiki esterni ta" l-UE inklużi l-għanijiet reġjonali speċifiċi u għandhom jappoġġjawhom. L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom isiru f'pajjiżi li jikkonformaw ma" kondizzjonijiet xierqa li huma konsistenti ma" ftehimiet ta" livell għoli ta" l-UE dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi.
(7)  L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom ikunu konsistenti mal-linji politiċi esterni ta" l-UE inklużi għanijiet reġjonali speċifiċi u għandhom jikkontribwixxu lejn l-għan ġenerali tal-konsolidazzjoni u l-iżvilupp tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, l-objettiv tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, u l-osservanza tal-ftehim internazzjonali dwar l-ambjent li l-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha huma partijiet tagħha. L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom isiru f'pajjiżi li jikkonformaw ma" kondizzjonijiet xierqa li huma konsistenti ma" ftehim ta" livell għoli ta" l-UE dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi. L-EIB, flimkien mal-Kummissjoni, għandu jikkunsidra li jwaqqaf mekkaniżmu ta" kontroll ex-post sabiex jiżgura li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-EIB lilhinn mill-Komunità jżommu l-valuri ta" l-UE,
Emenda 4
Premessa 8a (ġdida)
(8a) Is-setturi prijoritarji li huma indikati għal kull reġjun skond il-premessi 9 sa 12 mhumiex esklużivi u m'għandhomx ifixklu l-isforzi sabiex tkun żgurata koerenza globali aħjar ma' l-istrumenti esterni ta' finanzjament kif speċifikat hawn fuq,
Emenda 5
Premessa 8 b (ġdida)
(8b) L-informazzjoni li jirċievi l-Parlament Ewropew u l-opportunitajiet ta' skrutinju għandhom ukoll jissaħħu, inkluż permezz ta' trażmissjoni ta' dokumenti ta' programmazzjoni strateġika mħejjija mill-Kummissjoni jew mill-EIB,
Emenda 6
Premessa 8 c (ġdida)
(8c) L-EIB għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' self tiegħu jappoġġjaw bis-sħiħ il-miri ta' politika ta' l-Unjoni Ewropea u l-objettivi ta' ftehim internazzjonali dwar l-iżvilupp sostenibbli li tagħhom huma firmatarji l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. L-EIB għandu jagħti attenzjoni lil proġetti li jikkontribwixxu għat-twettiq ta' l-Objettivi ta' l-Iżvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti, u għall-kisba tal-miri tal-Protokol ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra, permezz ta' self għall-iffrankar ta' l-enerġija, l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded. L-EIB għandu jiżgura li kull deċiżjoni ta' self tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni kif ifformulat fil-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.
Emenda 7
Premessa 8 d (ġdida)
(8d) L-EIB għandu jiżgura li l-proġetti individwali għandhom ikunu suġġetti għall-Evalwazzjoni ta" l-Impatt fuq l-Iżvilupp Sostenibbli mwettaq indipendentement mill-isponsers tal-proġetti u mill-EIB,
Emenda 8
Premessa 9
(9)  Fir-rigward tal-pajjiżi ta" qabel l-adeżjoni, il-finanzjament ta" l-EIB f'dawk il-pajjiżi għandu jirrifletti l-prijoritajiet li ġew stabbiliti fis-Sħubijiet ta" l-Adeżjoni u dawk Ewropej, fil-ftehimiet ta" Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fin-negozjati ma" l-UE. L-attenzjoni ffokata fuq l-azzjoni ta" l-UE fil-Balkani tal-Punent għandha tkompli taqleb progressivament minn sostenn għal rikostruzzjoni għal sostenn ta" qabel l-adeżjoni. F'dan il-kuntest, l-attività ta" l-EIB għandha tfittex ukoll li tinkoraġġixxi l-aspett tal-bini ta" l-istituzzjonijiet, fejn ikun rilevanti, f'kooperazzjoni ma" l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali l-oħra ("IFIs") li huma attivi fir-reġjun. Matul il-perjodu 2007-2013, il-finanzjament lill-pajjiżi kandidati (il-Kroazja, it-Turkija u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) għandu jsir dejjem aktar taħt il-Faċilità ta" Qabel l-Adeżjoni li saret disponibbli mill-EIB, li għandha tiġi estiża maż-żmien biex tkopri l-pajjiżi kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent skond il-progress tal-proċess ta" adeżjoni tagħhom,
(9)  Fir-rigward tal-pajjiżi ta" qabel l-adeżjoni, il-finanzjament ta" l-EIB f'dawk il-pajjiżi għandu jirrifletti l-prijoritajiet li ġew stabbiliti fis-Sħubijiet ta" l-Adeżjoni u dawk Ewropej, fil-ftehim ta" Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fin-negozjati ma" l-UE. L-attenzjoni ffokata fuq l-azzjoni ta" l-UE fil-Balkani tal-Punent għandha tkompli taqleb progressivament minn sostenn għar-rikostruzzjoni għal sostenn ta" qabel l-adeżjoni. F'dan il-kuntest, l-attività ta" l-EIB għandha, flimkien ma dan, tfittex li tinkoraġġixxi l-aspett tal-bini ta" l-istituzzjonijiet, fejn ikun rilevanti, f'koperazzjoni ma" l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali l-oħra ("IFIs") li huma attivi fir-reġjun. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi inkuraġġut il-kummerċ fil-Balkani tal-Punent peress li huwa għodda vitali sabiex wieħed jisħaq l-importanza ta' bidla minn sostenn għar-rikostruzzjoni għal sostenn ta" qabel l-adeżjoni u għaldaqsant ssir aktar integrata fl-UE. Matul il-perjodu 2007-2013, il-finanzjament lill-pajjiżi kandidati (il-Kroazja, it-Turkija u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) għandu jsir dejjem aktar taħt il-Faċilità ta" Qabel l-Adeżjoni li saret disponibbli mill-EIB, li għandha tiġi estiża maż-żmien biex tkopri l-pajjiżi kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent skond il-progress tal-proċess ta" adeżjoni tagħhom,
Emenda 9
Premessa 11
(11)  Rigward il-pajjiżi koperti mid-DCECI, il-finanzjament ta" l-EIB fil-pajjiżi Asjatiċi u ta" l-Amerika Latina se jkun progressivament allinjat ma" l-istrateġija ta" kooperazzjoni ta" l-UE f'dawk ir-reġjuni u se jkun komplementari għall-istrumenti ffinanzjati minn riżorsi baġitarji tal-Komunità. Il-kunċett ta" "interess reċiproku", s'issa limitat fil-prattika għall-finanzjament ta" proġetti li jinvolvu kumpaniji ta" l-UE, se jitwessa" biex iqis il-promozzjoni ta" sostenibbiltà ambjentali u integrazzjoni reġjonali (bħal proġetti ta" trasport, telecom u ta" enerġija li jiffavorixxu l-interkonnettività). L-EIB għandu jagħmel ħiltu biex jespandi progressivament l-attivitajiet tiegħu fuq numru akbar ta" pajjiżi f'dawk ir-reġjuni, inkluż fil-pajjiżi l-inqas prosperi. Fl-Asja Ċentrali, l-EIB għandu jiffoka fuq il-proġetti l-kbar tal-provvista ta" l-enerġija u tat-trasport ta" l-enerġija b'implikazzjonijiet transkonfinali. Il-finanzjament ta" l-EIB fl-Asja Ċentrali għandu jitwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib ma" l-EBRD, b'mod partikolari skond it-termini li għandhom ikunu stabbiliti f'Memorandum ta" Ftehim bejn tliet partijiet bejn il-Kummissjoni, l-EIB u l-EBRD. Biex titkabbar il-viżibilità ta" l-intervent ta" l-UE fl-Amerika Latina, għandu jiġi identifikat ammont speċifiku għall-faċilità ta" l-Amerika Latina,
(11)  Rigward il-pajjiżi koperti mid-DCECI, l-EIB għandu jkompli u jikkonsolida l-attivitajiet tiegħu b'iffukar fuq il-proġetti li jikkontribwixxu lejn il-kisba tal-Miri ta' l-Iżvilupp tal-Millennju, u jrawmu l-iżvilupp sostenibbli u jsaħħu l-protezzjoni ta' l-ambjent. Il-finanzjament ta" l-EIB fil-pajjiżi Asjatiċi u ta" l-Amerika Latina għandu jkun progressivament allinjat ma" l-istrateġija ta" koperazzjoni ta" l-UE f'dawk ir-reġjuni u għandu jkun komplementari għall-istrumenti ffinanzjati minn riżorsi baġitarji tal-Komunità. Il-kunċett ta" "interess reċiproku", s'issa limitat fil-prattika għall-finanzjament ta" proġetti li jinvolvu kumpaniji ta" l-UE, għandu jitwessa" biex iqis il-promozzjoni ta" sostenibbiltà ambjentali u integrazzjoni reġjonali (bħal proġetti ta" trasport, telecom u ta" enerġija li jiffavorixxu l-interkonnettività). L-EIB għandu jagħmel ħiltu biex jespandi progressivament l-attivitajiet tiegħu fuq numru akbar ta" pajjiżi f'dawk ir-reġjuni, inkluż fil-pajjiżi l-inqas prosperi. Fl-Asja Ċentrali, l-EIB għandu jiffoka fuq l-infrastruttura ambjentali, il-provvista ta" l-enerġija sostenibbli u proġetti tat-trasport ta" l-enerġija b'implikazzjonijiet transkonfinali. Il-finanzjament ta" l-EIB fl-Asja Ċentrali għandu jitwettaq f'kooperazzjoni mill-qrib ma" l-EBRD, b'mod partikolari skond it-termini li għandhom ikunu stabbiliti f'Memorandum ta" Fehim bejn tliet partijiet bejn il-Kummissjoni, l-EIB u l-EBRD. Biex titkabbar il-viżibilità ta" l-intervent ta" l-UE fl-Amerika Latina, għandu jiġi identifikat ammont speċifiku għall-faċilità ta" l-Amerika Latina,
Emenda 10
Premessa 16
(16)  Ir-rappurtaġġ mill-EIB u mill-Kummissjoni dwar l-Operazzjonijijet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandu jissaħħaħ. Fuq il-bażi ta" l-informazzjoni li tasal mingħand l-EIB, il-Kummissjoni għandha tirrapporta, fuq bażi annwali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB imwettqa taħt din id-Deċiżjoni fuq bażi annwali,
(16)  Ir-rappurtaġġ mill-EIB u mill-Kummissjoni dwar l-Operazzjonijijet ta" Finanzjament ta" l-EIB kif ukoll l-kapaċitajiet ta' evalwazzjoni mill-EIB tiegħu stess għandhom jissaħħu. Fuq il-bażi ta" l-informazzjoni li tasal mingħand l-EIB, il-Kummissjoni għandha tipproduċi l-evalwazzjoni tagħha dwar il-proġetti kbar ta' self fuq il-bażi ta' kompetenza esterna u indipendenti, u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB imwettqa taħt din id-Deċiżjoni fuq bażi annwali. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-kontribut ta' l-EIB għal Operazzjonijiet ta' Finanzjament lejn il-kisba ta' objettivi ta' politika esterna ta' l-UE. Ir-rapport għandu jelenka wkoll is-self appoġġjat mill-EIB skond l-element tar-riskju tiegħu kif ivvalutat mill-EIB,
Emenda 11
Premessa 17
(17)  Il-garanzija Komunitarja stabbilita permezz ta" din id-Deċiżjoni għandha tkopri l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB iffirmati matul perjodu ta" seba" snin li jibda fl-1 ta" Jannar 2007. Sabiex ikunu kapaċi jwieżnu l-iżviluppi matul l-ewwel nofs ta" dak il-perjodu, l-EIB u l-Kummissjoni għandhom jippreparaw reviżjoni ta' nofs it-term tad-Deċiżjoni,
(17)  Il-garanzija Komunitarja stabbilita permezz ta" din id-Deċiżjoni għandha tkopri l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB iffirmati matul perjodu ta" seba" snin li jibda fl-1 ta" Jannar 2007. Sabiex ikunu kapaċi jwieżnu l-iżviluppi matul l-ewwel nofs ta" dak il-perjodu, l-EIB u l-Kummissjoni għandhom jippreparaw reviżjoni ta' nofs it-term tad-Deċiżjoni. Din ir-reviżjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar l-impatt ta' l-operazzjonijiet ta' l-EIB,
Emenda 12
Premessa 18
(18)  L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom ikomplu jiġu ġestiti skond ir-regoli u l-proċeduri tal-Bank stess, inklużi l-miżuri ta" kontroll xierqa, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti ta" l-Awdituri u l-OLAF,
(18)  L-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB għandhom ikomplu jiġu ġestiti skond ir-regoli u l-proċeduri tal-Bank stess, inklużi l-miżuri ta" kontroll xierqa, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti ta" l-Awdituri u l-OLAF. L-EIB għandu jiżgura, b'konformità ma' l-Artikolu 267 tat-Trattat li jistabbilixxi x-xogħol tiegħu, li l-proġetti li hu jiffinanzja ma jistgħux jiġu ffinanzjati kompletament bil-varji mezzi disponibbli fl-Istati Membri individwali, u b'mod partikulari li ma tinħoloq ebda distorsjoni ta' kompetizzjoni ma' istituzzjonijiet ta' krediti u investimenti,
Emenda 13
Premessa 20
(20)  L-EIB għandu jipprepara, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, programmazzjoni multi-annwali indikattiva tal-firem ta" l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjon tal-Fond ta" Garanzija.
(20)  L-EIB għandu jipprepara, f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, programmazzjoni multi-annwali indikattiva tal-volum ta' firem ta" l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjonament tal-Fond ta" Garanzija. Il-Kummissjoni trid tqis il-konsegwenzi baġitarji mistennija ta' dan fil-programmazzjoni baġitarja regolari tagħha li tintbagħat lill-Parlament Ewropew.
Emenda 14
Artikolu 1, paragrafu 2
2.  Il-garanzija Komunitarja għandha tiġi ristretta għal 65% ta" l-ammont aggregat tal-krediti maħruġa u l-garanziji pprovduti taħt l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB, bl-ammonti rrimborsati mnaqqsa, flimkien mas-somom relatati kollha.
2.  Il-garanzija Komunitarja għandha tiġi ristretta għal 55% ta" l-ammont aggregat tal-krediti maħruġa u l-garanziji pprovduti taħt l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB, bl-ammonti rimborsati mnaqqsa, flimkien mas-somom relatati kollha.
Emenda 15
Artikolu 2, paragrafu 2
2.  Il-pajjiżi individwali għandhom isiru eliġibbli taħt il-limiti massimi u sotto-limiti massimi reġjonali kif u meta jissodisfaw kondizzjonalità xierqa li hija konsistenti ma" ftehimiet ta" livell għoli ta" l-UE mal-pajjiż ikkonċernat dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi. Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni ma" l-EIB, għandha tiddetermina meta pajjiż individwali ssodisfa l-kondizzjonalità xierqa u għandha tinnotifika lill-EIB b'dan.
2.  Il-pajjiżi individwali għandhom isiru eliġibbli taħt il-limiti massimi u sotto-limiti massimi reġjonali kif u meta jissodisfaw kondizzjonalità xierqa li hija konsistenti mal-linji politiċi ta' l-Unjoni Ewropea u ma" ftehim ta" livell għoli mal-pajjiż ikkonċernat dwar aspetti politiċi u makro-ekonomiċi. Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni ma" l-EIB, għandha tiddetermina meta pajjiż individwali ssodisfa l-kondizzjonalità xierqa u għandha tinnotifika lill-EIB b'dan wara li tkun infurmat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u stqarret ir-raġunijiet tagħha.
Emenda 16
Artikolu 2, paragrafu 4
4.  Fil-każ ta" tħassib serju minħabba s-sitwazzjoni politika jew ekonomika f'pajjiż speċifiku, il-Kummissjoni u l-EIB jistgħu jiddeċiedu li jissospendu l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB f'pajjiż ta" dan it-tip.
4.  Fil-każ ta" tħassib serju minħabba s-sitwazzjoni politika jew ekonomika f'pajjiż speċifiku, il-Kummissjoni u l-EIB jistgħu jiddeċiedu li jissospendu l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB f'pajjiż ta" dan it-tip. F'każijiet bħal dawn il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tistqarr ir-raġunijiet tagħha.
Emenda 17
Artikolu 3, paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiddeċiedu b'mod konġunt dwar l-użu tal-Mandat ta" Riserva. Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiġu mgħejjuna mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju li ġie stabbilit permezz ta" l-Artikolu 114(2) tat-Trattat.
2.  Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiddeċiedu b'mod konġunt dwar l-użu tal-Mandat ta" Riserva. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kondizzjonalità xierqa u l-obbligu li l-Parlament Ewropew jiġi informat, kif stipulat fl-Artikolu 2(2), għandhom japplikaw. Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jiġu mgħejjuna mill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju stabbilit permezz ta" l-Artikolu 114(2) tat-Trattat.
Emenda 18
Artikolu 4, paragrafu 4
4.  Il-konsistenza ta" l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB mal-politiki u ma" l-għanijiet esterni ta" l-Unjoni Ewropea għandha tkun immonitorjata skond l-Artikolu 7.
4.  Il-konsistenza ta" l-Operazzjonijiet ta" Finanzjament ta" l-EIB mal-linji politiċi u ma" l-għanijiet esterni ta" l-Unjoni Ewropea għandha tkun immonitorjata skond l-Artikolu 7 u għandha tkun ukoll trattata mill-Kummissjoni fid-djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew stabbilit fl-istrumenti ta' finanzjament esterni ġodda għas-snin 2007-2013.
Emenda 19
Artikolu 6, paragrafu 2 a (ġdid)
2a. Jekk Kap ta' Stat, membru tal-gvern, membru parlamentari ta' Stat Membru, membru tal-Kummissjoni jew Membru tal-Parlament Ewropew ikun assoċjat direttament jew indirettament ma' entità li tibbenefika mill-attività ta' l-EIB li tkun koperta bil-garanzija tal-Komunità, id-deċiżjoni tal-garanzija tal-Komunità għandha tkun soġġetta għal rapport speċjali mfassal mill-kumitat ta' verifika tal-bank. Dan il-paragrafu ma japplikax għal ftehim attwali ta' garanziji tal-Komunità li ġew konklużi b'kundizzjonijiet normali li, minħabba s-suġġett tagħhom jew l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, m'għandhom l-ebda sinifikat għall-ebda parti involuta.
Emenda 20
Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)
1a. Ir-rapport annwali għandu jinkludi valutazzjoni ġenerali tat-tħassib prinċipali li tqajjem fl-Evalwazzjonijiet ta' l-Impatt Sostenibbli ta' proġetti ta' self imsemmija fil-premessa (8b) u tar-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-EIB għat-tnaqqis ta' dan it-tħassib.
Emenda 21
Artikolu 7, paragrafu 2 a (ġdid)
2a. Il-Kummissjoni għandha tikseb ukoll kull kompetenza esterna li tkun meħtieġa sabiex tkun kapaċi tagħmel evalwazzjoni indipendenti tal-kontribut ta' l-Operazzjonijiet ta' Finanzjament ta' l-EIB.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 139 tar-Regoli ta' Proċedura
PDF 293kWORD 45k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar formulazzjoni ġdida ta' l-Artikolu 139 tar-Regoli ta' Proċedura, dispożizzjoni tranżitorja dwar il-lingwi wżati (2006/2244(REG))
P6_TA(2006)0508A6-0391/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data ta' l-20 ta' Lulju 2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0391/2006),

A.   billi l-Parlament adotta Deċiżjoni fl-1 ta' April 2004 fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li tippermetti li fl-applikazzjoni tar-regolament tal-Parlament għad-disa' lingwi ġodda li żdiedu f'Mejju 2004 sa tmiem l-2006, jikkunsidra eċċezzjonalment id-disponibilità effettiva ta' numru suffiċjenti ta' interpreti u tradutturi rispettivi,

B.   billi fil-każ ta' dawn il-lingwi, il-progress li sar ma jippermettix li din id-deċiżjoni proviżorja tlaħħaq sa tmiem is-sena mingħajr kontro-miżuri, iżda għandha tiġi estiża,

C.   billi fil-każ tal-Bulgaru u r-Rumen, li għandhom jiżdiedu mill-1 ta' Jannar 2007, għal ċertu żmien se jkun hemm l-istess diffikultajiet, u l-Irlandiż, li wkoll isir lingwa uffiċjali fl-istess żmien, se jkollu problemi speċjali fil-prattika,

D.   billi d-deċiżjoni tranżitorja attwali għandha terġa' tiġi fformulata u sa tmiem il-perjodu elettorali attwali għandha tiġi estiża, sabiex dawn il-kundizzjonijiet jiġu kkunsidrati,

E.   billi l-għan li għandu jiġi realizzat jibqa' dak tal-multilingwiżmu sħiħ, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura,

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jagħmilha ċara li l-emenda tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emendi
Emenda 1
Artikolu 139
1.  Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 138, għandu jittieħed kont, eċċezzjonalment, tar-riżorsi realment disponibbli fin-numru ta' interpreti u tradutturi, dan b'rigward għall-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, minn dik id-data sal-31 ta' Diċembru 2006.
1.   Tul perjodu tranżitorju li jibqa' jgħodd sa tmiem is-sitt perjodu elettorali, huma permessi eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 138, meta u sakemm f'lingwa uffiċjali ma jkunux disponibbli interpreti jew tradutturi f'numru biżżejjed minkejja miżuri xierqa
2.  Kull erba xhur, is-Segretarju Generali għandu jippreżenta rapport dettaljat lill-Bureau dwar il-progress sabiex l-artikolu 138 jidħol fis-seħħ fl-intier tiegħu, u kopja ta' dan għandu jintbagħat lill-Membri kollha.
2.  Il-Bureau jiddetermina fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, is-sitwazzjoni tar-rekwiżiti tal-Paragrafu 1 għal kull lingwa uffiċjali kkonċernata u jeżamina d-deċiżjoni tiegħu kull sitt xhur fuq il-bażi ta' rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-progress li jkun sar. Il-Bureau jiddeċiedi dwar id-dispożizzjonijiet meħtieġa li għandhom jiġu implimentati.
2a. Hawnhekk, minħabba t-Trattati, jiġu applikati r-regolamenti tranżitorji speċjali maħruġa mill-Kunsill rigward il-kompożizzjoni ta' dokumenti legali bl-eċċezzjoni ta' regolamenti li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill joħorġu flimkien.
3.  Fuq rakkomandazzjoni mill-Bureau, il-Parlament jista` jiddeċiedi li dan l-artikolu jitneħħa qabel iż-żmien stipulat, jew fl-aħħar taż-żmien kif jingħad fil-paragrafu 1, sabiex jestendih.
3.  Fuq rakkomandazzjoni mill-Bureau, il-Parlament jista` jiddeċiedi li dan l-artikolu jitneħħa qabel iż-żmien stipulat, jew fl-aħħar taż-żmien kif jingħad fil-paragrafu 1, sabiex jestendih.

Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali *
PDF 200kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (COM(2005)0280 – C6-0288/2005 – 2005/0124(CNS))
P6_TA(2006)0509A6-0306/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0280)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0288/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0306/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata fit-12 ta' Ottubru 2006(2);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhux pubblikata fil-ĠU.
(2) Testi adottati, P6_TA(2006)0414


Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem - Attivitajiet fil-qasam tat-Titolu VI tat-Trattat ta" l-UE *
PDF 203kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex tmexxi l-attivitajiet tagħha fl-oqsma msemmija fit-Titolu VI tat-Trattat ta" l-Unjoni Ewropea (COM(2005)0280 – C6-0289/2005 – 2005/0125(CNS))
P6_TA(2006)0510A6-0282/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (COM(2005)0280)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0289/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0282/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata fit-12 ta' Ottubru 2006(2);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhux ippubblikat fil-ĠU.
(2) Testi adottati, P6_TA(2006)0415


Adeżjoni tal-Bulgarija
PDF 220kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija ma" l-Unjoni Ewropea (2006/2114(INI))
P6_TA(2006)0511A6-0420/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kunsens tiegħu tat-13 ta' April 2005 għall-applikazzjoni mir-Repubblika tal-Bulgarija biex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea(1),

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea(2), iffirmat fil-25 ta' April 2005 (it-Trattat ta' Adeżjoni),

–   wara li kkunsidra l-ħafna riżoluzzjonijiet u rapporti tiegħu dwar il-Bulgarija mindu fetħu n-negozjati ta' adeżjoni,

–   wara li kkunsidra r-rapporti regolari tal-Kummissjoni dwar l-istat ta' preparazzjoni tal-Bulgarija għall-adeżjoni u, b'mod partikulari, il-Komunikazzjoni tagħha tas-26 ta' Settembru 2006 bit-titolu "Monitoraġġ dwar l-istat ta' preparazzjoni għall-adeżjoni fl-UE tal-Bulgarija u r-Rumanija" (COM(2006)0549),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0420/2006),

A.   billi l-Parlament jilqa' l-konferma mill-Kummissjoni u l-Kunsill li l-Bulgarija hija lesta biżżejjed biex issir membru ta' l-UE fl-1 ta' Jannar 2007,

B.   billi l-Bulgarija applikat biex issir membru ta' l-UE fl-14 ta' Diċembru 1995, kienet rikonoxxuta formalment bħala kandidat fis-16 ta' Lulju 1997, fetħet in-negozjati fil-15 ta' Frar 2000, irnexxielha ttemm in-negozjati ta' adeżjoni fl-14 ta' Diċembru 2004, iffirmat it-Trattat ta' Adeżjoni fil-25 ta' April 2005 u rratifikatu, u, mar-Rumanija, se tikkompleta l-ħames tkabbir storiku ta' l-UE,

C.   billi d-direzzjoni, il-ħeffa u r-ritmu tar-riforma kienu konsistenti u l-proċess ta' modernizzazzjoni għandu jidher bħala wieħed ta' benefiċċju minnu nnifsu u mhux biss bħala prerekwiżit għal adeżjoni ma' l-UE,

D.   billi r-riżultati enormi li kisbet il-Bulgarija waqt il-proċess ta' trasformazzjoni jistħoqqilhom rispett kbir, l-iktar għall-poplu tal-Bulgarija li kellu paċenzja kbira meta ttieħdu numru ta' miżuri politiċi u ekonomiċi drastiċi li qatt ma kien hemm bħalhom,

E.   billi, bħal f'ħafna Stati Membri oħra, huwa rikonoxxut li l-proċess ta' riforma fil-Bulgarija se jkompli għal ħafna snin wara l-adeżjoni iżda hemm oqsma ta' tħassib speċifiku bil-possibiltà ta' ċerti miżuri ta' akkumpanjament sabiex titħeġġeġ azzjoni f'waqtha,

F.   billi hija l-kompetenza tal-gvernijiet nazzjonali, permezz ta' l-arranġamenti tranżizzjonali fit-Trattat ta' Adeżjoni u permezz ta' setgħat oħra, li jieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bħal restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' moviment għall-ħaddiema, filwaqt li jirrikonoxxi li din il-kwistjoni saret waħda ta' tħassib f'numru ta' Stati Membri bħala riżultat ta' politika ta' kenn u immigrazzjoni kaotika li m'hix konnessa mat-tkabbir ta' l-UE,

1.  Jifraħ lill-Bulgarija u jilqa' l-adeżjoni tagħha fl-1 ta' Jannar 2007, jistenna b'ħerqa l-wasla tat-18-il Membru tal-Parlament Ewropew tagħha kif ukoll tal-Kummissarju u l-uffiċjali tagħha fl-istituzzjonijiet Ewropej, u jirrikonoxxi l-kontribut eċċellenti li taw l-osservaturi tal-Bulgarija fil-Parlament Ewropew minn Settembru 2005;

2.  Jifraħ lid-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir tal-Kummissjoni għall-mod professjonali u ddedikat ħafna li bih mexxa x-xogħol ta' monitoraġġ tiegħu, b'mod partikulari fis-sena li għaddiet hekk kif żdied il-progress għall-adeżjoni, u jilqa' l-evalwazzjonijiet bilanċjati tiegħu dwar il-preparamenti tal-Bulgarija;

3.  Jilqa' r-riżultat ta' l-elezzjonijiet Presidenzjali tad-29 ta' Ottubru 2006; jinkoraġġixxi lill-President sabiex ikompli t-triq li qed jieħu favur l-Ewropa u r-riformi neċessarji li timplika din it-triq; fl-istess ħin jiddeplora l-esibizzjoni ta' forzi kontra l-Ewropa fl-elezzjoni u jitlob lill-President sabiex juża t-tieni perjodu ta' Presidenza tiegħu sabiex jindirizza l-beżgħat ta' dawk iċ-ċittadini Bulgari li qed ikunu kritiċi dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija ma' l-UE;

4.  Jinnota dawk l-oqsma li jeħtieġu aktar progress, il-ħtieġa urġenti u kontinwa għal riżultati tanġibbli, u l-bosta salvagwardji u miżuri ta' akkumpanjament oħra li huma disponibbli, jekk meħtieġa, biex ikunu indirizzati nuqqasijiet kontinwi; jistieden lill-awtoritajiet Bulgari biex jaġixxu b'urġenza u b'reqqa biex iwarrbu jew inaqqsu kemm jistgħu l-ħtieġa għal miżuri bħal dawn, jinsisti dwar rwol kontinwu għall-Parlament fil-monitoraġġ ta' żviluppi u jinsisti li l-Kummissjoni tkompli tinvolvi lill-Parlament bis-sħiħ fil-monitoraġġ ta' żviluppi u tassoċja lill-Parlament bis-sħiħ meta titqies l-attivazzjoni ta' klawsoli ta' salvagwardja, kif il-President tal-Kummissjoni qabel li jinvolvi lill-Parlament fil-każ ta' l-attivazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja fl-Artikolu 39 ta' l-Att dwar il-kundizzjonijiet ta' adeżjoni li jikkonċernaw il-posponiment ta' l-adeżjoni għall-2008;

5.  Iħeġġeġ ir-ratifika mingħajr dewmien tat-Trattat ta' Adeżjoni mill-Istati Membri li għad iridu jirratifikawh;

Kriterji politiċi

6.  Jinsisti dwar trasparenza massima f'kull qasam, inklużi l-immaniġġjar tal-privatizzazzjoni, proċessi ta' sejħiet għall-offerti u akkwist pubbliku, ħatriet u promozzjonijiet fis-servizz pubbliku u fil-ġudikatura, u fil-proċess ġudizzjarju fil-livelli kollha, sabiex jittejbu l-governanza tajba, l-effiċjenza u l-fiduċja tan-nies;

7.  Jitlob tisħiħ ta' l-irwol ta' l-Ombudsman Bulgaru sabiex jitranġaw żbalji amministrattivi u biex iservi ta' mekkaniżmu kontra l-korruzjoni liema mekkaniżmu jista' jżid it-trasparenza fil-prattiki istituzzjonali;

8.  Ifaħħar l-isforzi kontinwi ta' l-awtoritajiet Bulgari biex jissodisfaw l-impenji magħmula fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern u l-passi meħuda għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u biex tkun kompletata r-riforma tal-ġudikatura; jistenna li miżuri, bħal ma huma iktar taħriġ u taħriġ aħjar għall-investigaturi tal-pulizija fir-rigward tal-fażi ta' qabel il-proċess, koordinazzjoni aħjar ta' l-istrateġija kontra l-korruzzjoni bejn il-korpi involuti u t-tisħiħ tal-kompetenzi istituzzjonali ta' l-ispettorati fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika, ikunu implimentati bil-qawwa u li jipproduċu riżultati tanġibbli u li jidhru, inklużi taħrik u kundanni li jirnexxu ta' dawk imdaħħla f'reati serji;

9.  Jistenna li tingħata attenzjoni urġenti u ffukata biex ikunu indirizzati l-'benchmarks' speċifikati fl-aħħar Rapport ta' Monitoraġġ tal-Kummissjoni sabiex tkun evitata l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' salvagwardja; jitlob aktar azzjoni effettiva biex ikunu identifikati u kkunfiskati l-beni ta' dawk imdaħħla fil-kriminalità organizzata; u jinsisti dwar riżultati tanġibbli f'termini ta' infurzar u tħarrik ta' każijiet ta' ħasil tal-flus;

10.  Jilqa' t-titjib fl-organizzazzjoni u l-immaniġġjar tas-servizzi tal-pulizija u s-sigurtà, bl-implimentazzjoni tal-Liġi ġdida dwar il-Ministeru ta' l-Intern; jitlob it-tkabbir ta' l-unitajiet tal-pulizija speċjalizzati li jaħdmu fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni - b'mod partikulari fil-fruntieri - it-traffikar tad-drogi u tan-nies, u jitlob ukoll titjib fil-pagi u l-kundizzjonijiet tas-servizz, promozzjoni mingħajr dewmien għal uffiċjali li jispikkaw, u l-forniment ta' tagħmir l-aktar modern; fl-istess ħin l-Istati Membri huma mitluba joffru taħriġ speċjalizzat u aktar sekondar ta' uffiċjali tal-pulizija b'kompetenza speċjali lill-pulizija Bulgara sabiex jassistuha fix-xogħol li għadu b'lura dwar reati importanti kif ukoll fit-tnaqqis ta' l-attivitajiet ta' kapijiet kriminali;

11.  Ifaħħar il-bidliet li seħħew fis-servizz tal-prosekuzzjoni taħt il-Prosekutur Ġenerali ġdid, inklużi l-proċeduri u l-passi mgħaġġla għall-prevenzjoni ta' l-għeluq ta' investigazzjonijiet qabel il-waqt; jitlob dispożizzjonijiet legali biex ikunu sospiżi maġistrati li huma taħt investigazzjoni dixxiplinari interna u biex tittieħed azzjoni serja kontra prosekuturi li ostakolaw il-ġustizzja jew għalqu każijiet għal raġunijiet mhux korretti;

12.  Jilqa' d-deċiżjoni li jingħata aċċess għall-fajls tas-servizz sigriet, miżura li tgħin issaħħaħ il-fiduċja tan-nies u turi firda ċarda mill-passat, u jirrakkomanda li l-affarijiet li jinkixfu jkunu kontrollati minn kummissjoni imparzjali u rispettata;

13.  Itenni t-talba tiegħu għat-titjib ta' kundizzjonijiet ta' l-għajxien u ta' l-iġjene fid-djar tat-tfal u fid-djar għal nies b'diżabiltà mentali jew fiżika, filwaqt li jirrikonoxxi li proġetti u prijoritajiet eżistenti ma jissodisfawx biżżejjed il-ħtiġijiet ta' dawk fl-istituzzjonijiet, u għalhekk jitlob li l-problemi tal-kura istituzzjonali jsiru prijorità nazzjonali bi programmi ta' deistituzzjonalizzazzjoni ta' kwalità għolja u magħmula b'ħafna ħsieb u fondi ta' koeżjoni li jimmiraw li jinkiseb titjib enormi u li jidher fil-bini, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kura; itenni t-talba għall-promozzjoni ta' riformi fil-leġiżlazzjoni rigward il-prattiki ta' adozzjoni;

14.  Jirrikonoxxi l-ħafna passi li ttieħdu biex ikunu integrati r-Roma u jitlob sforzi kollettivi akbar biex jittejbu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom, biex jingħataw aċċess aħjar għall-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ vokazzjonali u l-impjiegi u biex jingħataw kura tas-saħħa u ppjanar tal-familja aħjar, filwaqt li jkunu mħeġġa jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jadattaw għal soċjetà usa' u biex japprofittaw minn opportunitajiet disponibbli għalihom;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkontrolla mill-qrib, qabel u wara l-adeżjoni, l-implimentazzjoni ta' l-impenji tal-Bulgarija rigward il-ħarsien tal-minoranzi, u għalhekk biex wara l-adeżjoni tinkludi din il-kwistjoni fil-mekkaniżmu ta' koperazzjoni u verifika li għadu kif twaqqaf;

Kriterji ekonomiċi

16.  Jifraħ lill-Bulgarija għat-titjib ekonomiku kontinwu tagħha li rriżulta fi tkabbir ta' 6.1% tal-GDP, żieda vera fil-pagi, tnaqqis tal-qgħad (8.7%) u investiment dirett barrani eċċellenti; u jisħaq l-importanza ta' politika makroekonomika prudenti u ta' riformi strutturali sabiex tinżamm l-istabiltà u jitnaqqsu aktar id-defiċits tal-kummerċ u tal-bilanċ tal-gvern, u sabiex ikunu stimulati t-tkabbir u l-impjiegi;

17.  Jitlob sforzi intensifikati biex jittejbu l-kundizzjonijiet mikroekonomiċi fil-Bulgarija biex jitħeġġeġ l-iżvilupp tas-settur privat u speċjalment ta' l-SMEs, ibbażat fuq strutturi trasparenti, legali, amministrattivi u regolatorji u liġijiet ta' l-impjiegi iktar flessibbli;

18.  Jesprimi tħassib minħabba ostakoli inviżibbli u kontinwi għall-investituri barranin; jinsisti li miżuri ta' sejħiet għall-offerti u miżuri regolatorji jkunu trasparenti, imparzjali u jinftiehmu faċilment; iħeġġeġ lill-Gvern Bulgaru biex jindirizza n-nuqqas ta' deċiżjonijiet amministrattivi f'waqthom li jistgħu jipperikolaw l-iżvilupp ta' ambjent ta' investiment pożittiv fil-Bulgarija; jirrakkomanda inċentivi ta' taxxa biex ikun promoss l-investiment barrani u jittejbu l-komunikazzjoni u attitudni miftuħa bejn l-uffiċjali u l-qasam tan-negozju;

Acquis communautaire

19.  Jifraħ lill-awtoritajiet Bulgari talli kważi temmew numru wiesa' ta' attivitajiet kumplessi li jikkonċernaw l-agrikoltura; jirrikonoxxi l-progress sostanzjali li sar rigward il-kummerċ ta' annimali ħajjin u l-benesseri ta' l-annimali, fejn iridu jitħarsu l-ogħla standards, pereżempju fit-trasport u l-qatla ta' annimali u fit-trattament ta' prodotti sekondarji mill-annimali; jisħaq l-importanza li s-sistema ta' radd tkun taħdem bis-sħiħ ma' l-adeżjoni u jistenna li jiġri hekk; jitlob il-finalizzazzjoni tal-karigi ta' ispezzjoni tal-fruntiera meħtieġa u azzjoni qawwija biex ikun ikkontrollat id-deni tal-ħnieżer klassiku u mard ieħor ta' l-annimali, speċjalment fejn hemm xi riskju għas-saħħa pubblika jew għas-sikurezza tal-fornimenti ta' l-ikel;

20.  Jinsisti li l-Bulgarija taħtaf l-opportunità li ddaħħal l-ogħla standards ta' sigurtà fl-ajruporti u l-ajruplani, meta titqies in-natura tat-theddida terroristika fejn attentat fuq pajjiż jista' jitħaffef permezz ta' dgħjufijiet fi proċeduri ta' sigurtà f'pajjiż ieħor; iħeġġeġ it-tlestija urġenti u verifikabbli ta' l-azzjonijiet korrettivi kollha biex jingħelbu nuqqasijiet fil-manutenzjoni ta' l-ajruplani u f'kemm ajruplan huwa tajjeb biex itir, fil-proċeduri ta' operazzjoni u fl-għoti ta' liċenzji lill-ekwipaġġ ta' l-ajruplani;

21.  Itenni t-talbiet tiegħu sabiex il-Kunsill u l-Kummissjoni jassiguraw li l-Bulgarija twettaq l-impenji tagħha skond l-Artikolu 30 tat-Trattat ta' Adeżjoni dwar id-data ta' għeluq ta' l-Unitajiet 3 u 4 ta' l-Impjant ta' l-Enerġija Kozloduy, li ġie rratifikat mill-parlamenti ta' l-Istati Membri; jistieden lill-istituzzjonijiet ta' l-UE sabiex iżommu mal-wegħdiet tagħhom dwar l-iffinanzjar ta' 210 miljun Euro lill-Bulgarija għall-perjodu 2007 sat-2008 għall-egħluq ta' l-Impjant ta' l-Enerġija ta' Kozloduy;

22.  Jisħaq l-importanza ta' mmaniġġjar u kontroll xierqa tal-fondi ta' l-UE, biex tkun żgurata l-korrettezza finanzjarja u biex jintużaw bl-aktar mod effettiv, bl-applikazzjoni ta' proċeduri li huma aċċessibbli u faċli biex jinftiehmu minn dawk li m'humiex parti mill-burokrazija;

23.  Jiġbed l-attenzjoni li fejn jistgħu jittieħdu miżuri temporanji matul l-ewwel tliet snin wara l-adeżjoni, miżuri simili kienu applikati wara l-aħħar proċess ta' adeżjoni, għall-benefiċċju tal-partijiet kollha involuti; jesprimi x-xewqa li mekkaniżmi bħal dawn ikunu applikati biss f'oqsma speċifiċi; jiġbed l-attenzjoni li miżuri xierqa sabiex ikun żgurat l-operat tajjeb tal-politiki ta' l-UE jistgħu jitneħħew biss meta l-'benchmarks', kif stipulati mill-Kummissjoni, ikunu ġew issodisfati bis-sħiħ;

24.  Jifraħ lill-Bulgarija għall-kontribut li tat għall-istabiltà u s-sigurtà reġjonali u internazzjonali, b'mod partikulari bħala membru tan-NATO, u jara l-ftehim tagħha ma' l-Istati Uniti għall-użu ta' faċilitajiet militari bħala impenn tanġibbli għall-alleanza transatlantika;

25.  Jesprimi appoġġ kontinwu għall-infermiera Bulgari u t-tabib Palestinjan, li ilhom miżmuma l-Libja mill-1999; jinsisti li r-ritrattazzjoni li għadha sejra tintemm mingħajr dewmien u b'konklużjoni sodisfaċenti u li l-awtoritajiet Libjani mbagħad jagħtu kumpens xieraq għall-miżerja li kellhom jgħaddu minnha dawn in-nies innoċenti;

o
o   o

26.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija.

(1) ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 409.
(2) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.


Adeżjoni tar-Rumanija
PDF 215kWORD 54k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-adeżjoni tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (2006/2115(INI))
P6_TA(2006)0512A6-0421/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni ffirmat bejn ir-Rumanija u l-Unjoni Ewropea(1) fil-25 ta' April 2005,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rapporti kollha mindu nbeda l-proċess ta' tkabbir sa llum, b'mod partikolari l-aħħar riżoluzzjoni tiegħu ta" l-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija(2),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew fi Brussell tal-15 u tas-16 ta' Ġunju 2006,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Barranin dwar it-tkabbir tas-17 ta' Ottubru 2006,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-26 ta' Settembru 2006 dwar ir-Rumanija (COM(2006)0549) u r-rapporti ta' monitoraġġ tagħha ta' qabel,

–   wara li kkunsidra l-iskambju ta' korrispondenza bejn il-Parlament Ewropew u l-President tal-Kummissjoni dwar l-involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew fl-evalwazzjoni dwar l-attivazzjoni eventwali ta' waħda mill-klawsoli ta' salvagwardja tat-trattat ta' adeżjoni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l- Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0421/2006),

A.   billi l-adeżjoni tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea tirrapreżenta żvilupp storiku kbir li jġib miegħu bidla kbira fl-isfond ekonomiku, soċjali u ċivili tal-pajjiż, u billi din l-adeżjoni se jkollha impatt pożittiv fuq il-popolazzjoni Rumena, kif ukoll fuq l-iżvilupp tal-koeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea,

B.   billi l-integrazzjoni tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea se tikkontribwixxi għall-istabilità u l-propserità tax-Xlokk ta' l-Ewropa,

C.   billi l-inkorporazzjoni tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea se ssaħħaħ id-dimensjoni politika u kulturali tal-proċess ta' l-integrazzjoni Ewropea,

D.   billi l-ewwel stadju tal-ħames tkabbir fl-2004 ġab riperkussjonijiet ta' benefiċċju kemm għall-Istati Membri anzjani kif ukoll għal dawk ġodda, u li dan se jkun bla dubju l-każ ukoll fit-tkabbir attwali li se jwassal għat-tmiem tiegħu l-ħames tkabbir,

E.   billi wara r-rapport tal-Kummissjoni f'Mejju ta' l-2006 wieħed jista' jerga' jinnota titjib sinifikanti, kif jixhed l-aħħar rapport ta' monitoraġġ tas-26 ta' Settembru 2006,

F.   billi r-Rumanija qed tkompli l-isforzi tagħha biex tissodisfa l-kundizzjonijiet li jitlob t-trattat ta' adeżjoni sabiex issir Membru ta' l-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2007, flimkien mal-Bulgarija, u billi l-Parlament Ewropew dejjem esprima l-appoġġ tiegħu għas-sħubija simultanja taż-żewġ pajjiżi,

1.  Tifraħ lill-Kummissjoni Ewropea għas-serjetà u d-dixxiplina fix-xogħol kollu tagħha ta' monitoraġġ tar-riformi;

2.  Jifraħ lir-Rumanija u jilqa' l-adeżjoni tagħha fl-1 ta' Jannar 2007, jistenna b'ħerqa l-wasla tal-35 Membru tal-Parlament Ewropew tagħha kif ukoll tal-Kummissarju u l-uffiċjali tagħha fl-istituzzjonijiet Ewropej, u jirrikonoxxi l-kontribut eċċellenti li taw l-Osservaturi tar-Rumanija fil-Parlament Ewropew minn Settembru 2005;

3.  Jistqarr li dan it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea jinkorpora, bħal dawk ta' qabel, l-ideat dwar l-unità u s-solidarjetà Ewropea li huwa ta' benefiċċju għall-partijiet kollha u li jippermetti l-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija, l-ugwaljanza, il-pluraliżmu u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni;

4.   jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni rrakomandat, fir-rapport tagħha tas-26 ta' Settembru 2006, li għandu jkun hemm adeżjoni simultanja tal-Bulgarija u tar-Rumanija;

5.  Jilqa' l-progress konsiderevoli li sar mill-pajjiż minn wara r-rapport ta' Mejju 2006 u għalhekk japprova d-data proposta ta' l-1 ta' Jannar 2007 għall-adeżjoni tar-Rumanija, iżda jfakkar lill-awtoritajiet Rumeni li hemm bżonn li jżommu l-pass attwali ta' riformi wara l-adeżjoni;

6.  Jilqa' l-isforzi li għamlet ir-Rumanija biex tiżgura l-implimentazzjoni ta' għadd kbir ta' riformi rigward l-adeżjoni tagħha u jifraħ lill-Awtoritajiet Rumeni għall-progress kollu li sar f'terminu ta' żmien hekk ristrett;

7.  Ifakkar li l-proċess tar-riformi huwa ta' benefiċċju għar-Rumanija fil-kuntest ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea u li dan jikkontribwixxi biex jikkonsolida l-prosperità ekonomika u s-sigurtà tal-pajjiż;

8.  Jinnota li sar progress sostanzjali f'dawk l-oqsma identifikati mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha ta' Mejju 2006 li kienu jeħtieġu azzjoni immedjata – ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-twaqqif ta' aġenziji ta' pagamenti u tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u ta' Kontroll u ta' l-interkonnettivita tas-sistemi ta' ġbir ta' taxxi;

9.  Jinnota b'sodisfazzjon li r-Rumanija għandha ekonomija tas-suq vijabbli bi tkabbir ta' kwazi 7% tal-GDP u rata ta' qgħad ta' madwar 5.5%;

10.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiftħu s-swieq tax-xogħol tagħhom lill-ħaddiema Rumeni mill-1 ta' Jannar 2007, f'konformità ma' l-ispirtu sħiħ tal-libertà ta' moviment għall-ħaddiema garantit fil-liġi Komunitarja;

11.  Jenfasizza, rigward it-trasferimenti finanzjarji tal-ġejjieni mill-UE u l-ħtieġa ta' ffinanzjar konġunt mir-Rumanija, li t-tqassim mill-ġdid tal-baġit li aktarx iseħħ m'għandhux isir esklussivament a skapitu ta' l-infiq soċjali, jew iwassal għal tnaqqis f'dan;

12.  Iħeġġeġ lill-Gvern Rumen biex jikkonsolida r-riformi li beda, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Rumeni biex iżidu l-isforzi tagħhom, b'mod partikulari fil-qasam tal-ħarsien tat-tfal, l-integrazzjoni tal-minoritajiet, speċjalment il-gruppi Roma u Ungeriżi, u tat-trattament ta' persuni b'diżabilità mentali; jitlob lir-Rumanija biex tieħu passi immedjati f'dan ir-rigward biex tirrimedja n-nuqqasijiet billi tissodisfa r-rekwiżiti tar-Rapporti Komprensivi ta' Monitoraġġ ta' l-2005 u l-2006 tal-Kummissjoni u tar-riżoluzzjonijiet adottati fl-2004 u fl-2005;

13.  Jinnota li minn wara r-rapport ta' Mejju 2006 tal-Kummissjoni sar progress dwar il-kwistjoni tal-minoritajiet; ifakkar li l-pożizzjoni tiegħu dwar il-minoritajiet fir-Rumanija hija bbażata fuq il-prinċipji ta' rispett, għarfien u appoġġ għall-minoritajiet, u fuq it-tneħħija ta' kull forma ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontrihom; jixtieq jara l-liġi dwar il-minoritajiet approvata mill-aktar fis possibli, u li din tkun tirrispetta l-kriterji politiċi; jinnota li ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija se jkompli l-monitoraġġ tiegħu rigward il-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni marbuta miegħu wara l-adeżjoni, kif huwa jagħmel għall-Istati Membri kollha;

14.  Dwar il-minorità Roma: iħeġġeġ lill-Awtoritajiet Rumeni biex jikkonsolidaw ir-riformi li għamlu fl-oqsma tal-ħarsien mill-vjolenza istituzzjonali, it-titjib ta' l-istandards ta' l-għixien u ta' l-akkomodazzjoni, u l-aċċess għall-impjieg u għas-sistema tal-kura tas-saħħa, billi jassiguraw iffinanzjar adegwat;

15.  Dwar il-minorità Ungeriża: jistieden lill-Awtoritajiet Rumeni biex iqisu l-aspettattivi tal-minorità Ungeriża, f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u ta' l-awto-governanza kulturali, b'mod partikulari billi jassiguraw iffinanzjar adegwat għat-titjib ta' l-istandards edukattivi;

16.   jissuġġerixxi li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern iwettaq monitoraġġ tar-riformi magħmula dwar l-adozzjoni u dwar il-ħarsien tat-tfal fir-Rumanija, mill-1 ta' Jannar 2007;

17.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-problema serja u kontinwa tal-vjolenza fuq in-nisa, li qed ikollha implikazzjonijiet kbar fit-traffikar tan-nisa u fl-isfruttament sesswali tagħhom fil-pajjiż u lil hinn minnu (800,000 vittma fis-sena) u l-vjolenza domestika, u jitlob lill-gvern sabiex jieħu miżuri deċiżivi b'risposta għal din il-problema, fir-rigward tal-prevenzjoni, il-kuxjenza u kontromiżuri b'koperazzjoni mal-pubbliku ġenerali, ma' l-NGOs relevanti, mal-ġudikatura u mal-pulizija fuq livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;

18.  Jinnota li r-Rumanija għandha bżonn tħaffef l-ipproċessar ta' talbiet marbuta mar-restituzzjoni tal-proprjetajiet ikkonfiskati mir-reġim kommunista, b'mod speċjali għall-proprjetajiet tal-knisja u tal-komunità, sabiex dan ma jibqax imwaħħal fil-livell leġiżlattiv; jenfasizza li, għal dan l-għan, hemm bżonn li jitwaqqaf Fond funzjonali tal-Proprjetà;

19.  Jitlob lill-awtoritajiet Rumeni biex jagħmlu sforzi akbar għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien ta' l-ambjent, u jitlob li ssir konsultazzjoni mal-pajjiżi ġirien u applikazzjoni qawwija ta' l-istandards fl-ispirtu tal-leġiżlazzjoni rilevanti ta' l-UE (pereżempju d-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart mill-industrija ta' estrazzjoni(3)), b'attenzjoni partikulari lil proġetti kbar ta' estrazzjoni li għandhom implikazzjonijiet ambjentali sostanzjali, bħal fil-każ ta' Rosia Montana;

20.  Jinnota li l-Kummissjoni identifikat tliet oqsma li minn wara r-rapport ta' Mejju 2006 sar fihom progress sostanzjali, imma li fihom għad hemm bżonn sforzi akbar:

   - ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
   - l-assorbiment u l-immaniġġjar ta' l-għajuna mill-Unjoni fil-qasam ta' l-agrikultura u tal-Fondi Strutturali;
   - l-applikazzjoni ta' l-acquis communautaire f'ċerti oqsma tas-sikurezza ta' l-ikel;

21.  Jenfasizza li fost dawn it-tliet oqsma, il-finalizzar tar-riforma ġudizzarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma essenzjali u jridu għalhekk jingħataw attenzjoni partikulari ħafna mill-awtoritajiet Rumeni;

22.  Jappoġġja l-introduzzjoni mill-Kummissjoni tal-mekkaniżmi ta' verifika u ta' għajnuna fil-progress f'dawn l-oqsma, imsejsa b'mod partikulari fuq l-identifikazzjoni ta' kriterji speċifiċi, u jinkuraġġixxi bil-ħerqa l-Gvern Rumen biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-aspettativi stipulati biex jiġi evitat rikors għall-klawsoli ta' salvagwardja;

23.  Ifakkar li għalkemm ikunu jistgħu jiġu applikati miżuri temporanji matul l-ewwel tliet snin wara l-adeżjoni, miżuri simili kienu ġew applikati wkoll fl-aħħar proċess ta' tkabbir għall-benefiċċju ta' dawk kollha konċernati; jittama li dawn il-mekkaniżmi ma jiġux applikati jekk mhux fl-oqsma speċifiċi ħafna li pproponiet il-Kummissjoni Ewropea u dan għal żmien limitat; jiġbed l-attenzjoni li miżuri xierqa sabiex ikun żgurat l-operat tajjeb tal-politika ta' l-UE jistgħu jitneħħew biss meta l-punti ta' riferenza, kif stipulati mill-Kummissjoni, ikunu ġew issodisfati bis-sħiħ;

24.  Jistenna r-rapport tal-Kummissjoni li tħabbar għal Ġunju 2007 dwar il-progres li jkun sar mill-pajjiż fir-riforma tas-settur ġudizzjarju u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jappella lir-Rumanija biex tiddedika l-kapaċitajiet kollha tagħha biex jittieħdu l-mizuri kollha meħtieġa;

25.  Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tirrapporta, b'mod sistematiku, lill-Parlament dwar il-progress magħmul mir-Rumanija fix-xhur li ġejjin u li l-Parlament għandu jkun assoċjat (mill-qrib) fil-mekkaniżmu ta' monitoraġġ propost mill-Kummissjoni wara l-adeżjoni;

26.  Jenfasizza li l-Gvern Rumen jeħtieġ li jkun konxju tal-ħtieġa li japprofitta ruħu bis-sħiħ miż-żmien li baqa' biex ikompli l-isforzi tiegħu biex isaħħaħ ir-riżultati li nkisbu;

27.  Iħeġġeġ ir-ratifika mgħaġġla tat-Trattat ta' l-Adeżjoni miż-żewġ Stati Membri li għad iridu jirratifikawh;

28.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi ffinanzjar adegwat għal kampanji ta' informazzjoni bil-għan li jtejbu l-livell ta' għarfien pubbliku rigward l-adeżjoni tar-Rumanija (u tal-Bulgarija);

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern u l-Parlament tar-Rumanija.

(1) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.
(2) Testi adottati, P6_TA(2006)0262.
(3) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.


FP7 - Ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 - 2013) ***II
PDF 1034kWORD 576k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunita? Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 - 2013) (12032/2/2006 – C6-0318/2006 – 2005/0043(COD))
P6_TA(2006)0513A6-0392/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (12032/2/2006 - C6-0318/2006)

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0119)(2),

–   wara li kkunisdra l-proposta tal-Kummissjoni emendata (COM(2006)0364)(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0392/2006),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Japprova l-istqarrija mehmuża;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-30 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)

P6_TC2-COD(2005)0043


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 166(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(5),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (6),

Billi:

(1)  Il-Komunità għandha l-objettiv, imniżżel fit-Trattat, li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi ta' l-industrija Komunitarja, u b'hekk tiżgura livell għoli ta' kompetittività fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, il-Komunità għandha tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka li jitqiesu meħtieġa, b'mod partikolari billi tinkoraġġixxi l-impriżi, inklużi dawk l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ("SMEs"), iċ-ċentri ta' riċerka u l-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku. F'dan il-kuntest, għandha tingħata prijorità lil dawk l-oqsma u proġetti fejn il-finanzjament u l-koperazzjoni Ewropej huma ta' importanza partikolari u jagħtu valur miżjud. Permezz ta' l-appoġġ tagħha għar-riċerka fuq il-fruntieri ta' l-għerf, ir-riċerka applikata u l-innovazzjoni, il-Komunità tfittex li tippromwovi sinerġiji fir-riċerka Ewropea u b'hekk tipprovdi sisien aktar stabbli għaż-Żona ta' Riċerka Ewropea. Dan ser jagħmel kontribut pożittiv għall-progress soċjali, kulturali u ekonomiku ta' l-Istati Membri kollha.

(2)  Ir-rwol ċentrali tar-riċerka ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 li ta lill-Unjoni Ewropea għan strateġiku ġdid għall-għaxar snin li ġejjin: li ssir l-ekonomija bbażata fuq l-għerf l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja, kapaċi ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli b'aktar impiegi u impiegi aħjar u koeżjoni soċjali akbar. It-triangolu ta' l-għerf - l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni - huwa essenzjali sabiex jinkiseb dan il-għan, li fir-rigward tiegħu il-Komunità għandha l-mira li timmobilizza u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni meħtieġa. Is-Seba' Programm Kwadru huwa strument ċentrali Komunitarju f'dan ir-rigward, u jikkomplementa l-isforzi ta' l-Istati Membri u ta' l-industrija Ewropea.

(3)  Konformement ma' l-istrateġija ta' Liżbona, il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 qabel li l-infiq globali fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ("RTD") u fuq l-innovazzjoni fl-Unjoni għandu jiżdied bil-għan li jitressaq lejn it-3% tal-PGD sa l-2010, li żewġ terzi minnu għandhom jiġu mis-settur privat.

(4)  L-għan ewlieni tas-Seba' Programm Kwadru huwa li jikkontribwixxi sabiex l-Unjoni ssir iż-żona ta' riċerka l-aktar "il quddiem fid-dinja. Dan jeħtieġ li l-Programm Kwadru jkun iffokat sewwa fuq il-promozzjoni u l-investiment fir-riċerka ta' klassi dinjija u avvanzata, ibbażata primarjament fuq il-prinċipju ta' l-eċċellenza fir-riċerka.

(5)  Il-Parlament Ewropew enfasizza darba wara l-oħra l-importanza tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u r-rwol akbar ta' l-għerf għat-tkabbir ekonomiku u l-benessri soċjali u ambjentali, b'mod partikolari fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 2005 dwar ix-xjenza u t-tekonoloġija - Linji gwida għal politika futura ta' l-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tar-riċerka(7).

(6)  Filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' riċerka għall-oqsma kollha tal-politika Komunitarja u tibni fuq l-appoġġ wiesa' mill-industrija Ewropea, mill-komunità xjentifika, mill-universitajiet u entitajiet oħra interessati, il-Komunità għandha tistabbilixxi l-miri xjentifiċi u teknoloġiċi li jridu jintlaħqu taħt is-Seba' Programm Kwadru tagħha fil-perjodu mill-2007 sa l-2013.

(7)  Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (ETPs) u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) maħsubin huma partikolarment relevanti għar-riċerka industrijali. F'dan il-kuntest, l-SMEs għandhom jiġu involuti b'mod attiv fl-operat tagħhom. L-ETPs jgħinu lill-partijiet interessati jistabbilixxu aġendi strateġiċi ta' riċerka fit-tul u jistgħu jevolvu aktar sabiex jirrappreżentaw mekkaniżmu importanti sabiex titrawwem il-kompetittività Ewropea.

(8)  L-objettivi tas-Seba' Programm Kwadru għandhom jintgħażlu bil-mira li jibnu fuq il-kisbiet tas-Sitt Programm Kwadru lejn il-ħolqien ta' Żona ta' Riċerka Ewropea u jressquhom aktar lejn l-iżvilupp ta' ekonomija u soċjetà, fl-Ewropa, ibbażati fuq l-għerf li jissodisfaw l-iskop ta' l-istrateġija ta' Lisbona fil-linji politiċi Komunitarji. Fost l-objettivi tas-Seba' Programm Kwadru, dawn li ġejjin huma ta' importanza partikolari:

   għandu jingħata appoġġ għall-koperazzjoni transnazzjonali f'kull livell madwar l-UE kollha,
   għandhom jittejbu d-dinamiżmu, il-kreattività u l-eċċellenza tar-riċerka Ewropea fuq il-fruntiera ta' l-għerf, filwaqt li tiġi rikonoxxuta r-responsabbiltà u l-indipendenza tax-xjenzjati fid-definizzjoni ta' linji ta' riċerka wesgħin f'dan il-qasam. Bil-ħsieb ta' dan, ir-riċerka bażika mmexxija mir-riċerkaturi bbażata fuq l-eċċellenza għandha jkollha rwol essenzjali fis-Seba' Programm Kwadru,
   għandu jissaħħaħ, fil-kwantità u fil-kwalità, il-potenzjal uman fir-riċerka u t-teknoloġija fl-Ewropa; taħriġ aħjar fl-edukazzjoni u fir-riċerka, aċċess aktar faċli għal opportunitajiet ta' riċerka kif ukoll ir-rikonoxximent tal-"professjoni" tar-riċerkatur, huma għodod prinċipali sabiex jintlaħaq dan il-għan, mhux l-inqas permezz ta' żieda sinifikanti fil-preżenza tan-nisa fir-riċerka, fl-inkoraġġiment tal-mobbiltà tar-riċerkaturi u fl-iżvilupp tal-karriera. Il-prinċipji ġenerali riflessi fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u fil-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi jistgħu jgħinu sabiex jiġi stabbilit suq ġenwin Ewropew għar-riċerkaturi, filwaqt li tiġi rrispettata n-natura volontarja tagħhom. Barra minn hekk, l-eċċellenza ta' istituzzjonijiet ta' riċerka u universitajiet Ewropej għandhom jiġu żviluppati u mtejbin.

(9)  Minbarra dan, id-djalogu bejn ix-xjenza u s-soċjetà fl-Ewropa għandu jiġi intensifikat sabiex tiġi żviluppata aġenda ta' xjenza u riċerka li tirrispondi għat-tħassib taċ-ċittadini, anke permezz tat-trawwim ta' riflessjoni kritika, u mmirat lejn it-tisħiħ tal-kunfidenza tal-pubbliku fix-xjenza.

(10)  Għandha tingħata attenzjoni speċjali lit-tħaffif tal-karriera xjentifika tar-riċerkaturi fil-perjodu l-aktar produttiv tal-ħajja. Ir-riċerkaturi fi stadji bikrija jistgħu jkunu mutur għall-avvanz tax-xjenza fl-Ewropa.

(11)  Il-kapaċitajiet tar-riċerka u ta' l-innovazzjoni madwar l-Ewropa kollha għandhom jissaħħu, kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità.

(12)  Għandhom ikunu appoġġati l-użu u d-disseminazzjoni b'mod wiesa" ta' l-għerf iġġenerat minn attività ta' riċerka ffinanzjata pubblikament.

(13)  Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi hija meħtieġa l-promozzjoni ta' erba' tipi ta' attivitajiet: il-koperazzjoni transnazzjonali dwar temi definiti minn politika (il-programm "Koperazzjoni"), ir-riċerka mmexxija mir-riċerkaturi u bbażata fuq l-inizjattiva tal-komunità tar-riċerka (il-programm "Ideat"), l-appoġġ għar-riċerkaturi individwali (il-programm "Nies"), u l-appoġġ għall-kapaċitajiet ta' riċerka (il-programm "Kapaċitajiet").

(14)  Taħt il-programm "Koperazzjoni" għandu jingħata appoġġ għall-koperazzjoni transnazzjonali fuq skala xierqa madwar l-Unjoni u lil hinn minnha, f'għadd ta' oqsma tematiċi li jikkorrispondu għall-oqsma prinċipali tal-progress fl-għerf u fit-teknoloġija, fejn ir-riċerka għandha tiġi appoġġata u msaħħa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, ekonomiċi, ambjentali, ta' saħħa pubblika u industrijali Ewropej, taqdi l-ġid komuni u tappoġġa lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Fejn hu possibbli, dan il-programm ser jippermetti flessibbiltà għal skemi orjentati għal missjonijiet li jinvolvu l-prijoritajiet tematiċi.

(15)  Taħt il-programm "Ideat", l-attivitajiet għandhom jiġu implimentati minn Kunsill Ewropew tar-Riċerka ("ERC"), li għandu jgawdi minn grad għoli ta' awtonomija sabiex jiżviluppa riċerka esplorattiva ta' livell għoli ħafna fil-livell Ewropew, filwaqt li jibni fuq l-eċċellenza fl-Ewropa u jgħolli l-profil tiegħu fil-livell internazzjonali. L-ERC għandu jżomm kuntatt regolari mal-komunità xjentifika u ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej. Fir-rigward ta' l-istrutturi ta' l-istrutturi ta' l-ERC, ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tas-Seba' Programm Kwadru tista' turi l-ħtieġa għal aktar titjib li jkun jeħtieġ emendi xierqa.

(16)  Taħt il-programm "Nies", għandu jingħata stimolu lil individwi sabiex jidħlu fil-professjoni ta' riċerkatur, riċerkaturi Ewropej għandhom jiġu mħeġġa jibqgħu fl-Ewropa, ir-riċerkaturi mid-dinja kollha għandhom jiġu mħajra jiġu fl-Ewropa u l-Ewropa għandha ssir aktar attraenti għall-aqwa riċerkaturi. Bi tkomplija ta' l-esperjenzi pożittivi bl-"Azzjonijiet Marie Curie" taħt Programmi Kwadru preċedenti, il-programm "Nies" għandu jinkoraġġixxi individwi sabiex jidħlu għall-professjoni ta' riċerkatur; jistruttura l-offerta u l-għażliet tat-taħriġ fir-riċerka; jinkoraġġixxi lir-riċerkaturi Ewropej jibqgħu jew jirritornaw fl-Ewropa; jinkoraġġixxi mobbiltà intersettorali, u jattira lejn l-Ewropa riċerkaturi mid-dinja kollha. Il-mobbiltà tar-riċerkaturi mhix biss ċentrali għall-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi iżda wkoll għall-kondiviżjoni u t-trasferiment ta' l-għerf bejn pajjiżi u setturi u sabiex jiġi żgurat li r-riċerka innovattiva esplorattiva f'diversi dixxiplini tibbenefika minn riċerkaturi li jkunu ddedikati u kompetenti, kif ukoll minn riżorsi finanzjarji miżjudin.

(17)  Taħt il-programm "Kapaċitajiet", l-użu u l-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka għandhom jiġu ottimizzati; il-kapaċitajiet innovattivi ta' l-SMEs u l-abbiltà tagħhom sabiex jibbenefikaw mir-riċerka għandhom jissaħħu; l-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka għandhom jiġu appoġġati; il-potenzjal tar-riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-Unjoni għandu jinfetaħ; ix-xjenza u s-soċjetà għandhom jinġiebu aktar qrib xulxin fis-soċjetà Ewropea; għandu jingħata appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi fil-livelli nazzjonali u Komunitarju u għandhom jittieħdu azzjonijiet u miżuri orizzontali bħala appoġġ għall-koperazzjoni internazzjonali.

(18)  Iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka ("JRC") għandu jikkontribwixxi fl-għoti ta' appoġġ xjentifiku u teknoloġiku mmirat lejn il-klijent li jingħata għall-konċezzjoni, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' linji politiċi Komunitarji. F'dan ir-rigward, huwa utli li l-JRC ikompli jiffunzjona bħala ċentru indipendenti ta' referenza għax-xjenza u t-teknoloġija fl-Unjoni fl-oqsma tal-kompetenza speċifika tiegħu.

(19)  Ir-reġjuni għandhom sehem importanti fl-implimentazzjoni taż-Żona ta' Riċerka Ewropea. Il-ftuħ tal-potenzjal ta' l-iżvilupp tar-reġjuni u d-disseminazzjoni wiesgħa tar-riżultati tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku jgħin sabiex inaqqas id-distakk teknoloġika u jikkontribwixxi għall-kompetittività Ewropea.

(20)  Is-Seba' Programm Kwadru jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku globali għall-kisba tal-miri ta' Lisbona, flimkien b'mod partikolari ma' dawk taħt il-fondi strutturali u dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura, is-sajd, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, l-impjiegi u l-ambjent.

(21)  Għandhom ikunu żgurati sinerġiji reċiproċi u komplementarità mal-linji politiċi u l-programmi Komunitarji, u filwaqt li tiġi indirizzata wkoll il-ħtieġa ta' approċċ imsaħħaħ u simplifikat għall-finanzjament tar-riċerka, li huwa partikolarment importanti għall-SMEs.

(22)  Is-Seba' Programm Kwadru għandu jimmira, b'mod partikolari, li jiżgura l-involviment xieraq ta' l-SME's permezz ta' miżuri konkreti u azzjonijiet speċifiċi għall-benefiċċju tagħhom. L-innovazzjoni u dawk l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-SMEs li jingħataw appoġġ taħt dan il-Programm Kwadru għandhom ikunu kumplementari ma" dawk imwettqa taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l- Innovazzjoni.

(23)  Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tas-Seba' Programm Kwadru għandha titħaffef permezz tal-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni relevanti kollha, li għandha ssir disponibbli fil-ħin u b'mod li jkun faċli għall-utent għall-parteċipanti potenzjali kollha u l-użu xieraq ta' proċeduri sempliċi u rapidi, ħielsa minn kondizzjonijiet finanzjarji indebitament kumplessi u rappurtar mhux meħtieġ, skond ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni li huma applikabbli għal dan il-Programm Kwadru, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru .../2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-...(8).

(24)  B'kont meħud tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu ta' l-użu ta' strumenti ġodda taħt is-Sitt Programm Kwadru u l-Evalwazzjoni ta' Ħames Snin tal-Programm Kwadru, ġie definit approċċ ġdid li għandu jippermetti li l-objettivi politiċi tal-politika ta' riċerka Komunitarja jintlaħqu b'iktar faċilità, effiċjenza u flessibbiltà. Għal dan il-għan, għandu jintuża sett iżgħar ta' "skemi ta' finanzjament" aktar sempliċi, individwalment jew flimkien ma' oħrajn, b'iktar flessibbiltà u libertà, sabiex jiġu appoġġati l-azzjonijiet differenti, u għandha tingħata awtonomija aktar b'saħħitha fl-amministrazzjoni lill-parteċipanti.

(25)  Fid-dawl ta' l-interess wiesa' fl-azzjonijiet tal-Programm Kwadru, l-effett stimulanti tal-finanzjament fl-investimenti nazzjonali u privati, il-ħtieġa li l-Komunità tingħata l-kapaċità sabiex tilqa' l-isfidi ġodda xjentifiċi u teknoloġiċi u li tagħmel użu sħiħ tal-potenzjal tar-riċerkaturi tagħha mingħajr diskriminazzjoni, ir-rwol ewlieni li għandu l-intervent Komunitarju sabiex is-sistema Ewropea tar-riċerka ssir aktar effiċjenti u effettiva, u l-kontribut possibbli tal-Programm Kwadru għall-isforzi, fost oħrajn, sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-bidla fil-klima u għas-sostenibbiltà, għas-saħħa tal-popolazzjoni ta' l-Ewropa u l-għoti ta" nifs ġdid lill-istrateġija ta' Lisbona, hemm ħtieġa għal attivitajiet Komunitarji ta' riċerka.

(26)  L-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru tista' tagħti lok għal programmi supplimentari li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' uħud biss mill-Istati Membri, il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi mibdija minn għadd ta' Stati Membri, jew inkella l-istabbiliment ta' intrapriżi konġunti jew arranġamenti oħra skond it-tifsira ta' l-Artikoli 168, 169 u 171 tat-Trattat.

(27)  Il-Komunità kkonkludiet numru ta' ftehim internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bil-ħsieb li jittieħdu l-benefiċċji sħaħ ta' l-internazzjonalizzazzjoni ta' l-RTD, li jkun hemm kontribut għall-produzzjoni tal-ġid pubbliku globali u sabiex il-Komunità tiġi integrata aktar fil-komunità dinjija tar-riċerka.

(28)  Diġà hemm ammont sinifikanti ta' għerf xjentifiku li kapaċi jtejjeb drastikament il-ħajjiet ta' dawk li jgħixu fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; fejn possibbli, il-Programm Kwadru - fil-qafas ta' l-attivitajiet deskritti hawn fuq - ser jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju sa l-2010.

(29)  Is-Seba' Programm Kwadru għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-tkabbir, ta' l-iżvilupp sostenibbli u tal-protezzjoni ta' l-ambjent, inkluż permezz tat-trattament tal-problema tal-bidla fil-klima.

(30)  L-attivitajiet ta' riċerka appoġġati minn dan is-Seba' Programm Kwadru għandhom jirrispettaw prinċipji fundamentali ta' l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. Qiegħed, u ser jibqa', jittieħed kont tal-fehmiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u fit-Teknoloġiji Ġodda. L-attivitajiet ta' riċerka għandhom jieħdu kont ukoll tal-Protokoll dwar il-Protezzjoni u l-Ħarsien ta' l-Annimali, u jnaqqsu l-użu ta' l-annimali fir-riċerka u fl-ittestjar, bil-ħsieb li fl-aħħar jiġi sostitwit l-użu ta' l-annimali.

(31)  Taħt is-Seba' Programm Kwadru r-rwol tan-nisa fix-xjenza u fir-riċerka ser jiġi promoss attivament permezz ta' miżuri xierqa bil-ħsieb li jiġu inkoraġġuti numri akbar sabiex jipparteċipaw f'dan il-qasam u jissaħħaħ aktar ir-rwol attiv tagħhom fir-riċerka.

(32)  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tas-Seba' Programm ta' Qafas, pakkett finanzjarju li ser ikun il-punt ewlieni ta' referenza, fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(9), għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali dwar il-baġit.

(33)  Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa - proporzjonatament għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej - sabiex jiġu mmonitorjati kemm l-effikaċja ta' l-appoġġ finanzjarju mogħti kif ukoll l-effikaċja ta' l-użu ta' dawn il-fondi sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej(10), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra(11) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta" Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(12).

(34)  Huwa importanti li tiġi żgurata l-amministrazzjoni finanzjarja soda tas-Seba' Programm Kwadru kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effettiv u faċli għall-użu, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà għall-programm għall-parteċipanti kollha. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13) u mar-rekwiżiti ta' simplifikazzjoni u ta' regolamentazzjoni aħjar.

(35)  Minħabba li l-għan ta' l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 163 tat-Trattat b'mod partikolari fil-kontribut lejn il -ħolqien fl-Ewropa ta' soċjetà u ekonomija bbażati fuq l-għerf ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, is-Seba' Programm Kwadru ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-adozzjoni tas-Seba' Programm Kwadru

Il-Programm Kwadru għall-attivitajiet Komunitarji fil-qasam tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku "RTD"), inklużi l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, (is-"Seba' Programm Kwadru") huwa b'dan adottat għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 2

Objettivi u attivitajiet

1.  Is-Seba' Programm Kwadru għandu jappoġġa l-attivitajiet li jidhru fil-punti (i) sa (iv). L-objettivi u l-linji ġenerali ta' dawk l-attivitajiet jidhru fl-Anness I.

(i)  Koperazzjoni: appoġġ għall-firxa sħiħa ta' l-azzjonijiet tar-riċerka li jsiru b'koperazzjoni transnazzjonali fl-oqsma tematiċi li ġejjin:

   (a) Is-Saħħa;
   (b) L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija;
   ( ċ) It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni;
   (d) In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni;
   (e) L-Enerġija;
   (f) L-Ambjent (inkluż il-Bidla fil-Klima);
   (g) It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika);
   (h) Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika;
   (i) L-Ispazju;
   (j) Is-Sigurtà.

(ii)  Ideat: appoġġ għar-riċerka "mmexxija mill-investigaturi " li ssir fl-oqsma kollha minn timijiet individwali nazzjonali jew transnazzjonali f'kompetizzjoni fuq livell Ewropew.

(iii)  Nies: it-tisħiħ, sew fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità, tal-potenzjal uman fir-riċerka u fl-iżvilupp teknoloġiku fl-Ewropa, kif ukoll l-inkoraġġiment tal-mobbiltà.

(iv)  Kapaċitajiet: appoġġ għall-aspetti prinċipali tal-kapaċitajiet Ewropej ta' riċerka u innovazzjoni bħal infrastrutturi ta' riċerka; raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka; l-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tar-riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda tal-Komunità; riċerka għall-benefiċċju ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ("SMEs")(14); kwistjonijiet ta' "Xjenza fis-Soċjetà"; appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi; attivitajiet orizzontali ta' koperazzjoni internazzjonali.

2.  Is-Seba' Programm Kwadru għandu jappoġġa wkoll l-azzjonijiet diretti xjentifiċi u tekniċi li mhumiex ta' natura nukleari mwettqa miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka ("JRC") kif definit fl-Anness I.

Artikolu 3

Programmi Speċifiċi

Is-Seba' Programm Kwadru għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi speċifiċi. Dawn il-programmi għandhom jispeċifikaw objettivi preċiżi u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni.

Artikolu 4

Ammont globali massimu u ishma assenjati għal kull programm

1.  L-ammont massimu globali għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja f'dan is-Seba' Programm Kwadru għandha tkun ta' EUR 50 521 miljun(15). Dak l-ammont għandu jitqassam bejn l-attivitajiet u l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 2 kif ġej (f'miljuni ta' EUR):

Koperazzjoni

32 413

Ideat

7 510

Nies

4 750

Kapaċitajiet

4 097

Azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka

1 751

2.  Id-dettalji indikattivi ta' l-oqsma tematiċi ta' kull attività msemmija fil-paragrafu 1 tingħata fl-Anness II.

3.  Ir-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja f'dan il-Programm Kwadru jingħataw fl-Anness III.

Artikolu 5

Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet

Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta" dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja, inkluż il-ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tal-programm, li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta' operatur ekonomiku li, permezz ta' nefqa mhux ġustifikata, li għandu jew ikollu l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha.

Artikolu 6

Prinċipji etiċi

1.  L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt is-Seba' Programm Kwadru għandhom jitwettqu skond prinċipji etiċi fundamentali.

2.  L-oqsma ta' riċerka li ġejjin ma għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-Programm Kwadru:

   attività ta' riċerka li timmira għall-klonazzjoni tal-bniedem għal finijiet ta' riproduzzjoni,
   attività ta' riċerka maħsuba għall-modifika tal-wirt ġenetiku tal-bnedmin li tista' tagħmel tali tibdil ereditabbli(16),
   attivitajiet ta' riċerka maħsuba sabiex joħolqu embrijoni tal-bniedem għall-fini biss ta' riċerka jew għall-fini tal-kisba ta' ċelluli staminali, anke permezz ta' trasferiment ta' nuklei ta" ċelluli somatiċi.

3.  Ir-riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-bniedem, kemm adulti kif ukoll embrijoniċi, tista' tiġi ffinanzjata. Dan jiddipendi kemm mill-kontenut tal-proposta xjentifika kif ukoll mill-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.

Kwalunkwe applikazzjoni għall-finanzjament ta' riċerka fuq iċ-ċelluli staminali tal-embrijoni tal-bniedem għandha tinkludi, skond il-każ, id-dettalji tal-liċenzja u tal-miżuri ta' kontroll li jkunu ser jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif ukoll id-dettalji ta' l-approvazzjoni jew approvazzjonijiet etiċi li jkunu ser jiġu pprovduti.

Fir-rigward tad-derivazzjoni taċ-ċelluli staminali embrijoniċi tal-bniedem, l-istituzzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u r-riċerkaturi għandhom ikunu suġġetti għal liċenzjar u kontroll stretti skond il-qafas legali ta' l-Istat jew Stati Membri involuti.

4.  L-oqsma tar-riċerka stabbiliti hawn fuq għandhom jiġu riveduti għat-tieni fażi ta' dan il-programm (2010-2013) fid-dawl ta' l-avvanzi xjentifiċi.

Artikolu 7

Monitoraġġ, evalwazzjoni u reviżjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha kontinwament u sistematikament timmonitorja l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu u regolarment tirrapporta u xxerred ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ.

2.  Mhux aktar tard mill-2010, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-għajnuna ta' esperti esterni, evalwazzjoni interim ibbażata fuq l-evidenza ta' dan il-Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu filwaqt li tibni fuq l-evalwazzjoni ex-post tas-Sitt Programm Kwadru. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità ta' l-attivitajiet ta' riċerka eżistenti, kif ukoll il-kwalità ta' l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni, u l-progress li sar lejn il-kisba ta' l-objettivi stabbiliti.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta' dan il-Programm Kwadru, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

L-evalwazzjoni interim għandha tkun preċeduta minn rapport dwar il-progress hekk kif tkun disponibbli data biżżejjed, fejn jingħataw ir-riżultati inizjali dwar l-effikaċja ta' l-azzjonijiet il-ġodda mibdija taħt is-Seba' Programm Kwadru u l-isforzi magħmula fir-rigward tas-simplifikazzjoni.

3.  Sentejn wara t-tlestija ta' dan il-Programm Kwadru, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni esterna, minn esperti indipendenti, tal-motivazzjonijiet, l-implimentazzjoni u l-kisbiet tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

OBJETTIVI XJENTIFIĊI U TEKNOLOĠIĊI, DESKRIZZJONI ĠENERALI TAT-TEMI U TA' L-ATTIVITAJIET

Is-Seba' Programm Kwadru sejjer jitwettaq sabiex jinkisbu l-objettivi ġenerali deskritti fl-Artikolu 163 tat-Trattat sabiex tissaħħaħ il-kompetittività industrijali u jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' riċerka ta' linji politiċi Komunitarji oħra u b'hekk jikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta' soċjetà bbażata fuq l-għerf, jibni fuq Żona Ewropea tar-Riċerka u jikkomplementa attivitajiet fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Huwa sejjer jippromwovi l-eċċellenza fir-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni xjentifika u teknoloġika permezz ta' l-erba' programmi li ġejjin: koperazzjoni, ideat, nies u kapaċitajiet.

I.  KOPERAZZJONI

F'din il-parti tas-Seba' Programm Kwadru, ser jingħata appoġġ għal koperazzjoni transnazzjonali f'forom differenti madwar l-Unjoni u lil hinn minnha, f'għadd ta' oqsma tematiċi li jikkorrispondu għal oqsma prinċipali ta' l-għerf u fit-tekonoloġija, li fihom ir-riċerka ta' l-ogħla kwalità għandha tiġi appoġġata u msaħħa sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali, ekonomiċi, ambjentali u industrijali ta' l-Ewropa. Il-parti l-kbira ta' dan l-isforz se tkun diretta lejn it-titjib tal-kompetittività industrijali, b'aġenda ta' riċerka li tirrifletti l-ħtiġijiet ta' l-utenti madwar l-Ewropa.

L-għan ġenerali huwa li jingħata kontribut lejn żvilupp sostenibbli.

L-għaxar temi ddeterminati għal azzjoni Komunitarja huma dawn li ġejjin:

   1) Is-Saħħa;
   2) L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija;
   3) It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni;
   4) In-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u Teknoloġiji ġodda tal-Produzzjoni;
   5) L-Enerġija;
   6) L-Ambjent (inkluż il-Bidla fil-Klima);
   7) It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika);
   8) Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika;
   9) L-Ispazju;
   10) Is-Sigurtà.

Dawn it-temi huma ddefiniti b'mod ġenerali f'livell relattivament għoli, b'tali mod li jkunu jistgħu jadattaw irwieħhom għal rekwiżiti u opportunitajiet li jistgħu jinqalgħu matul il-perjodu ta' applikazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru. Għal kull waħda minnhom, ġiet identifikata serje ta' attivitajiet li jindikaw il-linji ġenerali li huma maħsuba għall-appoġġ Komunitarju. Dawn l-attivitajiet ġew identifikati abbażi tal-kontribut li jagħtu sabiex jintlaħqu l-objettivi Komunitarji, fosthom it-transizzjoni lejn soċjetà ta' l-għerf, il-potenzjal tar-riċerka relevanti Ewropea u l-valur miżjud ta' l-intervent f'livell Komunitarju f'dawn is-suġġetti.

Ser tingħata attenzjoni speċjali sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva bejn l-oqsma tematiċi, u lil oqsma xjentifiċi ta' prijorità li jirrigwardaw bosta temi, bħar-riċerka fil-foresterija, il-wirt kulturali, ix-xjenzi u t-teknoloġiji tal-baħar.

Il-mulitdixxiplinarjetà sejra tiġi inkoraġġita permezz ta' approċċi konġunti li jirrigwardaw bosta temi għas-suġġetti tar-riċerka u t-teknoloġija li jkollhom relevanza għal aktar minn tema waħda, b'sejħiet konġunti li jkunu forma inter-tematika ta' koperazzjoni importanti.

B'mod partikolari fil-każ ta' suġġetti b'relevanza industrijali, is-suġġetti ntgħażlu abbażi, fost oħrajn, tax-xogħol ta' għadd ta' "Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej" differenti li ġew stabbiliti fl-oqsma fejn il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-benessri ta' l-Ewropa jiddependu fuq riċerka importanti u fuq il-progress teknoloġiku, fil-perijodu medju u fit-tul. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej jiġbru flimkien lil persuni interessati, sabiex, taħt tmexxija industrijali, jiddefinixxu u jimplimentaw Aġenda Strateġika ta' Riċerka. Dan il-Programm Kwadru ser jikkontribwixxi għat-twettiq ta' dawn l-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka fejn dawn għandhom verament valur miżjud Ewropew. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, bil-parteċipazzjoni possibbli ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka, jista' jkollhom rwol fit-tħaffif u fl-organizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' l-industrija, inklużi l-SMEs, fi proġetti ta' riċerka relatati mal-qasam speċifiku tagħhom, inklużi proġetti eliġibbli għal finanzjament taħt il-Programm Kwadru.

L-għaxar temi jinkludu wkoll ir-riċerka li tkun meħtieġa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-linji politiċi Komunitarji, f'oqsma bħas-saħħa, is-sigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, il-ħarsien ta' l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-ħolqien ta' Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva li tkun relevanti għat-titjib fl-interoperabbiltà u l-kwalità ta' l-istandards u ta' l-implimentazzjoni tagħhom u b'hekk isaħħu l-kompetittività Ewropea. Ser tingħata attenzjoni speċjali għall-kordinazzjoni ta' aspetti marbutin ma' l-użu razzjonali u effiċjenti ta' l-enerġija fi ħdan il-Programm Kwadru u kordinazzjoni ma' linji politiċi u programmi Komunitarji oħrajn.

Taħt kull tema, minbarra dawn l-attivitajiet, ser jiġu indirizzati żewġ tipi ta' opportunitajiet b'mod miftuħ u flessibbli:

· Teknoloġiji tal-Ġejjieni u Emerġenti: sabiex jappoġġaw riċerka li timmira li tidentifika jew tesplora iktar opportunitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda f'qasam speċifiku u/jew il-kombinazzjoni tagħhom ma' oqsma u dixxiplini relevanti oħra permezz ta' appoġġ speċifiku għal proposti ta' riċerka spontanji, anke b'sejħiet konġunti; sabiex jitrawmu ideat ġodda u użi radikalment ġodda u jiġu esplorati għażliet ġodda fil-proġettazzjonijiet ta' riċerka, b'mod partikolari dawk b'potenzjal għal sejbiet sinifikanti; koordinazzjoni adegwata ma' l-attivitajiet imwettqa taħt il-programm Ideat se jkunu ggarantiti sabiex tiġi evitata s-sovrappożizzjoni u jiġi żgurat l-aqwa użu tal-finanzjament.

· Rekwiżiti ta' politika mhux previsti: sabiex tingħata tweġiba b'mod flessibbli għal rekwiżiti ġodda ta' politika li jirriżultaw fil-kors tal-Programm Kwadru, bħal żviluppi jew avvenimenti mhux previsti li jirrikjedu reazzjoni ta' malajr, bħal epidemiji ġodda, tħassib emerġenti dwar is-sigurtà alimentari jew ir-rispons għal diżastru naturali.

Id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' l-għerf huma valur miżjud ewlieni ta' l-azzjonijiet Ewropej ta' riċerka, u se jittieħdu miżuri sabiex jiżdied l-użu tar-riżultati mill-industrija, dawk li jfasslu l-politika u s-soċjetà. Id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandhom jiġu salvagwardjati wkoll, inkluż fil-kuntest ta' appoġġ għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Id-disseminazzjoni se tiġi kkunsidrata bħala kompitu integrali taħt l-oqsma tematiċi kollha, b'restrizzjonijiet xierqa għat-tema ta' sigurtà minħabba l-aspetti ta' kunfidenzjalità ta' l-attivitajiet, anke permezz tal-finanzjament ta' inizjattivi ta' networking, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u informazzjoni u servizzi elettroniċi b'mod partikolari l-CORDIS.

Ser tiġi żgurata l-komplementarità u s-sinerġija bejn dan il-programm u programmi oħra Komunitarji. L-azzjonijiet għall-appoġġ ta' l-innovazzjoni sejrin jittieħdu taħt il-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni xierqa ta' l-SMEs(17), b'mod partikolari SMEs li jagħmlu użu intensiv mill-għerf f'koperazzjoni transnazzjonali. Tul il-parti ta' "Koperazzjoni" tal-programm fil-qafas ta' strateġija li għandha tiġi żviluppata taħt kull tema ser jittieħdu miżuri konkreti, inklużi azzjonijiet ta' appoġġ li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs. Dawn l-istrateġiji ser jiġu akkumpanjati minn monitoraġġ kwantitattiv u kwalitattiv imqabbel ma' l-objettivi stabbiliti. L-għan ser ikun li jippermetti li għall-inqas 15% mill-finanzjament disponibbli taħt il-parti "Koperazzjoni" tal-programm imorru għall-SMEs.

Ser jingħata wkoll appoġġ għal inizjattivi li jkollhom l-għan li jniedu djalogu ma' firxa tal-pubbliku li tkun l-aktar wiesgħa possibbli lil hinn mill-komunità tar-riċerka dwar temi xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka, u għal inizjattivi fil-qasam tal-komunikazzjoni u l-edukazzjoni xjentifika, bl-inklużjoni, fejn opportun, ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew tan-networks ta' tali organizzazzjonijiet. L-integrazzjoni tad-dimensjoni dwar is-sessi u l-ugwaljanza bejn is-sessi ser tiġi trattata f'kull qasam tar-riċerka.

Biex ikun hemm aktar kompetittività fir-riċerka Ewropea jeħtieġ li jinfetaħ kompletament il-potenzjal fiż-Żona ta' Riċerka Ewropea kollha. Il-proġetti li jimmiraw għall-eċċellenza xjentifika għandhom jiġu ġestiti bl-aħjar mod b'attenzjoni partikolari għall-użu tar-riżorsi.

F'dawn it-temi kollha, l-appoġġ għall-koperazzjoni transnazzjonali ser jiġi implimentat permezz ta':

   Ir-riċerka kollaborattiva;
   Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti;
   Il-Koordinazzjoni ta' programmi ta' riċerka mhux Komunitarji;
   Koperazzjoni Internazzjonali.

Ir-Riċerka Kollaborattiva

Ir-riċerka kollaborattiva ser tikkostitwixxi l-parti l-kbira u l-qofol tal-finanzjament Komunitarju għar-riċerka. L-objettiv huwa li, fl-oqsma prinċipali tal-progress fl-għerf, jiġu stabbiliti proġetti ta' riċerka eċċellenti u networks li jkunu kapaċi jattiraw riċerkaturi u investimenti mill-Ewropa u mid-dinja kollha.

Dan ser jintlaħaq billi jingħata appoġġ lir-riċerka kollaborattiva permezz ta' firxa ta' skemi ta' finanzjament: proġetti kollaborattivi, networks ta' eċċellenza, azzjonijiet ta' koordinazzjoni/appoġġ (ara l-Anness III).

Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti

F'għadd limitat ħafna ta' każijiet, il-kamp ta' applikazzjoni ta' objettiv ta' RTD u l-iskala tar-riżorsi involuti jistgħu jiġġustifikaw il-ħolqien ta' sħubiji pubbliċi/privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti. Dawn l-inizjattivi, li joħorġu l-iktar mill-ħidma tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u li jkunu jkopru aspett partikolari jew għadd żgħir ta' aspetti tar-riċerka fil-qasam tagħhom, se jgħaqqdu l-investiment mis-settur privat mal-finanzjament nazzjonali u dak pubbliku Ewropew, inklużi l-għotjiet finanzjarji mis-Seba' Programm Kwadru u s-self u l-garanzija finanzjarja mill-Bank Ewropew għall-Investiment. Kull Inizjattiva Teknoloġika Konġunta ser tiġi deċiża individwalment, jew abbażi ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat (dan jista' jinkludi l-ħolqien ta' proġett konġunt) jew abbażi ta' Deċiżjonijiet Speċifiċi tal-Programm skond l-Artikolu 166(3) tat-Trattat.

L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti potenzjali ser jiġu identifikati b'mod miftuħ u trasparenti abbażi ta' evalwazzjoni bl-użu ta' sensiela ta' kriterji:

   in-nuqqas ta' kapaċità ta' l-istrumenti eżistenti sabiex jiksbu l-objettiv,
   l-iskala ta' l-impatt fuq il-kompetittività u t-tkabbir industrijali,
   il-valur miżjud ta' intervent f'livell Ewropew,
   kemm ikun definit u ċar l-objettiv li jrid jintlaħaq u r-riżultati li għandhom jintlaħqu,
   il-qawwa ta' l-impenn finanzjarju u ta' riżorsi min-naħa ta' l-industrija,
   l-importanza tal-kontribut lill-objettivi usa' ta' politika inkluż il-benefiċċju għas-soċjetà,
   il-kapaċità li jkun attirat appoġġ nazzjonali addizzjonali u sabiex ikun inċentivat finanzjament fil-preżent u fil-ġejjieni, min-naħa ta' l-industrija.

In-natura ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti għandhom ikunu ddefiniti b'mod ċar, partikolarment fir-rigward ta' materji dwar:

   impenji Finanzjarji;
   dewmien ta' l-impenn tal-parteċipanti;
   regoli sabiex jittieħed u jispiċċa l-kuntratt;
   drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

Minħabba l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità partikolari ta' l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti, ser isiru sforzi kbar sabiex jiġi żgurat it-tħaddim trasparenti tagħhom u sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe allokazzjoni ta' finanzjament Komunitarju mill-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti ssir abbażi tal-prinċipji ta' eċċellenza u kompetizzjoni tal-Programm Kwadru.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-koerenza u l-koordinazzjoni ġenerali bejn l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti u programmi u proġetti fl-istess oqsma(18), filwaqt li jiġu rispettati l-proċeduri ta' implimentazzjoni eżistenti tagħhom, kif ukoll sabiex jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni fil-proġetti tagħhom tkun miftuħa għal firxa wiesgħa ta' parteċipanti madwar l-Ewropa, b'mod partikolari l-SMEs.

Il-Koordinazzjoni ta' Programmi ta' Riċerka mhux Komunitarji

L-azzjoni li ssir f'dan il-qasam ser tuża żewġ strumenti ewlenin: l-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi nazzjonali ta' riċerka li jiġu implimentati b'mod konġunt (taħt l-Artikolu 169 tat-Trattat). L-azzjoni tista' tkopri suġġetti li mhumiex direttament marbuta ma' l-għaxar temi, sakemm is-suġġetti jkollhom biżżejjed valur miżjud Ewropew. L-azzjoni ser tintuża wkoll sabiex issaħħaħ il-komplementarità u s-sinerġija bejn is-Seba' Programm Kwadru u l-attivitajiet li jsiru fil-qafas ta' strutturi inter-governattivi bħall-EUREKA u l-COST(19).

L-iskema ERA-NET ser tiżviluppa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni ta' attivitajiet nazzjonali u reġjonali ta' riċerka billi:

   tipprovdi qafas sabiex dawk li jkunu qed jimplimentaw programmi pubbliċi ta' riċerka jkunu jistgħu jtejbu l-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom. Dan ser jinkludi l-appoġġ għal ERA-NETs ġodda, kif ukoll għat-twessigħ u l-approfondiment tal-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ERA-NETs eżistenti, p.e. billi jestendu s-sħubija tagħhom, kif ukoll bil-ftuħ reċiproku tal-programmi tagħhom. Fejn ikun opportun, l-ERA-NETs jistgħu jiġu wżati għall-koordinazzjoni ta' programmi bejn ir-reġjuni Ewropej u l-Istati Membri sabiex tkun possibbli l-koperazzjoni tagħhom f'inizjattivi fuq skala kbira,
   f'numru limitat ta' każijiet tipprovdi appoġġ finanzjarju Komunitarju addizzjonali lil dawk il-parteċipanti li joħolqu fond komuni ta' riżorsi għall-finijiet ta' sejħiet konġunti għal proposti bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali rispettivi tagħhom ("ERA-NET PLUS").

Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi ta' riċerka implimentati b'mod konġunt abbażi ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat hija ta' relevanza speċjali għall-koperazzjoni Ewropea fuq skala kbira f''ġeometrija varjabbli" bejn l-Istati Membri li jkollhom ħtiġijiet u/jew interessi komuni. F'każijiet identifikati sew tali inizjattivi ta' l-Artikolu 169 jistgħu jitniedu f'oqsma li għandhom jiġu identifikati f'assoċjazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, inkluża l-koperazzjoni possibbli ma' programmi intergovernattivi, abbażi ta' għadd ta' kriterji:

   relevanza għal objettivi Komunitarji,
   id-definizzjoni ċara ta' l-objettiv li jrid jintlaħaq u r-relevanza tiegħu għall-objettivi ta' dan il-Programm Kwadru,
   il-preżenza ta' bażi pre-eżistenti (programmi ta' riċerka li diġà jeżistu jew li huma previsti),
   il-valur miżjud Ewropew,
   il-massa kritika, fir-rigward tad-daqs u ta' l-għadd ta' programmi kkonċernati, u x-xebh bejn l-attivitajiet li jkopru,
   l-effiċjenza ta' l-Artikolu 169 bħala l-mezz l-aktar adegwat għall-kisba ta' l-objettivi.

Koperazzjoni Internazzjonali

L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali, li juru valur miżjud Ewropew u li huma ta' interess reċiproku, taħt din il-parti tas-Seba' Programm Kwadru ser ikunu:

· azzjonijiet maħsuba biex isaħħu l-parteċipazzjoni mir-riċerkaturi u l-istituzzjonijiet ta' riċerka minn pajjiżi terzi fl-oqsma tematiċi, b'restrizzjonijiet adegwati għat-tema ta' sigurtà minħabba aspetti ta' kunfidenzjalità, flimkien ma' sforzi qawwija sabiex ikunu nkoraġġuti jaħtfu din l-opportunità.

· azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifiċi f'kull qasam tematiku ddedikati lil pajjiżi terzi fejn hemm interess reċiproku f'koperazzjoni dwar temi partikolari li jingħażlu abbażi tal-livell u l-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-pajjiżi in kwistjoni. Dawn l-azzjonijiet, li huma assoċjati mill-qrib mal-ftehim bilaterali ta' koperazzjoni jew djalogi multilaterali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi, ser iservu bħala għodda pprivileġġata għall-implimentazzjoni tal-koperazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi. Tali azzjonijiet huma, partikolarment, azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet għar-riċerka ta' pajjiżi kandidati kif ukoll ta' pajjiżi ġirien u attivitajiet koperattivi mmirati lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti, b'enfasi fuq il-bżonnijiet partikolari tagħhom f'oqsma bħas-saħħa, inkluża r-riċerka f'mard li ma jingħatax attenzjoni, l-agrikoltura, is-sajd u l-ambjent, u implimentati f'kondizzjonijiet finanzjarji adattati għall-kapaċitajiet tagħhom.

Din il-parti mill-Programm Kwadru tkopri l-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali f'kull qasam tematiku u dawk mifruxa fuq għadd ta' temi. Tali azzjonijiet jiġu implimentati f'koordinazzjoni ma' dawk taħt il-programmi "Nies" u "Kapaċitajiet". Strateġija ġenerali għal koperazzjoni internazzjonali fi ħdan is-Seba' Programm Kwadru ser tirfed din l-attività.

TEMI

1.  Saħħa

Objettiv

It-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej u t-tiżjid tal-kompetittività u t-tisħiħ tal-kapaċità innovattiva ta' l-industriji u l-intrapriżi Ewropej li huma relatati mas-saħħa, filwaqt li jiġu indirizzati kwistjonijiet globali ta' saħħa, inklużi l-epidemiji emerġenti. Ser issir enfasi fuq ir-riċerka traspożizzjonali (traspożizzjoni ta' skoperti bażiċi f'applikazzjonijiet kliniċi inkluża validazzjoni xjentifika ta' riżultati sperimentali), l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' terapiji ġodda, metodi għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni inkluż il-promozzjoni tas-saħħa tat-tfal, ta' xjuħija sana, għodod dijanjostiċi u teknoloġiji mediċi, kif ukoll sistemi għall-kura tas-saħħa sostenibbli u effiċjenti.

Motivazzjoni

Is-sekwenzar tal-ġenoma tal-bniedem u l-iżviluppi reċenti fil-post-ġenomika irrevoluzzjonaw ir-riċerka fis-saħħa u fil-mard tal-bniedem. L-integrazzjoni ta' l-ammonti vasti ta' data, il-komprensjoni tal-proċessi bijoloġiċi sottostanti u l-iżvilupp ta' teknoloġiji prinċipali għall-bijo-industriji relatati mas-saħħa jeħtieġu li jinġiebu flimkien mases kritiċi ta' kompetenzi u riżorsi varji li mhumiex disponibbli f'livell nazzjonali, bil-ħsieb li jkunu żviluppati l-għerf u l-kapaċità għal intervent.

L-avvanzi sinifikanti fir-riċerka traspożizzjonali fil-qasam tas-saħħa, li hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li r-riċerka bijomedika tipprovdi benefiċċji prattiċi u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja, jeħtieġu wkoll approċċi multi-dixxiplinari u pan-Ewropej li jinvolvu partijiet interessati differenti. Dawn l-approċċi jħallu lill-Ewropa tikkontribwixxi b'mod iktar effettiv għall-isforzi internazzjonali fil-ġlieda kontra mard ta' importanza globali.

Ir-riċerka klinika fuq bosta mardiet (p.e. il-kanċer, il-mard kardjovaskulari u infettiv, il-mard mentali u newroloġiku, b'mod partikolari dawk marbuta max-xjuħija, bħall-mardiet Alzheimer u Parkinson) tiddipendi fuq provi internazzjonali f'diversi ċentri sabiex jinkiseb l-għadd meħtieġ ta' pazjenti fi żmien qasir.

Ir-riċerka epidemjoloġika tirrikjedi diversità kbira ta' popolazzjonijiet u networks internazzjonali sabiex jintlaħqu konklużjonijiet sinifikanti. Sew l-iżvilupp ta' metodi ġodda ta' dijanjosi u t-trattament għal disturbi rari kif wkoll it-twettiq ta' riċerka epidemoloġika fuq dawk id-disturbi jirrikjedu wkoll approċċi minn numru ta" pajjiżi sabiex jiżdied l-għadd ta' pazjenti għal kull studju. Barra minn hekk, it-twettiq ta' riċerka bbażata fuq il-politika tas-saħħa fil-livell Ewropew jippermetti t-tqabbil ta' mudelli, sistemi, data u materjal dwar il-pazjenti miżmuma fid-databases u biobanks nazzjonali.

Ir-riċerka bijomedika qawwija bbażata fl-UE ser tgħin sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-bijoteknoloġija Ewropea għall-kura tas-saħħa, tat-teknoloġija medika u ta' l-industriji farmaċewtiċi. Il-kollaborazzjoni ta' l-UE ma' pajjiżi fi żvilupp ser tippermetti lil dawk il-pajjiżi jiżviluppaw kapaċitajiet għar-riċerka. L-UE trid ukoll tieħu sehem attiv fil-ħolqien ta' ambjent li jwassal għall-innovazzjoni fis-settur pubbliku u dak farmaċewtiku li jindirizza l-bżonnijiet tas-saħħa pubblika, b'mod partikolari sabiex jitkabbar kemm jista' s-suċċess tar-riċerka klinika. L-SMEs ibbażati fuq ir-riċerka huma l-muturi ekonomiċi ewlenin ta' l-industriji tal-bijoteknoloġija għall-kura tas-saħħa u dawk tat-teknoloġija medika. Minkejja li l-Ewropa issa għandha aktar kumpanniji tal-Bijoteknoloġija milli għandha l-Istati Uniti, il-biċċa l-kbira minnhom huma żgħar u anqas maturi mill-kompetituri tagħhom. L-isforzi ta' riċerka pubbliċi-privati fil-livell ta' l-UE sejrin jiffaċilitaw l-iżvilupp tagħhom. Ir-riċerka fl-UE sejra tagħti wkoll kontribut għall-iżvilupp ta' normi u standards ġodda sabiex jiġi stabbilit qafas leġislattiv xieraq għal teknoloġiji mediċi ġodda (p.e. il-mediċina riġenerattiva). Għandha tiġi żgurata tmexxija globali tar-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea fil-qasam ta' strateġiji alternattivi għall-ittestjar, partikolarment metodi fejn ma jsirx użu minn annimali.

L-attivitajiet li ser jiġu indirizzati, li jinkludu r-riċerka essenzjali għar-rekwiżiti tal-politika, huma stabbiliti hawn taħt. L-aġendi ta' riċerka fit-tul bħal dawk stabbiliti mill-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, bħal dik dwar il-mediċini innovattivi, ser jiġu appoġġati fejn relevanti. Sabiex jingħata rispons għall-ħtiġijiet ta' politika ġodda, jistgħu jiġu appoġġati azzjonijiet addizzjonali, bħal l-oqsma ta' kwistjonijiet ta' politika tas-saħħa u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Il-kwistjonijiet strateġiċi dwar is-saħħa tat-tfal u l-mard pedjatriku kif ukoll dwar is-saħħa tal-popolazzjoni li qed tixjieħ ser jirċievu attenzjoni speċifika u ser jitqiesu kull meta jkun xieraq fl-attivitajiet kollha ta' din it-tema.

Il-kwistjonijiet etiċi, legali u soċjo-ekonomiċi ser jiġu ttrattati f'kull waħda mill-attivitajiet li ġejjin.

Attivitajiet

· Il-bijoteknoloġija, l-għodod ġeneriċi u t-teknoloġiji mediċi għas-saħħa tal-bniedem

–  Riċerka b'volum kbir: sabiex jiġi kkatalizzat il-progress fil-ġenomika fundamentali (ġenoma u post-ġenoma) u r-riċerka bijomedika billi jissaħħu l-ġenerazzjoni, l-istandardizzar, il-ksib u l-analiżi tad-data.

–  L-iskoperta, id-dijanjosi u l-monitoraġġ: b'enfasi fuq approċċi u teknoloġiji li m'humiex invażivi jew invażivi b'mod minimu bħal għodod ġodda ta' prevenzjoni għall-mediċina riġenerattiva (p.e. permezz ta' immaġni u dijanjosi molekulari).

–  Il-previżjoni ta' l-idoneità, is-sigurtà u l-effikaċja tat-terapiji: sabiex jiġu żviluppati u vvalidati indikaturi bijoloġiċi, metodi u mudelli in vivo u in vitro, inklużi s-simulazzjoni, il-farmakoġenomika, strateġiji ta' mira u kunsinna u alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali.

–  Approċċi u interventi terapewtiċi innovattivi: sabiex jiġu riċerkati, ikkonsolidati u żgurati aktar żviluppi fit-terapiji u t-teknoloġiji avvanzati li għandhom potenzjal li jiġu applikati għal għadd ta' mardiet u disturbi bħal għodod terapewtiċi ġodda għall-mediċina reġenerattiva.

· It-traspożizzjoni tar-riċerka għas-saħħa tal-bniedem

–  L-integrazzjoni ta' data u proċessi bijoloġiċi - il-ġbir ta' data fuq skala wiesgħa, il-bijoloġija tas-sistemi (inkluż l-immodellar ta' sistemi kumplessi): sabiex jiġi ġġenerat u analizzat il-volum vast ta' data li huwa meħtieġ sabiex jiġu mifhuma aħjar in-networks regolatorji kumplessi ta' eluf ta' ġeni u prodotti ta' ġeni li jikkontrollaw proċessi bijoloġiċi importanti fl-organiżmi relevanti kollha u fil-livelli kollha ta' organizzazzjoni.

–  Ir-riċerka fuq il-moħħ u fuq mard relatat mal-moħħ, l-iżvilupp uman u l-proċess tax-xjuħija: ssabiex jiġi esplorat il-proċess tax-xjuħija sana, u l-mod kif il-ġeni u l-ambjent jinteraġixxu ma' l-attività tal-moħħ, sew f'kondizzjonijiet normali kif ukoll fil-mard tal-moħħ u f'mard relevanti relatat max-xjuħija (p.e. id-demenzja).

–  Riċerka traspożizzjonali fil-mard infettiv: sabiex jiġu ndirizzati r-reżistenza kontra l-mediċinali, it-theddidiet globali ta' l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi kif ukoll l-Epatite u epidemiji potenzjalment ġodda u emerġenti mill-ġdid (eż SARS u l-influwenza patoġenika qawwija).

–  Riċerka traspożizzjonali fil-mardiet prinċipali- kanċer, mard kardjovaskulari, id-dijabete/obesità; mard rari; mard kroniku ieħor inkluż l-artrite, il-mard rewmatiku u dak muskolo-skeletriku u mard respiratorju inkluż dak ikkawżat minn allerġiji: sabiex jiġu żviluppati strateġiji orjentati lejn il-pazjent, mill-prevenzjoni sad-dijanjożi b'enfażi partikolari fuq it-trattament, inkluża r-riċerka klinika u l-użu ta' ingredjenti attivi. Ser jittieħed kont ta' aspetti tal-mediċina palljattiva.

· L-ottimizzazzjoni ta' l-għoti tal-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej

–  It-traspożizzjoni tar-riżultati kliniċi fil-prassi klinika: sabiex tinħoloq bażi ta' għerf għal teħid ta' deċiżjonijiet kliniċi u sabiex tiġi indirizzata l-mod kif ir-riżultati tar-riċerka klinika jiġu trasposti fil-prassi klinika, u speċjalment fl-indirizz tas-sigurtà tal-pazjent u l-użu aħjar tal-mediċini (inklużi xi aspetti ta' viġilanza farmakoloġika u ta' mediċini alternattivi u komplementari ttestjati xjentifikament) kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi tat-tfal, in-nisa u l-popolazzjoni tax-xjuħ.

–  Il-kwalità, l-effiċjenza u s-solidarjetà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, inklużi sistemi tal-kura tas-saħħa transizzjonali u strateġiji għal kura fid-dar: sabiex l-interventi effettivi jiġu kkonvertiti f'deċiżjonijiet maniġerjali, sabiex jiġu vvalutati l-ispiża, l-effiċjenza u l-benefiċċji ta' interventi differenti inkluż fir-rigward tas-sigurtà tal-pazjent, sabiex jiġu definiti l-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet għall-forniment adegwat ta' riżorsi umani, sabiex jiġu analizzati l-fatturi li jinfluwenzaw l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja (anke minn gruppi żvantaġġati), inkluża l-analiżi tat-tibdiliet fil-popolazzjoni (p.e. il-proċess tax-xjuħija, il-mobbiltà u l-migrazzjoni, u t-tibdiliet fil-post tax-xogħol).

–  Titjib fil-prevenzjoni tal-mard u fl-użu aħjar tal-mediċini: sabiex jiġu żviluppati interventi effiċjenti fil-qasam tas-saħħa pubblika li jindirizzaw id-determinanti usa' tas-saħħa (bħall-istress, id-dieta, stili ta' ħajja jew fatturi marbutin ma' l-istili ta' ħajja jew l-ambjent u l-interazzjoni tagħhom mal-medikazzjoni); sabiex jiġu identifikati interventi li rnexxew f'kuntesti differenti tal-kura tas-saħħa għat-titjib tal-preskrizzjoni tal-mediċini u ta' l-użu tagħhom min-naħa tal-pazjenti (inklużi aspetti tal-farmakoviġilanza u interazzjonijiet ta' mediċini).

–  Użu xieraq ta' terapiji u teknoloġiji ġodda tas-saħħa: valutazzjoni tas-sigurtà u ta' l-effikaċja fit-tul u l-monitoraġġ ta' l-użu fuq skala wiesgħa ta' teknoloġiji mediċi ġodda (inkluż it-tagħmir) u ta' terapiji avvanzati sabiex ikun żgurat livell għoli ta' ħarsien u benefiċċju għas-saħħa pubblika.

2.  L-Ikel, l-Agrikultura u s-Sajd u l-Bijoteknoloġija

Objettiv

Il-bini ta' bijo-ekonomija msejsa fuq l-Għerf(20) billi jinġiebu flimkien ix-xjenza, l-industrija u oħrajn li għandhom interess, sabiex jiġu sfruttati l-opportunitajiet ġodda u emerġenti ta' riċerka li jindirizzaw l-isfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi: it-talba dejjem tikber għal ikel aktar sigur, ta' ġid għas-saħħa u ta' kwalità ogħla, kif ukoll għall-użu u l-produzzjoni sostenibbli ta' bijo-riżorsi rinnovabbli; ir-riskju li qed jiżdied ta' mard epiżotiku u żoonotiku u disturbi relatati ma' l-ikel; theddidiet għas-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-produzzjoni agrikola, ta' l-akkwakultura u tas-sajd; u t-talba dejjem tikber għal ikel ta' kwalità għolja, b'kont meħud tal-ħarsien ta' l-annimali u tal-kuntesti rurali u tal-kosta u rispons għall-bżonnijiet djetetiċi speċifiċi tal-konsumaturi.

Motivazzjoni

L-innovazzjonijiet u l-progress fl-għerf dwar l-immaniġġar sostenibbli, il-produzzjoni u l-użu tar-riżorsi bijoloġiċi (mikro-organiżmi, pjanti, annimali), sejrin jipprovdu l-bażi għal prodotti ġodda, sostenibbli, siguri, eko-effiċjenti u kompettittivi fl-agrikoltura, is-sajd, l-għalf, l-ikel, is-saħħa, il-koltivazzjoni tal-foresti u l-industriji relatati. Konformement ma' l-istrateġija Ewropea fix-xjenzi tal-ħajja u fil-bijoteknoloġija(21), dan se jgħin sabiex tikber il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej tata' l-agrikoltura u l-bijoteknoloġija, u taż-żrieragħ u ta' l-ikel, b'mod partikolari l-SMEs ta' teknoloġija avvanzata, filwaqt li jtejbu l-ħarsien u l-benessri soċjali.

Ir-riċerka dwar is-sigurtà fl-ikel u tal-katini alimentari, il-mardiet marbuta mad-dieta, l-għażliet ta' l-ikel u l-impatt ta' l-ikel u n-nutriment fuq is-saħħa ser tgħin fil-ġlieda kontra d-disturbi relatati ma' l-ikel (p.e. l-obeżità, l-allerġiji) u l-mard infettiv (p.e. enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli, influwenza avjarja), filwaqt li tagħti kontribut importanti lill-implimentazzjoni ta' linji politiċi u regolamenti eżistenti u lit-tfassil ta' dawk tal-ġejjieni fl-oqsma tas-saħħa pubblika, ta' l-annimali u tal-pjanti u l-protezzjoni tal-konsumatur.

Id-diversità u prinċipalment id-daqs żgħir ta' l-industriji Ewropej f'dawn l-oqsma, filwaqt li huma wieħed mill-vantaġġi ta' l-Ewropa u huma opportunità, iwasslu sabiex problemi simili jiġu ttrattati b'mod frammentat. Dawn jiġu ttrattati aħjar li kieku jkun hemm aktar kollaborazzjoni u qsim tal-kompetenzi, per eżempju dwar metodoloġiji, teknoloġiji, proċessi u standards ġodda li jirriżultaw mit-tibdil fil-leġislazzjoni Ewropea.

Bosta Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta' prijoritajiet komuni għar-riċerka, f'oqsma bħall-ġenomika u l-bijoteknoloġija tal-pjanti, il-foresterija u l-industriji bbażati fuq il-foresti, is-saħħa globali ta' l-annimali, it-trobbija ta' l-annimali fl-agrikoltura, u l-bijoteknoloġija alimentari u industrijali. Ir-riċerka li ssir ser tipprovdi wkoll il-bażi ta' l-għerf meħtieġa sabiex tappoġġal-Politika Agrikola Komuni u l-Istrateġija Ewropea għall-Foresti; kwistjonijiet dwar l-agrikoltura u l-kummerċ; aspetti ta' sigurtà ta' organiżmi modifikati ġenetikament ("OMĠ"); regolamenti dwar is-sigurtà ta' l-ikel; standards Komunitarji dwar is-saħħa, il-kontroll tal-mard u l-ħarsien ta' l-annimali; u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd li għandha l-għan li tipprovdi l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u ta' l-akkwakultura u s-sigurtà tal-prodotti ta' l-ikel tal-baħar(22). Sabiex tiġi żgurata r-relevanza soċjali, huwa previst ukoll rispons flessibbli għal ħtiġijiet ta' politika ġodda, b'mod partikolari fir-rigward ta' riskji ġodda u xejriet u ħtiġijiet soċjali jew ekonomiċi ġodda.

Attivitajiet

· Il-produzzjoni u l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi mill-ambjent ta' l-art, tal-foresti u akkwatiċi: l-għanjnuna għar-riċerka, inkluża dik fit-teknoloġiji ta' l-'omika', bħall-ġenomika, il-proteomika, il-metabolomika, il-bijoloġija sistemika, it-teknoloġiji tal-bijoinformatika u konverġenza għall-mikro-organiżmi, il-pjanti u l-annimali, inkluża r-riċerka fuq l-isfruttament u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tagħhom.

Għar-riżorsi bijoloġiċi bbażati fuq l-art, ir-riċerka ser tiffoka fuq: il-fertilità tal-ħamrija, titjib fis-sistemi ta' l-uċuħ u l-produzzjoni fid-diversità kollha tagħhom, inklużi il-biedja organika, skemi ta' produzzjoni ta' kwalità u l-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' l-impatti ta' OMĠs fuq l-ambjent u l-bnedmin; is-saħħa tal-pjanti, l-agrikultura sostenibbli, kompetittiva u multifunzjonali, u foresterija; żvilupp rurali, saħħa u ħarsien, trobbija u produzzjoni ta' annimali; mard infettiv fl-annimali, inkluż studji epidemjoloġiċi, iż-żoonosi u l-mekkaniżmi patoġeniċi tagħhom, u mard marbut ma' l-għalf ta' l-annimali; theddid ieħor għas-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-produzzjoni ta' l-ikel, inkluż il-bidla fil-klima; ir-rimi sigur ta' l-iskart ta' l-annimali.

Għar-riżorsi bijoloġiċi minn ambjenti akkwatiċi, ir-riċerka ser tappoġġa s-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-sajd, ser tipprovdi l-bażi xjentifika u teknika tal-ġestjoni tas-sajd u tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli ta' l-akkwakultura, inkluż it-trobbija u l-ħarsien.

L-iżvilupp ta' għodod (inkluż għodod tat-TIK) meħtieġa minn dawk li jfasslu l-politika u atturi oħra f'oqsma bħall-agrikultura, is-sajd u l-akkwakultura, u l-iżvilupp rurali (prattika ta' landscaping, ta' maniġġar ta' l-art eċċ.); kuntesti soċjo-ekonomiċi u etiċi ta' produzzjoni.

· "Mill-furketta sar-razzett" – l-ikel (inkluż il-frott tal-baħar), is-saħħa u l-benessri: Aspetti ta' konsumaturi, ta' soċjetà, ta' kultura, industrijali u ta' saħħa kif ukoll aspetti tradizzjonali ta' l-ikel u l-għalf, inklużi xjenzi dwar l-imġiba u dawk konjittivi; nutrizzjoni, mard u disturbi relatati mad-dieta, inklużi obeżità u allerġiji fit-tfal u l-adulti; nutrizzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta' mard (inkluż għerf akbar dwar il-komposti u l-karatteristiċi li jġibu s-saħħa ta' l-ikel); teknoloġiji innovattivi ta' l-ipproċessar ta' l-ikel u l-għalf (inkluż pakkettar u teknoloġiji minn oqsma li ma għandhomx x'jaqsmu ma' l-ikel); kwalità u sigurtà mtejba, kemm kimika u bijoloġika, ta' l-ikel, xorb u għalf; metodoloġiji mtejba ta' assigurazzjoni ta' sigurtà ta' l-ikel; integrità (u kontroll) tal-katina ta' l-ikel; impatti ambjentali fiżiċi u bijoloġiċi fuq u ta' katini ta' l-ikel/l-għalf; impatt fuq u reżistenza tal-katina ta' l-ikel għall-bidliet globali; kunċett sħiħ tal-katina ta' l-ikel (inkluż ikel mill-baħar u materja prima u komponenti ta' ikel oħra); traċċabbiltà u l-iżvilupp ulterjuri tagħha; awtentiċità ta' l-ikel; żvilupp ta' ingredjenti u prodotti ġodda.

· Ix-xjenzi tal-ħajja, il-bijoteknoloġija u l-bijokimika għall-prodotti u proċessi mhux alimentari sostenibbli: uċuħ u riżorsi tal-foresta mtejba, għalf, prodotti u bijomassa mill-baħar (inklużi r-riżorsi mill-baħar) għall-prodotti ta' l-enerġija, l-ambjent, u ta' valur miżjud għoli bħalma huma l-materjali u s-sustanzi kimiċi (inklużi riżorsi bijoloġiċi li jistgħu jintużaw fl-industrija farmaċewtika u l-mediċina), inklużi l-innovazzjonijiet fis-sistemi tal-biedja, fil-bijo-proċessi u fil-kunċetti tal-bijo-raffinerija; bijo-kataliżi; mikro-organiżmi u enżimi ġodda u mtejba; prodotti u proċessi bbażati fuq il-foresterija u l-foresti; il-bijo-risanament ambjentali u l-bijo-proċessar aktar nadif, l-użu ta' skart agro-industrijali u prodotti sekondarji.

3.  It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni (TIK)

Objettiv

Sabiex titjieb il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u tgħin l-Ewropa sabiex tkun tista' tiddomina u ssawwar l-iżviluppi futuri tat-TIK sabiex tiġi sodisfatta d-domanda tas-soċjetà u l-ekonomija tagħha. It-TIK jinsabu fil-qalba tas-soċjetà bbażata fuq l-għerf. L-attivitajiet ser isaħħu l-bażi xjentifika u teknoloġika ta' l-Ewropa u jiżguraw li globalment tkun fuq quddiem nett fit-TIK, igħinu sabiex imexxu u jistimulaw l-innovazzjoni u l-kreattività tal-prodott, servizz u proċess permezz ta' l-użu tat-TIK u jiżguraw li l-progress fit-TIK jiġi trasformat malajr f'benefiċċji għaċ-ċittadini, l-azjendi, l-industrija u l-gvernijiet ta' l-Ewropa. Dawn l-attivitajiet ser jgħinu wkoll bies jitnaqqsu d-diviżjoni diġitali u l-esklużjoni soċjali.

Motivazzjoni

It-TIK huma ta' importanza kritika għall-ġejjieni ta' l-Ewropa. Huwa fondamentali għat-twettiq ta' l-aġenda ta' Lisbona. Għandhom impatt katalitiku fi tlitt oqsma ewlenin: produttività u innovazzjoni, modernizzazzjoni ta' servizzi pubbliċi u avvanzi fix-xjenza u teknoloġija. Nofs iż-żidiet fil-produttività fl-ekonomiji tagħna nafuhom lill-impatt tat-TIK fuq il-prodotti, is-servizzi, u l-proċessi fl-intrapriżi. It-TIK huma l-fattur ewlieni fl-għoti ta' l-ispinta lill-innovazzjoni u l-kreatività u fil-kontroll tal-bidla fil-katini ta' valur fis-setturi ta' l-industrija u s-servizzi.

It-TIK huma neċessarji sabiex nilqgħu għaż-żieda fid-domanda għall-kura tas-saħħa u għall-kura soċjali, partikolarment għal nies bi bżonnijiet speċjali inkluż il-popolazzjoni li qed tixjieħ sabiex jiġu mmodernizzati s-servizzi f'oqsma ta' interess pubbliku bħall-edukazzjoni, il-wirt kulturali, is-sigurtà, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent u sabiex tiġi promossa l-aċċessibbiltà u t-trasparenza fil-governanza u fil-proċessi ta żvilupp ta' linji politiċi. It-TIK għandhom rwol importanti fl-immaniġġar u l-komunikazzjoni ta" l-RTD u jservu bħala katalizzatur għall-avvanz f'oqsma oħra tat-teknoloġija u tax-xjenza billi jittrasformaw il-mod kif ir-riċerkaturi jmexxu r-riċerka tagħhom, jikkoperaw u joħolqu l-innovazzjonijiet.

Id-domandi ekonomiċi u soċjali dejjem jikbru, flimkien ma' l-integrazzjoni kontinwa tat-TIK u l-ħtieġa li jitwessgħu l-limiti tat-teknoloġija kif ukoll li jiġu żviluppati prodotti u servizzi innovattivi u ta' valur għoli bbażati fuq it-TIK jistabbilixxu aġenda dejjem tikber għar-riċerka. Sabiex it-teknoloġija titqarreb aktar lejn in-nies u lejn il-ħtiġijiet ta' l-organizzazzjonijiet ifisser: il-ħabi tal-kumplessità teknoloġika u l-iżvelar tal-funzjonalità meta mitluba; it-teknoloġija ssir funzjonali, sempliċi ħafna sabiex tintuża, disponibbli u abbordabbli; jiġu provduti applikazzjonijiet, soluzzjonijiet u servizzi ġodda bbażati fuq it-TIK, li jkunu fdati, affidabbli u adattabbli għall-kuntesti u l-preferenzi ta' l-utenti. Immexxija mit-talba għal iktar b'inqas, ir-riċerkaturi tat-TIK huma mdaħħla f'tellieqa globali li tiffoka fuq il-minjaturizzazzjoni, sabiex jaħkmu l-konverġenza tat-teknoloġiji ta' l-informatika, l-komunikazzjoni u l-media, inkluża aktar interoperabbiltà bejn is-sistemi u l-konverġenza ma' xjenzi u dixxiplini oħra relevanti, u sabiex jibnu sistemi li jkunu kapaċi jitgħallmu u jevolvu.

Minn dawn l-isforzi diversi nħolqot ġenerazzjoni ġdida ta' teknoloġiji. L-attivitajiet ta' riċerka fit-TIK ser jutilizzaw firxa usa' ta' dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi, inklużi x-xjenzi bijoloġiċi u dawk tal-ħajja, il-kimika, il-psikoloġija, il-pedagoġija, ix-xjenzi konjittivi u soċjali u l-umanistika.

Il-qasam tat-TIK huwa wieħed mis-setturi li fihom l-aktar li ssir ir-riċerka. L-isforz tar-riċerka fit-TIK, sew pubbliku kif ukoll privat, jirrappreżenta terz tar-riċerka kollha fl-ekonomiji ewlenin kollha. Minkejja li l-Ewropa f'xi oqsma ewlenin tat-TIK diġà qiegħda fuq quddiem nett fl-industrija u t-teknoloġija, tinsab lura wara l-kompetituri l-kbar tagħha fir-rigward ta' l-investiment fir-riċerka fit-TIK. Ikun biss jekk l-għaqda ta" l-isforzi tkun imġedda u iktar intensiva fuq il-livell Ewropew li nkunu kapaċi nagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet li jista' joffri l-progress fit-TIK. L-attività ta' riċerka tat-TIK bbażata fuq il-mudell ta' żvilupp 'sors miftuħ' qed tagħti prova ta' l-utilità tagħha bħala sors ta' innovazzjoni u ta' kollaborazzjoni dejjem tiżdied Ir-riżultati tar-riċerka fit-TIK jistgħu jieħdu toroq differenti fejn jiġu sfruttati u jwasslu għal diversi mudelli ta' negozju.

L-attivitajiet ta' riċerka fit-TIK se jkunu artikolati mill-qrib ma' l-azzjonijiet ta' politika fl-applikazzjoni tat-TIK u mal-miżuri regolatorji fi ħdan strateġija komprensiva u olistika. Ġew stabbiliti prijoritajiet wara li saru konsultazzjonijiet estensivi, li inkludew kontributi minn għadd ta' Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej u minn inizjattivi industrijali f'oqsma bħan-nano-elettronika, il-mikrosistemi, is-sistemi integrati, il-komunikazzjoni ċellulari u mingħajr fil, il-midja elettroniċi, il-fotonika, ir-robotika u s-software, is-servizzi u l-rids, inkluża il-Free, Libre and Open Source Software (FLOSS). Ser jittieħed kont ukoll ta' kwistjonijiet ta' sostenibbiltà, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-elettronika.

Attivitajiet

Ir-rwol tar-riċerka f'Teknolġiji Futuri u Emerġenti huwa partikolarment relevanti f'din it-tema sabiex tappoġġa r-riċerka fil-fruntiera ta' l-għerf f'TIK ewlenin, u fil-kombinazzjoni tagħhom ma' oqsma u dixxiplini relevanti oħra; sabiex jitrawmu ideat ġodda u użi radiklament ġodda u sabiex ikunu esplorati għażliet ġodda fir-roadmaps ta' riċerka tat-TIK, inkluż l-isfruttament ta' effetti quantum, l-integrazzjoni tas-sistemi u sistemi intelliġenti.

· Il-Pilastri tat-Teknoloġija TIK:

–  In-nano-elettronika, il-fotonika u s-sistemi mikro/nano integrati: li javvanzaw il-limiti tal-minjaturizzazzjoni, l-integrazzjoni, il-varjetà, il-ħażna u d-densità; iż-żieda fil-prestazzjoni u l-manifatturabbiltà b'anqas spiża; il-faċilitazzjoni ta' l-inkorporazzjoni tat-TIK f'firxa ta' applikazzjonijiet; punti ta' interazzjoni (interfaces); riċerka 'l fuq lejn l-oriġini li teħtieġ l-esplorazzjoni ta' kunċetti ġodda.

–  Networks ta' komunikazzjoni aċċessibbli minn kullimkien u ta' kapaċità bla limiti: aċċess minn kullimkien permezz ta' networks eteroġeni – networks fissi, mobbli, ta" mingħajr fil u tax-xandir li jifirxu miż-żona personali sa dik reġjonali u dik globali – li jippermettu t-twassil bla interruzzjoni ta' volumi dejjem akbar ta' data u servizzi f'kull post u f'kull ħin.

–  Sistemi integrati, computing u kontroll: sistemi u prodotti ta' computing, ħażna u komunikazzjoni qawwija, siguri u distribwiti, affidabbli u effiċjenti li huma integrati f'oġġetti u f'infrastrutturi fiżiċi li jistgħu jipperċepixxu, jikkontrollaw u jadattaw għall-ambjent tagħhom; interoperabbiltà ta' sistemi diskreti u kontinwi.

–  Software, Grids, sigurtà u affidabbiltà: software u servizzi dinamiċi, adattivi, affidabbli u fdati, pjattaformi għal software u servizzi, sistemi komplessi u arkitetturi ġodda ta' proċessar, inkluż il-provvista tagħhom bħala utilità.

–  Għerf, sistemi konjittivi u ta' tagħlim: sistemi semantiċi; il-qbid u l-isfruttament ta' l-għerf integrat fi ħdan il-kontenut tal-web u dak multimedjatiku; sistemi artifiċjali bijo-ispirati li jipperċepixxu, jifhmu, jitgħallmu u jevolvu, u jaġixxu b'mod awtonomu; it-tagħlim minn magni u bnedmin konvivjali, abbażi ta' fehim aħjar tal-konjizzjoni tal-bniedem.

–  Simulazzjoni, viżwalizzazzjoni, interazzjoni u realtajiet imħallta: għodod għall-proġettazzjoni innovattiva u għall-kreattività fil-prodotti, servizzi u media diġitali, u għall-interazzjoni u komunikazzjoni naturali, li jużaw il-lingwaġġ u li jkunu għonja fil-kuntest.

–  Perspettivi ġodda fit-TIK li jisiltu minn dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi oħra, inklużi l-kisbiet ta' l-għerf mill-matematika u l-fiżika, il-bijoteknoloġiji, ix-xjenzi tal-materjali u tal-ħajja, għall-minjaturizzazzjoni tat-tagħmir TIK għal daqsijiet li jippermettulhom il-kompattibiltà u l-interazzjoni ma' organiżmi ħajjin, sabiex jiżdiedu l-prestazzjoni u l-użu faċli ta' l-inġinerija sistemika u l-ipproċessar ta' l-informazzjoni, u għall-immudellar u s-simulazzjoni tad-dinja ħajja.

· L-Integrazzjoni tat-Teknoloġiji:

–  Ambjenti personali: il-komunikazzjoni personali u t-tagħmir, aċċessorji, apparat li jintlibes u impjanti ta' computing; il-punti ta' interazzjoni u l-interkonnessjonijiet tagħhom mas-servizzi u r-riżorsi.

–  Ambjenti domestiċi: il-komunikazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-għajnuna; l-inter-operabbiltà u l-użu bla interruzzjoni tat-tagħmir kollu; il-kontenut u s-servizzi diġitali interattivi.

–  Sistemi robotiċi: sistemi awtonomi avanzati; il-konjizzjoni, il-kontroll, il-ħiliet għall-azzjoni, l-interazzjoni u l-koperazzjoni naturali; il-minjaturizzazzjoni, it-teknoloġiji umanojdi.

–   infrastrutturi intelliġenti: għodod li jagħmlu l-infrastrutturi li huma ta' importanza kritika għall-ħajja ta' kuljum iktar effiċjenti u faċli sabiex jintużaw, eħfef f'dak li hu adattament u manutenzjoni, u aktar robusti fl-użu u li huma reżistenti għall-ħsarat.

· Ir-Riċerka dwar l-Applikazzjonijiet:

–  It-TIK li tindirizza l-isfidi tas-socjetà: sistemi ġodda, materjali, strutturi, teknoloġiji u servizzi ġodda fl-oqsma ta' interess pubbliku, li jtejbu l-kwalità, l-effiċjenza, l-aċċess u l-inklużività, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni diżabbli; applikazzjonijiet ta' użu faċli, l-integrazzjoni ta' teknoloġiji u inizjattivi ġodda bħall-għajxien domestiku megħjun (ambient assisted living).

   għas-saħħa, it-titjib tal-prevenzjoni tal-mard u d-disposizzjonijiet dwar il-kura tas-saħħa, djanjosi bikrija, trattament u personalizzazzjoni; l-awtonomija, is-sigurtà, il-monitoraġġ u l-mobbiltà tal-pazjenti; spazju ta' informazzjoni dwar is-saħħa għall-iskoperta u l-ġestjoni ta' l-għerf.
   it-titjib ta' l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni ugwali u l-prevenzjoni tal-firdiet diġitali; it-teknoloġija assistiva għall-anzjani u għall-persuni b'diżabbiltà; proġettazzjoni għal kulħadd (design-for-all).
   għall-mobbiltà; sistemi ta" trasport intelliġenti msejsa fuq it-TIK, vetturi u soluzzjonijiet ta' servizz intelliġenti għat-turiżmu li jippermettu ċ-ċaqliq tan-nies u l-merkanzija fis-sigurtà, b'mod ekoloġiku, fil-kumdità u b'mod effiċjenti.
   b'appoġġ għall-ambjent, għall-immaniġġar tar-riskju u għall-iżvilupp sostenibbli, sabiex tiġi pprevenuta jew titnaqqas il-vulnerabbiltà u jittaffew il-konsegwenzi ta' diżastri naturali, l-inċidenti industrijali u attivitajiet tal-bniedem relatati ma' l-iżvilupp ekonomiku.
   għall-gvernijiet f'kull livell: l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà, għal amministrazzjoni pubblika ta' klassi dinjija u rabtiet maċ-ċittadini u l-azjendi, b'appoġġ għad-demokrazija, waqt li jiġi permess l-aċċess għal informazzjoni għal kulħadd.

–  It-TIK għall-kontenut, il-kreatività u l-iżvilupp personali:

   mudelli ġodda tal-medja u forom ġodda ta' kontenut, inkluż id-divertiment; il-ħolqien ta' u aċċess għal kontenut diġitali interattiv; l-arrikkiment ta' l-esperjenzi ta' l-utenti; il-forniment effettiv fl-infiq tal-kontenut; ġestjoni ta' drittijiet diġitali; medja ibrida.
   tagħlim arrikkit bit-teknoloġija; soluzzjonijiet adattivi u kuntestwalizzati ta' tagħlim; tagħlim attiv.
   sistemi msjesa fuq it-TIK li jappoġġaw l-aċċessibbiltà u l-użu fuq tul ta' żmien tar-riżorsi u l-assi diġitali kulturali u xjentifiċi, f'ambjent multilingwistiku/ multikulturali u li jinkludi fir-rigward tal-wirt kulturali.

–  It-TIK fl-appoġġ għall-azjendi u l-industrija:

   forom ġodda ta' proċessi azjendali f'network, dinamiċi u koperattivi, eko-sistemi diġitali inkluż sabiex tingħata aktar setgħa lil organizzazzjonijiet u komunitajiet żgħar u ta' daqs medju; organizzazzjoni ottimizzata tax-xogħol u ambjenti tax-xogħol kollaborattivi, bħal kondiviżjoni ta' l-għerf u servizzi interattivi (p.e. għat-turiżmu).
   Il-manifattura inklużi l-industriji tradizzjonali: it-tfassil, il-produzzjoni u l-provvista rapidi u addattivi ta' oġġetti adattati sewwa għall-użu; il-produzzjoni diġitali u virtwali; għodod għall-immudellar, is-simulazzjoni, l-ottimizzazzjoni u l-preżentazzjoni; prodotti tat-TIK minjaturizzati u integrati;

–  It-TIK għall-fiduċja u l-kunfidenza: l-amministrazzjoni ta' l-identità; l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni; teknoloġiji li jtejbu l-privatezza; maniġġar tad-drittijiet u l-assi; protezzjoni mit-theddid informatiku, f'koordinazzjoni ma' temi oħra, b'mod partikulari t-tema ta' "Sigurtà".

4.  Nano-xjenzi, Nano-teknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji tal-Produzzjoni ġodda

Objettiv

It-titjib tal-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u l-ġenerazzjoni ta' għerf sabiex tiġi żgurata t-trasformazzjoni tagħha minn industrija li sserraħ primarjament fuq ir-riżorsi għal waħda li sserraħ primarjament fuq l-għerf, bil-ġenerazzjoni ta' bidliet gradwali fl-għerf u l-implimentazzjoni ta' għerf deċiżiv għal applikazzjonijiet ġodda f'salib it-toroq bejn teknoloġiji u dixxiplini differenti. Dan ikun ta' benefiċċju kemm għal industriji ġodda ta' teknoloġija għolja kif ukoll għal industriji tradizzjonali bbażati fuq l-għerf ta' valur iktar għoli, b'attenzjoni partikolari għad-disseminazzjoni xierqa ta' riżultati ta' RTD lill-SMEs. Dawn l-attivitajiet huma primarjament ikkonċernati li jippermettu teknoloġiji li għandhom impatt fuq is-setturi industrijali kollha u ħafna temi tas-Seba' Programm Kwadru oħra.

Motivazzjoni

Id-diffikultajiet li qed jiżdiedu li jaffetwaw ħafna attivitajiet industrijali ma jidhirx li baqgħu ristretti għas-setturi tradizzjonali li jserrħu l-aktar fuq ix-xogħol, imma bdew jinħassu wkoll f'setturi intermedji - li jikkostitwixxu l-punti qawwija stabbiliti ta' l-industrija Ewropea - u saħansitra f'xi setturi ta' teknoloġija avvanzata. Bażi industrijali b'saħħitha għandha tinżamm billi jissaħħaħ il-kontenut ta' l-għerf fl-industrija eżistenti kif ukoll billi tinbena, fl-Ewropa, industrija b'saħħitha, ibbażata fuq l-għerf u li sserraħ primarjament fuq l-għerf, waqt li ssir enfasi fuq l-isfruttament ta' riċerka bażika għal applikazzjonijiet industrijali. Dan ser jinkludi l-modernizzazzjoni tal-bażi ta' SMEs eżistenti u l-ħolqien u t-tkabbir sussegwenti ta' SMEs ġodda mmexxija mill-għerf permezz tad-disseminazzjoni ta' l-għerf u l-kompetenzi u permezz ta' programmi kollaborattivi.

Il-kompetittività ta' l-industrija fil-futur ser tiddipendi ħafna fuq in-nano-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tagħhom. L-RTD fin-nano-xjenzi u n-nano-teknologiji integrati minn diversi oqsma jista' jaċċelera t-trasformazzjoni ta' l-industrija Ewropea. L-UE għandha pożizzjoni rikonoxxuta ta' tmexxija f'oqsma bħan-nano-xjenzi, in-nano-teknoloġiji, il-materjali u t-teknoloġiji ta' produzzjoni, li għandha tissaħħaħ sabiex tiġi żgurata u mkabbra l-pożizzjoni ta' l-UE f'kuntest globali ta' kompetizzjoni qawwija.

Materjali bi proprjetajiet ġodda huma ċentrali għall-kompetittività futura ta' l-industrija Ewropea u l-bażi għal progress tekniku f'ħafna oqsma.

Prijoritajiet relevanti għall-industrija u l-integrazzjoni tagħhom għal applikazzjonijiet settorali jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' attivitajiet bħall-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej f'oqsma bħan-nano-elettronika, il-manifattura, il-ġenerazzjoni ta" ħolqien ta' l-enerġija, l-azzar, il-kimika, l-enerġija, l-industrija tat-trasport, il-kostruzzjoni, is-sigurtà industrijali, it-tessuti, iċ-ċeramika, l-industrija bbażata fuq il-foresti u n-nano-mediċina. Dan se jgħin sabiex jiġu stabbiliti prijoritajiet u miri komuni ta' riċerka. Barra minn hekk, b'risposta flessibbli għall-ħtiġijiet ta' politika ġodda li jirriżultaw matul ħajjet is-Seba' Programm Kwadru, ser jiġu indirizzati l-kwistjonijiet relevanti dwar il-politika, ir-regolamentazzjoni u l-istandardizzazzjoni, u l-impatt.

Attivitajiet

· Nano-xjenzi, Nano-teknoloġiji

–  Il-ġenerazzjoni ta' għerf ġdid dwar fenomeni li jiddipendu fuq interface u daqs; il-kontroll fuq skala nanometrika tal-proprjetajiet tal-materjali għal applikazzjonijiet ġodda; l-integrazzjoni fuq skala nanometrika ta' teknoloġiji inklużi monitoraġġ u sensing; il-proprjetajiet ta' assemblaġġ awtomatiku; in-nano-muturi; in-nano-magni u n-nano-sistemi; il-metodi u l-għodod għall-karatterizzazzjoni u l-manipulazzjoni fuq dimensjonijiet nanometriċi; nano-teknoloġiji u dawk ta' preċiżjoni għolja fil-kimika għall-manifattura ta' materjali u komponenti bażiċi; l-istudju u l-produzzjoni ta' komponenti nanometriċi preċiżi; l-impatt fuq is-sigurtà tal-bniedem, is-saħħa u l-ambjent; il-metroloġija, il-monitoraġġ u s-sensing, in-nomenklatura u l-istandards; l-esplorazzjoni ta' kunċetti u approċċi ġodda għal applikazzjonijiet settorali, inkluż l-integrazzjoni u l-konverġenza ta' teknoloġiji emerġenti. L-attivitajiet ser jinvestigaw ukoll l-impatt tan-nano-teknoloġija fuq is-soċjetà u r-relevanza tan-nano-xjenza u t-teknoloġija għas-soluzzjoni tal-problemi tas-soċjetà.

· Materjali

–  Il-ġenerazzjoni ta' għerf ġdid dwar materjali u superfiċji bi prestazzjoni għolja għal prodotti u proċessi ġodda kif ukoll għat-tiswija tagħhom; materjali msejsa fuq l-għerf, bi proprjetajiet imfassla apposta u bi prestazzjoni prevedibbli; disinn u simulazzjoni aktar affidabbli; mudellar tal-computing; kumplessità akbar; kompatibbiltà ambjentali; l-integrazzjoni ta' funzjonalità nano-mikro-makro fl-industriji tat-teknoloġija kimika u ta' l-ipproċessar tal-materjali; nano-materjali ġodda, inkluzi nano-komposti, bijo-materjali, u materjali ibridi, inkluż id-disinn u l-kontroll ta' l-ipproċessar, il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tagħhom.

· Produzzjoni Ġdida

–  Il-ħolqien ta' kondizzjonijiet u assi għall-produzzjoni sostenibbli li sserraħ primarjament fuq l-għerf, inkluż il-bini, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' mudelli ġodda li jirrispondu għal ħtiġijiet emerġenti ta' l-industrija u t-trawwim tal-modernizzazzjoni tal-bażi ta' l-industrija Ewropea; l-iżvilupp ta' assi ġeneriċi ta' produzzjoni għall-produzzjoni adattiva, msejsa fuq l-għerf, u fi ħdan network; l-iżvilupp ta' kunċetti ġodda fl-inġinerija li jisfruttaw il-konverġenza tat-teknoloġiji (per eżempju tekonololġiji nano, mikro, bijo, ġeo, info, ottiċi, konjittivi, flimkien mal-ħtiġijiet ta' l-inġinerija tagħhom) għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' prodotti u servizzi ġodda jew imġedda b'valur miżjud għoli, u l-adattament għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu; l-użu ta' teknoloġiji ta' produzzjoni ta' prestazzjoni għolja.

· Integrazzjoni tat-teknoloġiji għal applikazzjonijiet industrijali

–  L-integrazzjoni ta' għerf ġdid, nano- u mikro-teknoloġiji, materjali u produzzjoni f'applikazzjonijiet settorali jew trans-settorali, f'oqsma bħalma huma: is-saħħa, l-ikel, il-kostruzzjoni u l-bini, it-trasport, l-enerġija, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-kimika, l-ambjent, it-tessuti u l-ħwejjeġ, iż-żraben, l-industrija bbażata fuq il-foresti, l-azzar, l-inġinerija mekkanika.

5.  Enerġija

Objettiv

L-adattament tas-sistema attwali ta' enerġija f'waħda iktar sostenibbli, inqas dipendenti fuq il-karburanti importati u bbażat fuq taħlita varja ta' sorsi ta' enerġija, b'mod partikolari dawk rinnovabbli, it-trasportaturi ta' l-enerġija u s-sorsi li ma jniġġsux; it-tisħiħ ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, inkluż permezz ta' razzjonalizzazzjoni ta' l-użu u l-ħażna ta' l-enerġija; l-indirizzar ta' l-isfidi urġenti tas-sigurtà tal-provvista u l-bidla fil-klima, filwaqt li tiżdied il-kompetittività ta' l-industriji ta' l-Ewropa.

Motivazzjoni

Is-sistemi ta' l-enerġija għandhom quddiemhom sfidi kbar. Hemm bżonn urġentement li jiġu identifikati u żviluppati soluzzjonijiet adegwati u f'waqthom fid-dawl tat-tendenzi allarmanti fit-talba globali għall-enerġija, tan-natura limitata tar-riżervi konvenzjonali taż-żejt u l-ġass naturali u tal-bżonn li jitrażżnu drammatikament l-emissjonjiet tal-gassijiet serra bil-għan li jittaffew il-konsegwenzi devastanti tal-bidla fil-klima, tal-volatilità danneġġanti tal-prezzijiet taż-żejt (b'mod partikolari għas-settur tat-trasport, li jiddipendi ħafna fuq iż-żejt) u ta' l-instabbiltà ġeopolitika tar-reġjuni fornituri. Ir-riċerka dwar l-enerġija hija kontribut importanti biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini u l-industriji tagħna jkunu jistgħu jlaħħqu ma' l-ispiża għall-enerġija. Ir-riċerka u d-dimostrazzjoni huma meħtieġa sabiex jiġu pprovduti t-teknoloġiji u l-miżuri l-iktar sodi mill-aspett ambjentali u effettivi fin-nefqa, b'tali mod li l-Ewropa tkun tista' tilħaq il-miri tagħha skond il-Protokoll ta' Kyoto u lil hinn minnu, u sabiex twettaq l-impenji li ħadet fil-politika ta' l-enerġija tagħha, kif deskritti fil-Green Paper ta' l-2000 dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija(23), il-Green Paper ta' l-2005 dwar l-Effiċjenza ta' l-Enerġija(24) u l-Green Paper ta' l-2006 dwar strateġija Ewropea għall-enerġija sostenibbli, kompetittiva u sigura(25).

L-Ewropa żviluppat pożizzjoni ta' tmexxija dinjija f'għadd ta' teknoloġiji għall-ġenerazzjoni u l-effiċjenza ta' l-enerġija. Hija l-pijuniera fit-teknoloġiji moderni ta' l-enerġija rinnovabbli, bħall-enerġija mix-xemx, bijo-enerġija u l-enerġija mir-riħ. L-UE hija wkoll kompetitriċi dinjija fit-teknoloġiji tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija, u għandha kapaċità qawwija ta' riċerka fil-qasam tal-qbid u l-iżolament tal-karbonju. Madankollu, dawn il-pożizzjonijiet issa qed jiffaċċaw kompetizzjoni serja (b'mod partikolari mill-USA u l-Ġappun). Għalhekk l-Ewropa għandha żżomm u tiżviluppa l-pożizzjoni ta' tmexxija tagħha li teħtieġ sforzi sostanzjali u kollaborazzjoni internazzjonali.

It-trasformazzjoni radikali tas-sistema ta' l-enerġija f'sistema ta' l-enerġija li temetti inqas jew l-ebda CO2, affidabbli, kompetittiva u sostenibbli tirrikjedi teknoloġiji ġodda u materjali ġodda li jġorru magħhom riskji li huma kbar wisq u li l-qligħ huwa wisq inċert sabiex l-azjendi privati jipprovdu l-investiment kollu meħtieġ għar-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku għandu jkollu rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni ta' l-investiment privat u l-isforzi u r-riżorsi Ewropej għandhom jiġu magħquda flimkien b'mod iktar koerenti u effettiv, sabiex jikkompetu ma' l-ekonomiji li qed jinvestu ħafna u b'mod konsistenti f'teknoloġiji simili. Il pjattaformi teknoloġiċi Ewropej għandhom rwol importanti f'dan ir-rigward, billi jimmobilizzaw l-isforz ta' riċerka meħtieġ b'mod koordinat. L-attivitajiet sabiex jilħqu dan l-objettiv huma nmiżżla hawn taħt. Iżjed effiċjenza fis-sistema kollha ta' l-enerġija, mis-sors sa l-utent, hija essenzjali u l-bażi tat-Tema ta' l-Enerġija kollha. Minħabba l-kontribut importanti tagħhom għal sistemi ta' l-enerġija sostenibbli, dawk li jiġġeddu u l-effiċjenza ta' l-enerġija għall-użu aħħari fil-futur ser ikunu l-elementi prinċipali ta' din it-Tema. Ser tingħata attenzjoni partikolari fejn l-istimulazzjoni ta' riċerka, żvilupp u demostrazzjoni u promozzjoni tal-bini ta' kapaċità f'dan il-qasam. F'dan ir-rigward se jiġu sfruttati b'mod sħiħ sinerġiji mal-komponent tal-Programm ta' "Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa" tal-Programm ta' Qafas dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni. Il-potenzjal għal inizjattivi futuri fuq skala kbira li jintegraw finanzjament minn diversi sorsi (eżempju JTI) ser jiġi esplorat ukoll.

Hija inkluża attività speċifika dwar l-għerf fit-tfassil ta' politika dwar l-enerġija, attività li tista' toffri appoġġ ukoll għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jirriżultaw, per eżempju fir-rigward tar-rwol tal-politika Ewropea dwar l-enerġija fl-iżviluppi ta' l-azzjonijiet internazzjonali relatati mal-bidla fil-klima, u l-instabbilitajiet jew id-disturbi fil-provvista u fil-prezz ta' l-enerġija.

Attivitajiet

· Idroġenu u fuel cells

Azzjoni integrata sabiex tipprovdi pedament teknoloġiku sod għal industriji kompetittivi ta' l-UE fl-oqsma ta' fuel cells u l-idroġenu, għal applikazzjonijiet fissi, li jinġarru u għat-trasport. Il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea għall-Idroġenu u għall-Fuel Cells tikkontribwixxi għal din l-attività billi tipproponi strateġija integrata għar-riċerka u l-implimentazzjoni.

· Ġenerazzjoni ta' elettriku rinnovabbli

Teknoloġiji sabiex tiżdied l-effiċjenza ġenerali tal-konverżjoni, l-effiċjenza fl-ispiża u affidabbiltà, li tnaqqas in-nefqa fuq il-produzzjoni ta' l-elettriku minn sorsi ta' l-enerġija indiġeni u rinnovabbli, inkluż l-iskart, u l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji adatti għal kondizzjonijiet reġjonali differenti.

· Produzzjoni ta' karburant rinnovabbli

Sistemi integrati għall-produzzjoni ta' karburant u teknoloġiji ta' konverżjoni: sabiex jiġi żviluppat u mnaqqas il-kost unitarju ta' karburanti solidi, likwidi u f'forma ta' gass (inkluż l-idroġenu) prodotti minn għejun ta' l-enerġija rinnovabbli inkluż il-bijomassa u l-iskart, bil-għan ta' produzzjoni, ħażna, distribuzzjoni u użu effettiv fl-infiq ta' karburanti li huma newtri fir-rigward tal-karbonju, b'mod partikolari il-bijo-karburanti għall-użu fit-trasport u l-ġenerazzjoni ta' l-elettriku.

· Enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji u apparat inklużi teknoloġiji ta' ħażna sabiex tiżdied l-effiċjenza u tonqos in-nefqa fuq it-tisħin u t-tkessiħ attiv u passiv minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, b'tali mod li jiġi żgurat l-użu tagħhom f'kondizzjonijiet reġjonali differenti fejn jista' jiġi identifikat potenzjal suffiċjenti.

· Teknoloġiji għall-ġbir u l-ħażna tas-CO2 għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija mingħajr emissjonijiet

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji sabiex jitnaqqas drastikament l-impatt ambjentali ta' l-użu tal-karburanti fossili bil-għan li jkun hemm impjanti ta' ġenerazzjoni ta' l-enerġija u/jew is-sħana b'effiċenza għolja u effettivi fl-infiq li jqarrbu lejn l-assenza sħiħa ta' emissjonijiet, ibbażati fuq teknoloġiji għall-ġbir u l-ħażna tas- CO2 b'mod partikolari l-ħażna taħt l-art.

· Teknoloġiji nodfa tal-faħam

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji sabiex jittejbu sostanzjalment l-effiċjenza, l-affidabbiltà u n-nefqa ta' l-impjanti, permezz ta' l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa ta' konverżjoni, inklużi proċessi kimiċi, tal-faħam u karburanti solidi oħra, li jipproduċu wkoll ġarriera sekondarji ta' l-enerġija (inkluż l-idroġenu) u karburanti likwidi jew f'forma ta' gass. L-attivitajiet ser ikunu marbuta skond il-każ ma' teknoloġiji għall-qbid u l-ħażna tas- CO2 jew ma' l-użu konġunt tal-bijomassa.

· Networks intelliġenti ta' l-enerġija

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni dwar kif tiżdied l-effiċjenza, is-sigurtà, l-affidabbiltà u l-kwalità tas-sistemi Ewropej ta' l-elettriku u tal-gass u tan-networks b'mod partikolari fil-kuntest ta' suq Ewropew ta' l-enerġija iktar integrat p. eż. permezz tat-trasformazzjoni tas-sistema ta' distribuzzjoni ta' l-elettriku attwali f'network interattiv (klijenti/operaturi) ta' servizz, permezz ta' l-iżvilupp ta' għażliet għall-ħażna ta' l-enerġija u tat-tneħħija ta' l-ostakoli għall-implimentazzjoni fuq skala kbira u l-integrazzjoni effettiva ta' sorsi ta' l-enerġija distribwiti u rinnovabbli.

· L-effiċjenza u l-ekonomija fl-użu ta' l-enerġija

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' kunċetti ġodda, ottimizzazzjoni ta' kunċetti u teknoloġiji ppruvati sabiex jittejbu l-effiċjenza enerġetika u sabiex jippermettu aktar ekonomija fuq il-konsum aħħari u primarju ta' l-enerġija tul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom, għall-bini (inkluż fid-dawl), it-trasport, is-servizzi u l-industrija. Dan jinkludi l-integrazzjoni ta' l-istrateġiji u t-teknoloġiji għall-effiċjenza enerġetika (inkluż ko- u poli-ġenerazzjoni), l-użu ta' teknoloġiji ta' l-enerġija ġodda u rinnovabbli u miżuri u apparat għall-ġestjoni tad-domanda għall-enerġija, u d-dimostrazzjoni ta' bini ta' impatt minimu fuq il-klima.

· Għerf għat-tfassil tal-politika dwar l-enerġija

L-iżvilupp ta' għodod, metodi u mudelli għall-valutazzjoni tal-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali ewlenin relatati mat-teknoloġiji ta' l-enerġija, u sabiex jipprovdu miri u xenarji kwantifikabbli għall-perjodu medju u fit-tul (inkluż l-għoti ta' appoġġ xjentifiku għall-iżvilupp tal-politika).

6.  Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)Objettiv

L-immaniġġar sostenibbli ta' l-ambjent u r-riżorsi tiegħu permezz ta' l-avvanz fl-għerf dwar l-interazzjonijiet bejn il-klima, il-bijosfera, l-ekosistemi u l-attivitajiet tal-bniedem, u l-iżvilupp ta' teknoloġiji, għodod u servizzi ġodda sabiex il-kwistjonijiet globali ta' l-ambjent jiġu indirizzati b'mod integrat. Ser issir enfasi fuq it-tbassir tat-tibdil fil-klima, l-ekoloġija u s-sistemi ta' l-art u ta' l-oċeani; fuq għodod u teknoloġiji għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-adattament tal-pressjonijiet u r-riskji ambjentali inklużi riskji għas-saħħa, u għodod u teknoloġiji għas-sostenibbiltà ta' l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem.

Motivazzjoni

Il-problemi ambjentali jmorru 'l hinn mill-fruntieri nazzjonali, u jeħtieġu approċċ koordinat fil-livell pan-Ewropew u, ħafna drabi, saħansitra fuq livell globali. Ir-riżorsi naturali tad-dinja u l-ambjent magħmul mill-bniedem jinsabu taħt pressjoni qawwija mill-popolazzjoni li qed tikber, l-urbanizzazzjoni, il-kostruzzjoni, l-espansjoni kontinwa ta' l-agrikoltura, l-akwa-kultura, is-sajd, is-setturi tat-trasport u l-enerġija, kif ukoll mill-varjabbiltà tal-klima u ż-żieda fit-temperatura fuq skala lokali, reġjonali u globali. L-Ewropa jeħtiġilha tidħol f'relazzjoni sostenibbli ġdida ma' l-ambjent, filwaqt li ttejjeb il-kompetittività u ssaħħaħ l-industrija Ewropea. Fid-dawl ta' l-iskala, l-ambitu u l-livell għoli ta' kumplessità tar-riċerka ambjentali, jeħtieġ li jkun hemm koperazzjoni mifruxa ma' l-UE kollha sabiex tinkiseb il-massa kritika. Din ser tiffaċilita l-ippjanar komuni, l-użu ta' databases konnessi u inter-operabbli, u l-iżvilupp ta' sistemi ta' osservazzjoni u previżjoni koerenti u fuq skala kbira. Ir-riċerka għandha tindirizza l-ħtieġa għal ġestjoni ta' data u s-servizzi ta' informazzjoni u l-problemi dwar trasferiment, integrazzjoni u mapping ta' data.

Jeħtieġ li ssir riċerka fil-livell ta' l-UE għall-implimentazzjoni ta' l-impenji internazzjonali bħalma huma l-Konvenzjoni Kwadru tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCC) u l-protokoll ta' Kyoto tagħha, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, il-Konvenzjoni tan-NU għall-Ġlieda kontra d-Desertifikazzjoni, il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Sustanzi Orġaniċi Persistenti li Jniġġsu, l-objettivi tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2002, inkluż l-Inizjatttiva ta' l-UE dwar l-Ilma, u l-kontributi lill-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima u l-inizjattiva dwar l-Osservazzjoni tad-Dinja.

Barra minn hekk hemm ħtiġijiet ta' riċerka sinifikanti li jirriżultaw mil-linji politiċi eżistenti u emerġenti fil-livell ta' l-UE, l-implimentazzjoni tas-Sitt Pjan ta' Azzjoni Ambjentali u strateġiji tematiċi assoċjati (p. eż. l-istrateġija ta' l-UE dwar il-baħar), il-pjanijiet ta' azzjoni, il-programmi u d-direttivi dwar it-Teknoloġiji Ambjentali u l-Ambjent u s-Saħħa, id-Direttiva Kwadru dwar l-Ilma u NATURA 2000.

L-UE jeħtiġilha ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fit-teknoloġiji ambjentali fis-swieq dinjija. Dawn it-teknoloġiji jikkontribwixxu għal konsum u produzzjoni sostenibbli, billi jgħinu sabiex jinkiseb tkabbir sostenibbli, billi jipprovdu soluzzjonijiet eko-effiċjenti għall-problemi ambjentali fuq skali differenti, filwaqt li jipproteġu l-wirt kulturali u naturali tagħna. Il-ħtiġijiet ambjentali jaħdmu bħala stimulu għall-innovazzjoni u jistgħu joħolqu opportunitajiet kummerċjali u kompetittività akbar filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw futur aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li jmiss. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej dwar il-provvista ta' l-ilma, s-sanità u l-kimika sostenibbli jikkonfermaw il-ħtieġa li tittieħed azzjoni fuq il-livell ta' l-UE, u l-aġendi ta' riċerka tagħhom huma meqjusa fl-attivitajiet ta' hawn taħt. Pjattaformi oħra (p. eż. dwar il-kostruzzjoni u l-forestrija) parzjalment jittrattaw kwistjonijiet ta' teknoloġija ambjentali, u qed jitqiesu wkoll. Il-kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi jinfluwenzaw partikolarment b'mod qawwi l-iżvilupp ta' teknoloġiji ambjentali u l-introduzzjoni tagħhom fuq is-suq u l-applikazzjoni sussegwenti tagħhom, kif inhu l-każ, per eżempju, fl-immaniġġar tar-riżorsi ta' l-ilma. L-attivitajiet għandhom jikkunsidraw l-aspetti soċjo-ekonomiċi ta' linji politiċi u żviluppi teknoloġiċi, kull meta relevanti għas-suġġett.

Hawn taħt qed tiġi elenkata sensiela ta' attivitajiet(26), li ħafna minnhom huma ta' relevanza diretta għall-ħtiġijiet tal-politika. Madankollu, appoġġ addizzjonali jista' jingħata lil ħtiġijiet ġodda ta' politika li jirriżultaw, per eżempju rigward valutazzjonijiet ta' l-impatt fuq is-sostenibbiltà tal-linji politiċi ta' l-UE; is-segwitu għall-azzjoni ta' wara Kyoto dwar il-didla fil-klima; u oqsma ġodda tal-politika ambjentali bħalma huma dawk fl-Istrateġija Ewropea dwar il-Ħamrija u li għandhom x'jaqsmu mal-politika, l-istandards u r-regolamenti marittimi.

Attivitajiet

· Bidla fil-klima, tniġġis u riskji

Pressjonijiet fuq l-ambjent u l-klima: funzjonament tal-klima u tas-sistema terrestri u tal-baħar inklużi r-reġjuni polari; miżuri ta' adattament u ta' mitigazzjoni; tniġġis fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma; bidliet fil-kompożizzjoni ta' l-atmosfera u fiċ-ċiklu ta' l-ilma; interazzjonijiet globali u reġjonali bejn il-klima u l-atmosfera, wiċċ l-art, is-silġ u l-oċean; u impatti fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-effetti taż-żieda fil-livell tal-baħar fuq żoni kostali u impatti fuq żoni partikolarment sensittivi.

–  Ambjent u saħħa: interazzjoni bejn il-fatturi ta' stress ambjentali u s-saħħa tal-bniedem, inkluż l-identifikazzjoni ta' għejun, ir-riċerka dwar bijomonitoraġġ għas-saħħa relatata ma' l-ambjent, il-kwalità ta' l-arja ta' ġewwa u r-rabtiet ma' l-ambjent ta' ġewwa, ambjent urban, emissjonijiet mill-karozzi u impatt u fatturi ta' riskju emerġenti; metodi integrati ta' valutazzjoni tar-riskji għal sustanzi perikolużi, inkluż l-alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali; kwantifikazzjoni u analiżi ta' kost-benefiċċju tar-riskji ambjentali għas-saħħa u indikaturi għal strateġiji ta' prevenzjoni.

–  Perikli naturali: titjib tal-previżjoni u l-perikli integrati, - il-vulnerabbiltà - u l-valutazzjonijiet tar-riskji ta' diżastri relatati ma' perikli ġeoloġiċi (bħalma huma t-terremoti, il-vulkani, it-tsunami) u l-klima (bħalma huma t-tempesti, in-nixfa, l-għargħar, in-nirien tal-foresti, iċ-ċediment ta' l-art, il-valangi u avvenimenti estremi oħra) u l-impatt tagħhom; żvilupp ta' sistemi tat-twissija bikrija u titjib ta' l-istrateġiji ta' prevenzjoni, mitigazzjoni u mmaniġġar, ukoll fi ħdan approċċ li jindirizza numru ta" riskji.

–  · L-Immaniġġar Sostenibbli tar-Riżorsi

Il-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi naturali u dawk magħmula mill-bniedem u l-bijodiversità: ekosistemi; l-immaniġġar tar-riżorsi ta' l-ilma; l-immaniġġar u l-prevenzjoni ta' l-iskart; il-protezzjoni u l-immaniġġar tal-bijodiversità, inkluż il-kontroll ta' speċijiet aljeni invażivi, il-protezzjoni tal-ħamrija, ta' qiegħ il-baħar, tal-laguni u taż-żoni kostali, approċċi kontra d-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni ta' l-art, il-preservazzjoni tal-pajsaġġ; l-użu u l-immaniġġar sostenibbli tal-foresti; l-immaniġġar sostenibbli u l-ippjanar ta' l-ambjent urban, inkluż żoni post-industrijalizzati; is-servizzi ta' ġestjoni ta' data u ta' l-informazzjoni; il-valutazzjoni u l-antiċipazzjoni fir-rigward ta' proċessi naturali.

–  L-immaniġġar ta' l-ambjenti ta' l-ibħra: impatti ta' l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent tal-baħar u r-riżorsi tiegħu; it-tniġġis u l-ewtrofikazzjoni f'ibħra reġjonali u żoni kostali; l-ekosistemi tal-baħar fond; il-valutazzjoni tat-tendenzi fil-bijodiversità fl-ibħra, tal-proċessi fl-ekosistemi u taċ-ċirkolazzjoni oċeanika; il-ġeoloġija ta' qiegħ il-baħar; żvilupp ta' strateġiji, kunċetti u għodod għal użu sostenibbli ta' l-oċean u r-riżorsi tiegħu.

–  · Teknoloġiji Ambjentali

Teknoloġiji ambjentali għall-osservazzjoni, is-simulazzjoni, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni, l-adattament, ir-rimedjar u r-restawr ta' l-ambjent naturali u dak magħmul mill-bniedem: relatati ma' l-ilma, il-klima, l-arja, il-baħar, l-ambjent urban u rurali, il-ħamrija, it-trattament ta' l-iskart, ir-riċiklaġġ, proċessi ta' produzzjoni ndaf u prodotti sostenibbli, is-sigurtà tal-kimiċi.

–  Il-protezzjoni, il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt kulturali, inkluż il-ħabitat uman: valutazzjoni mtejba tal-ħsara fuq wirt kulturali, żvilupp ta' strateġiji innovattivi ta' konservazzjoni; trawwim ta' l-integrazzjoni ta' wirt kulturali fl-ambjent urban.

–  Valutazzjoni, verifika u ttestjar tat-teknoloġija: metodi u għodod għall-valutazzjoni tar-riskji ambjentali u taċ-ċiklu tal-ħajja ta' proċessi, teknoloġiji u prodotti, inklużi strateġiji alternattivi għal ittestjar u b'mod partikolari metodi sabiex kimiċi industrijali ma jiġux ittestjati fuq l-annimali; appoġġ għall-pjattaformi sostenibbli dwar kimika, it-teknoloġija dwar is-settur tal-foresti, il-provvista ta' l-ilma u s-sanità(27); aspetti xjentifiċi u teknoloġiċi ta' programm Ewropew futur għall-verifika u l-ittestjar tat-teknoloġiji ambjentali, li jikkomplementaw strumenti ta' valutazzjoni minn partijiet terzi.

–  · Osservazzjoni tad-dinja u għodod ta' valutazzjoni

Sistemi ta' osservazzjoni tad-dinja u l-oċean u metodi ta' monitoraġġ għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli: kontribut għall-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' sistemi ta' osservazzjoni għal kwistjonijiet ambjentali u ta' sostenibbiltà fil-qafas ta' GEOSS (li l-GMES hija komplementari għaliha); interoperabblità bejn is-sistemi u ottimizzazzjoni ta' l-informazzjoni għall-fehim, l-immudellar u t-tbassir ta' fenomeni ambjentali, għall-valutazzjoni, l-esplorazzjoni u l-immaniġġar tar-riżorsi naturali.

–  Metodi ta' previżjoni u għodod ta' valutazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli b'kont meħud ta' l-iskali differenti ta' osservazzjoni: il-mudellar ta' rabtiet bejn l-ekonomija/l-ambjent/is-soċjetà, inkluż strumenti bbażati fuq is-suq, esternalitajiet, valuri ta' limitu u l-iżvilupp tal-bażi ta' l-għerf u metodoloġiji għall-valutazzjoni ta' l-impatt fuq is-sostenibbiltà fi kwistjonijiet ewlenin bħall-użu ta' l-art u kwistjonijiet dwar il-baħar; żvilupp urban, tensjonijiet soċjali u ekonomiċi relatati mal-bidla fil-klima.

7.  Trasport (inkluża l-aeronawtika)

7.  Objettiv

Abbażi ta' avvanzi teknoloġiċi u operattivi u tal-politika Ewropea tat-trasport, l-iżvilupp ta' sistemi integrati Pan-Ewropej tat-trasport li jkunu aktar siguri, "ekoloġiċi" u "intelliġenti" għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha, politika dwar is-soċjetà u l-klima, li jirrispettaw l-ambjent u r-riżorsi naturali; u l-iżgurar u l-iżvilupp ulterjuri tal-kompetittività miksuba mill-industriji Ewropej fis-suq globali.

Motivazzjoni

It-trasport huwa wieħed mill-oqsma fejn l-Ewropa hija b'saħħitha – is-settur tat-trasport bl-ajru jikkontribwixxi għal 2,6% tal-PGD ta' l-UE (bi 3.1 miljun impjieg) u l-qasam tat-trasport tal-wiċċ jiġġenera 11% tal-PGD ta' l-UE (filwaqt li jimpjega madwar 16-il miljun persuna). Madankollu, it-trasport huwa responsabbli għal 25% ta' l-emissjonijiet tas-CO2 kollha fl-UE, u minn hawn toħroġ il-ħtieġa assoluta li s-sistema ssir aktar "ħadra" sabiex jiġu żgurati mudelli aktar sostenibbli tat-trasport kif ukoll il-kompatibbiltà mar-rati ta' tkabbir, kif żviluppat fil-White Paper dwar "Politika Ewropea tat-Trasport għall-2010: wasal iż-żmien li niddeċiedu"(28).

It-tkabbir ta' l-UE (żieda ta' 25% fis-superfiċi ta' l-art u ta' 20% fil-popolazzjoni) u l-iżvilupp ekonomiku ta' l-UE jippreżentaw sfidi ġodda għat-trasport effiċjenti, effettiv fl-infiq, u sostenibbli tal-persuni u tal-merkanzija. It-trasport għandu wkoll relevanza diretta għal linji politiċi ewlenin oħra, bħalma huma l-kummerċ, il-kompetizzjoni, l-impjiegi, l-ambjent, il-koeżjoni, l-enerġija, is-sigurtà u s-suq intern.

Biex jiġi żgurat il-vantaġġ teknoloġiku kompetittiv fis-swieq dinjija, ma nistgħux ngħaddu mingħajr l-investiment fl-RTD fl-industriji tat-trasport Ewropej(29). Attivitajiet fil-livell Ewropew ser jistimolaw ukoll ir-ristrutturar ta' l-industrija, inklużi l-integrazzjoni tal-katina tal-provvista u, b'mod partikolari, l-SMEs.

L-aġendi ta' riċerka li żviluppaw il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej(30) jappoġġaw il-ħtieġa li tittieħed perspettiva ġdida ta' "sistemi tat-trasport", li tqis l-interazzjonijiet tal-vetturi jew bastimenti, in-networks u l-infrastrutturi tat-trasport jew l-infrastruttura u l-użu tas-servizzi tat-trasport, ħaġa li tista' tiġi żviluppata biss fuq il-livell Ewropew. L-ispejjeż ta' l-RTD f'dawn l-oqsma kollha qed jikbru sostanzjalment, u l-attività kollaborattiva fuq il-livell ta' l-UE hija essenzjali sabiex "massa kritika" ta' fornituri diversi ta' l-RTD tkun tista' tindirizza l-isfidi ta' skala u ta' multidixxiplinarjetà b'mod effettiv fl-infiq, kif ukoll li tilqa' għall-isfidi politiċi, teknoloġiċi u soċjo-ekonomiċi fuq kwistjonijiet bħall-"karozza nadifa u żgura" tal-ġejjieni, l-interoperabbiltà u l-intermodalità, b'referenza partikolari rigward it-trasport fuq l-ilma u bil-ferrovija, abbordabbiltà, sigurtà, kapaċità, u impatti ambjentali u fuq is-sigurtà f'Unjoni mkabbra. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' appoġġ għas-sistema Galileo u għall-applikazzjonijiet tagħha ser ikun essenzjali fl-implimentazzjoni tal-linji politiċi Ewropej.

Minbarra r-relevanza qawwija għall-industrija tat-temi u l-attivitajiet li jidhru hawn taħt, il-ħtiġiijet ta' dawk li jfasslu l-politika ser jiġu indirizzati b'mod integrat li jkopri l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-politika tat-trasport. Barra minn hekk, ser jingħata wkoll appoġġ għal rispons għall-ħtiġijiet politiċi eżistenti, kif ukoll dawk ġodda, per eżempju rigward l-iżviluppi fil-politika marittima jew l-implimentazzjoni tas-Sema Uniku Ewropew.

Attivitajiet

· Aeronawtika u trasport bl-ajru

Lejn trasport bl-ajru iktar favur l-ambjent: it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet, inklużi l-gassijiet serra u d-disturb mill-istorbju, li jinkorpora ħidma fuq magni u fuq karburanti alternattivi, strutturi u proġettazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru ġodda inklużi inġenji li jaħdmu bir-rotors (inklużi ħelikopters u tiltrotors), operazzjonijiet ta' l-ajruporti u l-ġestjoni tat-traffiku.

–  Żieda fl-effiċjenza fil-ħin: titjib fl-effiċjenza ta' l-iskedi operativi b'fokus fuq sistemi innovattivi għall-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru konformi ma' l-implimentazzoni effettiva tal-politika ta' Sema Uniku li jintegraw il-komponenti ta' l-ajru, ta' l-art u ta' l-ispazju, inklużi l-fluss tat-traffiku u aktar awtonomija għall-inġenji ta' l-ajru.

–  L-iżgurar tas-sodisfazzjon u s-sigurtà tal-klijent: titjib fil-kumdità tal-passiġġieri, servizzi innovattivi matul it-titjira u trattament iktar effiċjenti tal-passiġġieri; titjib fl-aspetti kollha tas-sigurtà tat-trasport bl-ajru; għażla akbar ta' tipi ta' inġenji ta' l-ajru, minn inġenji kbar għal dawk iżgħar adatti għal applikazzjonijiet differenti (inklużi applikazzjonijiet reġjonali).

–  Titjib fl-effettività fl-infiq: tnaqqis fl-infiq marbut ma' l-iżvilupp tal-prodott, mal-manifattura u l-ispejjeż ta' l-operat, b'enfasi fuq manutenzjoni innovattiva u li ma jkunx hemm ħtieġa ta" manutenzjoni, fuq tiswija u ispezzjoni, fuq l-inġenji ta' l-ajru, fuq iktar użu ta' l-awtomazzjoni u s-simulazzjoni.

–  Protezzjoni ta' l-inġenji ta' l-ajru u tal-passiġġieri: titjib fil-miżuri ta' protezzjoni għall-vjaġġatur, l-ekwipaġġ, l-inġenju ta' l-ajru u s-sistema tat-trasport bl-ajru, bħalma huma metodi mtejba ta' data u ta' identifikazzjoni, il-protezzjoni ta' l-inġenju ta' l-ajru minn attakki, il-proġettazzjoni mtejba tas-sigurtà ta' l-ajruplani.

–  Riċerka ta' avangwardja għat-trasport bl-ajru tal-ġejjieni: l-iffaċċar ta' l-isfidi ta' aktar fit-tul ta' l-avjazzoni bil-kombinazzjoni ta' teknoloġiji iktar radikali, effiċjenti mil-lat ambjentali, aċċessibbli u innovattivi, li jwassal għal avvanzi sinifikanti għat-trasport bl-ajru.

–  · Trasport sostenibbli tal-wiċċ (ferroviji, toroq, u fuq l-ilmijiet)

Lejn l-ambjentalizzazzjoni tat-trasport tal-wiċċ: it-tnaqqis tat-tniġġis ambjentali u ta' l-istorbju, inkluż gassijiet serra; tnaqqis ta' l-impatt tat-trasport fuq il-bidla fil-klima bit-tnaqqis ta' emissjonijiet permezz ta' mezzi teknoloġiċi u soċjo-ekonomiċi kif ukoll tat-taħriġ ta' l-utenti; l-iżvilupp ta' magni u power-trains nodfa u effiċjenti, inkluża teknoloġija ibrida u l-użu ta' karburanti alternattivi għall-applikazzjonijiet tat-trasport bħaċ-ċelluli ta' l-idroġenu u ta' kombustjoni, b'kont meħud ta' konsiderazzjonijiet ta' l-effettività fl-infiq u ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija; strateġiji għal tmiem il-ħajja ta' vetturi u bastimenti.

–  Tħeġġiġ u żieda ta' bidla modali u t-tnaqqis tal-konġestjoni fil-kurituri tat-trasport: l-iżvilupp fl-Ewropa ta' networks, infrastrutturi u sistemi tat-trasport u tal-loġistika reġjonali u nazzjonali li jkunu sostenibbli, innovattivi, intermodali u interoperabbli; l-internalizzazzjoni ta' l-ispiża; l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-vettura/bastiment u l-infrastruttura tat-trasport; l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali; strateġiji ta' bidla fil-mezzi għall-inkoraġġiment ta' mezzi ta' trasport li huma effiċjenti fl-enerġija.

–  L-iżgurar tal-mobbiltà sostenibbli fl-ibliet għaċ-ċittadini kollha inklużi dawk żvantaġġati: skemi ta' organizzazzjoni innovattivi, inklużi vetturi nodfa u siguri u mezzi tat-trasport b'livelli ta' tniġġis aktar baxxi, modi ta' trasportazzjoni pubbliċi ġodda u ta' kwalità għolja u razzjonalizzazzjoni tat-trasport privat, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni, ippjanar integrat ta' l-ibliet u t-trasport tenut kont tar-relazzjoni tagħhom mat-tkabbir u l-impjiegi.

–  Titjib tas-sigurtà: bħala elementi inerenti fis-sistema tat-trasport: f'operazzjonjiet ta' trasport għas-sewwieqa, il-passiġġieri, l-ekwipaġġi, iċ-ċiklisti u l-persuni li jivvjaġġaw bil-mixi, kif ukoll għall-merkanzija, fid-disinn u l-funzjonament ta' vetturi, bastimenti, infrastrutturi, u fi ħdan is-sistema tat-trasport kollha kemm hi.

–  Tisħiħ tal-kompetittività: it-titjib tal-proċessi ta' ddisinjar; l-iżvilupp ta' teknoloġiji avvanzati għall-ferroviji, il-vetturi u l-bastimenti; sistemi ta' produzzjoni u kostruzzjoni u manutenzjoni ta' infrastruttura innovattivi u effettiv fl-infiq; arkitetturi integrattivi.

–  · Appoġġ għas-sistema Ewropea tan-navigazzjoni globali bis-satelliti (Galileo u EGNOS): servizzi ta' navigazzjoni u ta' żamma tal-ħin bi preċiżjoni għall-użu f'firxa ta' setturi; użu effiċjenti tan-navigazzjoni bis-satellita u appoġġ għad-definizzjoni ta' teknoloġiji u applikazzjonijiet tat-tieni ġenerazzjoni.

Xjenzi Soċjo-Ekonomiċi u Umanistika

8.  Objettiv

Il-ħolqien ta' għarfien dettaljat u kondiviż ta' sfidi soċjo-ekonomiċi kumplessi u inter-konnessi li l-Ewropa hija konfrontata bihom, bħat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività, il-koeżjoni soċjali, sfidi soċjali, kulturali u edukattivi f'UE mkabbra u s-sostenibbiltà, sfidi ambjentali, il-bidla demografika, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, il-kwalità tal-ħajja u l-interdependenza globali, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi pprovduta bażi mtejba ta' għerf għal-linji ta' politiċi fl-oqsma konċernati.

Motivazzjoni

L-Ewropa għandha bażi ta' riċerka qawwija u ta' kwalità għolja fix-xjenzi soċjo-ekonomiċi u soċjo-kulturali u fl-oqsma ta' l-umanistika. Id-diversità ta' approċċi fl-UE fis-setturi ekonomiċi, soċjali, politiċi u kulturali tipprovdi art għammiela għar-riċerka f'dawn l-oqsma fil-livell ta' l-UE. Hemm valur miżjud Ewropew għoli fir-riċerka kollaborattiva li tindirizza kwistjonjiet soċjo-ekonomiċi u soċjo-kulturali Ewropej fl-oqsma msemmija. L-ewwelnett, il-kwistjonijiet u l-isfidi konċernati huma ta' prijorità għolja fil-livell Ewropew u huma indirizzati mil-linji politiċi Komunitarji. It-tieni, ir-riċerka komparattiva mifruxa ma' l-UE jew pajjiżi oħra toffri għodda partikolarment effettiva kif ukoll opportunitajiet importanti ta' tagħlim fil-pajjiżi u r-reġjuni.

It-tielet, ir-riċerka fil-livell ta' l-UE għandha l-vantaġġ partikolari li tista' tiżviluppa l-ġbir tad-data mill-Ewropa kollha u li tuża l-kotra ta' perspettivi meħtieġa għall-fehim ta' kwistjonijiet kumplessi. Fl-aħħarnett, l-iżvilupp ta' bażi ta' għerf soċjo-ekonomika ġenwinament Ewropea dwar dawn l-isfidi ewlenin ser jagħti kontribut essenzjali għall-promozzjoni tal-fehim kondiviż tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha u, aktar sinifikattivament, miċ-ċittadini Ewropej.

L-attivitajiet li se jiġu appoġġati huma elenkati hawn taħt u huma mistennija li jagħtu kontribut sinifikanti sabiex jiġi mtejjeb it-tfassil, l-implimentazzjoni, l-impatti u l-valutazzjoni tal-politika u d-definizzjoni ta' miżuri regolatorji f'firxa wiesgħa ta' oqsma, bħal dak ekonomiku, soċjali, kulturali, ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ, ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, ta' l-intrapriża, tal-kummerċ internazzjonali, tal-konsumatur, tar-relazzjonijiet esterni, u fl-isferi tax-xjenza u t-teknoloġija, fil-politika ta' l-istatististika uffiċjali u fil-ħolqien ta' żona ta' libertà, sigurtà u l-ġustizzja. Barra minn hekk, ser jingħataw opportunitajiet sabiex jiġu indirizzati sfidi soċjo-ekonomiċi emerġenti kif ukoll sabiex titwettaq riċerka dwar ħtiġijiet ta' politika ġodda jew mhux previsti. Jista' jsir użu wkoll mill-pjattaformi soċjali sabiex jiġu diskussi aġendi tar-riċerka futuri.

Attivitajiet

· Tkabbir, impjiegi u kompetittività f'soċjetà ta' għerf: l-iżvilupp u l-integrazzjoni tar-riċerka dwar il-kwistjonijiet li jaffettwaw it-tkabbir, l-istabbiltà soċjo-ekonomika, l-impjiegi u l-kompetittività, li tkopri suġġetti bħall-innovazzoni, l-edukazzjoni inkluża dik tul il-ħajja kollha u r-rwol ta' l-għerf xjentifiku u għerf ieħor u beni mhux tanġibbli fuq skala globali, iż-żgħażagħ u l-politika dwar iż-żgħażagħ, l-adattament tal-politika tas-suq tax-xogħol u l-kuntesti istituzzjonali nazzjonali.

· L-għaqda ta' objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali f'perspettiva Ewropea: billi jiġu indirizzati ż-żewġ kwistjonjiet ewlenin u ferm relatati flimkien ta' l-evoluzzjoni kontinwa tal-mudelli soċjo-ekonomiċi Ewropej u l-koeżjoni ekonomika u soċjali u reġjonali f'UE wara t-tkabbir, b'kont meħud tas-sostenibbiltà u tal-protezzjoni ta' l-ambjent, l-ippjanar urban sostenibbli, l-interazzjoni bejn l-ambjent, l-enerġija u s-soċjetà, ir-rwol ta' l-ibliet u r-reġjuni metropolitani, u l-impatt soċjo-ekonomiku tal-linji politiċi u l-leġislazzjoni Ewropea.

· Tendenzi ewlenin fis-soċjetà u l-implikazzjonijiet tagħhom: bħall-bidla demografika inkluż il-proċess ta' tixjiħ u l-effetti tiegħu fuq is-sistemi tal-pensjoni, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, waqt li ssir l-analiżi ta' l-implikazzjonijiet tal-bidla demografika għall-iżvilupp urban; l-istili ta' ħajja, ix-xogħol, il-familji, ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali u dik tal-familja, il-kwistjonijiet marbuta mas-sessi, il-kwistjonijiet ta' diżabbiltajiet, is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja; il-protezzjoni ekonomika tal-konsumatur; l-inugwaljanzi; il-kriminalità; ir-rwol tal-kummerċ fis-soċjetà u d-diversità fil-popolazzjoni, l-etniċità, il-pluraliżmu reliġjuż, l-interazzjonijiet kulturali, il-kwistjonijiet multikulturali u l-kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe xorta.

· L-Ewropa fid-dinja: fehim tat-tibdil fl-interazzjonijiet, ir-relazzjonijiet trans-kulturali u l-interdependenzi bejn ir-reġjuni tad-dinja, inklużi reġjuni li qed jiżviluppaw u l-implikazzjonijiet tagħhom; l-indirizzar tat-theddid u r-riskji emerġenti mingħajr ma jiġu ppreġudikati d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u l-benessri, u t-trawwim tal-paċi.

· Iċ-ċittadin fl-Unjoni Ewropea: fil-kuntest ta' l-iżvilupp ta' l-UE mkabbra fil-ġejjieni, l-iffaċċar tal-kwistjonijiet marbuta mal-ksib ta' sens ta' "appartenenza" demokratiku u ta' parteċipazzjoni attiva tal-popli ta' l-Ewropa; governanza effettiva u demokratika fil-livelli kollha inkluż il-governanza ekonomika u legali u r-rwol tas-soċjetà ċivili kif ukoll proċessi ta' governanza innovattiva maħsuba sabiex jissaħħu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-koperazzjoni bejn atturi pubbliċi u privati; riċerka għall-bini ta' komprensjoni u rispett komuni tad-diversitajiet u x-xebħ fi ħdan l-Ewropa, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kulturi, reliġjonijiet, wirt kulturali, istituzzjonijiet u sistemi legali, storja, lingwi u valuri bħala elementi ta' bini ta' l-identità u l-wirt Ewropew multi-kulturali tagħna.

· Indikaturi soċjo-ekonomiċi u xjentifiċi: l-użu tagħhom fil-politika u fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħha, it-titjib ta' indikaturi eżistenti, tekniki sabiex jiġu analizzati u l-iżvilupp ta' oħrajn ġodda għal dan il-għan kif ukoll għall-valutazzjoni ta' programmi ta' riċerka, inkluż indikaturi bbażati fuq l-istatistika uffiċjali.

· Attivitajiet ta' previżjoni dwar kwistjonijiet ewlenin ta' xjenza, teknoloġija u kwistjonijiet soċjo-ekonomiċi relatati, bħalma huma t-tendenzi demografiċi futuri u l-globalizzazzjoni ta' l-għerf, id-disseminazzjoni ta' l-għerf, u l-evoluzzjoni tas-sistemi ta' riċerka, kif ukoll l-iżviluppi futuri fi ħdan u tul il-firxa kollha ta' l-oqsma ewlenin ta' riċerka u d-dixxiplini xjentifiċi.

Spazju

9.  Objettiv

L-appoġġ għal Programm Spazjali Ewropew li jiffoka fuq applikazzjonijiet bħall- Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) b'benefiċċji għaċ-ċittadini u għall-kompetittività ta' l-industrija spazjali Ewropea. Dan ser jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' Politika Spazjali Ewropea, billi jikkomplementa l-isforzi ta' l-Istati Membri u ta' atturi ewlenin oħra, inkluża l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA).

Motivazzjoni

Il-Komunità tista' tagħti kontribut f'dan il-qasam għad-definizzjoni aħjar ta' l-objettivi komuni bbażati fuq il-ħtiġijiet ta' l-utent u l-objettivi ta' politika; għall-koordinazzjoni ta' attivitajiet sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u tiżdied kemm tista' l-interoperabbiltà; għat-titjib ta' l-effettività fl-infiq u għad-definizzjoni ta' l-istandards. L-awtoritajiet pubbliċi u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jirrapreżentaw utenti potenzjali importanti u l-industrija Ewropea ser tibbenefika wkoll minn politika Spazjali Ewropea ddefinita sew implimentata minn Programm Spazjali Ewropew, appoġġat parzjalment mill-azzjonijiet ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku proposti. Azzjonijiet fuq il-livell Ewropew huma meħtieġa wkoll sabiex jagħtu appoġġ lill-objettivi ta' politika Komunitarji, per eżempju fl-oqsma ta' l-agrikoltura, il-foresterija, is-sajd, l-ambjent, is-saħħa, it-telekomunikazzjoni, is-sigurtà, it-trasport, kif ukoll sabiex jiżguraw li l-Ewropa tkun imsieħba rrispettata fil-koperazzjoni reġjonali u internazzjonali.

Fl-aħħar 40 sena, inbniet kompetenza teknoloġika eċċellenti fl-Ewropa, kemm nazzjonalment kif ukoll permezz ta' l-ESA,. Appoġġ għal industrija kompetittiva (inklużi manifatturi, fornituri ta' servizzi u operaturi) jeħtieġ riċerka u teknoloġiji ġodda. Applikazzjonijiet spazjali jġibu magħhom benefiċċji importanti liċ-ċittadini permezz ta' effetti teknoloġiċi derivati u huma indispensabbli f'soċjetà ta' teknoloġija avvanzata.

B'enfasi partikolari fuq l-użu ta' kapaċitajiet eżistenti fl-Ewropa, l-attivitajiet imniżżla hawn taħt jimmiraw lejn: l-isfruttament effiċjenti ta' l-assi spazjali (f'koordinazzjoni ma' assi fil-post, inklużi assi trasportati bl-ajru) għall-implimentazzjoni ta' applikazzjonijiet, notament il-GMES u l-kontribut tagħhom għall-infurzar tal-liġi fil-linji politiċi Komunitarji; l-esplorazzjoni ta' l-ispazju, li toffri opportunitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali u progressi teknoloġiċi straordinarji kif ukoll missjonijiet effettiv fl-infiq; l-isfruttament u l-esplorazzjoni ta' l-ispazju appoġġati minn attivitajiet ta' abilitazzjoni li jiggarantixxu r-rwol strateġiku ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn l-attivitajiet ser jiġu kkomplementati minn azzjonjiet oħra taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u fil-Programm ta' Edukazzjoni u Taħriġ. Il-benefiċċji għall-politika pubblika ta' l-attivitajiet ta' hawn taħt ser jiġu wkoll massimizzati, inkluż bil-provvista ta' appoġġ addizzjonali għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jinqalgħu, per eżempju: soluzzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji spazjali f'appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; u l-użu ta' għodod u metodi għall-osservazzjoni ta' l-ispazju sabiex jappoġġaw żviluppi fil-linji politiċi Komunitarji.

Attivitajiet

· Applikazzjonijiet ibbażati fuq it-teknoloġija spazjali sabiex jaqdu lis-soċjetà Ewropea

GMES: l-iżvilupp ta' sistemi ta' monitoraġġ u ta" twissija bikrija permezz tas-satellita u fil-post, inkluż għas-sigurtà taċ-ċittadini, u teknika relatata ma' l-immaniġġar ta' l-ambjent u s-sigurtà (inkluż l-immaniġġar ta' diżastri naturali) u l-integrazzjoni tagħhom ma' komponenti bbażati fuq l-art, fuq il-bastimenti u fl-ajru; appoġġ għall-integrazzjoni, l-armonizzazzjoni, l-użu u l-forniment ta' data (kemm mis-satelliti u fil-post, inkluż dawk ibbażati fuq l-art, fuq il-bastimenti u fl-ajru) u servizzi GMES.

–  Servizzi innovattivi ta' komunikazzjoni permezz tas-satellita integrati b'mod kontinwu fin-networks globali ta' komunikazzjoni elettronika, għaċ-ċittadini u l-intrapriżi f'setturi ta' applikazzjoni li jinkludu l-protezzjoni ċivili, l-e-government, it-telemediċina, it-tele-edukazzjoni, it-tiftix u s-salvataġġ, it-turiżmu u l-ħin liberu, in-navigazzjoni personali, l-immaniġġar tal-flotta, l-agrikoltura u l-forestrija, il-meteoroloġija u l-utenti ġeneriċi.

–  Żvilupp ta' teknoloġiji u sistemi ta' monitoraġġ għat-tnaqqis tal-vulnerabbiltà tas-servizzi bbażati fl-ispazju u sabiex jingħata kontribut lejn is-sorveljanza ta' l-ispazju.

–  Applikazzjonijiet ta' sistemi bbażati fl-ispazju għall-prevenzjoni tar-riskji u l-maniġġar tar-riskji u kull tip ta' emerġenza, li jtejbu l-konverġenza ma' sistemi mhux spazjali.

–  · Esplorazzjoni ta' l-ispazju

L-għoti ta' appoġġ R&D u l-massimizzazzjoni tal-valur xjentifiku miżjud permezz ta' sinerġiji ma' inizjattivi ta' l-ESA jew aġenziji spazjali nazzjonali fil-qasam ta' l-esplorazzjoni ta' l-ispazju; b'faċilitazzjoni ta' l-aċċess għal data xjentifika.

–  Appoġġ għal sforzi koordinati għall-iżvilupp ta' teleskopji u detectors spazjali kif ukoll għall-analiżi tad-data fix-xjenzi spazjali.

–  · L-RTD sabiex jissaħħu l-pedamenti tat-teknoloġija spazjali

Riċerka u żvilupp għall-ħtiġijiet fil-perjodu fit-tul fil-qasam ta' l-ispazju inkluż it-trasport spazjali; attivitajiet ta' riċerka sabiex tiżdied il-kompetittività u l-effettività fl-infiq tas-settur Ewropew tat-teknoloġija spazjali.

–  Ix-xjenzi spazjali inkluż il-bijomediċina u x-xjenzi tal-ħajja u x-xjenzi fiżiċi fl-ispazju.

10.  Sigurtà

10.  Objettiv

Għall-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-għerf għall-bini ta' kapaċitajiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadini minn theddid bħat-terroriżmu, id-diżastri naturali u l-kriminalità, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-bniedem inkluż id-dritt għall-privatezza; sabiex ikun żgurat l-użu ottimali u miftiehem tat-teknoloġiji disponibbli għall-benefiċċju tas-sigurtà ċivili Ewropea, sabiex tiġi stimulata l-koperazzjoni tal-fornituri u l-utenti għal soluzzjonijiet ta' sigurtà ċivili, tittejjeb il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tas-sigurtà u jiġu prodotti riżultati ta' riċerka orjentati lejn missjoni sabiex jitnaqqsu d-distakki fis-sigurtà.

Motivazzjoni

Is-sigurtà fl-Ewropa hija prerekwiżit għall-prosperità u l-libertà. L-Istrateġija ta' l-UE għas-Sigurtà: "Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar", adottata mill-Kunsill Ewropew, tindirizza l-ħtieġa għal strateġija komprensiva għas-sigurtà li tkopri l-miżuri ta' sigurtà sew fl-oqsma ċivili kif ukoll tad-difiża.

Riċerka relatata mas-sigurtà hija modulu importanti sabiex jinkiseb livell għoli ta' sigurtà fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Hija ser tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ta' teknoloġiji u kapaċitajiet li jappoġġaw linji politiċi Komunitarji oħra f'oqsma bħat-trasport, il-protezzjoni ċivili, l-enerġija, l-ambjent u s-saħħa. Ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà teħtieġ regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi sabiex jittieħed kont tan-natura speċjali tagħha.

L-attivitajiet ta' riċerka eżistenti relatati mas-sigurtà fl-Ewropa jbatu minn frammentazzjoni ta' l-isforzi, in-nuqqas ta' massa kritika ta' skala u ambitu u n-nuqqas ta' konnessjonijiet u interoperabbiltà. L-Ewropa jeħtiġilha ttejjeb il-koerenza ta' l-isforzi tagħha billi tiżviluppa arranġamenti istituzzjonali effiċjenti u billi tistiga lid-diversi atturi nazzjonali u internazzjonali sabiex jikkoperaw u jikkoordinaw sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u sabiex jiġu esplorati s-sinerġiji kull meta dan ikun possibbli. Ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà fil-livell Komunitarju ser iżżomm orjentament esklussivament ċivili u tiffoka fuq attivitajiet ta' valur miżjud ċar għal-livell nazzjonali. B'konsegwenza ta' dan, ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà ċivili fi ħdan is-Seba' Programm Kwadru ser issaħħaħ il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tas-sigurtà. Waqt li jkun rikonoxxut li jeżistu oqsma ta' teknoloġija ta' 'użu doppju', koordinazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża ser tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-komplementarità.

Ir-riċerka fil-qasam tas-sigurtà ser tenfasizza l-kapaċitajiet Ewropej rigward is-sorveljanza, id-distribuzzjoni ta' l-informazzjoni u l-għerf dwar it-theddid u l-inċidenti kif ukoll tas-sistemi għal valutazzjonijiet aħjar u kontroll tas-sitwazzjoni permezz ta' użu aħjar tas-sistemi komuni ta' TIK fl-oqsma ta' operazzjonijiet differenti.

Ir-rekwiżiti speċjali dwar il-kunfidenzjalita' f'dan il-qasam se jiġu infurzati iżda t-trasparenza tar-riżultati tar-riċerka m'għandhiex tkun limitata jekk m'hemmx bżonn. Barra minn hekk, oqsma li fihom ir-riżultati tar-riċerka jistgħu diġa' jiġu ppubblikati, jistgħu jiġi identifikati.

L-attivitajiet mhux ta' difiża li jidhru hawn taħt ser jikkomplementaw u jintegraw ir-riċerka orjentata lejn it-teknoloġija u dik orjentata lejn sistemi relevanti għas-sigurtà ċivili li hija mwettqa f'temi oħra. Dawn ser ikunu orjentati lejn missjonijiet, waqt li jiżviluppaw it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet meħtieġa mill-missjonijiet speċifiċi ta' sigurtà. Dawn huma mfassla sabiex ikunu flessibbli sabiex jiffaċċjaw theddidiet futuri għas-sigurtà li għadhom mhux magħrufa u ħtiġijiet ta' politika relatati li jistgħu jirriżultaw, filwaqt li jistimolaw l-influwenza reċiproka u l-adozzjoni ta' teknoloġiji eżistenti għas-settur tas-sigurtà ċivili, ir-riċerka Ewropea fil-qasam tas-sigurtà ser tinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji b'iktar minn użu wieħed, sabiex jitwessa' kemm jista' l-ambitu ta' l-applikazzjoni tagħhom.

Attivitajiet

· Sigurtà taċ-ċittadini: l-elaborazzjoni ta' soluzzjonijijet teknoloġiċi għall-protezzjoni ċivili, inklużi l-bijosigurtà u l-protezzjoni kontra riskji li jirriżultaw mill-kriminalità u minn attakki terroristiċi.

· Sigurtà ta' l-infrastrutturi u s-servizzi pubbliċi: l-analiżi u t-tqegħid fis-sigurtà ta' l-infrastrutturi (p.e. fis-setturi tat-trasport, l-enerġija, it-TIK) is-sistemi u s-servizzi (inklużi servizzi finanzjarji u amministrattivi) essenzjali jew konnessi f'network, pubbliċi u privati, eżistenti u futuri.

· Sorveljanza intelliġenti u sigurtà tal-fruntieri: riċerka ffukata fuq it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet sabiex tissaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza tas-sistemi, t-tagħmir, l-għodod u l-proċessi kollha kif ukoll il-metodi għal identifikazzjoni rapida meħtieġa għat-titjib tas-sigurtà tal-fruntieri ta' l-art u dawk kostali ta' l-Ewropa, inklużi kwistjonijiet ta' kontroll u sorveljanza tal-fruntieri.

· L-irkupru tas-sigurtà f'każ ta' kriżi: riċerka ffukata fuq teknoloġiji li jipprovdu idea ġenerali ta' u appoġġ għal varji operazzjonijiet ta' maniġġar ta' emerġenza (bħall-protezzjoni ċivili, kompiti umanitarji u ta' salvataġġ), u fuq kwistjonjiet bħat-tħejjija inter-organizzattiva, il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni, l-arkitetturi distribwiti u l-fatturi umani.

Dawn l-erba' oqsma ta' hawn fuq ser jingħataw appoġġ mit-temi li ġejjin ta' natura aktar transettorali li ġejjin:

· Integrazzjoni, interkonnettività u interoperabbiltà tas-sistemi ta' sigurtà: intelliġenza, ġbir ta' informazjoni u sigurtà ċivili, riċerka ffukata fuq it-teknoloġiji għat-tisħiħ ta' l-interoperabbiltà tas-sistemi, it-tagħmir, is-servizzi u l-proċessi, inklużi l-infrastrutturi ta' infurzar tal-liġi, it-tifi tan-nar, id-difiża ċivili u l-informazzjoni medika, kif ukoll fuq l-affidabbiltà, l-aspetti organizzattivi, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u l-integrità ta' l-informazzjoni u t-traċċabbiltà tat-transazzjonijiet u l-operazzjonijiet kollha.

· Sigurtà u soċjetà: riċerka orjentata lejn il-missjonijiet li ser tiffoka fuq l-analiżi soċjo-ekonomika, il-bini ta' xenarji u l-attivitajiet marbuta ma': id-dimensjonijiet kulturali, soċjali, politiċi u ekonomiċi tas-sigurtà, il-komunikazzjoni mas-soċjetà, ir-rwol tal-valuri tal-bniedem u t-tfassil ta' politika, l-ambjent psikoloġiku u soċjali tat-terroriżmu, il-perċezzjoni taċ-ċittadin tas-sigurtà, l-etika, il-protezzjoni tal-privatezza, il-previżjonijiet dwar aspetti tas-soċjetà u l-analiżi sistemika tar-riskju. Ir-riċerka ser tindirizza wkoll it-teknoloġiji li jissalvagwardjaw aħjar il-privatezza u l-libertajiet, u ser tindirizza vulnerabilitajiet u theddid ġdid, kif ukoll l-immaniġġar u l-valutazzjoni ta' l-impatt ta' konsegwenzi possibbli.

· Koordinazzjoni u strutturar tar-riċerka dwar is-sigurtà: il-koordinazzjoni ta' l-isforzi ta' riċerka Ewropej u internazzjonali fil-qasam tas-sigurtà u l-iżvilupp ta' sinerġiji bejn ir-riċerka fl-oqsma ċivili, tas-sigurtà u tad-difiża, it-titjib tal-kondizzjonijiet legali, u t-tħeġġiġ għall-użu ottimali ta' l-infrastrutturi eżistenti.

II IDEAT

II.  Objettiv

Dan il-programm ser isaħħaħ id-dinamiżmu, il-kreattività u l-eċċellenza tar-riċerka Ewropea fuq il-fruntieri ta' l-għerf. Dan ser isir billi jingħata appoġġ lil proġetti ta' riċerka "mmexxija mir-riċerkatur" imwettqa fl-oqsma kollha minn timijiet individwali f'kompetizzjoni fil-livell Ewropew. Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati abbażi ta' proposti mressqa minn riċerkaturi mis-settur privat u minn dak pubbliku dwar suġġetti ta' l-għażla tagħhom u vvalutati fuq il-kriterju waħdieni ta' l-eċċellenza kif meqjus permezz ta' reviżjoni bejn pari. Il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka huma aspett importanti ta' dan il-programm.

Motivazzjoni

Ir-riċerka "ta' quddiem" mmexxija mir-riċerkatur, fi ħdan il-qafas ta' attivitajiet mifhuma komunement bħala "riċerka bażika", hija mutur ewlieni tal-prosperità u l-progress soċjali, minħabba li tiftaħ opportunitajiet ġodda għall-avvanz xjentifiku u teknoloġiku, u hija strumentali fil-produzzjoni ta' għerf ġdid li jwassal għal applikazzjonijiet u swieq futuri.

Minkejja l-bosta kisbiet u livell għoli ta' prestazzjoni f'għadd kbir ta' oqsma, l-Ewropa mhix qed tisfrutta bl-aħjar mod il-potenzjal ta' riċerka u r-riżorsi tagħha, u teħtieġ b'urġenza kapaċità akbar sabiex tiġġenera l-għerf u sabiex dan l-għerf jiġi tradott f'valur u tkabbir ekonomiku u soċjali.

Mekkaniżmu kompetittiv ta' finanzjament mifrux ma' l-Ewropa kollha (minbarra u mhux minflok il-finanzjament nazzjonali) għal riċerka ta' quddiem imwettqa minn timijiet individwali, li tista' tkun ta' karattru nazzjonali jew transnazzjonali, huwa komponent ċentrali taż-Żona ta' Riċerka Ewropea, li tikkomplementa attivitajiet Komunitajri u nazzjonali oħra. Ser tkun ta' għajnuna fit-tisħiħ tad-dinamiżmu u l-kapaċità ta' l-Ewropa li tiġbed lejha sew l-aħjar riċerkaturi mill-Ewropa u minn pajjiżi terzi, kif ukoll l-investiment industrijali.

Attivitajiet

Din l-azzjoni ser tirrispondi għall-oqsma l-iktar promettenti u produttivi tar-riċerka u għall-aħjar opportunitajiet għall-progress xjentifiku u teknoloġiku, fi ħdan u fost id-dixxiplini, inklużi l-inġinerija u x-xjenzi soċjali u l-umanistika. Ser titwettaq mingħajr irbit ma' l-orjentamenti tematiċi tal-partijiet l-oħra tas-Seba' Programm Kwadru, u se tagħti attenzjoni sew lir-riċerkaturi tal-ġenerazzjoni l-ġdida u lil gruppi ġodda, kif ukoll lil timijiet stabbiliti.

L-attivitajiet Komunitarji fir-riċerka ta' quddiem ser jiġu implimentati minn Kunsill Ewropew tar-Riċerka (KER), magħmul minn kunsill xjentifiku indipendenti, appoġġat minn struttura implimentattiva dedikata modesta u effettiv fl-infiq. L-immaniġġar tal-KER ser titwettaq minn persunal impjegat għal dak il-għan, inkluż uffiċjali mill-istituzzjonijiet ta' l-UE, u ser tkopri biss il-ħtiġijiet amministrattivi reali sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-kontinwità meħtieġa għal amministrazzjoni effettiva.

Il-Kunsill Xjentifiku ser ikun magħmul minn rappreżentanti mill-ogħla livell tal-komunità xjentifika Ewropea li jiżguraw diversità ta' l-oqsma ta' riċerka, li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement mill-interessi politiċi jew interess oħra. Il-membri tiegħu ser ikunu maħtura mill-Kummissjoni wara proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom miftiehma mal-Kunsill Xjentifiku, li tinkludi l- konsultazzjoni tal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Huma ser jiġu maħtura għal perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li ser tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

Il-Kunsill Xjentifiku ser, inter alia, jistabbilixxi strateġija xjentifika ġenerali, ikollu awtorità sħiħa fuq id-deċiżjonijiet dwar it-tip ta' riċerka li għandha tirċievi finanzjament u jaġixxi bħala garanti tal-kwalità ta' l-attività mill-perspettiva xjentifika. Il-kompiti tiegħu ser ikopru, b'mod partikolari, l-iżvilupp tal-programm annwali ta' ħidma, l-istabbiliment ta' proċess ta' reviżjoni bejn pari, kif ukoll il-monitoraġġ u l-kontroll tal-kwalità ta' l-implimentazzjoni tal-programm mill-perspettiva xjentifika. Huwa ser jistabbilixxi kodiċi ta' kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar ta' konflitti ta' interess.

L-istruttura implimentattiva dedikata ser tkun responsabbli għall-aspetti kollha ta' l-implimentazzjoni u l-esekuzzjoni tal-programm kif previst fil-programm annwali ta' ħidma. B'mod partikolari, ser timplimenta l-proċessi ta' reviżjoni bejn pari u ta' għażla skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku, u ser tiżgura l-amministrazzjoni finanzjarja u xjentifika ta' l-għotjiet.

L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal għall-KER li għandhom x'jaqsmu mal-Kunsill Xjentifiku u struttura implimentattiva dedikata ser ikunu konsistenti ma' l-amministrazzjoni modesta u effettiva fl-infiq; in-nefqa amministrattiva ser tinżamm għal minimu u mhux ser ikun iktar minn 5% ta' l-allokazzjoni finanzjarja totali għall-ERC, b'mod konsistenti ma' l-iżgurar tar-riżorsi meħtieġa għal implimentazzjoni ta' kwalità għolja, sabiex jiġi massimizzat il-finanzjament għal riċerka esplorattiva.

Il-Kummissjoni ser taġixxi bħala garanti ta' l-awtonomija sħiħa u l-integrità tal-KER Hija ser tiżgura li l-KER ser taġixxi skond il-prinċipji ta' eċċellenza xjentifika, awtonomija, effiċjenza u trasparenza, u li jsegwi b'mod preċiż l-istrateġija u l-metodoloġija implimentattiva stabbilita mill-Kunsill Xjentifiku. Il-Kummissjoni ser tfassal, f'koperazzjoni mal-Kunsill Xjentifiku, rapport annwali dwar l-operazzjonijiet tal-KER u t-twettiq ta' l-objettivi u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-KER ser ikollu s-setgħa li jmexxi l-istudji strateġiċi tiegħu għat-tħejjija u l-appoġġ ta' l-attivitajiet operattivi tiegħu. B'mod partikolari, huwa jista' jikkonsulta ma' inizjattivi Ewropej, intergovernattivi u nazzjonali sabiex jipprogramma l-attivitajiet tiegħu fid-dawl ta' riċerka oħra fil-livell Ewropew u nazzjonali.

L-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' l-attività ser jiġu riveduti u evalwati fuq bażi kontinwa sabiex jiġu vvalutati l-kisbiet tagħha u sabiex jiġu aġġustati u mtejba l-proċeduri abbażi ta' l-esperjenza. Fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 7(2) ser titwettaq ukoll reviżjoni indipendenti ta' l-istrutturi u l-mekkaniżmi tal-KER, kontra l-kriterji ta' l-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza u t-trasparenza u bl-involviment sħiħ tal-Kunsill Xjentifiku. Dan ser jinkludi l-proċess u l-kriterji għall-għażla tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku. Ir-reviżjoni ser tħares b'mod espliċitu lejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' struttura bbażata fuq Aġenzija Eżekuttiva u struttura bbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat. Abbażi ta' din ir-reviżjoni, dawn l-istrutturi u l-mekkaniżmi għandhom jiġu modifikati kif xieraq. Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-ħidma preparatorja kollha meħtieġa, inkluża kwalunkwe proposta leġislattiva li hija tqis meħtieġa, titwettaq u tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif meħtieġ mit-Trattat, bil-ħsieb ta' transizzjoni għal kwalunkwe struttura modifikata meħtieġa, kemm jista' jkun malajr. Għal dan il-għan il-Programm Kwadru ser jiġi adattat jew issupplimentat f'kodeċiżjoni skond l-Artikolu 166(2) tat-Trattat. Ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 7(2), li jsir qabel l-evalwazzjoni interim, ser jagħti s-sejbiet inizjali dwar il-funzjonament tal-KER.

III NIES

III.  Objettiv

Li jissaħħaħ, kwantitattivament u kwalitattivament, il-potenzjal uman fir-riċerka u t-teknoloġija fl-Ewropa, billi n-nies jiġu stimolati sabiex jidħlu fil-professjoni ta' riċerkatur, billi r-riċerkaturi Ewropej jiġu inkoraġġuti sabiex jibqgħu fl-Ewropa, u billi riċerkaturi mid-dinja kollha jiġu miġbuda lejn l-Ewropa, b'tali mod li l-Ewropa ssir aktar attraenti għall-aħjar riċerkaturi. Bi tkomplija ta' l-esperjenzi bl-azzjonijiet "Marie Curie" taħt Programmi Kwadru preċedenti, dan ser isir billi jiġi stabbilit sett koerenti ta' azzjonijiet "Marie Curie", b'kont meħud b'mod partikolari tal-valur miżjud Ewropew f'termini ta' l-impatt tagħhom fuq iż-Żona ta' Riċerka Ewropea. Dawn l-azzjonijiet ser jindirizzaw ir-riċerkaturi fl-istadji kollha tal-karriera tagħhom, mit-taħriġ inizjali fir-riċerka maħsub b'mod speċifiku għaż-żgħażagħ sa l-edukazzjoni tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera fis-setturi pubbliċi u privati. Ser isiru wkoll sforzi sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni mir-riċerkaturi nisa, billi jiġu inkoraġġuti l-opportunitajiet indaqs fl-"Azzjonijiet Marie Curie" kollha, billi l-azzjonijiet jitfasslu b'mod tali li r-riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ adegwat bejn ix-xogħol u l-ħajja u billi tiġi ffaċilitata t-tkomplija tal-karriera wara waqfa.

Motivazzjoni

Id-disponibbiltà ta' numru kbir ta' riċerkaturi mħarrġa u kwalifikati f'livell għoli huwa prerekwiżit għall-avvanz tax-xjenza u sabiex tiġi sostnuta l-innovazzjoni, iżda huwa wkoll fattur importanti sabiex jiġu attratti u sostnuti l-investimenti fir-riċerka minn entitajiet pubbliċi u privati. Fuq l-isfond ta' kompetizzoni dejjem tikber fil-livell dinji, l-iżvilupp ta' suq Ewropew miftuħ ta' l-impjiegi għar-riċerkaturi ħieles minn kull forma ta' diskriminazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ħiliet u tar-rotot tal-karriera tar-riċerkaturi huma ta' importanza kruċjali sabiex jiżguraw ċirkolazzjoni benefika ta' riċerkaturi u ta' l-għerf tagħhom, sew fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja. Ser jiġu introdotti miżuri speċjali sabiex jiġu inkoraġġuti riċerkaturi fi stadju bikri u jkunu appoġġati l-istadji bikrija ta' karriera xjentifika, kif ukoll miżuri sabiex jitnaqqas l-"esodu ta' l-imħuħ", bħal għotjiet għall-integrazzjoni mill-ġdid.

Il-mobbiltà, kemm transnazzjonali u intersettorali, inkluż li tiġi stimolata l-parteċipazzjoni industrijali u l-ftuħ ta' karrieri fir-riċerka u pożizzjonijiet akkademiċi fuq skala Ewropea, hija komponent ewlieni fiż-Żona ta' Riċerka Ewropea u hija indispensabbli sabiex jiżdiedu l-kapaċitajiet u l-prestazzjonijiet Ewropej fir-riċerka. Kompetizzjoni internazzjonali bejn ir-riċerkaturi ser tibqa' ċentrali sabiex tiġi żgurata l-għola kwalità tar-riċerka taħt din l-attività. Żieda fil-mobbiltà tar-riċerkaturi u tisħiħ tar-riżorsi ta' dawk l-istituzzjonijiet li jiġbdu lir-riċerkaturi internazzjonalment ser jinkoraġġixxu ċentri ta' eċċellenza fl-Unjoni Ewropea kollha. Sabiex jiġu żgurati t-taħriġ u l-mobbiltà fi ħdan oqsma ġodda ta' riċerka u teknoloġija, ser tiġi żgurata koordinazzjoni adegwata ma' partijiet oħra tas-Seba' Programm Kwadru u ser jitfittxu sinerġiji ma' linji politiċi Komunitarji oħra, p. eż. dwar l-edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjiegi. Azzjonijiet sabiex l-edukazzjoni xjentifika tintrabat mal-karrieri, u azzjonijiet ta' riċerka u koordinazzjoni dwar metodi ġodda fl-edukazzjoni xjentifika huma previsti taħt il-parti Xjenza fis-Soċjetà tal-Programm "Kapaċitajiet".

Attivitajiet

· Taħriġ inizjali tar-riċerkaturi sabiex jittejbu l-perspettivi ta' karriera tagħhom, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, fost oħrajn permezz tat-twessiegħ tal-ħiliet xjentifiċi u ġeneriċi tagħhom, inklużi dawk relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija u l-intraprenditorija, u billi jiġu attratti aktar persuni żgħażagħ lejn karrieri xjentifiċi. Dan ser jiġi implimentat permezz ta' Networks Marie Curie bl-objettiv ewlieni li tingħeleb il-frammentazzjoni ta', u sabiex jissaħħu fil-livell Ewropew, it-taħriġ inizjali u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi. Huwa previst appoġġ għall-aħjar riċerkaturi fi stadju bikri sabiex dawn jingħaqdu ma' timijiet ta' riċerka stabbiliti. Il-membri tan-networks transnazzjonali għandhom jisfruttaw il-kompetenzi kumplementari tagħhom permezz ta' programmi integrati ta' taħriġ. L-appoġġ ser jinkludi r-reklutaġġ ta' riċerkaturi fi stadju bikri, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' taħriġ li jkunu miftuħa wkoll għal riċerkaturi minn barra n-network u akkademiċi ta' esperjenza kbira u/jew persuni f'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà fl-industrija għat-trasferiment ta' l-għerf u għas-superviżjoni.

· Taħriġ tul il-ħajja u żvilupp tal-karrieri sabiex jingħata appoġġ għall-izvilupp tal-karriera ta' riċerkaturi ta' esperjenza. Bil-għan li jiġu kkomplementati jew miksuba ħiliet u kompetenzi ġodda jew sabiex tissaħħaħ l-inter/multi-dixxiplinarjetà u/jew il-mobbiltà inter-settorali, huwa maħsub li jingħata appoġġ lil riċerkaturi bi bżonnijiet partikolari għal kompetenzi u abbiltajiet addizzjonali/komplementari, lil riċerkaturi li jkunu jridu jerġgħu jaqbdu karriera fir-riċerka wara waqfien fl-attività tagħhom, u għall-integrazzjoni jew l-integrazzjoni mill-ġdid ta' riċerkaturi f'pożizzjonijiet fit-tul tar-riċerka fl-Ewropa, inkluż fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, wara li jkunu għamlu esperjenza ta' mobbiltà transnazzjonali jew internazzjonali. Din il-linja ta' azzjoni ser tiġi implimentata kemm permezz ta' fellowships individwali li jingħataw direttament fil-livell Komunitarju kif ukoll permezz tal-ko-finanzjament ta' programmi reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali fejn dan jissodisfa l-kriterji ta' valur miżjud Ewropew, trasparenza u ftuħ.

Inizjalment il-metodu ta' ko-finanzjament ser jiġi implimentat fuq skala kontrollata li tippermetti li tinkiseb l-esperjenza meħtieġa.

· Toroq u sħubiji bejn l-industrija u l-akkademja: Appoġġ għal programmi ta' koperazzjoni fit-tul bejn organizzazzjonijiet mill-akkademja u mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs u inkluż l-industriji tradizzjonali ta' manifattura, ser timmira li tistimola l-mobbiltà intersettorali u tiżdied il-kondiviżjoni ta' l-għerf permezz ta' sħubiji konġunti ta' riċerka, appoġġati mir-reklutaġġ fis-sħubija ta' riċerkaturi ta' esperjenza, mis-sekondar ta' persunal bejn iż-żewġ setturi, u mill-organizzazzjoni ta' avvenimenti.

· Id-dimensjoni internazzjonali: sabiex titjieb il-kwalità tar-riċerka Ewropea billi jiġu attratti talenti fir-riċerka minn barra l-Ewropa, u titrawwem kollaborazzjoni fir-riċerka għall-benefiċċju reċiproku ma' riċerkaturi minn barra l-Ewropa. Dan ser jiġi indirizzat permezz ta' fellowships internazzjonali għal riċerka barra mill-Ewropa (b'fażi ta' ritorn obbligatorju inkluż); fellowships internazzjonali lejn l-Ewropa; sħubiji għall-appoġġ ta' l-iskambju ta' riċerkaturi. Ser jingħata appoġġ ukoll għal inizjattivi komuni bejn organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet minn pajjiżi ġirien ta' l-UE u minn pajjiżi li magħhom il-Komunità għandha ftehim ta' Xjenza u Teknoloġija. L-attività ser tinkludi miżuri li jilqgħu kontra r-riskju ta' "esodu ta' l-imħuħ" mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u mill-ekonomiji emerġenti u miżuri sabiex jinħolqu networks bejn ir-riċerkaturi Ewropej li jaħdmu barra mill-Ewropa. Dawn l-azzjonijiet ser jiġu implimentati skond l-attivitajiet internazzjonali taħt il-Programmi "Koperazzjoni" u "Kapaċitajiet".

· Azzjonijiet speċifiċi sabiex jagħtu appoġġ għall-ħolqien ta' suq tax-xogħol Ewropew ġenwin għar-riċerkaturi, billi jitneħħew l-ostakli għall-mobbiltà u jittejbu l-perspettivi tal-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa. Miżuri ta' inċentiv għal istituzzjonijiet pubbliċi li jippromwovu l-mobbiltà, il-kwalità u l-profil tar-riċerkaturi tagħhom jiġu wkoll appoġġati. Barra minn hekk, ser jingħataw għotjiet sabiex titjieb l-kuxjenza pubblika dwar l-azzjonijiet Marie Curie u l-objettivi tagħhom.

IV KAPAĊITAJIET

IV.  Din il-parti tas-Seba' Programm Kwadru ser issaħħaħ il-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni fl-Ewropa kollha u tiżgura użu ottimali tagħhom. Dan il-għan ser jinkiseb permezz ta':

It-titjib kemm jista' jkun ta' l-użu u l-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' riċerka,

   It-tisħiħ tal-kapaċitajiet innovattivi ta' l-SMEs u l-kapaċità tagħhom li jibbenefikaw mir-riċerka,
   Appoġġ għall-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka,
   Il-ftuħ tal-potenzjal ta' riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-UE,
   It-tqarrib lejn xulxin tax-xjenza u s-soċjetà għall-integrazzjoni armonjuża tax-xjenza u t-teknoloġija fis-soċjetà Ewropea,
   Appoġġ għall-iżvilupp koerenti ta' linji politiċi dwar ir-riċerka,
   Azzjonijiet u miżuri orizzontali ta' appoġġ għall-koperazzjoni internazzjonali.
   INFRASTRUTTURI TA' RIĊERKA

Objettiv

Li jittejjeb kemm jista' jkun l-użu u l-iżvilupp ta' l-aħjar infrastrutturi ta' riċerka eżistenti fl-Ewropa, u tingħata għajnuna sabiex jinħolqu fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija infrastrutturi ta' riċerka ġodda ta' interess pan-Ewropew meħtieġa mill-komunità xjentifika Ewropea sabiex tibqa' fuq quddiem nett tal-progress tar-riċerka, u tkun kapaċi tgħin lill-industrija sabiex issaħħaħ il-bażi ta' l-għerf u l-għerf teknoloġiku tagħha.

Motivazzjoni

L-infrastrutturi ta' riċerka għandhom rwol dejjem akbar fl-avvanz fl-għerf u t-teknoloġija u l-isfruttament tagħhom. L-importanza ta' tali infrastrutturi hija diġà stabbilita sew f'oqsma bħall-enerġija, l-ispazju u l-fiżika tal-partiċelli u qed tiżdied f'oqsma oħra. Per eżempju, s-sorsi ta' radjazzjoni, id-databanks fil-ġenomika u fix-xjenzi soċjali, l-osservatorji għax-xjenzi ambjentali u spazjali, is-sistemi ta' l-imaging jew clean rooms għall-istudju u l-iżvilupp ta' materjali ġodda jew tan-nano-elettronika, huma fil-qofol tar-riċerka. Dawn huma għaljin, jeħtieġu l-iżvilupp ta' firxa wiesgħa ta' kompetenzi , u għandhom jintużaw u jiġu sfruttati minn kommunità kbira ta' xjenzati u industriji klijenti fuq skala Ewropea.

L-iżvilupp ta' approċċ Ewropew fir-rigward ta' infrastrutturi tar-riċerka, inklużi infrastrutturi elettroniċi bbażati fuq l-informatika u l-komunikazzjoni u infrastrutturi virtwali, u t-twettiq ta' attivitajiet f'dan il-qasam fil-livell ta' l-Unjoni, jistgħu jagħtu kontribut sinifikattiv sabiex tingħata spinta lill-potenzjal tar-riċerka Ewropea u l-isfruttament tiegħu u jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona ta' Riċerka Ewropea.

Filwaqt li r-rwol ta' l-Istati Membri ser jibqa' ċentrali fl-iżvilupp u l-finanzjament ta' infrastrutturi, il-Komunità tista' u għandu jkollha rwol ta' katalizzatur u ta' lieva billi tgħin tiżgura aċċess usa' u aktar effiċjenti għal, u l-użu ta', l-infrastrutturi eżistenti fl-Istati Membri differenti, billi tistimula l-iżvilupp ta' dawn l-infrastrutturi, u n-networking tagħhom, b'mod koordinat, u billi tiġi promossa l-emerġenza ta' infrastrutturi tar-riċerka ġodda ta' interess pan-Ewropew għall-perjodu medju għal dak fit-tul. F'dan ir-rigward, il-Forum Strateġiku Ewropew dwar l-Infrastrutturi ta' Riċerka (ESFRI) għandu rwol ċentrali fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u ta' roadmap ta' infrastrutturi ta' riċerka Ewropej.

Attivitajiet

L-attivitajiet imwettqa taħt din l-intestatura ser jiġu esegwiti fil-qasam kollu tax-xjenza u tat-teknoloġija. Huma ser jiġu implimentati f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet li jseħħu fl-oqsma tematiċi sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha mwettqa fil-livell Ewropew fil-qafas Komunitarju jwieġbu għall-ħtiġijiet għall-infrastruttura ta' riċerka fl-oqsma in kwistjoni, inkluża l-koperazzjoni internazzjonali.

L-attivitajiet ser ikunu dawn li ġejjin:

· Appoġġ għal infrastrutturi ta' riċerka eżistenti

– l-integrazzjoni ta' attivitajiet sabiex jiġi strutturat aħjar, fuq skala Ewropea, il-mod kif l-infrastrutturi ta' riċerka joperaw f'qasam speċifiku u sabiex jiġu promossi l-użu koerenti u l-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' aċċess transnazzjonali sabiex jiġi żgurat li r-riċerkaturi Ewropej, inklużi riċerkaturi mill-industrija u l-SMEs, jista' jkollhom aċċess għal infrastrutturi ta' riċerka ta' prestazzjoni għolja sabiex iwettqu r-riċerka tagħhom, irrispettivament mill-post ta' l-infrastruttura,

–   it-tisħiħ ta' l-infrastruttura elettronika għar-riċerka permezz tal-promozzjoni ta' l-iżvilupp ulterjuri u l-evoluzzjoni u l-konnettività globali ta' infrastrutturi ta' komunikazzjoni u ta' infrastrutturi grid ta' kapaċità għolja u ta' prestazzjoni għolja u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet Ewropej fl-informatika, kif ukoll billi titħeġġeġ l-adozzjoni minn komunitajiet utenti fejn ikun il-każ, waqt li tissaħħaħ ir-relevanza globali tagħhom u jiżdied il-livell ta' fiduċja u kunfidenza fihom, b'bini fuq il-kisbiet ta' l-infrastrutturi GEANT u Grid u abbażi ta' standards miftuħa għall-interoperabbiltà.

–  · Appoġġ għal infrastrutturi ta' riċerka ġodda

Kostruzzjoni ta' infrastrutturi ġodda u titjib maġġuri ta' dawk eżistenti b'iffokar prinċipali fuq fażijiet preparatorji, għall-promozzjoni ta' l-emerġenza ta' faċilitajiet ta' riċerka ġodda, skond il-prinċipju ta' "ġeometrija varjabbli", li jibnu primarjament fuq il-ħidma mwettqa mill-ESFRI(31).

–   studji ta' proġettazzjoni, permezz ta' approċċ minn isfel 'il fuq għal sejħiet għal proposti, sabiex jiġi promoss il-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka permezz tal-finanzjament ta' għotjiet esploratorji u studji dwar il-fattibiltà għal infrastrutturi ġodda.

Il-proġetti ta' infrastrutturi proposti għall-finanzjament f'dan ir-rigward ser jiġu identifikati abbażi ta' sensiela ta' kriterji inklużi b'mod partikolari:

   Inkapaċità ta' mekkaniżmi eżistenti li jiksbu l-objettiv.
   Valur miżjud ta' appoġġ finanzjarju Komunitarju.
   Kapaċità li jiġi offrut servizz bi tweġiba għall-ħtiġijiet ta' l-utenti mill-komunità xjentifika (akkademika u industrijali) fl-Ewropa kollha, inkluż il-valur miżjud għaż-Żona ta' Riċerka Ewropea.
   Eċċellenza xjentifika.
   Relevanza fil-livell internazzjonali.
   Kontribut għal kapaċità ta' żvilupp teknoloġiku.
   Kontribut għall-iżvilupp ta' "raggruppamenti ta' eċċellenza bbażati fuq ir-riċerka".
   Fattibbiltà teknoloġika u organizzattiva.
   Possibbiltajiet għal sħubija Ewropea u impenn finanzjarju b'saħħtu u impenn ieħor ta' l-Istati Membri u tal-partijiet interessati ewlenin oħra, kif ukoll l-użu possibbli ta' self mill-BEI u tal-Fondi Strutturali.
   L-istima ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni u dawk operattivi.

Safejn hija kkonċernata l-kostruzzjoni ta' infrastrutturi ġodda, għandu jittieħed kont tal-potenzjal għal eċċellenza xjentifika tar-reġjuni ta' konverġenza kif ukoll r-reġjuni l-aktar imbiegħda kull meta jkun il-każ. Ser tiġi żgurata il-koordinazzjoni effiċjenti ta' l-istrumenti finanzjarji Komunitarji, b'mod partikolari s-Seba' Programm Kwadru u l-fondi strutturali.

RIĊERKA GĦALL-BENEFIĊĊJU TA' L-SMEs

Objettivi

It-tisħiħ tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-SMEs Ewropej u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' prodotti u swieq ġodda bbażati fuq it-teknoloġija ġdida billi tingħatalhom għajnuna sabiex jesternalizzaw ir-riċerka, iżidu l-isforzi ta' riċerka tagħhom, jestendu n-networks tagħhom, jisfruttaw aħjar ir-riżultati tar-riċerka u jiksbu l-għerf teknoloġiku, b'hekk jitnaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Motivazzjoni

L-SMEs jinsabu fil-qofol ta' l-industrija Ewropea. Għandhom ikunu element ċentrali fis-sistema ta' l-innovazzjoni u fil-katina tat-trasformazzjoni ta' l-għerf fi prodotti, proċessi u servizzi ġodda. Quddiem kompetizzjoni li qed tikber, sew fis-suq intern kif ukoll globalment, l-SMEs Ewropej jeħtiġilhom iżidu l-għerf kif ukoll l-intensità tar-riċerka tagħhom, itejbu l-isfruttament tar-riċerka, jespandu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom fi swieq akbar u jġibu n-networks ta' l-għerf tagħhom fuq skala internazzjonali. Il-parti l-kbira ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri relevanti għall-SMEs ma jinkoraġġux u ma jappoġġawx il-koperazzjoni trasnazzjonali fir-riċerka u t-trasferiment tat-teknoloġija. Jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell ta' l-UE sabiex jikkomplementaw u jtejbu l-impatt ta' azzjonijiet meħuda fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Minbarra l-azzjonijiet elenkati hawn taħt, il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs ser tiġi inkoraġġita u ffaċilitata, u ser jittieħed kont tal-ħtiġijiet tagħhom tul is-Seba' Programm Kwadru.

Attivitajiet

Azzjonijiet speċifiċi f'appoġġ għall-SMEs huma maħsuba sabiex jappoġġaw lill-SMEs jew lil assoċjazzjonijiet ta' SMEs li jkunu jeħtieġu jesternalizzaw ir-riċerka: prinċipalment SMEs b'teknoloġija baxxa jew medja bi ftit jew ebda kapaċità ta' riċerka. L-SMEs b'intensità għolja ta' riċerka jistgħu jipparteċipaw bħala fornituri ta' servizzi ta' riċerka jew jesternalizzaw ir-riċerka sabiex jikkomplementaw il-kapaċità ta' riċerka fundamentali tagħhom. Ser jitwettqu azzjonijiet fil-qasam kollu tax-xjenza u tat-teknoloġija b'approċċ minn isfel 'il fuq. L-azzjonijiet ser jinkludu appoġġ ta' dimostrazzjoni u attivitajiet oħra sabiex jiffaċilitaw l-isfruttament ta' riżultati ta' riċerka, bl-iżgurar tal-komplementarità mal-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni. Il-mezzi finanzjarji ser jiġu allokati permezz ta' żewġ skemi:

   Riċerka għall-SMEs: sabiex jingħata appoġġ lil gruppi żgħar ta' SMEs innovattivi sabiex isolvu problemi teknoloġiċi komuni jew komplementari.
   Riċerka għal assoċjazzjonijiet ta' SMEs: sabiex jingħata appoġġ lil assoċjazzjonijiet ta' SMEs u raggruppamenti ta' SMEs sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet tekniċi għal problemi komuni għal għadd kbir ta' SMEs f'setturi industrijali speċifiċi jew f'ħoloq speċifiċi tal-katina ta' valur.

Il-fokus ċar se jkun li jingħata appoġġ għal proġetti ta' riċerka. Barra minn hekk, ser jingħata appoġġ għal skemi nazzjonali li jipprovdu mezzi finanzjarji lill-SMEs jew lill-assoċjazzjonijiet ta' SMEs sabiex iħejju proposti għal azzjonijiet taħt "Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs". Matul l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru, il-komplementarità u s-sinerġija ser ikunu żgurati bl-azzjonijiet tal-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

Il-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni ser iħeġġeġ u jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fis-Seba' Programm Kwadru permezz tas-servizzi orizzontali tiegħu f'appoġġ għan-negozji u l-innovazzjoni. Il-komplementarità u s-sinerġija ma' programmi Komunitarji oħra ser jiġu żgurati.

REĠJUNI TA' L-GĦERF

Objettivi

Li jissaħħaħ il-potenzjal ta' riċerka tar-reġjuni Ewropej, b'mod partikolari billi jitħeġġeġ u jiġi appoġġat l-iżvilupp, madwar l-Ewropa, ta' "raggruppamenti mmexxija mir-riċerka" reġjonali li jassoċjaw flimkien universitajiet, ċentri ta' riċerka, intrapriżi u awtoritajiet reġjonali.

Motivazzjoni

Ir-reġjuni kull ma jmur dejjem iżjed qed jitqiesu bħala atturi importanti fix-xenarju tar-riċerka u l-iżvilupp ta' l-UE. Il-politika tar-riċerka u l-attivitajiet fil-livell reġjonali ta' spiss iserrħu fuq l-iżvilupp ta' "raggruppamenti" li jassoċjaw flimkien atturi pubbliċi u privati. L-azzjoni pilota dwar "Reġjuni ta' Għerf" uriet id-dinamika ta' din l-evoluzzjoni u l-ħtieġa ta' appoġġ u inkoraġġament għall-iżvilupp ta' dawn l-istrutturi.

L-azzjonijiet meħuda f'dan il-qasam ser jippermettu lir-reġjuni Ewropej sabiex isaħħu l-kapaċità tagħhom għall-investiment fl-RTD u sabiex iwettqu attivitajiet ta' riċerka, filwaqt li jkabbru kemm jistgħu il-potenzjal ta' l-operaturi tagħhom għal parteċipazzjoni b'suċċess fi proġetti Ewropej ta' riċerka u jiffaċilitaw l-emerġenza ta' raggruppamenti, b'hekk jippromwovu l-iżvilupp reġjonali fl-Ewropa. Xi azzjonijiet ser jiffaċilitaw il-ħolqien ta' raggruppamenti reġjonali li jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-Żona ta' Riċerka Ewropea.

Attivitajiet

L-inizjattiva ġdida "Reġjuni ta' Għerf" ser tinvolvi u ġġib flimkien atturi reġjonali involuti fir-riċerka bħal universitajiet, ċentri ta' riċerka, l-industrija, awtoritajiet pubbliċi (kunsilli reġjonali jew aġenziji ta' żvilupp reġjonali). Il-proġetti ser ikopru l-analiżi konġunta ta' l-aġendi ta' riċerka ta' raggruppamenti reġjonali (f'koordinazzjoni ma' attivitajiet oħra dwar il-kwistjoni usa' ta' raggruppamenti reġjonali ta' innovazzjoni) u l-elaborazzjoni ta' sensiela ta' strumenti sabiex jindirizzawhom f'attivitajiet ta' riċerka speċifiċi, inkluż permezz ta' "konsulenza" ta' reġjuni bi profili ta' riċerka anqas żviluppati minn reġjuni ferm żviluppati u appoġġ lil Reġjuni ta' Għerf emerġenti.

Dan ser jinkludi miżuri mmirati lejn it-titjib ta' networking ta' riċerka u l-aċċess għal sorsi ta' finanzjament għar-riċerka kif ukoll integrazzjoni u konnessjoni aħjar ta' atturi fir-riċerka u istituzzjonijiet f'ekonomiji reġjonali. Dawn l-attivitajiet ser jiġu implimentati f'relazzjoni mill-qrib mal-politika reġjonali Komunitarja (il-fondi strutturali), u l-Programm Kwadru ta' Kompetittività u Innovazzjoni u l-Programmi ta' Edukazzjoni u Taħriġ.

Fil-kuntest ta' l-attività speċifika "Reġjuni ta' Għerf" ser jitfittxu sinerġiji mal-politika reġjonali Komunitarja kif ukoll mal-programmi nazzjonali u reġjonali relevanti, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġjuni ta' konverġenza u r-reġjuni l-aktar imbiegħda.

POTENZJAL GĦAR-RIĊERKA

Objettiv

Li tiġi stimulata r-realizzazzjoni tal-potenzjal sħiħ ta' riċerka ta' l-Unjoni wara t-tkabbir permezz tal-ftuħ u l-iżvilupp ta' l-eċċellenza eżistenti u emerġenti fir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-aktar imbiegħda ta' l-UE(32), u li jiġi megħjun it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tar-riċerkaturi tagħhom sabiex jipparteċipaw b'suċċess fl-attivitajiet ta' riċerka fil-livell Komunitarju.

Motivazzjoni

L-Ewropa ma tisfruttax bis-sħiħ il-potenzjal ta' riċerka tagħha, b'mod partikolari f'reġjuni anqas avvanzati mbiegħda mill-qalba Ewropea tar-riċerka u l-iżvilupp industrijali. Sabiex tingħata għajnuna lir-riċerkaturi u l-istituzzjonijiet, kemm jekk fis-settur pubbliku jew privat, ta' dawn ir-reġjuni sabiex jikkontribwixxu għall-isforz globali Ewropew fir-riċerka, filwaqt li jieħdu vantaġġ mill-għerf u l-esperjenza eżistenti f'reġjuni oħra ta' l-Ewropa, din l-azzjoni timmira li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jippermettulhom jisfruttaw il-potenzjal tagħhom, u ser tgħin sabiex tiġi realizzata bis-sħiħ iż-Żona ta' Riċerka Ewropea fl-Unjoni wara t-tkabbir. L-azzjonijiet ser jibnu fuq miżuri ta' l-imgħoddi u dawk eżistenti bħaċ-Ċentri Ewropej ta' Eċċellenza taħt il-Ħames Programm Kwadru f'dawk li kienu l-pajjiżi aderenti u kandidati fil-Ħames Programm Kwadru u l-Fellowships ta' Ospitalità Marie Curie għat-Traferiment ta' l-għerf.

Attivitajiet

L-azzjonijiet f'dan il-qasam ser jinkludu appoġġ għal:

   Sekondamenti transnazzjonali miż-żewġ naħat ta' persunal ta' riċerka bejn organizzazzjonijiet magħżula fir-reġjuni ta' konverġenza, u organizzazzjoni msieħba waħda jew aktar; appoġġ għal ċentri magħżula ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti għar-reklutaġġ ta' riċerkaturi ta' esperjenza, inklużi maniġers, li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħra.
   L-akkwist u l-iżvilupp ta' tagħmir tar-riċerka u l-iżvilupp ta' ambjent materjali li jippermetti l-isfruttament sħiħ tal-potenzjal intellettwali preżenti fiċ-ċentri magħżula ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti fir-reġjuni ta' konverġenza.
   L-organizzazzjoni ta' workshops u konferenzi sabiex jiffaċilitaw it-trasferiment ta' l-għerf; attivitajiet ta' promozzjoni kif ukoll inizjattivi li jimmiraw lejn id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' riżultati ta' riċerka f'pajjiżi oħra u lejnhom u fuq is-swieq internazzjonali.
   "Faċilitajiet ta' valutazzjoni" li permezz tagħhom kwalunkwe ċentru ta' riċerka fir-reġjuni ta' konverġenza jista' jibbenefika minn valutazzjoni esperta indipendenti tal-livell tal-kwalità globali tar-riċerka u ta' l-infrastrutturi tiegħu.

Ser jiġu mfittxija sinerġiji b'saħħithom mal-politika reġjonali Komunitarja. L-azzjonijiet li jirċievu l-appoġġ taħt din l-intestatura ser jidentifikaw il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' riċerka taċ-ċentri ta' eċċellenza emerġenti u eżistenti fir-reġjuni ta' koverġenza, li jistgħu jiġu indirizzati permezz tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni.

Ser jiġu mfittxija wkoll sinerġiji mal-Programm Kwadru ta' Kompetittività u Innovazzjoni sabiex tiġi promossa l-kummerċjalizzazzjoni reġjonali ta' l-R&D f'kolloborazzjoni ma' l-industrija.

IX-XJENZA FIS-SOĊJETÀ

Objettiv

Sabiex tiġi stimulata, bil-ħsieb li tinbena soċjetà bbażata fuq l-għerf Ewropea li tkun miftuħa, effettiva u demokratika, l-integrazzjoni armonjuża ta' sforz xjentifiku u teknoloġiku, u ta' politika ta' riċerka assoċjata fit-tessut soċjali Ewropew, billi fuq skala Ewropea jiġu mħeġġa r-riflessjoni u d-dibattitu dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, u r-relazzjoni tagħhom ma' l-ispektrum sħiħ tas-soċjetà u l-kultura.

Motivazzjoni

L-influwenza tax-xjenza u tat-teknoloġija fuq il-ħajja tagħna ta' kuljum qed issir dejjem iktar profonda. Madankollu, prodotti ta' l-attività soċjali u ffurmati minn fatturi soċjali u kulturali, ix-xjenza u t-teknoloġija jibqgħu dominju remot, bogħod mit-tħassib ta' kuljum tal-biċċa l-kbira tal-pubbliku u ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-linji politiċi, u jkomplu jkunu s-suġġett ta' nuqqas ta' fehim. Kwistjonijiet kontroversjali rigward teknoloġiji emerġenti għandhom jiġu indirizzati mis-soċjetà abbażi ta' dibattitu infurmat li jwassal għal għażliet u deċiżjonijiet sodi.

Attivitajiet

L-inizjattiva sostanzjali u integrata meħuda f'dan il-qasam ser tinkludi appoġġ għal:

   It-tisħiħ u t-titjib tas-sistema Ewropea tax-xjenza, u l-indirizzar tal-kwistjonijiet li ġejjin: it-titjib ta' l-użu u l-monitoraġġ ta' l-impatt tal-parir u l-kompetenzi xjentifiċi għal tfassil ta' deċiżjonijiet (inkluż l-immaniġġar tar-riskji); il-futur tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi; miżuri sabiex il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi jsiru aktar aċċessibbli għal membri tal-pubbliku li jixtiequ jikkonsultawhom; salvagwardji għal oqsma xjentifiċi miftuħa għal użu mhux xieraq; u kwistjonijiet ta' frodi, fiduċja u "regolamentazzjoni proprja".
   Involviment usa' bejn ir-riċerkaturi u l-pubbliku ġenerali, inkluża s-soċjetà ċivili organizzata, b'mistoqsijiet relatati max-xjenza, sabiex jiġu antiċipati u ċċarati kwistjonijiet politiċi u tas-soċjetà, inklużi dawk etiċi.
   Ir-riflessjoni u d-dibattitu dwar ix-xjenza u t-teknoloġija u posthom fis-soċjetà, abbażi ta' dixxiplini bħall-istorja, is-soċjoloġija u l-filosofija tax-xjenza u t-teknoloġija.
   Riċerka dwar is-sessi, inkluża l-integrazzjoni tad-dimensjoni dwar is-sessi fl-oqsma kolla tar-riċerka u l-promozzjoni tar-rwol tan-nisa fir-riċerka u fil-korpi ta' tfassil ta' deċiżjonijiet xjentifiċi.
   Il-ħolqien ta' ambjent miftuħ li jqajjem il-kurżità dwar ix-xjenza fost it-tfal u ż-żgħażagħ, permezz tat-tisħiħ ta' l-edukazzjoni tax-xjenzi fil-livelli kollha, inklużi fl-iskejjel, u permezz tal-promozzjoni ta' l-interess u l-parteċipazzjoni sħiħa fix-xjenza fost iż-żgħażagħ minn kull sfond tal-ħajja.
   It-tisħiħ tar-rwol tar-riċerka bbażata f'universitajiet u istituti ta' l-edukazzjoni ogħla oħra u l-impenn ta' dawn l-universitajiet u istituti fl-isfidi ta' globalizzazzjoni.
   Inter-komunikazzjoni mtejba u fehim reċiproku bejn id-dinja xjentifika u l-udjenza usa' ta' dawk li jfasslu l-politika, il-medja u l-pubbliku ġenerali, permezz ta' għajnuna lix-xjenzjati sabiex jikkomunikaw aħjar u jippreżentaw il-ħidma tagħhom u permezz ta' appoġġ għall-informazzjoni xjentifika, pubblikazzjonijiet u medja.

Dawn l-attivitajiet se jieħdu l-forma, b'mod partikolari, ta' proġetti ta' riċerka, studji, networking u skambji, okkażjonjiet u inizjattivi pubbliċi, premjijiet, stħarriġ u ġbir tad-data. F'ħafna każijiet, ser ikunu jinkludu sħubiji internazzjonali ma' organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP KOERENTI TA' LINJI POLITIĊI TAR-RIĊERKA

Objettivi

It-titjib ta' l-effikaċja u l-koerenza ta' linji politiċi tar-riċerka Komunitarji u nazzjonali u l-artikolazzjoni tagħhom ma' linji politiċi oħra, it-titjib ta' l-impatt tar-riċerka pubblika u r-rabtiet tagħha ma' l-industrija, u t-tisħiħ ta' l-appoġġ pubbliku u l-influwenza pożittiva fuq l-investiment minn atturi privati.

Motivazzjoni

Iż-żieda ta' l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp sa l-objettiv ta' 3% u t-titjib ta' l-effikaċja tiegħu hija prijorità minn ta' fuq nett ta' l-istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi. Għalhekk, l-iżvilupp ta' linji politiċi effettivi sabiex jiġu influwenzati b'mod pożittiv investimenti f'riċerka pubbliċi u privati hu tħassib prinċipali ta' l-awtoritajiet pubbliċi fid-dawl tal-bżonn ta' l-aċċellerazzjoni tat-transizzjoni lejn ekonomija kompetittiva bbażata fuq l-għerf. Dan jitlob għal adattabbiltà ta' linji politiċi tar-riċerka, il-mobilizzazzjoni ta' firxa usa' ta' strumenti, il-koordinazzjoni ta' sforzi minn konfini nazzjonali għall-ieħor u l-mobilizzazzjoni ta' linji politiċi oħra sabiex jinħolqu kondizzjonijiet-kwadru aħjar għar-riċerka.

Attivitajiet

L-attivitajiet imwettqa taħt din l-intestatura ser jikkomplementaw l-attivitajiet ta' koordinazzjoni taħt il-programm "Koperazzjoni" u ser jimmiraw lejn it-titjib tal-koerenza u l-impatt ta' linji politiċi u inizjattivi reġjonali, nazzjonali u Komunitarji (p.eż il-finanzjament ta' programmi, il-leġislazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida). L-attivitajiet ser ikunu dawn li ġejjin:

   Il-monitoraġġ u l-analiżi ta' linji politiċi pubbliċi relatati mar-riċerka u strateġiji industrijali, inkluż l-impatt tagħhom u l-iżvilupp ta' indikaturi sabiex jiġu provduti informazzjoni u evidenza b'appoġġ għat-tfassil, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-koordinazzjoni transnazzjonali ta' linji politiċi.
   It-tisħiħ, fuq bażi volontarja, tal-koordinazzjoni ta' linji politiċi tar-riċerka permezz ta' azzjonijiet għall-appoġġ ta' l-implimentazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (OMC) u inizjattivi ta' koperazzjoni transnazzjonali minn isfel 'il fuq imwettqa fuq il-livell nazzjonali jew reġjonali dwar kwistjonijiet ta' interess komuni.

ATTIVITAJIET TA' KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI

Il-Komunità Ewropea teħtieġ politika internazzjonali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija koerenti u b'saħħitha, sabiex issir kompetittiva u sabiex ikollha rwol prinċipali fuq il-livell dinji. L-azzjonijiet internazzjonali mwettqa taħt il-programmi differenti tas-Seba' Programm Kwadru ser ikunu implimentati fil-kuntest ta' strateġija ta' koperazzjoni internazzjonali globali.

Din il-politika internazzjonali għandha tlitt objettivi interdipendenti:

   Li tagħti appoġġ għall-kompetittività Ewropea permezz ta' sħubija strateġika ma' pajjiżi terzi f'oqsma magħżula tax-xjenza u bl-ingaġġ ta' l-aqwa xjenzjati minn pajjiżi terzi sabiex jaħdmu fl-Ewropa u magħha;
   Li tiffaċilita l-kuntatti ma' l-imsieħba f'pajjiżi terzi bil-għan li tipprovdi aċċess aħjar għar-riċerka mwettqa xi mkien ieħor fid-dinja;
   Li tindirizza problemi speċifiċi li għandhom quddiemhom il-pajjiżi terzi, jew dawk ta' natura globali, abbażi ta' l-interess reċiproku u l-benefiċċju reċiproku.

Il-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi fis-Seba' Programm Kwadru ser tkun immirata, b'mod partikolari, lejn il-gruppi ta' pajjiżi li ġejjin:

   Il-pajjiżi kandidati;
   Pajjiżi ġirien ta' l-UE, il-pajjiżi sħab tal-Mediterran, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (WBC)(33) u l-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant u ta' l-Asja Ċentrali (EECA)(34);
   Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'attenzjoni fuq il-ħtiġijiet partikolari ta' kull pajjiż jew reġjun ikkonċernat(35);
   L-ekonomiji emerġenti.

L-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali orjentati skond it-temi jitwettqu taħt il-programm "Koperazzjoni". L-azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-potenzjal uman isiru taħt il-programm "Nies".

Taħt il-programm "Kapaċitajiet" ser jiġu implimentati azzjonijiet ta' appoġġ orizzontali u miżuri li jiffokaw fuq oqsma minbarra dawk marbuta ma' tema speċifika jew ma' qasam interdixxiplinari koperti fil-programm "Koperazzjoni", u jistgħu jiġu supplimentati, f'numru limitat ta' każijiet, minn azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifika ta' interess reċiproku. Se jsiru sforzi sabiex tittejjeb il-koerenza ta' l-attivitajiet nazzjonali permezz ta' l-appoġġ ta' l-koordinament bejn il-programmi nazzjonali dwar il-koperazzjoni xjentifika internazzjonali. B'kont meħud ta' l-esperjenza miksuba permezz ta' INTAS u filwaqt li jibnu fuq il-ħidma tagħha fil-qafas tal-koperazzjoni mal-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant u ta' l-Asja Ċentrali, attivitajiet li jipprovdu kontinwità ser jitwettqu permezz ta' dan il-programm u l-programmi speċifiċi "Koperazzjoni" u "Nies".

Ser tiġi żgurata l-koordinazzjoni globali ta' l-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali taħt il-programmi differenti tas-Seba' Programm Kwadru, kif ukoll ma' strumenti Komunitarji oħra.

AZZJONIJIET MHUX NUKLEARI TAĊ-ĊENTRU KONĠUNT TA' RIĊERKA (JRC)

Objettiv

Li jiġi provdut appoġġ xjentifiku u tekniku mmexxi mill-klijent għall-proċess ta' tfassil tal-politika Komunitarja, bl-iżgurar ta' l-appoġġ għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' linji politiċi eżistenti u li jwieġeb għal bżonnijiet ġodda ta' politika.

Motivazzjoni

L-indipendenza tal-JRC mill-interessi speċjali, sew privati kif ukoll nazzjonali, flimkien mal-kompetenzi tekniċi tiegħu, jippermettulu jiffaċilita l-komunikazzjoni u t-tkabbir tal-kunsens bejn il-partijiet interessati (assoċjazzjonijiet industrijali, gruppi ta' azzjoni ambjentali, awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, ċentri ta' riċerka oħra, eċċ.) u dawk li jfasslu l-politika, speċjalment fuq il-livell Komunitarju u b'mod partikolari mal-Parlament Ewropew. Permezz ta' l-appoġġ xjentifiku u teknoloġiku l-JRC jgħin sabiex il-proċess politiku Komunitarju jsir aktar effettiv, trasparenti u bbażat fuq ix-xjenza soda. Fejn u meta xieraq, ir-riċerka mwettqa mil-JRC għandha tkun koordinata mar-riċerka mwettqa taħt it-"Temi" tal-Programm Speċifiku "Koperazzjoni", sabiex jiġu evitati sovrapożizzjoni u duplikazzjoni.

Il-JRC ser isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fiż-Zona ta' Riċerka Ewropea. Permezz tat-tħaffif ta' l-aċċess għall-faċilitajiet tiegħu minn riċerkaturi Ewropej u dawk mhux Ewropej, inklużi riċerkaturi fi stadju bikri, ser iżid il-koperazzjoni tiegħu ma' organizzazzjoniet oħra ta' riċerka publiċi u privati, itejjeb b'mod konsistenti l-kwalità xjentifika ta' l-attivitajiet tiegħu stess u jikkontribwixxi b'mod aktar xjentifiku għat-taħriġ, li ser jibqa' ta' prijorità għolja għall-JRC.

L-utilità u l-kredibbiltà ta' l-appoġġ tal-JRC għal-linji politiċi Komunitarji huma marbuta mill-qrib mal-kwalità tal-kompetenzi xjentifiċi tiegħu u ma' l-integrazzjoni tiegħu fil-komunità xjentifika internazzjonali. Il-JRC għaldaqstant ser ikompli jinvesti fir-riċerka u fin-networking ma' ċentri oħra ta' eċċellenza fl-oqsma relevanti. Ser jipparteċipa f'azzjonijiet indiretti fl-oqsma kollha b'enfasi fuq sistemi komuni ta' referenza xjentifika, networking, it-taħriġ u l-mobbiltà, l-infrastrutturi tar-riċerka u l-parteċipazzjoni fil-Pjattaformi tat-Teknoloġija u l-istrumenti ta' ko-ordinazzjoni fejn għandu l-kompetenzi relevanti sabiex jipproduċi l-valur miżjud.

Il-JRC ser ikompli jippromwovi b'mod attiv l-integrazzjoni ta' l-Istati Membri l-Ġodda u l-Pajjiżi Kandidati fl-attivitajiet tiegħu, sa ma jilħqu l-istess livell ta' involviment attwali ta' l-UE15.

Attivitajiet

Il-prijoritajiet tal-JRC ser ikunu f'oqsma li huma ta' importanza strateġika għall-Unjoni u fejn il-kontribut tal-JRC jipprovdi valur miżjud għoli. L-appoġġ xjentifiku u tekniku għal-linji politiċi Komunitarji ser ikomplu jingħataw f'oqsma ċentrali bħall-iżvilupp sostenibbli, il-bidla fil-klima, l-ikel, l-enerġija, it-trasport, il-kimiċi, metodi alternattivi ta' ttestjar fuq l-annimali, il-politika tar-riċerka, it-teknoloġiji ta' l-informatika, metodi u materjal ta' referenza, il-bijoteknoloġija, ir-riskji, il-perikli u l-impatti soċjo-ekonomiċi. It-tkabbir ser ikun fl-oqsma ta' interess ewlieni għall-Komunità:

· Il-prosperità f'soċjetà li sserraħ fuq l-għerf

–  It-twettiq u l-iżvilupp ta' tekniċi ta' l-immudellar u l-analiżi ekonometriċi avvanzati fil-kuntest tad-definizzjoni u l-monitoraġġ tal-politika bħalma huma s-segwitu ta' l-Aġenda ta' Lisbona, is-Suq Intern u l-linji politiċi tar-riċerka u ta' l-rdukazzjoni tal-Komunità;

–  L-iżvilupp ta' mudelli sabiex jappoġġaw bilanċ ġdid bejn l-objettivi ta' sostenibbiltà u l-kompetittività b'mod responsabbli;

–  L-għoti ta' l-appoġġ xjentifiku/tekniku tagħha għall-iżvilupp tal-proċeduri ta' valutazzjoni u maniġġar tar-riskju bħala għodda għall-proċess Ewropew ta' tfassil ta' deċiżjonijiet.

· Is-solidarjetà u l-immaniġġar responsabbli tar-riżorsi

–  Li jsir ċentru rikonoxxut ta' referenza xjentifika u teknoloġika dwar l-agrikoltura sostenibbli b'enfasi fuq il-kwalità, it-traċċabbiltà u s-sigurtà ta' l-ikel (inkluż dak ġenetikament immodifikat u għalf), l-immaniġġar ta' l-ispazji u l-konformità reċiproka u sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komunitarja.

–  Li jagħti l-appoġġ xjentifiku u teknoloġiku lill-Politika Komuni tas-Sajd.

–  Li jtejjeb il-provvista tas-sistemi ta' informazzjoni armonizzati Ewropej tad-data b'rabtiet ġeografiċi u spazjali (appoġġ għall-INSPIRE) u li jkompli l-iżvilupp ta' approċċi ġodda għall-monitoraġġ globali ta' l-ambjent u tar-riżorsi (appoġġ għall-GMES).

–  Li jipprovdi kompetenzi u jkollu rwol fl-attivitajiet ta' riċerka tal-GMES u fl-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ġodda f'dan il-qasam.

–  Li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar l-Ambjent u s-Saħħa inkluż l-appoġġ għal attivitajiet kurrenti sabiex tiġi stabbilita sistema Komunitarja ta' informazzjoni integrata dwar l-ambjent u s-saħħa.

–  Li jippromwovi u jtejjeb l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' strateġiji alternattivi, u b'mod partikolari metodi li ma jinvolvux annimali, fl-oqsma relevanti ta' riċerka kollha (valutazzjoni tas-sigurtà, ittestjar tal-vaċċini, riċerka tas-saħħa u bijomedika eċċ.).

· Libertà, sigurtà u ġustizzja

–  Li jiżviluppa attivitajiet li jagħtu kontribut għall-istabbiliment tal-qasam tal-ħelsien, il-ġustizzja u s-sigurtà, speċjalment fl-oqsma li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-frodi, is-sigurtà tal-fruntieri u l-prevenzjoni ta' riskji kbar, f'koperazzjoni mal-korpi relevanti.

–  Li jappoġġa r-rispons Komunitarju għad-diżastri naturali u teknoloġiċi.

· L-Ewropa bħala sieħba dinjija

–  Li jsaħħaħ l-appoġġ għal-linji politiċi esterni Komunitarji f'oqsma speċifiċi bħalma huma l-aspetti esterni tas-sigurtà interna, il-koperazzjoni fl-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.

ANNESS II

ANALIŻI INDIKATTIVA TAL-PROGRAMMI

L-analiżi indikattiva tal-programmi hija kif ġej (f'EUR miljuni):

Koperazzjoni (36),(37)

32 413

Saħħa

6 100

L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, u l-Bijoteknoloġija

1 935

It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni

9 050

Nano-xjenzi, Nano-teknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji ta' Produzzjoni ġodda

3 475

Enerġija

2 350

L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)

1 890

It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)

4 160

Ix-Xjenzi Soċjo-ekonomiċi u l-Umanistika

623

L-Ispazju

1 430

Is-Sigurtà

1 400

Ideat

7 510

Nies

4 750

Kapaċitajiet

4 097

Infrastrutturi tar-Riċerka

1 715

Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs

1 336

Reġjuni ta' l-għerf

126

Potenzjal għar-Riċerka

340

Xjenza fis-Soċjetà

330

Żvilupp koerenti ta' linji politiċi ta' riċerka

70

Attivitajiet ta' Koperazzjoni Internazzjonali

180

Attivitajiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka

1 751

TOTAL

50 521

Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-Faċilità Finanzjarja għat-Tqassim tar-Riskju (RSFF)

Il-baġits indikattivi għall-programmi "Koperazzjoni" u "Kapaċitajiet" jinkludu kontributi lill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) għall-istabbiliment ta' l-RSFF msemmija fl-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jadottaw il-programmi speċifiċi li jikkontribwixxu ser jistabbilixxu, inter alia, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni li taħthom il-Kummissjoni ser tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni mill-ġdid għal attivitajiet oħra tal-Programm Kwadru tal-kontribut tal-Komunità għall-RSFF u d-dħul li hi tiġġenera, li mhumiex użati mill-BEI.

Is-Seba' Programm Kwadru ser jikkontribwixxi ammont sa EUR 500 miljun għall-RSFF sa l-2010. Għall-perjodu 2010-2013, ser ikun hemm il-possibiltà ta' rilaxx ta' somma addizzjonali sa EUR 500 miljun wara l-evalwazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2) ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni li jkun fih informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta' SMEs u universitajiet, it-twettiq tal-kriterji ta' l-għażla tas-Seba' Programm Kwadru, it-tipi ta' proġetti appoġġati u d-domanda għall-istrument ikkonċernat, it-tul tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni, ir-riżultati tal-proġett, u d-distribuzzjoni tal-fondi.

L-ammont li sar disponibbli mis-Seba' Programm Kwadru għandu jiżdied miegħu ammont ekwivalenti mill-EIB. Huwa ser jiġi mill-programm "Koperazzjoni" (sa 800 miljun EURO b'kontribut proporzjonali tal-prijoritajiet tematiċi kollha, minbarra xjenzi soċjo-ekonomiċi u l-umanistika) u l-programm "Kapaċitajiet" (sa 200 miljun mil-linja ta' l-infrastruttura tar-riċerka).

L-ammont ser ikun magħmul disponibbli progressivament lill-EIB b'kont meħud tal-livell tat-talba.

Sabiex tiġi żgurata tnedija rapida b'massa kritika ta' riżorsi, ammont li jlaħħaq l-EUR 500 miljun ser ikun progressivament allokat fil-baġit għall-perjodu sa l-evalwazzjoni interim tas-Seba' Programm Kwadru, imsemmi fl-Artikolu 7 (2) ta' din id-Deċiżjoni.

ANNESS III

SKEMI TA' FINANZJAMENT

Azzjonijiet Indiretti

L-attivitajiet appoġġati mis-Seba' Programm Kwadru ser jiġu ffinanzjati permezz ta' firxa ta' "Skemi ta' finanzjament". Dawn l-iskemi ser jintużaw, sew individwalment kif ukoll flimkien, sabiex jiffinanzjaw azzjonijiet implimentati taħt il-Programm Kwadru.

Id-deċiżjonijiet għal programmi speċifiċi, programmi ta' ħidma u sejħiet għal proposti ser jispeċifikaw, skond u meta jkun xieraq:

· It-tip(i) ta' skema(i) użata(i) għall-finanzjament ta' azzjonijiet differenti;

· Il-kategoriji ta' parteċipanti (bħal ma huma organizzazzjonijiet tar-riċerka, universitajiet, industriji, SMEs, awtoritajiet pubbliċi) li jistgħu jibbenefikaw minnu;

· It-tipi ta' attivitajiet (bħal riċerka u żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjoni, ġestjoni, taħriġ, disseminazzjoni, u attivitajiet oħra relatati) li jistgħu jiġu ffinanzjati minn kull waħda minnhom.

Fejn jistgħu jintużaw skemi ta' finanzjament differenti, il-programmi ta' ħidma jistgħu jispeċifikaw l-iskema ta' finanzjament li għandha tintuża għas-suġġett li dwaru jkunu mistiedna proposti.

L-iskemi ta' finanzjament huma dawn li ġejjin:

  a) B'appoġġ ta' azzjonijiet li huma implimentati primarjament abbażi ta' sejħiet għall-proposti:
   1. Proġetti kollaborattivi

Appoġġ għal proġetti ta' riċerka mwettqa minn konsorzji b'parteċipanti minn pajjiżi differenti, li jkollhom il-mira li jiżviluppaw għerf ġdid, teknoloġija ġdida, prodotti, attivitajiet ta' dimostrazzjoni jew riżorsi komuni għar-riċerka. Id-daqs, il-kamp ta' applikazzjoni u l-organizzazzjoni interna tal-proġetti jistgħu jvarjaw minn qasam għall-ieħor u minn suġġett għall-ieħor. Il-proġetti jistgħu jkollhom firxa minn skala żgħira għal dik medja ffokati fuq azzjonijiet ta' riċerka għal proġetti ta' integrazzjoni fuq skala kbira għall-kisba ta' objettiv definit. Il-proġetti għandhom ikunu mmirati wkoll lejn gruppi speċjali bħal SMEs u patrijiet oħrajn iżgħar.

   2. Networks ta' Eċċellenza

Appoġġ għal Programm Konġunt ta' Attivitajiet implimentat minn għadd ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka li jintegraw l-attivitajiet tagħhom f'qasam partikolari, imwettqa minn timijiet ta' riċerka fil-qafas ta' koperazzjoni fil-perjodu aktar fit-tul. L-implimentazzjoni ta' dan il-Programm Konġunt ta' Attivitajiet tkun tirrikjedi impenn formali min-naħa ta' l-organizzazzjonijiet li jkunu qed jintegraw parti mir-riżorsi u l-attivitajiet tagħhom.

   3. Azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ

Appoġġ għal attivitajiet immirati lejn il-koordinament jew l-appoġġ tal-linji politiċi u l-attivitajiet ta' riċerka (networking, skambji, aċċess transnazzjonali għall-infrastrutturi tar-riċerka, studji, konferenzi, eċċ.). Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu implimentati wkoll permezz ta' modi oħra, minbarra s-sejħiet għall-proposti.

   4. Appoġġ għal riċerka "ta' quddiem"

Appoġġ għal proġetti mwettqa minn timijiet individwali ta' riċerka nazzjonali jew transnazzjonali. Din l-iskema ser tintuża sabiex tappoġġa proġetti tar-riċerka "ta' quddiem" mmexxija mir-riċerkaturi ffinanzjati fil-qafas tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka.

   5. Appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi

Appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera ta' riċerkaturi, użat prinċiplament għall-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet Marie Curie.

   6. Riċerka għall-benefiċċju ta' gruppi speċifiċi (b'mod partikolari l-SMEs)

Appoġġ għal proġetti ta' riċerka li fihom il-parti l-kbira tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku ssir minn universitajiet, ċentri ta' riċerka jew entitajiet legali oħra, għall-benefiċċju ta' gruppi speċifiċi, b'mod partikolari l-SMEs jew l-assoċjazzjonijiet ta' l-SMEs. Ser isiru sforzi sabiex jiġi mobilizzat finanzjament ulterjuri mill-BEI u organizzazzjonijiet finanzjarji oħra.

  b) B'appoġġ għal azzjonijiet implimentati abbażi ta' deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew (jew mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew), ibbażati fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Komunità ser tipprovdi l-appoġġ finanzjarju għal inizjattivi fuq skala kbira u ffinanzjati minn għadd ta' sorsi.
   Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-implimentazzjoni konġunta ta' programmi nazzjonali ta' riċerka identifikati sew, abbażi ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat. Din l-implimentazzjoni konġunta ser tirrikjedi l-istabbiliment jew l-eżistenza ta' struttura ddedikata ta' implimentazzjoni. L-appoġġ finanzjarju Komunitarju ser jingħata suġġett għad-definizzjoni ta' pjan ta' finanzjament ibbażat fuq impenji formali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
   Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-implimentazzjoni ta' Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija sabiex jintlaħqu għanijiet li ma jkunux jistgħu jiġu milħuqa permezz ta' l-iskemi ta' finanzjament identifikati f'parti (a) hawn fuq. Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija ser jimmobilizzaw taħlita ta' finanzjament ta' tipi differenti u minn sorsi differenti, privati u pubbliċi, Ewropej u nazzjonali. Dan il-finanzjament jista' jieħu forom differenti u jista' jiġi allokat jew mobilizzat permezz ta' firxa ta' mekkaniżmi: appoġġ mill-Programm Kwadru, self mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI), appoġġ lill-kapital ta' riskju. Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija jistgħu jiġu deċiżi u implimentati abbażi ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat (dan jista' jinkludi l-ħolqien ta' impriżi konġunti) jew permezz tad-Deċiżjonijiet li jistabbiixxu l-programm speċifiċi. L-appoġġ Komunitarju ser jingħata suġġett għad-definizzjoni ta' skema globali ta' l-inġinerija finanzjarja, ibbażata fuq impenji formali min-naħa tal-partijiet kollha kkonċernati.
   Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-iżvilupp ta' infrastrutturi ġodda ta' interess Ewropew. Din il-kontribuzzjoni tista' tiġi deċiża abbażi ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat jew permezz ta' Deċiżjonijiet tal-Programm Speċifiku. L-iżvilupp ta' infrastrutturi ġodda ser jimmobilizza taħlita ta' finanzjament ta' tipi differenti u minn sorsi differenti: finanzjament nazzjonali, Programm Kwadru, Fondi Strutturali, self mill-BEI u oħra. L-appoġġ Komunitarju ser jingħata suġġett għad-definizzjoni ta' pjan globali finanzjarju, ibbażat fuq impennn min-naħa tal-partijiet kollha kkonċernati.

Il-Komunità ser timplimenta l-iskemi ta' finanzjament identifikati f'parti a) hawn fuq f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament li għandu jiġi adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat, l-istrumenti relevanti ta' għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari l-qafas Komunitarju dwar l-għajnuniet mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll ir-regolamenti internazzjonali f'dan il-qasam. Konformement ma' dan il-qafas internazzjonali, ser ikun meħtieġ li jkun possibbli li l-iskala u l-forma tal-parteċipazzjoni finanzjarja jiġu aġġustati fuq bażi ta' każ b'każ, b'mod partikolari jekk ikun disponibbli l-finanzjament minn sorsi oħra tas-settur pubbliku, inklużi sorsi oħra Komunitarji ta' finanzjament bħall-BEI.

Minbarra l-provvista ta' appoġġ finanzjarju dirett lill-parteċipanti f'azzjonijiet RTD, il-Komunità ser ittejjeb l-aċċess tagħhom għall-finanzjament tad-dejn permezz ta' "Faċilità Finanzjarja għat-Tqassim tar-Riskju" billi tipprovdi kontribuzzjoni lill-BEI. Il-BEI għandu juża l-kontribut tal-Komunità, li ser ikun sħab fil-kondiviżjoni tar-riskju, għall-kontribuzzjoni tal-forniment u l-allokazzjoni kapitali tal-finanzjament ta' self u garanzija mir-riżorsi tiegħu stess. Mhux ser ikun hemm responsabbiltà ulterjuri għall-baġit tal-Komunità. Suġġett għal u skond il-modalitajiet li jridu jiġu stabbiliti mir-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jadottaw il-programmi speċifiċi, dan il-mekkaniżmu ser jippermetti lill-BEI iżid l-ammont ta' finanzjament għall-azzjonijiet RTD Ewropej (bħalma huma inizjattivi konġunti fit-teknoloġija, proġetti kbar -inklużi l-proġetti Eureka, u infrastrutturi ġodda tar-riċerka u proġetti mmexxija mill-SMEs ) sabiex jgħin sabiex jingħelbu defiċjenzi tas-suq.

Fil-każ ta' parteċipanti f'azzjoni indiretta stabbilita f'reġjun li jkun baqa' lura fl-iżvilupp (ir-reġjuni ta' konverġenza u dawk l-iktar imbiegħda(38)), finanzjament addizzjonali mill-fondi strutturali ser ikun mmobilizzat kulfejn dan ikun possibbli u xieraq. Fil-każ tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet mill-pajjiżi kandidati, taħt kondizzjonijiet simili tista' tingħata kontribuzzjoni addizzjonali mill-istrumenti finanzjarji ta' qabel l-adeżjoni. Rigward azzjonijiet fil-parti ta' "infrastrutturi tar-riċerka" tal-programm "kapaċitajiet" fis-Seba' Programm Kwadru, l-arranġamenti dettaljati għall-finanzjament għal dawn ser jiġi ddefinit bil-ħsieb li tiġi żgurata l-komplementarità effettiva bejn il-finanzjament Komunitarju tar-riċerka u strumenti oħra nazzjonali u Komunitarji, b'mod speċjali l-fondi strutturali.

Azzjonijiet diretti

Il-Komunità ser tniedi attivitajiet li jiġu implimentati miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka, li jissejħu azzjonijiet diretti.

(1) Testi Adottati, 15.6.2006, P6_TA(2006)0265.
(2) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(3) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(4) ĠU C 65, 17.3.2006, p. 9.
(5) ĠU C 115, 16.5.2006, p. 20.
(6) Opinioni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2006.
(7) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 259.
(8) ĠU L ...
(9) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(10) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(11) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(12) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) Fis-Seba' Programme Kwadru kollu, "SMEs" għandha tinftiehem li tinkludi l-mikro-intrapriżi.
(15) Nota: il-figuri kollha huma fi prezzijiet attwali li jirriflettu l-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) dwar il-Qafas Finanzjarju (2007-2013). Għaldaqstant, il-figura IIA għall-PK7 għall-2007-2013 ta' EUR 48 081 miljun fi prezzijiet ta' l-2004 tikkorrispondi għal EUR 54 582 miljun għall-2007-2013 fi prezzijiet attwali, li minnhom EUR 50 521 miljun għall-PK7 (KE) għall-2007-2013, EUR 2 751 miljun għall-PK7 (Euratom) għall-2007-2011 u b'mod indikattiv EUR 1 310 miljun għall-programm Euratom għall-2012-2013.
(16) Ir-riċerka relatata mat-trattament tal-kanċer tal-gonadi tista' tiġi ffinanzjata.
(17)1 Fis-Seba' Programm Kwadruta' Qafas kollu, "SMEs" għandhom jinftiehmu li jinkludu mikro-intrapriżi.
(18) B'mod partikolari ma' l-attivitajiet imwettqa mill-istruttura intergovernattiva EUREKA. Barra minn hekk, l-esperjenza miksuba minn raggruppamenti EUREKA jistgħu jkunu relevanti għal Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti f'oqsma relatati.
(19) Dan se jinkludi l-appoġġ finanzjarju għall-attivitajiet ta' amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-COST.
(20) It-terminu "bijo-ekonomija" jinkludi l-industriji u s-setturi ekonomiċi kollha li jipproduċu, jimmaniġġaw u jisfruttaw b'xi mod ieħor ir-riżorsi bijoloġiċi u s-servizzi relatati, l-industriji tal-provvista jew tal-konsumatur relatati, bħall-agrikoltura, l-industrija alimentari, is-sajd, il-foresterija, eċċ.
(21) "Ix-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija – Strateġija għall-Ewropa" - COM(2002) 0027.
(22) Ir-riċerka komplementari rigward l-immaniġġar sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali hija ttrattata taħt it-tema "L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)".
(23) COM (2000)0769.
(24) COM (2005)0265.
(25) COM (2006)0105.
(26) Ir-riċerka komplementari relatata mal-produzzjoni u l-użu ta' riżorsi bijoloġiċi hija indirizzata taħt it-tema "Ikel, Agrikoltura, Sajd u l-Bijoteknoloġija".
(27) L-aġendi ta' riċerka tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej relevanti ser jitqiesu fl-attivitajiet differenti.
(28) COM (2001) 0370.
(29) L-industrija Ewropea ta' l-aeronawtika tinvesti 14% tal-fatturat tagħha fir-riċerka, l-industrija Ewropea tal-karrozzi kważi 5% tal-fatturat tagħha; u l-vantaġġ kompetittiv ta' l-industrija ta' l-UE tal-bini tal-vapuri jistrieħ għal kollox fuq l-RTD.
(30) ACARE: Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Aeronawtika fl-Ewropa. Imniedi fl-2001, u huwa l-ewwel eżempju operattiv ta' Pjattaforma Teknoloġika; ERRAC: Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fil-Ferroviji; ERTRAC: Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka Ewropea fit-Trasport bit-Toroq; Pjattaforma Teknoloġika WATERBORNE.
(31) L-ESFRI tnieda f'April 2002. ESFRI jġib flimkien rappreżentanti mill-25 Stat Membru ta' l-UE, maħtura mill-Ministri inkarigati mir-Riċerka, u rappreżentant mill-Kummissjoni Ewropea. Il-pajjiżi assoċjati mal-Programmi Kwadru għar-Riċerka ġew mistiedna jissieħbu fl-2004.
(32) Ir-reġjuni ta' konverġenza huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (ĠU L 210, 31.07.2006, p. 25). Dan jinkludi r-reġjuni ta' l-objettiv ta' "konverġenza", ir-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-fond ta' Koeżjoni, u r-reġjuni l-aktar imbiegħda.
(33) Minbarra pajjiżi kandidati assoċjati.
(34) Qabel kienu msejħa l-Istati Indipendenti Ġodda: L-Armenja, l-Azerbajġan, il-Belarus, il-Ġeorġja, il-Kazakstan, ir-Repubblika tal-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukraina u l-Uzbekistan.
(35)3 Filwaqt li jigi nnutat li l-Amerika Latina tinkludi kemm pajjizi li qed jizviluppaw kif ukoll ekonomiji emerġenti.
(36)1 Inklużi Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (inkluż il-pjan finanzjarju, eċċ.) u l-parti mill-attivitajiet ta' koordinazzjoni u ta' koperazzjoni internazzjonali li għandhom jiġu ffinanzjati f'dawn it-temi.
(37)2 L-għan ser ikun li għall-inqas 15% mill-finanzjament disponibbli taħt il-parti "Koperazzjoni" tal-programm imorru għall-SMEs.
(38)1 Ir-reġjuni ta' konverġenza huma dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Dan jinkludi r-reġjuni ta' l-objettiv ta' "konverġenza", ir-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-fond ta' Koeżjoni, u r-reġjuni l-iktar imbiegħda.


Ir-regoli għall-parteċipazzjoni - FP7 - KE ***I
PDF 691kWORD 243k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (COM(2005)0705 – C6-0005/2006 – 2005/0277(COD))
P6_TA(2006)0514A6-0304/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0705)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 167 u 172 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0005/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0304/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta" impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba" Programm ta" Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)

P6_TC1-COD(2005)0277


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 u t-tieni paragrafu ta" l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Qorti ta" l-Awdituri(3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4),

Billi:

(1)  Is-Seba" Programm ta" Qafas ġie adottat bid-Deċiżjoni Nru …/…/KE(5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" …(6)+ dwar is-Seba" Programm ta" Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta" riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 sa l-2013)(7). Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura l-implimentazzjoni ta' dak il-programm ta" qafas u l-programmi speċifiċi tiegħu, inklużi l-aspetti finanzjarji relatati.

(2)  Is-Seba" Programm ta" Qafas qed ikun implimentat f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), minn hawn "il quddiem "ir-Regolament Finanzjarju", u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002(9) li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, minn hawn "il quddiem "ir-Regoli ta" l-Implimentazzjoni".

(3)  Is-Seba" Programm ta" Qafas qed ikun implimentat ukoll skond ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp, preżentement il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp(10).

(4)  It-trattament ta' data konfidenzjali huwa rregolat mil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti kollha, inkluż ir-regoli interni ta' l-Istitituzzjonijiet bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-regoli ta' proċedura interni(11) tagħha rigward dispożizzjonijiet ta' sigurtà.

(5)  Ir-regoli tal-parteċipazzjoni ta" impriżi, ċentri ta" riċerka u universitajiet għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex tiġi żgurata l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa għal aċċess faċli għall-parteċipanti kollha permezz ta' proċeduri ssimpifikati, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità.

(6)  Ir-regoli għandhom jiffaċilitaw ukoll l-isfruttament tal-proprjetà intellettwali żviluppata minn parteċipant, b'kont meħud ukoll tal-mod li bih il-parteċipant jista' jkun organizzat internazzjonalment, filwaqt li jkunu protetti l-interessi leġittimi tal-parteċipanti l-oħra u tal-Komunità.

(7)  Is-Seba" Programm ta' Qafas għandu jippromwovi parteċipazzjoni mill-aktar reġjuni imbiegħda tal-Komunità, kif ukoll minn firxa wiesgħa ta" impriżi, ċentri ta" riċerka u universitajiet inklużi l-SMEs.

(8)  Id-definizzjoni ta" impriżi mikro, żgħar u ta" daqs medju (SMEs) mogħtija fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(12) għandha tapplika, għall-finijiet tal-koerenza u trasparenza.

(9)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet minimi għall-parteċipazzjoni, kemm bħala regola ġenerali u kemm fir-rigward ta" l-ispeċifiċitajiet ta" l-azzjonijiet indiretti taħt is-Seba" Programm ta" Qafas. B'mod partikolari, għandhom jiġu stipulati regoli dwar in-numru ta" parteċipanti u l-post fejn huma stabbiliti.

(10)  Huwa xieraq li kull entità legali tkun libera li tieħu sehem ladarba tkun issodisfat il-kondizzjonijiet minimi. Parteċipazzjoni "l fuq mill-minimu għandha tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti ta" l-azzjoni indiretta kkonċernata.

(11)  Organizzazzjonijiet internazzjonali ddedikati għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fl-Ewropa u komposti l-aktar minn Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati għandhom jitħeġġu jieħdu sehem fis-Seba" Programm ta" Qafas.

(12)  Isegwi mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi Barranin")(13), li l-entitajiet ġuridiċi tal-pajjiżi u t-territorji barranin huma eliġibbli li jipparteċipaw fis-Seba' Programm Kwadru.

(13)  Konformi ma" l-għanijiet tal-kooperazzjoni internazzjonali kif deskritti fl-Artikoli 164 u 170 tat-Trattat, il-parteċipazzjoni ta" entitajiet imwaqqfa f'pajjiżi terzi għandha wkoll tkun prevista, l-istess kif għandha tkun il-parteċipazzjoni ta" organizzazzjonijiet internazzjonali. Madanakollu, hija kondizzjoni meħtieġa bix-xieraq li tali parteċipazzjoni tkun ġustifikata f'termini tal-kontribuzzjoni tagħha mtejba għall-għanijiet segwiti taħt is-Seba" Programm ta" Qafas.

(14)  Konformi ma" l-għanijiet imsemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet biex ikunu pprovduti fondi mill-Komunità għall-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti.

(15)  Għall-benefiċċju tal-parteċipanti, għandu jkun hemm transizzjoni effettiva u bla xkiel mis-sistema tal-kalkolu ta' l-ispiża użata fis-Sitt Programm Kwadru. Il-proċess ta' monitoraġġ tas-Seba' Programm Kwadru għandu, għalhekk, jindirizza l-impatt baġitarju ta' din il-bidla partikolarment fir-rigward ta' l-effett tagħha fuq il-piż amministrattiv għall-parteċipanti.

(16)  Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu u dan ir-Regolament, biex jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni u l-għażla ta' proposti u l-aġġudikazzjoni ta' għotjiet, kif ukoll jitranġaw il-proċeduri għall-parteċipanti. B'mod partikolari għandhom jiġu stabbiliti r-regoli li jiddeterminaw l-użu ta" esperti indipendenti.

(17)  Huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà legali u finanzjarja tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba" Programm ta' Qafas. Tali regoli għandhom jilħqu bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u s-simplifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali fis-Seba' Programm ta' Qafas.

(18)  F'dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, jirregolaw, inter alia l-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunità(14), il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolarità, il-proċeduri għall-irkupru ta" ammonti dovuti lill-Kummissjoni, l-esklużjoni mill-proċeduri kuntrattwali u ta" l-għotjiet u l-penali relattivi, u l-awditjar, il-kontrolli, u l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Qorti ta" l-Awdituri, kif previst fl-Artikolu 248(2) tat-Trattat.

(19)  Jeħtieġ li l-kontribut finanzjarju Komunitarju jasal għand il-parteċipanti mingħajr dewmien żejjed.

(20)  Il-ftehim konklużi għal kull azzjoni għandhom jipprovdu għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew kull rappreżentant awtorizzat mill-Kummissjoni, kif ukoll għal awditjar mill-Qorti ta" l-Awdituri u kontrolli esegwiti fuq il-post mill-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF) f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħrajn(15) .

(21)  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba" Programm ta' Qafas u kemm is-Seba" Programm ta' Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu. Bil-ħsieb li jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni effiċjenti u koerenti ta' l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet indiretti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema adegwata ta' informazzjoni.

(22)  Is-Seba' Programm ta' Qafas għandu jirrifletti u jippromwovi l-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l- Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi(16), filwaqt li jirrispetta l-karattru volontarju tagħhom.

(23)  Ir-regoli li jiddeterminaw it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, il-parteċipanti jipproteġu l-proprjetà intellettwali prodotta fl-azzjonijiet, u l-użu u t-tixrid ta" dawk ir-riżultati.

(24)  Filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali, dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla b'mod li jiżguraw li l-parteċipanti u, fejn xieraq, l-entitajiet affiljati magħhom stabbiliti fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat ikollhom aċċess għat-tagħrif li jġibu lejn il-proġett u għat-tagħrif li joħroġ mix-xogħol ta" riċerka esegwita fil-proġett safejn huwa meħtieġ għat-twettiq ta" xogħol ta" riċerka jew għall-użu tat-tagħrif li jirriżulta.

(25)  L-obbligu stabbilit fis-sitt Programm ta' Qafas li ċerti parteċipanti jerfgħu r-reponsabbiltà finanzjarja ta" l-imsieħba tagħhom fl-istess konsorzju se jitneħħa. F'dan il-kuntest, għandu jiġi stabbilit fond ta' garanzija lill-parteċipanti, ġestit mill-Kummissjoni, biex ikopri ammonti dovuti minn imsieħba u li jonqsu milli jirrimborżaw. Tali approċċ ser jippromwovi s-simplifikazzjoni u jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta', l-aktar, l-SMEs, filwaqt li jħares l-interessi finanzjarji tal-Komunità b'mod xieraq għas-Seba' Programm ta' Qafas.

(26)  Kontribuzzjonijiet tal-Komunità lil xi impriża konġunta jew xi struttura oħra mwaqqfa skond l-Artikolu 171 tat-Trattat, jew skond l-Artikolu 169 tat-Trattat ma jaqgħux fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament.

(27)  Dan ir-regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea.

(28)  Il-Komunità tista" tagħmel għotja lill-Bank Ewropew ta" l-Investiment (EIB) biex trawwem l-investiment mis-settur privat f'azzjonijiet RTD Ewropej kbar eliġibbli billi żżid il-kapaċità ta' l-EIB fil-ġestjoni tar-riskju, biex b'hekk tippermetti (i) volum ikbar ta" self mill-EIB għal ċertu livell ta" riskju, u (ii) l-iffinanzjar ta" azzjonijiet RTD Ewropej aktar riskjużi minn dawk possibbli mingħajr sostenn Komunitarju bħal dan.

(29)  Il-Komunità tista" tipprovdi sostenn finanzjarju, kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju, inter alia permezz ta":

   a) akkwisti pubbliċi, f'sura ta" prezz għal oġġetti u servizzi stabbilit b'kuntratt u magħżul abbażi ta" sejħiet għall-offerti;
   b) għotjiet;
   c) ħlasijiet ta" affiljazzjoni lil xi organizzazzjoni, f'sura ta" miżata tas-sħubija;
   d) ħlasijiet ta" onorarja lil esperti indipendenti identifikati fl-Artikolu 17 ta" dan ir-Regolament.

(30)  XXX

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta" impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet u entitajiet legali oħra f'azzjonijiet imwettqa minn parteċipant wieħed jew aktar permezz ta" l-iskemi ta" ffinanzjar identifikati fil-parti (a) ta" l-Anness III għad-Deċiżjoni Nru…/…/KE(17) , minn hawn "il quddiem imsejħa "azzjonijiet indiretti".

Dan jistabbilixxi wkoll regoli, f'konformità ma" dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju fir-Regoli ta" l-Implimentazzjoni, li jikkonċernaw il-kontribut finanzjarju tal-Komunità lil parteċipanti f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba" Programm ta" Qafas.

Fir-rigward tar-riżultati tar-riċerka mwettqa taħt is-Seba" Programm ta" Qafas, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-kxif ta" tagħrif miksub b'kull mezz xieraq barra dawk li jirriżultaw mill-formalitajiet għall-protezzjoni tiegħu, u inkluża l-pubblikazzjoni tat-tagħrif f'kull mezz, minn hawn "il quddiem imsejħa "tixrid".

Barra minn hekk, dan jistabbilixxi r-regoli għall-użu dirett jew indirett ta" tagħrif miksub f'attivitajiet ta" riċerka ulterjuri barra dawk koperti mill-azzjoni indiretta kkonċernata, jew għall-iżvilupp, il-ħolqien u t-tqegħid fis-suq ta" prodott jew proċess, jew għall-ħolqien jew forniment ta' servizz minn hawn "il quddiem imsejjaħ "użu".

Fir-rigward kemm tat-tagħrif miksub u kemm tat-tagħrif eżistenti, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-liċenzji u d-drittijiet ta" l-utenti għalihom, minn hawn "il quddiem imsejħa "drittijiet ta" l-aċċess".

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b'żieda ma" dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni:

   1) "entità legali" tfisser kull persuna fiżika, jew kull persuna ġuridika maħluqa skond il-liġi nazzjonali tal-post ta" l-istabbiliment tagħha, jew skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista", waqt li taġixxi f'isimha, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi. Fil-każ ta' persuni fiżiċi, ir-referenzi għal stabbiliment huma meqjusa li jirreferu għal residenza abitwali.
   2) "entità affiljata" tfisser kwalunkwe entità legali li hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' parteċipant, jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-parteċipant, fejn il-kontroll jieħu kwalunkwe forma bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 6, paragrafu 2.
   3) "kundizzjonijiet ekwi u ġusti" tfisser kundizzjonijiet xierqa inkluż termini finanzjarji possibbli b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-talba għall-aċċess, per eżempju l-valur veru jew potenzjali tat-tagħrif ġdid jew tagħrif eżistenti li għalih jintalab l-aċċess u/jew l-iskop, it-tul ta' żmien jew karatteristiċi oħra ta' l-użu maħsub;
   ( 4) "tagħrif miksub" tfisser ir-riżultati, inkluża informazzjoni, kemm jekk jistgħu jiġu protetti kif ukoll jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet indiretti kkonċernati. Riżultati bħal dawn jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta" l-awtur, drittijiet ta' disinji; drittijiet ta' privattivi, drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti, jew forom simili ta" protezzjoni;
   ( 5) "tagħrif eżistenti" tfisser tagħrif li jkollhom il-parteċipanti qabel l-adeżjoni tagħhom mal-ftehim ta" għotja, kif ukoll drittijiet ta" l-awtur jew drittijiet ta" proprjetà intellettwali oħrajn li jkollhom x'jaqsmu ma" dan it-tagħrif, li applikazzjoni għalih tkun ġiet ippreżentata qabel l-adeżjoni tagħhom mal-ftehim ta" għotja, u li huwa meħtieġ għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta" l-azzjoni indiretta;
   6) "parteċipant" tfisser entità legali li tikkontribwixxi għal azzjoni indiretta u li għandha drittijiet u obbligi fir-rigward tal-Komunità taħt it-termini ta' dan ir-Regolament;
   ( 7) "organizzazzjoni tar-riċerka " tfisser entità legali stabbilita bħala organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ li twettaq riċerka jew żvilupp teknoloġiku bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tagħha;
   ( 8) "pajjiż terz" tfisser stat li mhuwiex Stat membru;
   ( 9) "pajjiż Assoċjat" tfisser pajjiż terz li huwa parti minn ftehim internazzjonali mal-Komunità, li taħt it-termini jew abbażi tiegħu dan jikkontribwixxi finanzjarjament għas-Seba" Programm ta" Qafas kollu jew xi parti minnu;
   ( 10) "organizzazzjoni internazzjonali" tfisser organizzazzjoni intergovernattiva, barra l-Komunità, li għandha personalità ġuridika fil-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa mit-tali organizzazzjoni internazzjonali;
   ( 11) "organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej" tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa;
   ( 12) "pajjiż imsieħeb fil-kooperazzjoni internazzjonali" tfisser pajjiż terz li l-Kummissjoni tikklassifika bħala pajjiż ta" dħul baxx, ta" dħul medju baxx, jew ta" dħul medju għoli u li huwa identifikat bħala tali fil-programmi ta" ħidma;
   ( 13) "korp pubbliku" tfisser kull entità pubblika mwaqqfa bħala tali mill-liġi pubblika nazzjonali, u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(14)  "SMEs" tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta" daqs medju skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta" Mejju 2003;

   ( 15) "programm ta" ħidma" tfisser pjan adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta" programm speċifiku kif identifikat fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru…/…/KE(18);
   ( 16) "skemi ta" ffinanzjar" tfisser il-mekkaniżmi għall-iffinanzjar ta" azzjonijiet indiretti mill-Komunità kif stabbilit fil-parti (a) ta" l-Anness III għad-Deċiżjoni Nru…/…/KE+;
   17) "gruppi speċifiċi" tfisser il-benefiċjarji ta' "riċerka għal gruppi speċifiċi" identifikati fil-programm speċifiku u/jew programm ta' ħidma;
   ( 18) "attur fl-RTD" tfisser entità legali li twettaq attivitajiet ta" riċerka jew żvilupp teknoloġiku fi skemi ta' finanzjament għall-benefiċċju ta" gruppi speċifiċi kif identifikat fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru .../.../KE+.

Artikolu 3

Konfidenzjalità

Il-Kummissjoni u l-parteċipanti, suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta" għotja, ittra ta" approvazzjoni jew kuntratt, għandhom iżommu konfidenzjali kull data, għarfien u dokumenti mgħoddija lilhom bħala konfidenzjali.

KAPITOLU II

PARTEĊIPAZZJONI

Sezzjoni 1

Kondizzjonijiet minimi

Artikolu 4

Prinċipji ġenerali

1.  Kull impriża, università jew ċentru ta" riċerka jew entità legali oħra, sew jekk imwaqqfa fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u sew f'pajjiż terz, tista" tieħu sehem f'azzjoni indiretta sakemm tkun onorat il-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, inklużi l-kondizzjonijiet speċifikati skond l-Artikolu 12.

Madanakollu, fil-każ ta" azzjoni indiretta kif imsemmi fl-Artikoli 5(1), 7, 8 jew 9, li taħthom huwa possibbli li l-kondizzjonijiet minimi jkunu ssodisfati mingħajr il-parteċipazzjoni ta" entità legali mwaqqfa fi Stat Membru, l-ilħuq ta" l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 163 u 164 tat-Trattat għandu għalhekk jittejjeb.

2.  Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni minn hawn "il quddiem "il-JRC", jista" jieħu sehem bl-istess mod u bl-istess drittijiet u obbligi bħala entità legali mwaqqfa fi Stat Membru.

Artikolu 5

Kondizzjonijiet minimi

1.  Il-kondizzjonijiet minimi għal azzjonijiet indiretti għandhom ikunu dawn li ġejjin:

   a) iridu jieħdu sehem minn ta" l-inqas tliet entitajiet legali, li kull waħda minnhom trid tkun imwaqqfa fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat, u li tnejn minnhom ma jkunux imwaqqfa fl-istess Stat Membru jew pajjiż assoċjat;
   b) it-tliet entitajiet legali kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin fit-tifsira ta' l-Artikolu 6.

2.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, fejn wieħed mill-parteċipanti huwa l-JRC, jew organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej jew entità maħluqa skond il-liġi Komunitarja, dan jitqies bħala mwaqqaf fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat barra xi Stat Membru jew pajjiż assoċjat li fih ikun imwaqqaf parteċipant ieħor fl-istess azzjoni.

Artikolu 6

Indipendenza

1.  Żewġ entitajiet legali għandhom jitqiesu bħala indipendenti minn xulxin fejn ebda waħda minnhom ma tkun taħt il-kontroll dirett jew indirett ta" l-oħra jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħal l-oħra.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kontroll jista" b'mod partikolari jieħu waħda mis-suriet li ġejjin:

   a) it-titolu dirett jew indirett ta" aktar minn 50% tal-valur nominali tal-kapital ta" l-ishma maħruġa fl-entità legali kkonċernata, jew tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta" l-azzjonisti jew l-assoċjati ta" dik l-entità;
   b) il-pussess dirett jew indirett, bil-fatti jew bil-liġi, ta" setgħat li bihom jittieħdu d-deċiżjonijiet fl-entità legali kkonċernata.

3.  Madanakollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn żewġ entitajiet legali m'għandhomx fihom infushom jitqiesu li jikkostitwixxu relazzjonijiet ta" kontroll:

   a) l-istess korporazzjoni ta" investiment pubbliku, investitur istituzzjonali jew kumpanija li tipprovdi kapital ta" riskju b'titolu dirett jew indirett ta" aktar minn 50% tal-valur nominali tal-kapital ta" l-ishma maħruġa jew tal-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta" l-azzjonisti jew ta" l-assoċjati;
   b) l-istess korp pubbliku huwa s-sid jew jagħmel is-superviżjoni ta" l-entitajiet legali konċernati.

Artikolu 7

Azzjonijiet indiretti għal attivitajiet ta' koperazzjoni speċifika ddedikati għal pajjiżi sħab fil-koperazzjoni internazzjonali

Għal proġetti kollaborattivi għal azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifiċi ddedikati għal pajjiżi sħab fil-koperazzjoni internazzjonali identifikati fil-programm ta' ħidma, il-kundizzjonijiet minimi għandhom ikunu dawn li ġejjin:

   a) għandhom jieħdu sehem minn ta" l-inqas erba" entitajiet legali;
   b) minn ta" l-inqas żewġ entitajiet legali msemmija fil-punt (a) għandhom ikunu stabbiliti fi Stati Membri jew pajjiżi assoċjati, iżda mhux stabbiliti fl-istess Stat Membru jew pajjiż assoċjat;
   c) minn ta" l-inqas żewġ entitajiet legali msemmijin fil-punt (a) għandhom ikunu stabbiliti f'pajjiżi sħab ta' koperazzjoni internazzjonali, iżda mhux stabbiliti fl-istess pajjiż sieħeb fil-koperazzjoni internazzjonali, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fil-programm ta' ħidma;
   d) l-erba" entitajiet legali kollha msemmijin fil-punt (a) għandhom ikunu indipendenti minn xulxin fit-tifsira ta' l-Artikolu 6.

Artikolu 8

Azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u t-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi

Għal azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet favur it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kondizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta" entità legali waħda.

L-ewwel paragrafu m'għandux japplika fil-każ ta" azzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jikkoordinaw attivitajiet ta" riċerka.

Artikolu 9

Proġetti ta" riċerka "frontier" immexxija minn riċerkaturi

Għal azzjonijiet indiretti li jappoġġjaw proġetti ta" riċerka 'frontier' immexxija minn riċerkaturi iffinanzjati mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, il-kondizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta" entità legali waħda mwaqqfa fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat.

Artikolu 10

Parteċipanti waħdanin

Fejn il-kondizzjonijiet minimi għal azzjoni indiretta jiġu ssodisfati minn numru ta" entitajiet legali, li flimkien jiffurmaw entità legali waħda, din ta" l-aħħar tista" tkun il-parteċipant waħdieni f'azzjoni indiretta, sakemm hija tkun imwaqqfa fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat.

Artikolu 11

Organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali mwaqqfa f'pajjiżi terzi

Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi wara li jkunu ssodisfaw il-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, kif ukoll kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti fil-programmi speċifiċi jew il-programmi ta" ħidma rilevanti.

Artikolu 12

Kondizzjonijiet addizzjonali

B'żieda mal-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f'dan il-Kapitolu, il-programmi speċifiċi jew il-programmi ta" ħidma jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet rigward in-numru minimu ta" parteċipanti.

Huma jistgħu jistabbilixxu wkoll, skond it-tip u l-għanijiet ta" l-azzjoni indiretta, kondizzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tat-tip ta" parteċipant u, fejn hu xieraq, tal-post ta" l-istabbiliment.

SEZZJONI 2

PROĊEDURI

Subsezzjoni 1

Sejħiet għall-proposti

Artikolu 13

Sejħiet għall-proposti

1.  Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħiet għal proposti għal azzjonijiet indiretti skond ir-rekwiżiti stabbiliti fil-programmi speċifiċi u programmi ta" ħidma rilevanti, li jistgħu jinkludu sejħiet immirati lejn gruppi speċjali bħal SMEs.

Apparti ir-riklamar speċifikat fir-Regoli ta" Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħiet għal proposti fil-paġni ta' l-Internet tas-Seba" Programm Qafas, permezz ta" kanali ta" informazzjoni speċifiċi, u fil-punti ta" kuntatt nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati.

2.  Fejn hu xieraq, il-Kummissjoni għandha tispeċifika fis-sejħa għal proposti li l-parteċipanti ma għandhomx għaliex jistabbilixxu ftehim ta" konsorzju.

3.  Is-sejħiet għal proposti għandu jkollhom objettivi ċari biex jiżguraw li l-applikanti ma jweġbux inutilment.

Artikolu 14

Eċċezzjonijiet

Il-Kummissjoni m'għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin:

   a) azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ li jridu jitwettqu mill-entitajiet legali identifikati fil-programmi speċifiċi jew fil-programmi ta" ħidma meta l-programm speċifiku jippermetti li l-programmi ta" ħidma jidentifikaw il-benefiċjarji, f'konformità mar-Regoli ta" l-Implimentazzjoni;
   b) azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu f'xiri ta' oġġetti jew servizzi suġġetti għar-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi previsti fir-Regolament Finanzjarju;
   c) azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ relatati mal-ħatra ta" esperti indipendenti;
   d) azzjonijiet oħra, fejn hekk huwa stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew fir-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.

Subsezzjoni 2

Evalwazzjoni u GĦAŻLA tal-proposti u l-aġġudikazzjoni ta' għotjiet

Artikolu 15

Evalwazzjoni, għażla u approvazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha preżentati bi tweġiba għal sejħa għal proposti fuq il-bażi tal-prinċipji ta" evalwazzjoni, l-għażla u l-aġġudikazzjoni previsti fil-programm speċifiku u fil-programm ta" ħidma.

(a)  Għall-Programmi "Koperazzjoni" u "Kapaċitajiet" għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin:

   - eċċellenza xjentifika u/jew teknoloġika;
   - rilevanza għall-objettivi ta' dawn il-programmi speċifiċi;
   - l-impatt potenzjali permezz ta' l-iżvilupp, id-disseminazzjoni u l-użu tar-riżultati tal-proġetti;
   - il-kwalità u l-effiċjenza ta' l-implimentazzjoni u l-ġestjoni.

(b)  Għall-Programm "Nies" għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin:

   - l-eċċellenza xjentifika u/jew teknoloġika;
   - ir-rilevanza għall-objettivi ta' dan il-programm speċifiku;
   - il-kwalità u l-kapaċità ta' implimentazzjoni ta' l-applikanti (riċerkaturi/organizzazzjonijiet) u l-potenzjal tagħhom biex jimxu aktar 'l quddiem;
   - il-kwalità ta' l-attività proposta fit-taħriġ xjentifiku u/jew trasferiment tal-konoxxenza.

(c)  Fl-appoġġ għal azzjonijiet ta' riċerka esplorattiva taħt il-Programm "Ideat" għandu japplika l-kriterju ta' eċċellenza waħdu. Għal azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, jistgħu japplikaw kriterji relatati mal-proġett.

F'dan il-qafas il-programmi ta" ħidma ser jispeċifikaw il-kriterji għall-evalwazzjoni u l-għażla u jistgħu jżidu rekwiżiti, koeffiċjenti ta' importanza u limiti minimi addizzjonali, jew jistabbilixxu aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.

2.  Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta" l-etika jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fil-programm speċifiku, fil-programm ta" ħidma jew fis-sejħa għal proposti m'għandhiex tintgħażel. Proposta bħal din tista" tiġi eskluża mill-proċeduri ta' evalwazzjoni, għażla u aġġudikazzjoni fi kwalunkwe ħin.

3.  Il-proposti għandhom ikunu kklassifikati skond ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni. Id-deċiżjonijiet ta' finanzjament għandom isiru fuq il-bażi ta' din il-klassifikazzjoni..

Artikolu 16

Il-proċeduri għas-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni

1.  Fejn is-sejħa għal proposti tispeċifika proċedura ta" evalwazzjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jkunu għaddew l-ewwel stadju, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni meta mqabbla ma' sett limitat ta" kriterji, li għandhom jimxu "l quddiem għal evalwazzjoni ulterjuri.

2.  Fejn is-sejħa għal proposti tispeċifika proċedura ta" sottomissjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk l-applikanti li l-proposti tagħhom jissuperaw l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jissottomettu proposta kompluta fit-tieni stadju.

L-applikanti kollha għandhom jiġu informati malajr bir-riżultati ta' l-ewwel stadju ta' l-evalwazzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika regoli li jiddeterminaw il-proċedura għas-sottomissjoni tal-proposti, kif ukoll il-proċeduri relatati ta' evalwazzjoni, għażla u aġġudikazzjoni u tippubblika gwidi għall-applikanti li jinkludu linji gwida għall-evalwaturi. B'mod partikolari, hi għandha tistabbilixxi regoli dettaljati għall-proċedura f'żewġ stadji għas-sottomissjoni (inkluż fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u n-natura tal-proposta fl-ewwel stadju kif ukoll ta' dawk tal-proposta kompleta fit-tieni stadju), u regoli għall-proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ partijiet.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni u tistabbilixxi l-proċeduri għal rimedju għall-applikanti.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b'konsistenza l-eżistenza ta" l-istatus legali tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.

Il-Kummissjoni m'għandhiex iġġedded tali verifika sakemm is-sitwazzjoni tal-parteċipant ikkonċernat ma tkunx inbidlet.

Artikolu 17

Ħatra ta" esperti indipendenti

1.  Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti biex jassistu fl-evalwazzjonijiet tal-proposti.

Għall-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 14, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun xieraq.

2.  L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-ħiliet u l-konoxxenza xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom. Fil-każijiet fejn esperti indipendenti jkollhom jittrattaw informazzjoni klassifikata, għandu jinkiseb il-permess ta' sigurtà xieraq għal nominazzjoni.

L-esperti indipendenti għandhom jiġu identifikati u magħżulin fuq il-bażi ta" sejħiet għal applikazzjonijiet minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċerka bil-ħsieb li jiġu stabbiliti listi ta" kandidati adatti.

Il-Kummissjoni tista", jekk tqis li huwa xieraq, tagħżel kwalunkwe individwu li mhux f'dawk fil-listi bil-ħiliet xierqa .

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ raġonevoli bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta" esperti indipendenti.

Għall-proġetti ta' riċerka esplorattiva, l-esperti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' proposta mill-Kunsill Xjentifiku tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.

3.  Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f"kunflitt ta" interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta mudell ta' ittra ta' ħatra , minn hawn "il quddiem imsejħa "l-ittra ta' ħatra", li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti ma għandu l-ebda kunflitt ta" interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jinforma lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi kunflitt ta" interess waqt l-għoti ta" l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta" dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ittra ta" ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena fi kwalunkwe mezz xieraq il-lista ta" l-esperti indipendenti li jkunu assistewha fis-Seba' Programm ta' Qafas u f'kull wieħed mill-programmi speċifiċi.

Subsezzjoni 3

Implimentazzjoni u ftehim ta" għotja

Artikolu 18

Ġenerali

1.  Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw l-azzjoni indiretta u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u raġonevoli kollha għal dik il-fini. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom jimplimentaw kollettivament u separatament il-ħidma lejn il-Komunità.

2.  Il-Kummissjoni għandha tfassal, abbażi tal-mudell ipprovdut fl-Artikolu 19(7) u b'konsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta" l-iskema ta" ffinanzjar ikkonċernata, ftehim ta" għotja bejn il-Komunità u l-parteċipanti.

3.  Il-parteċipanti m'għandhom jagħmlu ebda impenji li jkunu inkompatibbli mal-ftehim ta" l-għotja.

4.  Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma" l-obbligi rigward l-implimentazzjoni teknika ta' l-azzjoni indiretta, il-parteċipanti l-oħrajn għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta' għotja mingħajr ebda kontribut Komunitarju kumplimentari sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu.

5.  Jekk l-implimentazzjoni ta" azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-tmiem ta" l-azzjoni.

6.  Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b'dak kollu li jkun qed jiġri li jista" jaffettwa l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità.

7.  Fejn previst fil-ftehim ta' għotja, il-parteċipanti fl-azzjoni indiretta jistgħu jissottokuntrattaw ċerti elementi tax-xogħol li jrid jitwettaq lil partijiet terzi.

8.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri ta' rimedju għall-parteċipanti.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom jiddaħħlu fil-ftehim ta" għotja

1.  Il-ftehim ta" għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti fil-konfront tal-Komunità, f'konformità mad-Deċiżjoni Nru .../.../KE(19) dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni, u f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.

Dan għandu jistabbilixxi wkoll, f'konformità ma" l-istess kondizzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi ta" entitajiet legali li jidħlu jieħdu sehem waqt li l-azzjoni indiretta tkun għaddejja.

2.  Fejn hu xieraq, il-ftehim ta" għotja għandu jistipula liema parti mill-kontribut tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq ir-rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli, u liema parti għandha tkun ibbażata fuq rati fissi (inkluża skala ta" spejjeż ta' kull unità) jew somma f'daqqa.

3.  Il-ftehim ta" għotja għandu jistipula liema tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju jkunu jeħtieġu l-pubblikazzjoni minn qabel ta" sejħa kompetittiva.

4.  Il-ftehim ta" għotja jkun jeħtieġ il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta" rapporti tal-progress perjodikament fir-rigward ta" l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni indiretta kkonċernata.

5.  Fejn ikun xieraq, il-ftehim ta" għotja jista" jistipula li l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa bil-quddiem b'kull intenzjoni ta" trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub lil parti terza.

6.  Fejn ftehim ta" għotja jeżiġi li l-parteċipanti jwettqu attivitajiet ta" benefiċċju għal partijiet terzi, il-parteċipanti għandhom jirriklamaw dan b'mod wiesa" u jidentifikaw, jevalwaw u jagħżlu l-partijiet terzi b'mod trasparenti, ġust u imparzjali. F'każ li hekk ikun stipulat fil-programm ta" ħidma, il-ftehim ta" għotja għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tat-tali partijiet terzi. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li toġġezzjona għall-għażla tal-partijiet terzi.

7.  Il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tistabbilixxi mudell ta' ftehim ta' għotja f'konformità ma" dan ir-Regolament. Jekk ikun hemm ħtieġa ta' modifika sinifikanti tal-mudell ta' ftehim ta' għotja, il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tirrevedih kif xieraq.

8.  Il-mudell ta' ftehim ta' għotja għandu jirrifletti l-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u fil-Kodiċi ta" Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi. Dan għandu jindirizza, kif jixraq, is-sinerġiji ma" l-edukazzjoni fil-livelli kollha; id-disponibbiltà u l-kapaċità li jitrawwem djalogu u dibattitu dwar kwistjonijiet xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka fost pubbliku wiesa" lil hinn mill-komunità tar-riċerka; l-attivitajiet li jżidu fil-parteċipazzjoni u l-irwol tan-nisa fir-riċerka; u l-attivitajiet li jindirizzaw l-aspetti soċjo-ekonomiċi tar-riċerka.

9.  Il-mudell ta' ftehim ta' għotja għandu jipprevedi sorveljanza u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha, u mill-Qorti ta' l-Awdituri.

10.  Il-ftehim ta' għotja jista' jistabbilixxi limiti ta' żmien għal parteċipanti biex jagħtu n-notifiki varji msemmijin f'dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Dispożizzjoni dwar id-drittijiet ta" l-aċċess, l-użu u t-tixrid

1.  Il-ftehim ta' għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess, l-użu u d-disseminazzjoni, safejn dawk id-drittijiet u l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Għal dawn il-finijiet, dan ikun jeħtieġ il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta" pjan għall-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub.

2.  Il-ftehim ta" għotja jista" jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom il-parteċipanti jistgħu joġġezzjonaw għal xi awditjar teknoloġiku li jkun qed isir minn ċerti rappreżentanti awtorizzati tal-Kummissjoni dwar l-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet dwar it-tmiem

Il-ftehim ta" għotja għandu jispeċifika r-raġunijiet tat-tmiem tiegħu, għal kollox jew parzjalment, b'mod partikolari minħabba li wieħed jonqos li jħares dan ir-Regolament, prestazzjoni fqira jew ksur kuntrattwali, kif ukoll il-konsegwenzi fuq il-parteċipanti ta" xi vjolazzjoni min-naħa ta" parteċipant ieħor.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.  Fil-każ ta" azzjonijiet indiretti għall-appoġġ ta" infrastrutturi ta" riċerka eżistenti u, fejn japplika, ta" infrastrutturi ta" riċerka ġodda, il-ftehim ta" għotja jista" jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-konfidenzjalità, il-pubbliċità u d-drittijiet ta" l-aċċess u l-impenji li jistgħu jolqtu l-utenti ta" l-infrastruttura.

2.  Fil-każ ta" azzjonijiet indiretti għall-appoġġ ta" taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-ftehim jista" jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi rigward il-konfidenzjalità, id-drittijiet ta" l-aċċess u l-impenji relatati mar-riċerkaturi li jibbenefikaw mill-azzjoni.

3.  Fil-każ ta" azzjonijiet indiretti fil-qasam tar-riċerka dwar is-sigurtà, il-ftehim ta' għotja jista" jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi b'mod partikolari dwar bidliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju, il-konfidenzjalità, il-klassifikazzjoni ta' l-informazzjoni, u l-informazzjoni lill-Istati Membri, id-disseminazzjoni, id-drittijiet ta' aċċess, it-trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif ġdid miksub u l-użu tiegħu.

4.  Fejn huwa xieraq, il-ftehim ta' għotja għal azzjonijiet indiretti li jittrattaw kwistjonijiet ta" sigurtà, barra dawk imsemmijin fil-paragrafu 3, jista" jinkludi wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi bħal dawn.

5.  Fil-każ ta' azzjonijiet ta' riċerka esplorattiva, il-ftehim ta' għotja jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mad-disseminazzjoni.

Artikolu 23

Firma u approvazzjoni formali

Il-ftehim ta" għotja għandu jidħol fis-seħħ mal-firma tal-koordinatur u tal-Kummissjoni.

Dan għandu japplika għal kull parteċipant li jkun approvah formalment.

Subsezzjoni 4

Konsorzji

Artikolu 24

Ftehim ta" konsorzji

1.  Ħlief fejn previst mod ieħor fis-sejħa għal proposti, il-parteċipanti kollha f'azzjoni indiretta għandhom jikkonkludu ftehim, minn hawn "il quddiem imsejjaħ "il-ftehim ta" konsorzju", biex jirregola inter alia dawn li ġejjin:

   a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;
   b) id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju Komunitarju;
   c) regoli addizzjonali għal dawk f'Kapitolu III dwar id-disseminazzjoni u l-użu u d-drittijiet għal aċċess, kif ukoll għal dispożizzjonijiet relatati fil-ftehim ta' l-għotja;
   d) ir-riżoluzzjoni ta" tilwim intern inkluż każijiet ta' abbuż tal-poter;
   e) arranġamenti ta' responsabbiltà, indennizz u konfidenzjalità bejn il-parteċipanti.

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika linji gwida dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jistgħu jiġu indirizzati minn parteċipanti fil-ftehim ta' konsorzju tagħhom, inkluż dispożizzjonijiet dwar il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta' l-SMEs.

Artikolu 25

Il-koordinatur

1.  L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jipparteċipaw f'azzjoni indiretta għandhom jaħtru wieħed minn fosthom biex jagħmilha ta" koordinatur biex iwettaq il-kompiti li ġejjin f'konformità ma" dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, mir-Regoli ta' l-Implimentazzjoni, u mal-ftehim ta' għotja:

   a) jimmonitorja l-konformità mill-parteċipanti fl-azzjoni indiretta ma' l-obbligi tagħhom;
   ( b) jivverifika jekk l-entitajiet legali identifikati fil-ftehim ta' l-għotja lestewx il-formalitajiet meħtieġa għal-approvazzjoni formali tal-ftehim ta' l-għotja;
   ( c) jirċievi l-kontribut finanzjarju Komunitarju u jqassmu skond il-ftehim tal-konsorzju u l-ftehim ta' għotja;
   ( d) iżomm ir-reġistri u l-kontijiet finanzjarji relatati mal-kontribut finanzjarju Komunitarju u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tiegħu f'konformità mal-punt (b) ta' l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 36;
   ( e) ikun intermedjarju għal komunikazzjoni effiċjenti u korretta bejn il-parteċipanti u jirrapporta regolarment lill-parteċipanti u lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-proġett.

2.  Il-koordinatur għandu jkun identifikat fil-ftehim ta" għotja.

3.  Il-ħatra ta" koordinatur ġdid teħtieġ l-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.

Artikolu 26

Tibdiliet fil-konsorzju

1.  Il-parteċipanti f'azzjoni indiretta jistgħu jaqblu li jżidu parteċipant ġdid jew li jneħħu parteċipant eżistenti skond id-dispożizzjonijiet rispettivi fil-ftehim ta' konsorzju.

2.  Kwalunkwe entità legali li tissieħeb f'azzjoni għaddejja għandha tidħol formalment fil-ftehim ta' għotja.

3.  F'każijiet speċifiċi, fejn huwa previst fil-ftehim ta' għotja, il-konsorzju għandu jippubblika sejħa kompetittiva u jirriklamaha b'mod wiesa" bl-użu ta" appoġġ speċifiku ta' informazzjoni, partikolarment is-siti ta" l-Internet dwar is-Seba" Programm ta' Qafas, l-istampa u fuljetti speċjalizzati, u l-punti nazzjonali ta" kuntatt imwaqqfin mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati għal informazzjoni u appoġġ.

Il-konsorzju għandu jivvaluta l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jkunu rregolaw l-azzjoni inizjali u bl-assistenza ta" esperti indipendenti maħturin mill-konsorzju, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 15 u 17 rispettivament.

4.  Il-konsorzju għandu jinnotifika b'kull bidla proposta li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista" toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika.

Tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju marbutin mal-proposti għal tibdiliet oħrajn fil-ftehim ta' għotja li mhumiex relatati direttament mal-bidla fil-kompożizzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.

Subsezzjoni 5

Monitoraġġ u evalwazzjoni ta" programmi u azzjonijiet indiretti u l-komunikazzjoni ta" informazzjoni

Artikolu 27

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta" l-azzjonijiet indiretti abbażi ta" rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 19(4).

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u d-disseminazzjoni tat-tagħrif ġdid miksub, ippreżentat skond it-tieni subparagrafu ta" l-Artikolu 20(1).

Għal dawk il-għanjiet, il-Kummissjoni tista" tkun megħjuna minn esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 17.

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema informattiva li tippermetti li dan il-monitoraġġ isir b'mod effiċjenti u koerenti tul is-Seba' Programm ta' Qafas kollu.

Soġġett għall-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq kwalunkwe mezz adegwat informazzjoni dwar il-proġetti ffinanzjati.

3.  Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni msemmijin fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru .../.../KE(20) għandhom jinkludu aspetti relatati ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż f'aspetti partikolari rilevanti għall-SMEs, u għandhom jindirizzaw l-impatt baġitarju tal-bidliet fir-reġim tal-kalkolu ta' l-ispejjeż meta mqabbel mas-Sitt Programm ta' Qafas u l-effetti tiegħu fuq il-piż amministrattiv għall-parteċipanti.

4.  Il-Kummissjoni għandha taħtar, skond l-Artikolu 17, esperti indipendenti biex jassistuha fl-evalwazzjonijiet meħtieġa taħt is-Seba" Programm ta' Qafas, u l-programmi speċifiċi tiegħu, u, skond ma jitqies meħtieġ, għall-evalwazzjoni ta' Programmi ta' Qafas preċedenti.

5.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' twaqqaf gruppi ta' esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 17, biex jagħtu parir dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika Komunitarja tar-riċerka.

Artikolu 28

It-tagħrif li għandu jsir disponibbli

1.  B'konsiderazzjoni debita ta' l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, wara talba, tagħmel disponibbli għal kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż assoċjat kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar informazzjoni ġdida miksuba li toħroġ mill-ħidma mwettqa fil-kuntest ta" azzjoni indiretta, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   a) l-informazzjoni ikkonċernata hi rilevanti għall-politika pubblika;
   b) il-parteċipanti ma jkunux ġabu raġunijiet sodi u biżżejjed biex jinżamm l-għoti ta" l-informazzjoni kkonċernata.

2.  Taħt l-ebda ċirkostanzi m'għandu l-għoti ta" l-informazzjoni skond il-paragrafu 1 jitqies li jkun qed jittrasferixxi lir-reċipjent xi drittijiet jew obbligi tal-Kummissjoni jew tal-parteċipanti.

Madanakollu, ir-reċipjent għandu jittratta kull tagħrif bħal dan bħala konfidenzjali sakemm ma jsirx pubbliku jew ma jagħmluhx disponibbli pubblikament il-parteċipanti, jew sakemm ma jkunx ġie kkomunikat lill-Kummissjoni mingħajr restrizzjonijiet dwar il-konfidenzjalità tiegħu.

Sezzjoni 3

Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità

Subsezzjoni 1

Eliġibbiltà għall-iffinanzjar u forom ta" għotjiet

Artikolu 29

Eliġibbiltà għall-iffinanzjar

1.  L-entitajiet legali li ġejjin, parteċipanti f'azzjoni indiretta, jistgħu jirċievu kontribut finanzjarju Komunitarju:

   a) kwalunkwe entità legali stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat, jew maħluqa taħt il-liġi Komunitarja;
   b) kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej;
   c) kwalunkwe entità legali stabbilita f'pajjiż sieħeb f'koperazzjoni internazzjonali.

2.  Fil-każ ta" organizzazzjoni internazzjonali parteċipanti, barra xi organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej, jew entità legali stabbilita f'pajjiż terz li mhux pajjiż assoċjat jew pajjiż sieħeb f'koperazzjoni internazzjonali, tista' tingħata kontribut finanzjarju Komunitarju sakemm tiġi sodisfatta minn ta" l-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

   a) ikun hemm provvediment f'dan is-sens fil-programmi speċifiċi jew fil-programm ta" ħidma rilevanti,
   b) tkun essenzjali għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta,
   c) ikun hemm provvediment għal tali ffinanzjar fi ftehim bilaterali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija jew kwalunkwe ftehim ieħor bejn il-Komunità u l-pajjiż li fih l-entità legali hija stabbilita.

Artikolu 30

Forom ta" għotjiet

1.  Il-kontribut finanzjarju Komunitarju għal għotjiet identifikati fil-parti a) ta" l-Anness III għad-Deċiżjoni Nru.../.../KE(21) għandu jkun imsejjes fuq ir-rimborż, sħiħ jew parzjali, ta" l-ispejjeż eliġibbli.

Madanakollu, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista" jieħu l-forma ta" ffinanzjar b'rata fissa, inkluż iffinanzjar permezz ta" skala ta" spejjeż unitarji, jew somma f'daqqa, jew jista" jikkombina flimkien ir-rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli ma" rati fissi u somom f'daqqa. Il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista" jieħu wkoll il-forma ta" boroż ta" studju jew premjijiet.

2.   Il-programmi ta' ħidma u s-sejħiet għal proposti għandhom jispeċifikaw il-forom ta' għotjiet li għandhom jintużaw fl-azzjonijiet ikkonċernati.

3.  Il-parteċipanti minn pajjiżi sħab f'koperazzjoni internazzjonali jistgħu jagħżlu l-kontribut finanzjarju Komunitarju fil-forma ta' ffinanzjar f'somma waħda. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi somom f'daqqa applikabbli skond ir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 31

Rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli

1.  Azzjonijiet indiretti ffinanzjati b'għotjiet għandhom ikunu ko-finanzjati mill-parteċipanti.

Biex isir rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli l-kontribut finanzjarju tal-Komunità m'għandux iwassal għal profitt.

2.  Għandhom ikunu kkunsidrati rċevuti għall-ħlas ta" l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni.

3.  Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru għall-implimentazzjoni ta" azzjoni indiretta iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

   a) għandhom ikunu attwali;
   b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta" l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta" l-għotja;
   c) għandhom ikunu ġew determinati skond il-prinċipji u l-prassi normali ta" kontabbiltà u amministrazzjoni tal-parteċipant u użati għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta" l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha, b'mod konsistenti mal-prinċipji ta" l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja;
   d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u mħallsa u, fil-każ ta" xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi;
   e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b'mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta" telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta" proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (d).

Għall-finijiet tal-punt (a), għall-persunal jistgħu jintużaw l-ispejjeż medji jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji ta" l-amministrazzjoni u l-prassi tal-kontabbiltà tal-parteċipant u ma jvarjawx b'mod sinifikanti mill-ispejjeż attwali.

4.  Filwaqt li l-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jiġi kkalkulat b'referenza għall-ispiża ta" l-azzjoni indiretta globali, ir-rimborż għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż irrapportati ta" kull parteċipant.

Artikolu 32

Spejjeż diretti eliġibbli u spejjeż indiretti eliġibbli

1.  Spejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fi spejjeż li jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, minn hawn "il quddiem imsejħa "spejjeż diretti eliġibbli" u, fejn japplikaw, fi spejjeż li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, imma li jkunu saru b'rabta diretta ma" l-ispejjeż diretti eliġibbli attribwiti lill-azzjoni, minn hawn "il quddiem imsejħa "spejjeż indiretti eliġibbli".

2.  Ir-rimborż ta' spejjeż tal-parteċipanti għandu jkun ibbażat fuq l-ispejjeż diretti u indiretti eliġibbli tagħhom.

F'konformità mal-punt (c) ta' l-Artikolu 31(3), parteċipant jista' juża metodu ssimplifikat ta' kalkolu ta' l-ispejjeż indiretti eliġibbli tiegħu fil-livell ta' l-entità legali tiegħu jekk dan huwa skond il-prinċipju u l-prassi abitwali fiż-żamma tal-kontijiet tiegħu. Il-prinċipji li għandhom jiġu segwiti f'dan ir-rigward għandhom jiġu stabbiliti fil-mudell tal-ftehim ta' għotja.

3.  Il-ftehim ta' għotja jista" jipprevedi li r-rimborż ta" spejjeż indiretti eliġibbli għandu jkun limitat għal persentaġġ massimu ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli għas-sottokuntratti, b'mod partikolari fil-każ ta" l-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u, fejn xieraq, l-azzjonijiet ta" taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.

4.  B'derga mill-paragrafu 2, biex jiġu koperti l-ispejjeż diretti eliġibbli, parteċipant jista" jagħżel li jieħu rata fissa għat-total ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu għas-sottokuntratti jew rimborż ta' l-ispejjeż ta' partijiet terzi.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rati fissi xierqa bbażati fuq approssimazzjoni mill-qrib ta' l-ispejjeż diretti reali kkonċernati, skond ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' l-Implimentazzjoni tiegħu.

5.  Korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, stabbilimenti ta' l-edukazzjoni sekondarja u ogħla, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs li ma jistgħux jidentifikaw b'ċertezza l-ispejjeż indiretti reali kkonċernati tagħhom, meta jipparteċipaw fi skemi ta' finanzjament li jinkludu riċerka u żvilupp telnoloġiku u attivitajiet dimostrattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 33, jistgħu jagħżlu rata fissa ta' 60% ta' l-ispejjeż indiretti eliġibbli totali għal għotjiet aġġudikati taħt sejħiet għal proposti li jagħlqu qabel l-1 ta' Jannar 2010.

Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata transizzjoni għall-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ġenerali msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, għal għotjiet aġġudikati taħt is-sejħiet li jagħlqu wara l-31 ta' Diċembru 2009, livell xieraq ta' rata fissa li għandha tkun approssimazzjoni ta' l-ispejjeż indiretti reali kkonċernati iżda mhux ta' inqas minn 40%. Din tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-parteċipazzjoni ta" korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, istituzzjonijiet ta" edukazzjoni sekondarja u edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs li ma jistgħux jidentifikaw b'ċertezza l-ispejjeż indiretti reali tagħhom għall-azzjoni kkonċernata.

6.  Ir-rati fissi kollha għandhom jiġu stabbiliti fil-mudell ta' ftehim ta" għotja.

Artikolu 33

L-ogħla limiti ta" ffinanzjar

1.  Għal attivitajiet ta" riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.

Madanakollu, fil-każ ta" korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, istituzzjonijiet ta" edukazzjoni sekondarja u edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs, dan jista" jilħaq massimu ta" 75% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.

Għal riċerka relatata mas-sigurtà u attivitajiet ta' żvilupp teknoloġiku, dan jista' jilħaq massimu ta' 75% fil-każ ta' l-iżvilupp ta' kapaċitajiet f'oqsma b'daqs tas-suq limitat ħafna u b'riskju ta' "falliment tas-suq" u għall-iżvilupp aċċellerat ta' tagħmir bħala rispons għal theddid ġdid.

2.  Għal attivitajiet dimostrattivi, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.

3.  Għal attivitajiet appoġġati minn azzjonijiet ta" riċerka esplorattiva, azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet ta" taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.

4.  Għal attivitajiet ta' ġestjoni inklużi ċertifikati dwar ir-rendikonti finanzjarji, u attivitajiet oħrajn mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontribut finanzjarju Komunitarju jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.

L-attivitajiet l-oħrajn imsemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, it-taħriġ f'azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta" finanzjament għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-koordinazzjoni, in-netwerking, u d-disseminazzjoni.

5.  Għall-għanjiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli u l-irċevuti sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju Komunitarju.

6.  Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, skond kif ikun xieraq, fil-każ ta" azzjonijiet indiretti fejn jintuża finanzjament b'rata fissa jew finanzjament permezz ta" somma f'daqqa għall-azzjoni indiretta kollha.

Artikolu 34

Rappurtaġġ u awditjar ta" spejjeż eliġibbli

1.  Għandhom jiġu sottomessi rapporti perjodiċi lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli, l-interessi finanzjarji li jkunu daħlu minn pre-finanzjament, u l-irċevuti relatati ma" l-azzjoni indiretta kkonċernata u, fejn hu xieraq, ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.

L-eżistenza tal-kofinanzjament fir-rigward ta" l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni.

2.  Minkejja r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' l-Implimentazzjoni, ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji għandu jkun obbligatorju biss kull meta l-ammont kumulattiv ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet ta' bilanċ li jsiru lil parteċipant huwa ugwali għal EUR 375 000 jew aktar għal azzjoni indiretta.

Madankollu, għal azzjonijiet indiretti li jdumu sentejn jew anqas, għandu jintalab mill-parteċipant ċertifikat wieħed biss dwar ir-rendikonti finanzjarji, fl-aħħar tal-proġett.

Iċ-ċertifikati dwar ir-rendikonti finanzjarji ma għandhomx ikunu meħtieġa għal azzjonijiet indiretti rimborżati b'mod sħiħ permezz ta' somom f'daqqa jew rati fissi.

3.  Fil-każ ta" korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u edukazzjoni ogħla, ċertifikat dwar ir-rendikonti finanzjarji kif meħtieġ skond il-paragrafu 1 jista" jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti.

Artikolu 35

Netwerks ta" Eċċellenza

1.  Il-programm ta' ħidma għandu jipprovdi għall-forom ta' għotjiet li għandhom jintużaw għan-Netwerks ta' Eċċellenza.

2. (a)Fejn il-  kontribut finanzjarju Komunitarju għal Netwerks ta" Eċċellenza jieħu l-forma ta" somma f'daqqa, għandu jiġi kkalkulat skond in-numru ta" riċerkaturi li jridu jiġu integrati fin-Netwerk ta" Eċċellenza u ż-żmien li tieħu l-azzjoni. Il-valur ta" l-unità għal somom f'daqqa imħallsin għandu jkun ta" EUR 23 500 kull sena u għal kull riċerkatur.

Dan l-ammont għandu jiġi aġġustat mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.

(b)  Il-programm ta" ħidma għandu jistabbilixxi n-numru massimu ta" parteċipanti u, fejn huwa xieraq, in-numru massimu tar-riċerkaturi li jista" jintuża bħala bażi tal-kalkolu tas-somma f'daqqa massima. Madanakollu, parteċipanti aktar u 'l fuq mill-maxima biex jiġi stabbilit il-kontribut finanzjarju jistgħu jieħdu sehem skond kif ikun xieraq.

(c)  Il-ħlas għandu jsir permezz ta" ħlasijiet perjodiċi.

Dawk il-ħlasijiet perijodiċi għandhom isiru skond il-valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt ta" l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta" l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tal-prestazzjoni, innegozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehim ta' għotja.

SUBSEZZJONI 2

ĦLAS, DISTRIBUZZJONI, IRKUPRU U GARANZIJI

Artikolu 36

Ħlas u distribuzzjoni

1.  Il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jitħallas lill-parteċipanti permezz tal-koordinatur mingħajr dewmien żejjed.

2.  Il-koordinatur għandu jżomm rekords li jippermettu li jkun determinat f'kull ħin x'porzjon tal-fondi tal-Komunità jkun tqassam lil kull parteċipant.

Il-koordinatur għandu jgħaddi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni meta jintalab jagħmel dan.

Artikolu 37

Irkupru

Il-Kummissjoni tista" tadotta deċiżjoni dwar l-irkupru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 38

Mekkaniżmu biex jiġi evitat ir-riskju

1.  Ir-responsabbiltà finanzjarja ta' kull parteċipant għandha tiġi limitata għad-dejn tagħha stess, soġġetta għall-paragrafi 2 sa 5.

2.  Sabiex jiġi ġestit ir-riskju assoċjat man-nuqqas ta' rkupru ta' somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni għandha tattwa u żżomm fond ta' garanzija tal-parteċipanti (minn hawn 'l quddiem "il-Fond") skond l-Anness.

L-interessi finanzjarji ġġenerati mill-Fond għandhom jiżdiedu mal-Fond u għandhom iservu esklussivament għall-finijiet imniżżla fil-punt 3 ta' l-Anness, bla ħsara għall-punt 4.

3.  Il-kontribut lill-Fond minn parteċipant ta' azzjoni indiretta li jieħu l-forma ta' għotja m'għandux jaqbeż il-5% tal-kontribut finanzjarju Komunitarju dovut lill-parteċipant. Fl-aħħar ta' l-azzjoni l-ammont ikkontribwit lill-Fond għandu jingħata lura lill-parteċipant, permezz tal-koordinatur, soġġett għall-paragrafu 4.

4.  Jekk l-interessi ġġenerati mill-Fond huma insuffiċjenti biex ikopru s-somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni tista' tnaqqas mill-ammont li għandu jingħata lura lil parteċipant mhux aktar minn 1% tal-kontribut finanzjarju Komunitarju lilu.

5.  It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 4 m'għandux japplika għal korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija ggarantita minn Stat Membru jew pajjiż assoċjat, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u edukazzjoni ogħla;

6.  Il-Kummissjoni għandha tivverifika biss ex-ante l-kapaċità finanzjarja tal-koordinaturi, u tal-parteċipanti li mhumiex imsemmijin fil-paragrafu 5 u li japplikaw għal kontribut finanzjarju Komunitarju f'azzjoni indiretta 'l fuq minn EUR 500 000, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali meta, fuq il-bażi ta' informazzjoni diġà disponibbli, ikun hemm raġunijiet ġustifikati biex tiġi ddubitata l-kapaċità finanzjarja ta' dawn il-parteċipanti.

7.   Il-Fond għandu jiġi kkunsidrat bħala garanzija suffiċjenti taħt ir-Regolament Finanzjarju. L-ebda garanzija jew sigurtà addizzjonali ma għandha tintalab mill-parteċipanti jew tiġi imposta fuqhom.

KAPITOLU III

TIXRID U UŻU, U DRITTIJIET TA" L-AĊĊESS

Sezzjoni 1

Tagħrif miksub

subsezzjoni 1

Sjieda

Artikolu 39

Sjieda ta" tagħrif miksub

1.  It-tagħrif ġdid miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa taħt azzjonijiet indiretti barra dawk imsemmijin fil-paragrafu 3 għandu jkun il-proprjetà tal-parteċipanti li jkunu qed iwettqu l-ħidma li tipproduċi dak it-tagħrif ġdid miksub.

2.  Jekk impjegati jew persunal ieħor li jaħdem għal parteċipant ikunu intitolati għal drittijiet fuq tagħrif ġdid miksub, il-parteċipant għandu jiżgura li jkun possibbli li dawk id-drittijiet jiġu eżerċitati b'mod kompatibbli ma" l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt il-ftehim ta' għotja.

3.   It-tagħrif miksub għandu jkun il-proprjetà tal-Komunità fil-każijiet li ġejjin:

   a) azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu f'xiri ta' oġġetti jew servizzi soġġetti għar-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi mniżżlin fir-Regolament Finanzjarju;
   b) azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ relatati ma" esperti indipendenti.

Artikolu 40

Sjieda konġunta ta" tagħrif miksub

1.  Fejn għadd ta" parteċipanti jkunu wettqu ħidma konġunta li tiġġenera tagħrif ġdid miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom tal-ħidma ma jkunx jista" jiġi aċċertat, huma għandu jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub.

Huma għandhom jistabbilixxu ftehim dwar l-allokazzjoni u t-termini ta' eżerċizzju ta' dik is-sjieda konġunta skond it-termini tal-ftehim ta' għotja.

2.  Fejn ma jkunx għad ġie konkluż ftehim ta" sjieda konġunta, kull wieħed mis-sidien konġunti għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi, mingħajr ebda dritt ta" subliċenzjar, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

   a) għandu jingħata avviż bil-quddiem lis-sidien konġunti l-oħra;
   b) għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.

3.  Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tagħti gwida dwar aspetti possibbli li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ta' appartenenza konġunta.

Artikolu 41

Sjieda ta" tagħrif miksub minn gruppi speċifiċi

Fil-każ ta" azzjonijiet għall-benefiċċju ta" gruppi speċifiċi, l-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 40(1) m'għandhomx japplikaw. F'dawn il-każijiet, it-tagħrif miksub għandu jkun is-sjieda konġunta tal-parteċipanti membri fil-grupp speċifiku li jibbenefika mill-azzjoni, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor bejn dawk il-parteċipanti.

Fejn is-sidien tat-tagħrif miksub ma humiex membri ta" dak il-grupp, huma għandhom jiżguraw li l-grupp jingħata d-drittijiet kollha għal dak it-tagħrif miksub li hu meħtieġ għall-għanjiet ta" l-użu u d-disseminazzjoni tat-tagħrif miksub skond l-anness tekniku għall-ftehim ta' għotja.

Artikolu 42

Trasferiment ta" tagħrif miksub

1.  Is-sid tat-tagħrif miksub jista' jittrasferixxih lil kwalunkwe entità legali, soġġett għall-paragrafi 2 sa 5 u l-Artikolu 43.

2.  Fejn parteċipant jittrasferixxi is-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu dwar dak it-tagħrif miksub liċ-ċessjonarju, inkluż l-obbligu li jgħaddihom lil kwalunkwe ċessjonarju sussegwenti, f'konformità mal-ftehim ta' għotja.

3.  Soġġett għall-obbligi tiegħu rigward il-konfidenzjalità, fejn il-parteċipant jeħtieġlu li jgħaddi d-drittijiet ta' aċċess, huwa għandu jinnotifika bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħrajn fl-istess azzjoni, flimkien ma" informazzjoni suffiċjenti dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif ġdid miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta' aċċess tagħhom taħt il-ftehim ta' għotja.

Madanakollu, il-parteċipanti l-oħrajn jistgħu, permezz ta" ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta" avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta" trasferimenti ta' sjieda minn parteċipant lil xi parti terza speċifikament.

4.Wara   n-notifika skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, kwalunkwe parteċipant ieħor jista' joġġezzjona għal kwalunkwe trasferiment ta" sjieda għar-raġuni li tkun taffettwa ħażin id-drittijiet ta' aċċess tagħhom.

Fejn kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħrajn juru li d-drittijiet tagħhom ikunu se jiġu affettwati ħażin, it-trasferiment maħsub ma għandux iseħħ qabel jintlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati.

5.Fejn hu   xieraq, il-ftehim ta' għotja jista' jipprevedi, li l-Kummissjoni għandha tkun innotifikata bil-quddiem bi kwalunkwe trasferiment intenzjonat ta' sjieda jew bi kwalunkwe għotja intenzjonata ta' liċenzja esklussiva lil parti terza li hija stabbilita f'pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba' Programm ta' Qafas.

Artikolu 43

Preservazzjoni tal-kompetittività Ewropea u l-prinċipji ta" l-etika

Il-Kummissjoni tista" toġġezzjona għat-trasferiment ta' sjieda tat-tagħrif miksub, jew għall-għoti ta" liċenzja esklussiva rigward it-tagħrif miksub, lil partijiet terzi stabbiliti f'pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba" Programm ta' Qafas, jekk tqis li dan mhuwiex konformi ma" l-interessi ta" l-iżvilupp tal-kompetittività ta" l-ekonomija Ewropea jew li ma huwiex konsistenti ma' prinċipji etiċi jew konsiderazzjonijiet ta' sigurtà.

F'dawn il-każijiet, it-trasferiment tas-sjieda jew l-għoti ta" liċenzja esklussiva m'għandux isir sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li poġġew is-salvagwardji xierqa.

Subsezzjoni 2

Protezzjoni, pubblikazzjoni, tixrid u użu

Artikolu 44

Protezzjoni tat-tagħrif miksub

1.  Fejn it-tagħrif miksub jista" jiġi applikat industrijalment jew kummerċjalment, sidu għandu jipprovdi għall-protezzjoni adegwata u effettiva tiegħu, b'kont dovut meħud ta' l-interessi leġittimi tiegħu u l-interessi leġittimi, b'mod partikolari l-interessi kummerċjali, tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni indiretta kkonċernata.

Fejn parteċipant li ma huwiex is-sid tat-tagħrif ġdid miksub jinvoka interess leġittimu tiegħu, huwa għandu, fi kwalunkwe ħin, juri li jkun se jsofri dannu kbir sproporzjonat.

2.  Fejn it-tagħrif miksub jista" jiġi applikat industrijalment jew kummerċjalment u s-sid tiegħu ma jħarsux, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor, entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat jew kwalunkwe parti terza stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat flimkien ma' l-obbligi assoċjati skond l-Artikolu 42, ebda attivitajiet ta" tixrid ma jistgħu jsiru qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata.

F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista", bil-kunsens tal-parteċipant ikkonċernat, tieħu f'idejha s-sjieda tat-tagħrif miksub u tadotta miżuri għall-ħarsien adegwat u effettiv tiegħu. Il-parteċipant ikkonċernat jista" jirrifjuta l-kunsens biss jekk ikun kapaċi juri li l-interessi leġittimi tiegħu jkunu se jsofru dannu kbir sproporzjonat.

Artikolu 45

Dikjarazzjoni rigward is-sostenn finanzjarju tal-Komunità

Il-pubblikazzjonijiet kollha, l-applikazzjonijiet kollha għall-brevetti magħmulin minn jew f'isem parteċipant, jew kull disseminazzjoni oħra relatata ma" tagħrif ġdid miksub, għandhom jinkludu dikjarazzjoni, li tista' tinkludi mezzi viżivi, li t-tagħrif ġdid miksub ikkonċernat ġie prodott bl-għajnuna tas-sostenn finanzjarju Komunitarju.

It-termini ta" dik id-dikjarazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta" għotja.

Artikolu 46

Użu u tixrid

1.  Il-parteċipanti għandhom jużaw it-tagħrif miksub li jippossjedu, jew jiżguraw li dan jintuża.

2.  Kull parteċipant għandu jiżgura li t-tagħrif miksub li għandu s-sjieda tiegħu jkun imxerred kemm jista" jkun b'ħeffa. Jekk jonqos milli jagħmel dan, il-Kummissjoni tista" xxerred dak it-tagħrif miksub. Il-ftehim ta' għotja jista' jistipula limiti ta' żmien f'dan ir-rigward.

3.  Attivitajiet ta" tixrid għandhom ikunu kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi ta' konfidenzjalità, u l-interessi leġittimi tas-sid tat-tagħrif miksub.

4.  Għandu jingħata avviż bil-quddiem dwar kull attività ta" tixrid lill-parteċipanti l-oħrajn kkonċernati.

Wara n-notifika, kull wieħed minn dawk il-parteċipanti jista" joġġezzjona jekk huwa jqis li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tat-tagħrif miksub jew tat-tagħrif eżistenti tiegħu jistgħu jsofru dannu kbir sproporzjonat. F'każijiet tali, l-attività ta" tixrid ma tistax issir sakemm ma jittiħdux passi xierqa għas-salvagwardja ta" dawk l-interessi leġittimi.

Sezzjoni 2

Drittijiet ta" l-aċċess għal tagħrif eżistenti u tagħrif miksub

Artikolu 47

It-tagħrif eżistenti kopert

Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet ta" azzjoni indiretta fi ftehim bil-miktub u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku.

Artikolu 48

Prinċipji

1.  It-talbiet kollha għad-drittijiet ta" l-aċċess għandhom isiru bil-miktub.

2.  Sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor mas-sid tat-tagħrif miksub jew it-tagħrif eżistenti, id-drittijiet ta" l-aċċess ma" jagħtu ebda dritt li jingħataw subliċenzji.

3.  Liċenzji esklussivi għal tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti jistgħu jingħataw, soġġetti għall-konferma bil-miktub mill-parteċipanti l-oħra kollha li huma jirrinunzjaw għad-drittijiet ta' aċċess fuqu.

4.  Bla ħsara għall-paragrafu 3, kull ftehim li jipprevedi drittijiet ta' aċċess għal tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti għal parteċipanti jew partijiet terzi għandu jkun tali li jiżgura li jinżammu d-drittijiet ta' aċċess potenzjali għall-parteċipanti l-oħra

5.  Bla ħsara għall-Artikoli 49 u 50 u għall-ftehim ta' għotja, il-parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista" jkun b'kull limitazzjoni għall-għoti ta" drittijiet ta' aċċess għal tagħrif eżistenti, jew b'kull restrizzjoni oħra li tista" taffettwa b'mod sostanzjali l-għoti tad-drittijiet ta' aċċess.

6.  It-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu f'azzjoni indiretta m'għandha bl-ebda mod taffettwa l-obbligu ta" dak il-parteċipant li jagħti drittijiet ta" l-aċċess lill-bqija tal-parteċipanti fl-istess azzjoni taħt it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta" għotja.

Artikolu 49

Drittijiet ta" l-aċċess għall-implimentazzjoni ta" azzjonijiet indiretti

1.  Id-drittijiet ta" l-aċċess għal tagħrif miksub għandhom jingħataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu lil dawk il-parteċipanti li jwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta.

Tali drittijiet ta" l-aċċess għandhom jingħataw ħielsa mir-royalties.

2.  Id-drittijiet ta" l-aċċess għal tagħrif eżistenti għandhom jingħataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu lil dawk il-parteċipanti li jwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta sakemm il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.

Tali drittijiet ta" l-aċċess għandhom jingħataw ħielsa mir-royalties, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mall-parteċipanti kollha qabel l-approvazzjoni formali għall-ftehim ta" għotja.

Madanakollu, l-RTD performers għandhom jagħtu d-drittijiet ta" l-aċċess għal tagħrif eżistenti ħielsa mir-royalties.

Artikolu 50

Drittijiet ta" l-aċċess għall-użu

1.  Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta' aċċess għal tagħrif miksub, jekk dawn ikollhom bżonn dawk id-drittijiet għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess.

Soġġett għal ftehim, tali drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ekwi u raġonevoli, jew ikunu ħielsa mid-drittijiet ta' royalties.

2.  Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta' aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif ġdid miksub tagħhom stess kemm-il darba l-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.

Soġġett għal ftehim, tali drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ekwi u raġonevoli, jew ikunu ħielsa mid-drittijiet tas-sid.

3.  Entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat għandu jkollha wkoll id-drittijiet għal aċċess, imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, għat-tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti taħt l-istess kondizzjonijiet tal-parteċipant li għalih hija affiljata, dment li mhux previst mod ieħor fil-ftehim ta' għotja jew fil-ftehim ta' konsorzju.

4.  Talba għad-drittijiet ta' aċċess taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 tista" ssir sa żmien sena wara xi waħda minn dawn l-avvenimenti:

   a) it-tmiem ta" l-azzjoni indiretta ;
   b) it-tmiem tal-parteċipazzjoni mis-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat.

Madanakollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta" żmien differenti.

5.  Soġġett għal ftehim bejn is-sidien kollha kkonċernati, id-drittijiet ta' aċċess għal tagħrif miksub għandhom jingħataw lil Eżekutur ta' RTD, b'kondizzjonijiet ekwi u raġonevoli li jridu jiġu miftehma, għall-għanijiet tat-tkomplija ulterjuri ta" attivitajiet ta" riċerka.

6.  L-Eżekuturi ta' RTD għandhom jagħtu aċċess ħieles mid-drittijiet tas-sid, jew b'kondizzjonijiet ekwi u raġonevoli li jridu jiġu miftiehma qabel l-iffirmar tal-ftehim ta' għotja, għat-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub prodott fl-azzjoni indiretta.

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar drittijiet ta" l-aċċess għal azzjonijiet ta" riċerka "frontier" u għal azzjonijiet għall-benefiċċju ta" gruppi speċifiċi

1.  Il-parteċipanti fl-istess azzjoni ta' riċerka "frontier" għandhom igawdu minn drittijiet ta' aċċess ħielsa mid-drittijiet tas-sid għal tagħrif miksub u tagħrif eżistenti għall-implimentazzjoni jew għall-għanijiet tat-twettiq ulterjuri ta" attivitajiet ta" riċerka.

Id-drittijiet ta' aċċess għall-użu b'għan ieħor li mhux dak tat-twettiq ulterjuri ta' attivitajiet ta' riċerka għandhom ikunu ħielsa mid-drittijiet tas-sid sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-ftehim ta' għotja.

2.  Fejn il-grupp speċifiku li jibbenefika mill-azzjoni huwa rappreżentat minn entità legali li tipparteċipa fl-azzjoni flokhom, dik l-entità legali tista" tagħti subliċenzja, fir-rigward ta" kull dritt ta" l-aċċess mogħti lilha, lil dawk il-membri tagħha li huma mwaqqfa fi Stat Membru jew f'pajjiż Assoċjat.

Kapitolu IV

Il-Bank Ewropew ta" l-investiment

Artikolu 52

1.  Il-Komunità tista" tagħti kontribuzzjoni lill-Bank Ewropew ta" l-Investiment (EIB) biex tkopri r-riskju tas-self jew garanziji li l-EIB jagħmel għas-sostenn ta" l-objettivi tar-riċerka stabbiliti taħt is-Seba" Programm ta' Qafas (il-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju).

2.  L-EIB għandu jipprovdi dan is-self jew garanziji skond il-prinċipji ta' l-ekwità, tat-trasparenza, ta' l-imparzjalità u tat-trattament indaqs.

3.  Il-Kummissjoni għandha d-dritt li toġġezzjona għall-użu tal-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju għal ċertu self jew garanziji, skond termini li jridu jiġu ddefiniti fil-ftehim ta' għotja f'konformità mal-Programmi ta" Ħidma.

Kapitolu V

Dħul fis-seħħ

Artikolu 53

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi...

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Fond ta' Garanzija lill-Parteċipant

1.  Il-Fond ser ikun ġestit mill-Komunità rrappreżentata mill-Kummissjoni li taġixxi bħala aġent eżekuttiv f'isem il-parteċipanti, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-mudell tal-ftehim ta' għotja.

Il-Kummissjoni ser tafda l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond jew lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment jew, skond l-Artikolu 14 punt (b), lil istituzzjoni finanzjarja xierqa (minn hawn 'l quddiem il-"bank depożitarju"). Il-bank depożitarju għandu jamministra l-Fond skond informazzjoni li tingħata mill-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel tajjeb, mill-ewwel finanzjament bil-quddiem li tħallas lill-konsorzju, għall-kontibuzzjoni tal-parteċipanti lill-Fond, u tħallasha lill-Fond f'isimhom.

3.  Fejn hemm ammonti dovuti lill-Komunità minn parteċipant, il-Kummissjoni tista', bla ħsara għall-penali li jistgħu jiġu imposti fuq il-parteċipant li jonqos mir-rimborż skond ir-Regolament Finanzjarju, jew:

   a) tordna lill-bank depożitarju biex jittrasferixxi direttament l-ammont dovut mill-Fond lill-koordinatur ta' l-azzjoni indiretta jekk tkun għadha għaddejja u jekk il-parteċipanti li jibqa' jaqblu li jimplimentawha bl-istess mod fir-rigward ta' l-objettivi tagħha, skond l-Artikolu 18(4). L-ammonti trasferiti mill-Fond jitqiesu bħala kontribut finanzjarju Komunitarju; jew
   b) effettivament tirkupra s-somma msemmija mill-Fond jekk l-azzjoni indiretta tkun mitmuma jew diġà kkompletata.

Il-Kummissjoni toħroġ ordni ta' rkupru għall-benefiċċju tal-Fond kontra l-parteċipant. Il-Kummissjoni tista" tadotta għal dak il-għan deċiżjoni dwar l-irkupru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

4.  L-ammonti rkuprati mill-Fond matul is-Seba" Programm ta' Qafas ser jikkostitwixxu dħul assenjat lilu fit-tifsira ta" l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Ladarba l-implimentazzjoni ta' l-għotjiet kollha taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tkun kompluta, kwalunkwe somma li tibqa' mill-Fond tkun irkuprata mill-Kummissjoni u tiddaħħal fil-baġit tal-Komunità, soġġetta għal deċiżjonijiet dwar it-Tmien Programm ta' Qafas.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(2) Opinjoni mogħtija fil-5 ta' Lulju 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU C 203, 25.8.2006, p. 1.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2006.
(5)+ ĠU: Daħħal in-numru ta' din id-Deċiżjoni
(6)++ ĠU: Daħħal id-data ta' dik id-Deċiżjoni.
(7) ĠU L . ..
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(9) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227,19.8.2006, p. 3).
(10) ĠU C 45, 17.2.1996, p. 5.
(11) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, (ĠU L 215, 5.8.2006, p 38.
(12) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(13) ĠU L 314. 30.11.2001, p.1.
(14) ĠU L 312. 23.12.1995, p. 1.
(15) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(16) ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67.
(17)+ ĠU: Daħħal in-numru tad-Deċiżjoni imsemmija fi Premessa 1.
(18)+ ĠU: Daħħal in-numru tad-Deċiżjoni msemmija fi Premessa 1.
(19)+ ĠU: Daħħal in-numru tad-Deċiżjoni msemmija fi Premessa 1.
(20)+ ĠU: Daħħal in-numru tad-Deċiżjoni msemmija fi Premessa 1.
(21)+ ĠU: Daħħal in-numru tad-Deċiżjoni msemmija fi Premessa 1.


Suq ta' oġġetti pirotekniċi ***I
PDF 447kWORD 335k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (COM(2005)0457 – C6-0312/2005 – 2005/0194(COD))
P6_TA(2006)0515A6-0289/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0457)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0312/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0289/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi

P6_TC1-COD(2005)0194


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Il-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta" oġġetti pirotekniċi huma differenti, b'mod partikolari dwar aspetti bħall-karatteristiċi tas-sikurezza u tal-prestazjoni.

(2)  Dawn id-dispożizzjonijiet, ġaladarba jistgħu jikkawżaw tfixkil għall-kummerċ fil-Komunità, għandhom jiġu armonizzati biex jiggarantixxu l-moviment ħieles ta" oġġetti pirotekniċi fis-suq intern waqt li jiżguraw livell għoli ta" ħarsien għal saħħet il-bniedem u għas-sikurezza u l-ħarsien tal-konsumaturi u ta' l-utenti professjonali aħħarija.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta" April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-bejgħ u s-superviżjoni ta" splużivi għal użi ċivili(4) teskludi l-oġġetti pirotekniċi mill-ambitu tagħha, u tiddikjara li oġġetti pirotekniċi jeħtieġu miżuri adatti biex jiżguraw il-ħarsien tal-konsumaturi u s-sikurezza tal-pubbliku, u li hija ppjanata leġiżlazzjoni addizzjonali f'dan il-qasam.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta" Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta" riskji minn inċidenti serji li jinvolvu sustanzi perikolużi (imsejħa "d-Direttiva ta" Seveso II")(5), li tistabbilixxi r-rekwiżiti ta' sikurezza għall-istabbilimenti fejn, fost sustanzi perikolużi oħra, ikun hemm preżenti splużivi, inklużi sustanzi pirotekniċi.

(5)  Oġġetti pirotekniċi jinkludu, inter alia, logħob tan-nar, oġġetti pirotekniċi teatrali u oġġetti pirotekniċi għal raġunijiet tekniċi, bħal ġeneraturi tal-gass użati għall-airbags jew f'apparat li jissikka minn qabel iċ-ċinturin tas-sikurezza.

(6)  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal oġġetti pirotekniċi li għalihom tapplika d-Direttiva 96/98/KE tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1996 dwar tagħmir tal-baħar(6) u l-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti, bi qbil ma' l-Artikolu 1 u l-Artikolu 3(3) ta' din id-Direttiva.

(7)  Biex jiġu żgurati livelli għolja xierqa ta" ħarsien, l-oġġetti pirotekniċi għandhom jiġu kklassifikati primarjament skond il-livell ta' periklu tagħhom fir-rigward tat-tip ta' użu, iskop jew livell ta' ħoss tagħhom.

(8)  Il-persuna naturali jew legali li timporta oġġett pirotekniku fil-Komunità għandha tassigura li l-manifattur wettaq l-obbligi kollha tiegħu skond id-Direttiva preżenti jew għandha tassumi l-obbligi kollha tal-manifattur.

(9)  Skond il-prinċipji tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandards tekniċi1, oġġett pirotekniku għandu jikkonforma ma' din id-Direttiva meta jitqiegħed fis-suq tal-Komunità għall-ewwel darba. Fir-rigward ta' festi reliġjużi, kulturali u tradizzjonali fl-Istati Membri, logħob tan-nar magħmul minn min jipproduċihom għall-użu tiegħu jew tagħha stess u li ikunu ġew approvati minn Stat Membru għall-użu fit -territorju tiegħu ma għandhomx jitqiesu bħala mqiegħda fis-suq u għalhekk m'għandhomx bżonn jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

(10)  Fid-dawl tal-perikli inerenti fl-użu ta" oġġetti pirotekniċi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-limiti ta" żmien għall-bejgħ tagħhom lil konsumaturi u l-użu tagħhom, u li jkun żgurat li t-tikketti tagħhom juru informazzjoni suffiċjenti u xierqa għall-użu bla periklu, biex iħarsu saħħet il-bniedem, is-sikurezza tiegħu u l-ambjent. Għandu jkun hemm dispożizzjoni li tipprovdi li ċerti oġġetti pirotekniċi jkunu disponibbli biss għal speċjalisti awtorizzati mogħnija bl-għarfien, bil-kapaċità u bl-esperjenza neċessarji. Fir-rigward ta' oġġetti pirotekniċi għall-vetturi, ir-rekwiżiti għat-twaħħil tat-tikketti għandhom iqisu l-prattika kurrenti kif ukoll il-fatt li dawn l-oġġetti huma fornuti esklussivament lil utenti kummerċjali.

(11)  L-użu ta' oġġetti pirotekniċi, u b'mod partikolari l-użu tal-logħob tan-nar, huwa soġġett għal użanzi u tradizzjonijiet kulturali differenti ħafna fi Stati Membri differenti. Minħabba f'hekk, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jieħdu miżuri nazzjonali biex jillimitaw l-użu jew il-bejgħ ta" ċerti kategoriji ta" logħob tan-nar lill-pubbliku ġenerali għal raġunijiet ta" sigurtà pubblika jew nuqqas ta" periklu.

(12)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza għall-oġġetti pirotekniċi sabiex ikun imħares il-konsumatur u sabiex jiġu evitati l-aċċidenti.

(13)  Ir-responsabbiltà biex jiġi żgurat li l-oġġetti pirotekniċi jikkonformaw ma" din id-Direttiva u b'mod partikolari ma" dawk ir-rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza għandha tkun tal-manifattur. Jekk il-manifattur ma jkunx stabbilit fil-Komunità, l-importatur għandu jassigura li il-manifattur wettaq l-obbligi kollha tiegħu skond id-Direttiva preżenti jew għandu jassumi l-obbligi kollha tal-manifattur.

(14)  Fejn ir-rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza jintlaħqu, m'għandux ikun possibbli għall-Istati Membri li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-moviment ħieles ta" l-oġġetti pirotekniċi. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-liċenzjar ta' manifatturi, distributuri u importaturi mill-Istati Membri.

(15)  Biex jiffaċilitaw il-proċess li tintwera konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza, qed jiġu żviluppati standards armonizzati relatati mad-disinn, il-manifattura u l-ittestjar ta" oġġetti bħal dawn.

(16)  Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat għall-Istandardizzazzjoni Elettro-teknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew ta" l-Istandards fit-Telekomunikazzjoni (ETSI) iħeġġu, jadottaw u jimmodifikaw l-istandards armonizzati Ewropej. Dawn l-organizzazzjonijiet huma rikonoxxuti bħala kompetenti għall-adozzjoni ta" standards armonizzati, li huma jħeġġu skond il-linji gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejniethom u bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-iskambju ħieles(7), u bil-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura biex tkun ipprovduta informazzjoni fil-qasam ta" l-istandards u r-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni(8). Fir-rigward ta' oġġetti pirotekniċi għall-vetturi, l-orjentament internazzjonali ta' l-industrija Ewropea tal-fornituri tal-vetturi għandu jiġi rifless billi jitqiesu l-istandards internazzjonali relevanti ta' l-ISO.

(17)  Skond l-Approċċ il-Ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi, oġġetti pirotekniċi manifatturati b'konformità ma' l-istandards armonizzati jgawdu minn preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza msemmija f'din id-Direttiva.

(18)  Il-Kunsill, fid-Deċiżjoni tiegħu 93/465/KEE tat-22 ta" Lulju 1993 dwar il-moduli għall-fażijiet differenti tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità li huma maħsuba biex jintużaw fid-direttivi għall-armonizzazzjoni tat-teknika(9), introduċa mezzi armonizzati biex jiġu applikati proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità. L-applikazzjoni ta" dawn il-moduli għall-oġġetti pirotekniċi se tagħmilha possibbli biex tkun iddeterminata r-responsabbiltà tal-manifatturi u tal-korpi involuti fil-proċedura ta" valutazzjoni tal-konformità billi tikkunsidra n-natura ta" l-oġġetti pirotekniċi konċernati.

(19)  Gruppi ta' oġġetti pirotekniċi li huma simili fid-disinn, fil-funzjoni jew fl-imġiba għandhom jiġu assessjati mill-korpi notifikati bħala familji ta' prodotti.

(20)  Sabiex jitqiegħdu fis-suq, oġġetti pirotekniċi għandu jkollhom il-marka CE biex juru l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva biex ikunu jistgħu jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità.

(21)  Skond l-Approċċ il-Ġdid għall-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi, hemm bżonn proċedura għal klawsola ta' salvagwardja biex tiġi permessa l-possibilità għall-kontestazzjoni tal-konformità ta' oġġett pirotekniku jew ta' fallimenti. Għaldaqstant, Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirristrinġu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkollhom il-marka CE jew biex jirtiraw dawn il-prodotti mis-suq jekk dawn, meta jintużaw għar-raġuni li għaliha jkunu maħsuba, jipperikolaw is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur.

(22)  Dwar sikurezza fit-trasport, ir-regoli dwar it-trasport ta" oġġetti pirotekniċi huma koperti b'konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta" oġġetti perikolużi.

(23)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli fuq il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva u jkunu ċerti li jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(24)  Huwa fl-interessi tal-manifattur u ta' l-importatur li jiġu forniti prodotti sikuri sabiex jiġu evitati spejjeż ta' responsabilità għal prodotti difettużi li jagħmlu ħsara lill-individwi u l-propjetà privata. F'dan ir-rigward, id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar responsabilità għal prodotti difettużi(10) tikkumplimenta din id-Direttiva, billi dik id-Direttiva timponi reġim strett ta' responsabilità fuq il-manifatturi u l-importaturi u tiżgura livell xieraq ta' protezzjoni għall-konsumaturi. Barra minn hekk, din id-Direttiva tistipula li korpi notifikati għandhom ikunu assikurati b'mod adegwat fir-rigward ta' l-attivitajiet professjonali tagħhom, ħlief jekk ir-responsabilità tagħhom tintrefa mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu ikun direttament responsabbli għat-testijiet.

(25)  Huwa ferm importanti li jiġi pprovdut perjodu transizzjonali biex il-liġijiet nazzjonali f'oqsma speċifiċi jiġu adottati gradwalment. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom bżonn jingħataw ftit ħin biex jeżerċitaw kwalunkwe dritt skond ir-regolamenti nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sabiex per eżempju ibigħu l-istokk tagħhom ta' prodotti manifatturati. Barra minn hekk, il-perjodi transizzjonali speċifiċi msemmija f'din id-Direttiva għandhom jagħtu iżjed żmien għall-adozzjoni ta' standards armonizzati u jassiguraw l-implimentazzjoni mgħaġġla ta' din id-Direttiva sabiex jitkabbar il-ħarsien tal-konsumatur.

(26)  Peress li l-għanijiet ta" din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Komunità, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta" sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(27)  Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(11).

(28)  B'mod partikolari, għandu jinagħta poter lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri Komunitarji dwar rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, rekwiżiti ta' twaħħil ta' tikketti fil-każ ta' prodotti pirotekniċi u adattamenti għall-progress tekniku ta' l-Annessi II u III li għandhom x'jaqsmu ma' proċeduri tar-rekwiżiti tas-sigurezza u ta' l-evalwazzjoni għall-konformità. Peress li dawk il-miżuri huma ta' skop ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, u/jew jissupplimentawha biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(29)  Bi qbil mal-paragrafu 34 tal-ftehima Interistituzzjonali dwar it-tiswir ta' leġiżlazzjoni aħjar(12), l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, kemm jista' jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u biex jippubblikawhom.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Għanijiet u l-ambitu

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli bil-ħsieb li jinkiseb il-moviment ħieles ta" l-oġġetti pirotekniċi fis-suq intern waqt li fl-istess ħin ikun żgurat livell għoli ta" ħarsien għal saħħet il-bniedem, ta' sigurtà pubblika u tal-ħarsien u tas-sikurezza tal-konsumaturi filwaqt li jitqiesu l-aspetti rilevanti marbuta mal-ħarsien ta' l-ambjent.

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza li jridu jissodisfaw l-oġġetti pirotekniċi biex ikunu jistgħu jinħarġu għall-bejgħ.

3.  Din id-Direttiva tapplika għal oġġetti pirotekniċi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1) sa (5).

4.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

   L-oġġetti pirotekniċi intenzjonati għall-użu mhux kummerċjali, skond il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-pulizija jew mid-dipartimenti għat-tifi tan-nar;
   L-oġġetti li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 96/98/KE;
   L-oġġetti pirotekniċi intenzjonati għall-użu fl-industrija ta' l-ajruspazju;
   Kapsi ('Percussion Caps') maħsuba speċifikament għal ġugarelli u oġġetti oħra li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta" Mejju 1988 dwar it-tqarrib tal-liġijiet ta" l-Istati Membri dwar is-sikurezza tal-ġugarelli(13);
   L-isplussivi li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 93/15/KEE;
   Il-munizzjon, jiġifieri projettili u karigi splużivi u munizzjon in bjank, użat f'pistoli, artillerija u armi tan-nar oħra.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta" din id-Direttiva:

   1. "Oġġett pirotekniku' tfisser kull oġġett li fih sustanzi splussivi jew taħlita splussiva ta" sustanzi mfassla biex jipproduċu sħana, dawl, ħoss, gass jew duħħan jew taħlita ta" dawn l-effetti permezz ta" reazzjonijiet kimiċi esotermiċi sostnuti minnhom infushom.
   2. "Tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq tal-Komunità ta' prodott individwali, biex jitqassam u/jew jintuża, kemm bi ħlas u kemm b'xejn. Logħob tan-nar magħmul minn manifattur għall-użu tiegħu stess ma jistgħux jitqiesu bħala mqiegħda fis-suq jekk l-Istat Membru japprova l-użu tagħhom fit-territorju tiegħu.
   3. "Logħob tan-nar" tfisser oġġett pirotekniku għad-divertiment.
   4. "Oġġetti pirotekniċi teatrali' tfisser oġġetti pirotekniċi magħmula għall-użu fuq palk ġewwa jew barra, inklużi produzzjonijiet tal-films taċ-ċinema u tat-televiżjoni.
   5. 5. 'Oġġett pirotekniku għall-vetturi' tfisser komponenti ta" apparat ta" sikurezza fil-vetturi, li jkun fihom sustanzi pirotekniċi li jintużaw biex jattivaw dan it-tagħmir jew tagħmir ieħor.
   6. "Manifattur" tfisser il-persuna naturali jew legali li tiddisinja u/jew timmanifattura prodott kopert minn din id-Direttiva, jew li tqabbad lil min jiddisinja u jimmanifattura prodott bħal dan, bil-ħsieb li jitqiegħed fis-suq taħt isimha jew bi trejdmark tagħha.
   7. 'Importatur' tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali stabbilita fil-Komunità li tagħmel prodott li joriġina minn pajjiż terz disponibbli fis-suq tal-Komunità għall-ewwel darba fil-proċess tan-negozju tagħha.
   8. 8. 'Distributur' tfisser kwalunkwe persuna naturali fil-katina tal-provvista li tagħmel prodott disponibbli fis-suq fil-proċess tan-negozju tagħha.
   9. "Standard armonizzat" tfisser Standard Ewropew adottat minn korp Ewropew ta" l-istandardizzazzjoni taħt mandat mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE li l-konformità tagħhom mhix obbligatorja.
   10. "Persuna b'għarfien speċjalizzat" tfisser persuna awtorizzata mill-Istati Membri biex timmaniġġa u/jew tuża fit-territorju tagħhom logħob tan-nar tal-kategorija 4, oġġetti pirotekniċi teatrali tal-kategorija T2 u/jew oġġetti pirotekniċi oħra tal-kategorija P2 kif iddefiniti fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

It-tqassim f'kategoriji

1.  L-oġġetti pirotekniċi għandhom jiġu klassifikati mill-manifattur skond it-tip ta" użu, jew l-iskop tagħhom u l-livell ta" riskju, inkluż il-livell ta" ħoss. Il-korpi nnotifikati msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jikkonformaw ma" dan it-tqassim f'kategoriji bħala parti mill-proċeduri ta" valutazzjoni tal-konformità skond l-Artikolu 9.

It-tqassim f'kategoriji huwa kif ġej:

(a)  Il-logħob tan-nar

Kategorija 1: oġġett tal-logħob tan-nar li jippreżenta periklu żgħir ħafna u livell ta' ħoss baxx ħafna u li huwa maħsub biex jintuża f"zoni ristretti, inklużi l-oġġetti tal-logħob tan-nar li huma maħsuba għall-użu f'bini domestiku;

Kategorija 2: oġġett tal-logħob tan-nar li jippreżenta periklu żgħir u livell ta' ħoss baxx u li huwa maħsub biex jintuża barra f"zoni ristretti;

Kategorija 3: oġġett tal-logħob tan-nar li jippreżenta periklu medju u li huwa maħsub biex jintuża barra f"zoni kbar fil-miftuħ u li l-livell ta' ħoss ta" dawn l-oġġetti ma jkunx ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem;

Kategorija 4: oġġett tal-logħob tan-nar li jippreżenta periklu kbir u li huwa maħsub biex jintuża biss minn persuni b'għerf speċjalizzat (magħruf komunement bħala "logħob tan-nar għal użu professjonali" u li l-livell ta' ħoss ta" dawn l-oġġetti ma jkunx ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

(b)  Oġġetti pirotekniċi teatrali

Kategorija T1: oġġetti pirotekniċi li jippreżentaw periklu żgħir għall-użu fuq il-palk.

Kategorija T2: oġġetti pirotekniċi għall-użu fuq il-palk li huma intenzjonati għall-użu ta' persuni b'għarfien speċjalizzat biss.

(c)  Oġġetti pirotekniċi oħra

Kategorija P1: oġġetti pirotekniċi minbarra l-logħob tan-nar, u oġġetti pirotekniċi teatrali li jippreżentaw periklu żgħir;

Kategorija P2: oġġetti pirotekniċi, minbarra l-logħob tan-nar, u oġġetti pirotekniċi teatrali li huma maħsuba biss għat-trattament jew l-użu minn persuni b'għarfien speċjalizzat.

2.  L-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni bil-proċeduri li bihom huma jidentifikaw u jawtorizzaw persuni b'għarfien speċjalizzat.

Artikolu 4

L-obbligi tal-manifattur, ta' l-importatur u tad-distributur

1.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi mqiegħda fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.  Jekk il-manifattur mhuwiex stabbilit fil-Komunità, l-importatur ta' l-oġġetti pirotekniċi għandu jiżgura li l-manifattur issodisfa l-obbligi kollha tiegħu jew jassumi dawn l-obbligi huwa stess.

L-importatur jista" jiġi indirizzat mill-awtoritajiet u mill-korpi fil-Komunità rigward dawk l-obbligi.

3.  Id-distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni xierqa skond il-liġi tal-Komunitarja applikabbli, inkluża din id-Direttiva. B'mod partikulari għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu l-marka(i) ta' konformità u li huwa akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa.

4.  Il-manifatturi ta" l-oġġetti pirotekniċi għandhom:

   (a) Iressqu l-prodott quddiem korp innotifikat kif imsemmi fl-Artikolu 10 li jwettaq proċedura ta" valutazzjoni tal-konformità skond l-Artikolu 9;
   (b) Iwaħħlu l-marka CE u t-tikketta ta" l-oġġett pirotekniku skond l-Artikoli 11 u 12.

Artikolu 5

It-tqegħid fis-suq

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jikkonformaw ma" l-obbligi ta" din id-Direttiva, ikollhom il-marka CE, u jikkonformaw ma" l-obbligi relatati mal-evalwazzjoni tal-konformità.

L-Istati Membri jeħtiġilhom jieħdu l-miżuri kollha f'lokhim biex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi ma jkollhomx il-marka CE bla dritt.

Artikolu 6

Il-Moviment Ħieles

1.  L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu milli jitqiegħdu fis-suq l-oġġetti pirotekniċi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta" dan id-Direttiva.

2.  Id-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva ma jipprekludux miżuri minn Stat Membru, li huma ġġustifikati għal raġunijiet ta" ordni pubbliku, sigurtà jew sikurezza jew ħarsien ambjentali, li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-pussess, l-użu u/jew il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali tal-logħob tan-nar tal-kategoriji 2 u 3, oġġetti pirotekniċi teatrali u oġġetti pirotekniċi oħra.

3.  F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet u wirjiet għall-bejgħ ta' oġġetti pirotekniċi, l-Istati Membri m'għandhomx iwaqqfu l-wiri u l-użu ta" l-oġġetti pirotekniċi li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva, sakemm sinjal viżibbli juri b'mod ċar l-isem u d-data tal-fiera kummerċjali, ta' l-esibizzjoni jew tal-wirja msemmija u li dawn la huma konformi u lanqas disponibbli għall-bejgħ ta' l-oġġetti, sakemm ma jinġibux konformi mill-manifattur, fejn manifattur bħal dan huwa stabbilit fil-Komunità jew mill-importatur. Waqt dawn l-attivitajiet, għandhom jittieħdu miżuri xierqa ta" sikurezza skond il-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru konċernat biex tkun żgurata s-sikurezza tan-nies.

4.  L-Istati Membri m'għandhomx jimpedixxu l-moviment u l-użu ħieles ta" l-oġġetti pirotekniċi manifatturati minħabba riċerka, żvilupp u ttestjar u li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva, sakemm sinjal viżibbli jindika b'mod ċar dawn la huma konformi u lanqas disponibbli għal skopijiet oħra ħlief għal żvilupp, ittestjar u riċerka.

Artikolu 7

Il-limiti ta" l-età

1.  L-oġġetti pirotekniċi ma jinbigħux jew u ma jitpoġġewx b'xi mod ieħor għad-disponibbiltà tal-konsumaturi taħt il-limiti ta" l-età kif jidhru hawn taħt:

(a)  Il-logħob tan-nar

Kategorija 1: 12 il-sena.

Kategorija 2: 16-il sena.

Kategorija 3: 18-il sena.

(b)  Oġġetti pirotekniċi oħra u oġġetti pirotekniċi teatrali

Kategoriji T1 and P1: 18-il sena.

2.  L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limiti ta" l-età taħt il-paragrafu 1 fejn ikun iġġustifikat minħabba raġunijiet ta" ordni, sigurtà jew sikurezza pubblika. L-Istati Membri jistgħu wkoll ibaxxu l-limiti ta" l-età għal persuni li jkunu ħadu jew qed jieħdu t-taħriġ vokazzjonali.

3.  Il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri m'għandhomx ibiegħu jew jagħmlu disponibbli b'mod ieħor dawn l-oġġetti pirotekniċi li ġejjin, ħlief lil persuni b'għarfien speċjalizzat:

   (a) Il-logħob tan-nar tal-kategorija 4,
   (b) Oġġetti pirotekniċi tal-kategorija P2 u oġġetti pirotekniċi teatrali tal-kategorija T2.

Artikolu 8

L-istandards armonizzati

1.  Skond il-proċeduri stabbiliti mid-Direttiva 98/34/KE, il-Kummissjoni tista" titlob lill-korpi Ewropej ta" l-istandardizzazzjoni biex ifasslu jew jirrivedu l-istandards Ewropej biex jappoġġjaw din id-Direttiva jew jinkoraġġixxu korpi internazzjonali relevanti sabiex ifasslu jew jirrevedu standards internazzjonali.

2.  Il-Kummissjoni tippubblika r-referenzi ta" dawn l-istandards armonizzati fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istandards armonizzati li ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea huma rikonoxxuti u adottati. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-oġġetti pirotekniċi li jaqgħu fl-ambitu ta" din id-Direttiva u li jikkonformaw ma" l-istandards nazzjonali rilevanti li jittrasponu l-istandards armonizzati ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea sabiex ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza stipulati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenza ta" l-istandards nazzjonali li jittrasponu dawk l-istandards armonizzati.

Meta l-Istati Membri jadottaw traspożizzjoni nazzjonali ta" l-istandardi armonizzati, jippubblikaw in-numri ta" referenza ta" dawn it-traspożizzjonijiet.

4.  Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jidhrilhom li l-istandards armonizzati msemmija f'dan l-Artikolu ma jissodisfawx għal kollox ir-rekwiżiti essenzjali ta sikurezza stipulati fl-Anness I, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit bid-Direttiva 98/34/KE, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal dan. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fi żmien 6 xhur minn l-kwistjoni tkun tressqed quddiem il-Kumitat. Fid-dawl ta" l-opinjoni tal-Kumitat il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri bil-miżuri li għandhom jittieħdu rigward l-istandards armonizzati u l-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 9

Il-proċeduri ta" valutazzjoni tal-konformità

Għall-attestazzjoni tal-konformità ta" l-oġġetti pirotekniċi, il-Manifattur jeħtieġlu jsegwi waħda mill-proċeduri li ġejjin:

  c) il-proċedura ta" l-eżami tat-tip ta" l-EC (Modulu B) imsemmija fl-Anness II (1), u, skond kif jagħżel il-manifattur, jew:
   il-proċedura tal-konformità mat-tip (Modulu C) imsemmija fl-Anness II (2), jew
   il-proċedura ta" l-assigurazzjoni tal-kwalità fil-produzzjoni (Modulu D) imsemmija fl-Anness II, punt 3, jew
   il-proċedura ta" l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott (Modulu E) imsemmija fl-Anness II punt 4, jew
   d) il-proċedura tal-verifika ta' l-unità (Modulu F) imsemmija fl-Anness II, punt 5; jew
   c) il-proċedura għall-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità tal-prodott (Modulu G) imsemmija fl-Anness II, punt 6, sa fejn tikkonċerna logħob tan-nar tal-kategorija 4.

Artikolu 10

Il-korpi nnotifikati

1.  L-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li jkunu ħatru biex iwettqu l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 9, flimkien mal-kompiti speċifiċi li dawn il-korpi jkunu nħatru biex iwettqu u n-numri ta" identifikazzjoni li jkunu ngħatawlhom minn qabel mill-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni tippubblika fuq il-websajt ta" l-Internet tal-Kummissjoni lista tal-korpi nnotifikati u n-numri ta" identifikazzjoni tagħhom u l-kompiti li għalihom ikunu ġew innotifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li din il-lista tinżamm aġġornata.

3.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji minimi li jidhru fl-Anness III għall-valutazzjoni tal-korpi li dwarhom għandha tiġi nnotifikata l-Kummissjoni. Dawk il-korpi li jissodisfaw il-kriterji ta" valutazzjoni stabbiliti mill-istandards armonizzati rilevanti għall-korpi nnotifikati għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji minimi rilevanti.

4.  Stat Membru li jkun innotifika lill-Kummissjoni b'xi korp partikolari għandu jirtira n-notifika jekk jiskopri li dak il-korp ma jkunx baqa' iktar jissodisfa l-kriterji msemmija fit-tielet paragrafu. Għalhekk huwa għandu jinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan.

5.  Jekk in-notifika ta' korp tiġi rtirata, iċ-ċertifikati ta" konformità u d-dokumenti relatati li ġew maħruġa mill-korp ikkonċernat, jibqgħu validi, barra jekk ikun stabbilit li hemm riskju imminenti u dirett fuq is-saħħa u s-sikurezza.

6.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-irtirar tan-notifika tal-korp imsemmi fuq il-websajt tagħha.

Artikolu 11

L-obbligu li titwaħħal il-marka CE

1.  Wara li tkun tlestiet b'suċċess l-evalwazzjoni tal-konformità skond l-Artikolu 9, il-manifatturi għandhom iwaħħlu l-marka CE, b'tali mod li tkun tidher, leġibbli u indelibbli, fuq l-oġġetti pirotekniċi nfushom jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq pjanċa ta" identifikazzjoni mwaħħla magħhom jew fuq l-ippakkjar. Il-pjanċa ta" identifikazzjoni trid tkun iddisinjata b'tali mod li l-użu mill-ġdid tagħha jkun impossibbli.

Il-mudell li għandu jintuża għall-marka CE huwa skond id-Deċiżjoni 93/465/KEE.

2.  Kwalunkwe marka jew skrizzjoni li jistgħu jħawdu lil terzi persuni dwar it-tifsira u l-forma tal-marka CE m'għandhiex tiġi miżjuda fuq oġġetti pirotekniċi. Kwalunkwe marka oħra tista" titwaħħal fuq l-oġġetti pirotekniċi sakemm ma titnaqqasx il-viżibilità u l-leġibilità tal-marka CE.

3.  Fejn l-oġġetti pirotekniċi huma soġġetti għal leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità li tkopri aspetti oħra u tippreskrivi t-twaħħil tal-marka CE, din il-marka għandha tindika li l-prodotti msemmija aktar "il fuq jitiqiesu wkoll bħala konformi mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni l-oħra li tapplika għalihom.

Artikolu 12

It-twaħħil tat-tikketti ta' oġġetti oħra barra oġġetti pirotekniċi għall-vetturi

1.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti pirotekniċi barra oġġetti pirotekniċi għall-vetturi huma mmarkati sew b'mod viżibbli, leġġibbli u indelibbli bil-lingwa/i uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn l-oġġett jinbiegħ lill-konsumatur.

2.  It-twaħħil tat-tikketti fuq l-oġġetti pirotekniċi għandhom jinkludu bħala minimu, l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew, meta l-manifattur m'huwiex stabilit fil-Komunità, l-isem tal-manifattur u l-isem u l-indirizz ta' l-importatur, l-isem u t-tip ta" l-oġġett, il-limiti minimi ta" l-età kif indikat fl-Artikolu 7(1) u (2), il-kategorija rilevanti u l-istruzzjonijiet għall-użu, is-sena ta' produzzjoni għall-kategoriji 3 u 4, u, fejn dan ikun f'loku, id-distanza ta" sikurezza. It-twaħħil tat-tikketti għandu jinkludi l-kwantità ekwivalenti netta (NEQ) ta' materjal splussiv attiv.

3.  Il-logħob tan-nar għandu juri wkoll l-informazzjoni minima li ġejja:

Kategorija 1: fejn dan ikun f'loku: "għall-użu barra biss" u d-distanza minima ta" sikurezza

Kategorija 2: "għall-użu ta" barra biss" u, fejn dan ikun f'loku, id-distanza/i minima/i ta" sikurezza

Kategorija 3: "għall-użu barra biss" u distanza/i minima/i ta" sikurezza

Kategorija 4: "għall-użu minn persuna b'għarfien speċjalizzat biss" u d-distanza/i minima/i ta" sikurezza.

4.  Oġġetti pirotekniċi teatrali għandu jkollhom b'mod addizzjonali l-informazzjoni minima li ġejja:

Kategorija T1: fejn dan ikun f'loku: "għall-użu barra biss" u d-distanza minima ta" sikurezza

Kategorija T2: "għall-użu minn persuni b'għerf speċjalizzat biss" u d-distanza/i minima/i ta' sikurezza.

5.  Jekk fuq l-oġġetti pirotekniċi m'hemmx biżżejjed post għat-tikketta neċessarja stipulata fil-paragrafi 2 sa 4, l-informazzjoni għandha tiġi murija fuq l-iżgħar parti tal-pakkett.

6.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu ma għandhomx japplikaw għal oġġetti pirotekniċi li huma eżebiti fil-fieri kummerċjali, wirjiet u dimostrazzjonijiet bl-iskop ta" marketing skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, jew li huma manifatturati għal skop ta' riċerka, żvilupp u testijiet skond l-Artikolu 6 (4).

Artikolu 13

It-tikketti ta" l-oġġetti pirotekniċi għall-vetturi

1.  It-tikketti ta' oġġetti pirotekniċi għall-vetturi għandhom juru l-isem tal-manifattur jew, fejn il-manifattur mhux stabbilit fil-Komunità, l-isem ta' l-importatur, l-isem u t-tip ta' l-oġġett u l-istruzzjonijiet tas-sikurezza.

2.  Jekk il-prodott m'għandux biżżejjed post għar-rekwiżiti tat-twaħħil tat-tikketti skond il-paragrafu 1, l-informazzjoni neċessarja għandha tiġi provduta fuq l-ippakkjar.

3.  Għandha tingħata lil-utenti professjonali bil-lingwa mitluba minnhom informazzjoni dwar is-sikurezza, magħmula skond id-Direttiva 2001/58/KE tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2001 li temenda għat-tieni darba d-Direttiva 91/155/KEE(14).

L-informazzjoni dwar is-sikurezza tista' tkun provduta fuq karta jew elettronikament, sakemm min jirċiviha għandu l-mezzi neċessarji biex jaċċedi għaliha.

Artikolu 14

Is-sorveljanza tas-suq

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi li jaqgħu fl-ambitu ta" din id-Direttiva jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ biss jekk, meta jkunu maħżuna kif suppost u użati għall-għan li huma maħsuba għalih, ma jkunux ta" periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu spezzjonijiet regolari ta' l-oġġetti pirotekniċi mad-dħul fil-Komunità tagħhom u fiz-zoni fejn jiġu maħżuna u manifatturati.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li meta oġġetti pirotekniċi jiġu trasferiti fil-Komunità, ir-rekwiżiti ta' sikurezza u siġurtà pubblika u ta' protezzjoni ta' din id-Direttiva jiġu rrispettati.

4.  L-Istati Membri jorganizzaw u jwettqu s-sorveljanza xierqa fuq il-prodotti mqiegħda fis-suq filwaqt li jqisu kif jixraq is-suppożizzjoni tal-konformità tal-prodotti li jkollhom il-marka CE.

5.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kull sena dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-swieq tagħhom.

6.  Fejn Stat Membru jaċċerta ruħu li oġġett pirotekniku, bil-marka CE, flimkien mad-dikjarazzjoni ta" konformità tal-KE u użat skond l-għan li huwa maħsub għalih, jista" jikkomprometti s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, għandu jieħu l-miżuri provviżorji xierqa kollha biex jirtira dak l-oġġett mis-suq, jipprojbixxi l-bejgħ tiegħu jew jillimita l-moviment ħieles tiegħu. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

7.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-ismijiet ta' l-oġġetti li, skond il-paragrafu 6, ikunu ġew irtirati mis-suq, ikunu ġew ipprojbiti jew ikollhom jitqiegħdu fis-suq suġġetti għal restrizzjonijiet.

Artikolu 15

Informazzjoni rapida dwar prodotti li jippreżentaw riskji serji

Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet suffiċjenti biex jemmen li oġġett pirotekniku jippreżenta riskju serju li jista" jikkomprometti s-saħħa u/jew is-sikurezza tal-persuni fl-Unjoni Ewropea, irid jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan u jwettaq evalwazzjoni xierqa. Għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-isfond u bir-riżultati ta" l-evalwazzjoni.

Artikolu 16

Klawsola ta" salvagwardja

1.  Fejn Stat Membru ma jaqbilx ma' miżuri meħuda minn Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 14(6) jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżuri bħal dawn imorru kontra l-leġiżlazzjoni tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta l-partijiet kollha kkonċernati, tevalwa l-miżuri u tieħu pożizzjoni dwar jekk il-miżura hijiex ġustifikata jew le. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri dwar il-pożizzjoni tagħha u tinforma l-partijiet interessati.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura nazzjonali hija ġġustifikata, l-Istati Membri l-oħra għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott perikoluż jiġi rtirat mis-suq nazzjonali tagħhom u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura nazzjonali mhijiex iġġustifikata, din għandha tiġi rtirata mill-Istat Membru kkonċernat.

2.  Fejn il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ikunu bbażati fuq nuqqas fl-istandards armonizzati, il-Kummissjoni għandha tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat imwaqqaf bid-Direttiva 98/34/KE jekk l-Istat Membru li ta bidu għall-miżuri jżomm il-pożizzjoni tiegħu, u l-Kummissjoni jew l-Istat Membru t/jibda l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 8.

3.  Fejn oġġett pirotekniku ma jikkonformax u jkollu l-marka CE, l-Istat Membru kompetenti jieħu l-azzjoni xierqa kontra min ikun waħħal il-marka, u jinforma b'dan lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 17

Il-miżuri li jinvolvu rifjut jew restrizzjoni

1.  Kwalunkwe miżura li tittieħed, skond din id-Direttiva,

   e) li tipprojbixxi jew tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq ta" prodott; jew
   f) li tirtira prodott mis-suq,
  

għandha tispeċifika r-raġunijiet eżatti li fuqhom hija bbażata. Miżuri bħal dawn jiġu nnotifikati mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li fl-istess ħin tiġi informata bir-rimedji disponibbli għaliha skond il-liġi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u bil-limiti ta" żmien li dawn ir-rimedji huma suġġetti għalihom.

2.  Fil-każ tal-miżura msemmija fil-paragrafu 1, il-manifattur għandu jkollu l-opportunità li jressaq il-fehmiet tiegħu bil-quddiem, ħlief meta konsultazzjoni bħal din ma tkunx possibbli minħabba l-urġenza tal-miżura li tkun se tittieħed, kif igġustifikata b'mod partikolari minn rekwiżiti ta" saħħa jew sikurezza pubblika.

Artikolu 18

Il-miżuri ta" l-implimentazzjoni

1.  Il-miżuri segwenti, mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissuplimentawha biz-zieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(2):

   a) adattamenti neċessarji biex titqies kwalunkwe emenda fil-futur għal rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti;
   b) adattamenti għall-progress tekniku ta' l-Annessi II u III;
   c) adattamenti tar-rekwiżiti tat-tikketti skond l-Artikolu 12.

2.  Il-miżuri segwenti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3):

   a) it-twaqqif ta' sistema ta' rintraċċament inkluż numru ta' reġistrazzjoni u reġistru fuq il-livell ta' l-UE sabiex ikunu identifikati t-tipi ta' artikoli pirotekniċi u l-manifattur tagħhom;
   b) it-tfasssil ta' kriterji komuni għall-ġbir u għall-aġġornament regolari ta' dejta dwar inċidenti relatati ma' l-użu ta' oġġetti pirotekniċi.

Artikolu 19

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni tkun assistita minn kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

Artikolu 20

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli fuq il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva u jkunu ċerti li jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jadottaw ukoll il-miżuri neċessarji li jippermettu ż-żamma ta' kunsinni ta" oġġetti pirotekniċi li jonqsu milli jikkonformaw ma" din id-Direttiva.

Artikolu 21

It-traspożizzjoni

1.  LL-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa …(15), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma" din id-Direttiva. Għanhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

2.  Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet sa …(16) għal-logħob tan-nar tal-kategoriji 1, 2 u 3 u sa …(17)* għall-oġġetti pirotekniċi l-oħra, għal-logħob tan-nar tal-kategorija 4 u għall-oġġetti pirotekniċi teatrali.

3.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn ta' l-aħħar ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta" liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

5.  L-awtorizzazzjonijiet nazzjonali mogħtija qabel id-data indikata fil-paragrafu 2 għandhom jibqgħu validi fit-territorju ta" l-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni jew sad-data ta" meta jiskadu jew sa 10 snin minn meta tidħol fis-seħħ id-Direttiva, liema minn dawn il-perjodi jkun l-iqsar.

6.  B'deroga mill-paragrafu 5, l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-oġġetti pirotekniċi għall-vetturi mogħtija qabel id-data indikata fil-paragrafu 2 jibqgħu ikunu validi sakemm jiskadu.

Artikolu 22

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 23

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

IL-REKWIŻITI ESSENZJALI TA" SIKUREZZA

(2)  Kull oġġett pirotekniku jrid jilħaq il-karatteristiċi ta" turija speċifikati mill-manifattur lill-korp innotifikat biex ikunu żgurati l-akbar sikurezza u kredibilità.

(3)  Kull oġġett pirotekniku jrid ikun iddisinjat u mmanifatturat b'tali mod li, mingħajr periklu, ikun jista" jintrema bi proċess adegwat li jħalli effett minimu fuq l-ambjent.

(4)  Kull oġġett pirotekniku jrid jaħdem sewwa meta jintuża għall-għan li huwa maħsub għalih.

L-informazzjoni u l-kwalitajiet li ġejjin – fejn applikabbli – iridu jiġu kkunsidrati jew ittestjati. Kull oġġett pirotekniku għandu jkun ittestjat f'kundizzjonijiet realistiċi. Jekk dan ma jkunx possibbli f'laboratorju, it-testijiet iridu jsiru fil-kundizzjonijiet li fihom l-artiklu pirotekniku jkun se jintuża.

(a)  Il-kwalitajiet tad-disinn, tal-kostruzzjoni u tal-karatteristiċi, inkluża l-kompożizzjoni kimika dettaljata (il-massa u l-perċentwali ta" sustanzi użati) u d-dimensjonijiet.

(b)  L-istabbiltà fiżika u kimika ta" l-oġġett pirotekniku fil-kundizzjonijiet ambjentali normali kollha li wieħed jista' jipprevedi.

(c)  Is-sensittività fl-immaniġġjar u fit-trasport normali kif mistenni.

(d)  Il-kompatibilità tal-komponenti kollha rigward l-istabbiltà kimika tagħhom.

(e)  Ir-reżistenza ta" l-oġġett pirotekniku kontra l-influwenza ta" l-ilma fejn ikun intenzjonat li jintuża f'kundizzjonijiet umdi jew imxarrba u fejn is-sikurezza u l-affidabilità tiegħu jistgħu jkunu affettwati ħażin mill-ilma.

(f)  Ir-reżistenza għal temperaturi baxxi u għolja, fejn l-oġġett pirotekniku huwa intenzjonat li jinżamm jew li jkun użat f'temperaturi bħal dawn u s-sikurezza u l-affidabilità tiegħu jistgħu jiġu affettwati ħażin bit-tkessiħ jew tisħin ta" komponent jew ta" l-oġġett pirotekniku kollu.

(g)  Il-karatteristiċi ta" sikurezza intenzjonati biex jimpedixxu l-bidu jew il-qbid ta" nar qabel il-waqt jew b'mod involontarju.

(h)  L-istruzzjonijiet xierqa u, fejn ikun hemm bżonn, immarkar dwar immaniġġjar, ħażna, użu (inklużi d-distanzi ta" sikurezza) u rimi mingħajr periklu fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali ta" l-Istat Membru li qed jirċievi l-oġġetti pirotekniċi.

(i)  Il-kapaċità ta" l-oġġett pirotekniku, l-ippakkjar tiegħu jew il-komponenti l-oħra li jifilħu deterjorament f'kundizzjonijiet ta" ħażna normali li wieħed jista" jobsorhom.

(j)  L-ispeċifikazzjoni tat-tagħmir u ta" l-aċċessorji kollha meħtieġa u l-istruzzjonijiet għat-tħaddim biex l-oġġett pirotekniku jiffunzjona mingħajr periklu.

(k)  Waqt it-trasport u l-immaniġġjar normali, ħlief jekk speċifikat mill-istruzzjonijiet tal-manifattur, l-oġġetti pirotekniċi għandu jkun fihom il-kompożizzjoni piroteknika.

(4)  L-artikli pirotekniċi m'għanhomx ikun fihom:

   aġenti kummerċjali ta' l-ibblastjar, minnbarra, porvli jew flash composition
   splussivi militari.

(5)  Il-gruppi differenti ta" l-oġġetti pirotekniċi jridu mill-inqas jikkonformaw ukoll mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

A.  Il-logħob tan-nar

(a)  Il-manifattur għandu jqassam il-logħob tan-nar f'kategoriji differenti skond l-Artikolu 3 ikkaratterizzati skond il-kontenut nett ta" splużivi, id-distanzi ta" sikurezza, il-livell tal-ħoss, jew affarijiet simili. Il-kategorija għandha tkun indikata b'mod ċar fuq it-tikketta.

i)   għall-logħob tan-nar tal-kategorija 1, għandhom jiġu rispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

   id-distanza ta' sikurezza għandha tkun mill-anqas ta' metru(18)
   il-livell massimu tal-ħoss m'għandux jaqbeż il-120 dB (A, imp), jew livell ta' ħoss ekwivalenti mkejjel b'metodu ieħor xieraq, mid-distanza ta' sikurezza
   il-kategorija 1 m'għandiex tinkludi baraxxijiet, batteriji tal-baraxxijiet, flash bangers u flash battery bangers
   throwdowns fil-kategorija 1 m'għandhomx ikun fihom aktar minn 2,5 mg ta' silver fulminate.

ii)   għall-logħob tan-nar tal-kategorija 2, iridu jiġu rispettati l-kundizzjonijiet segwenti:

   id-distanza ta' sikurezza għandha tkun mill-anqas 8 metri1
   il-livell massimu tal-ħoss m'għandux jaqbeż il-120 dB (A, imp), jew livell ta' ħoss ekwivalenti mkejjel b'metodu ieħor xieraq, mid-distanza ta' sikurezza.

iii)   għall-logħob tan-nar tal-kategorija 3, għandhom jiġu rispettati l-kundizzjonijiet segwenti:

   id-distanza ta' sikurezza għandha tkun mill-anqas ta' 15-il metru(19)
   il-livell massimu tal-ħoss m'għandux jaqbeż il-120 dB (A, imp), jew livell ta' ħoss ekwivalenti mkejjel b'metodu ieħor xieraq, mid-distanza ta' sikurezza.

(b)  Il-logħob tan-nar jista" jkun kompost biss minn materjal li jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju għas-saħħa, il-propjetà u l-ambjent mill-iskart.

(c)  Il-metodu tat-tqabbid irid jidher b'mod ċar jew irid jiġi indikat permezz ta" tikketta jew struzzjonijiet.

(d)  Il-logħob tan-nar m'għandux jiċċaqlaq b'mod erratiku u b'mod mhux mistenni.

(e)  Il-logħob tan-nar tal-kategoriji 1, 2 u 3 jrid ikun protett minn tqabbid involontarju jew b'għata protettiva, bil-pakketti, jew bil-kostruzzjoni ta" l-oġġett. Il-logħob tan-nar tal-kategorija 4 irid ikun protett kontra tqabbid involontarju bil-metodi speċifikati mill-manifattur.

B.  Oġġetti pirotekniċi oħra

(a)  L-oġġetti pirotekniċi jridu jkunu ddisinjati b'tali mod li jnaqqsu r-riskju għas-saħħa, għall-propjetà u għall-ambjent waqt l-użu normali.

(b)  Il-metodu tat-tqabbid irid jidher b'mod ċar jew irid ikun indikat permezz ta" tikketti jew struzzjonijiet.

(c)  L-oġġett pirotekniku jrid ikun iddisinjat b'tali mod li, meta jitqabbad b'mod involontarju, inaqqas kemm jista' jkun ir-riskju għas-saħħa, għall-propjetà u għall-ambjent mill-iskart.

(d)  Fejn hu xieraq, l-oġġett pirotekniku għandu jiffunzjona kif suppost sa l-aħħar data ta' użu speċifikata mill-manifattur.

C.  It-tagħmir għat-tqabbid

(a)  It-tagħmir għat-tqabbid irid ikun kapaċi jaqbad fiż-żgur u jkun ta" kapaċità ta" tqabbid suffiċjenti fil-kundizzjonijiet kollha mistennija ta" użu normali.

(b)  It-tagħmir għat-tqabbid irid ikun protett kontra skarika ta' ċarġ elettrostatiku fil-kundizzjonijiet kollha mistennija ta" użu u ħażna normali.

(c)  L-apparati li jqabbdu (igniters) elettriċi għandhom ikunu protetti kontra kampi elettromanjetiċi fil-kundizzjonijiet kollha mistennija ta" użu u ħażna normali.

(d)  L-għata tal-miċeċ għandha tkun ta" saħħa mekkanika xierqa u għandha tħares b'mod xieraq il-mili esplożiv meta jkun espost għat-tensjoni mekkanika mistennija u normali.

(e)  Il-parametri għall-ħinijiet tat-tqabbid tal-miċeċ iridu jkunu pprovduti ma" l-oġġett.

(f)  Il-karatteristiċi elettriċi (eż. kurrent bla nar, reżistenza, eċċ.) ta" l-apparati tat-tqabbid elettriċi għandhom ikunu pprovduti ma" l-oġġett.

(g)  Il-wajers ta" l-apparati tat-tqabbid elettriċi jrid ikollhom biżżejjed iżolazzjoni u saħħa mekkanika inkluża s-solidità tal-konnessjoni ma" l-apparati tat-tqabbid, meta wieħed iqis l-użu li għalih huma maħsuba.

ANNESS II

IL-PROĊEDURI TAL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

1.  MODULU B: eżami tat-tip KE

1.  Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permezz tagħha korp innotifikat jaċċerta u jafferma li eżempju, rappreżentattiv tal-produzzjoni kkunsidrata, jissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva.

2.  L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE tkun iddepożitata mill-manifattur ma" korp innotifikat ta" l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni trid tinkludi:

   l-isem u l-indirizz tal-manifattur,
   dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġiet iddepożitata ma" l-ebda korp innotifikat ieħor,
   id-dokumenti tekniċi, kif deskritti fit-Taqsima 3.

L-applikant irid iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp innotifikat eżempju rappreżentattiv tal-produzzjoni kkunsidrata, minn issa "l quddiem imsejjaħ 'tip'. Il-korp innotifikat jista" jitlob eżempji oħra jekk ikun hemm bżonn biex isir il-programm ta" l-ittestjar.

3.  Id-dokumenti tekniċi jridu jagħmlu possibbli l-konformità ta" l-istrument mal-kundizzjonijiet tad-Direttiva li tkun se tiġi vvalutata. Iridu, sa fejn ikun rilevanti għal valutazzjoni bħal din, ikopru d-disinn, il-manifattura u l-ħidma ta" l-istrument u jinkludu sa fejn huwa rilevanti għall-valutazzjoni:

   deskrizzjoni ġenerali tat-tip,
   id-disinn konċettwali u t-tpinġijiet tal-manifattura u d-dijagrammi tal-komponenti, tal-moduli separati, iċ-ċirkuwiti, eċċ.,
   id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji biex jinftiehmu t-tpinġijiet u d-dijagrammi u t-tħaddim tal-prodott,
   lista ta" l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8, applikati għal kollox jew b'mod parzjali, u d-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza tad-Direttiva fejn l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 ma ġewx applikati,
   ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li saru, l-eżamijiet li twettqu, eċċ.,
   ir-rapporti tat-testijiet.

4.  Il-korp innotifikat irid:

   4.1. jeżamina d-dokumenti tekniċi, jivverifika li t-tip kien immanifatturat f'konformità ma" dawn id-dokumenti u jidentifika l-elementi li kienu ddisinjati skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta" l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 kif ukoll il-komponenti li jkunu ddisinjati mingħajr ma kienu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti ta" dawk l-istandards armonizzati;
   4.2. jagħmel jew ikun għamel l-eżamijiet xierqa u t-testijiet neċessarji biex jikkontrolla jekk, fejn l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 ma ġewx applikati, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza tad-Direttiva;
   4.3. jagħmel jew ikun għamel l-eżamijiet xierqa u t-testijiet neċessarji biex jikkontrolla jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika l-istandards armonizzati relevanti, dawn ġewx tabilħaqq applikati;
   4.4. jiftiehem ma" l-applikant fejn se jsiru l-eżamijiet u t-testijiet neċessarji.

5.  Fejn it-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta" din id-Direttiva, il-korp innotifikat joħroġ ċertifikat ta" l-eżami tat-tip KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat ikun fih l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjoni ta" l-eżami u d-data neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Lista tal-partijiet rilevanti tad-dokumenti tekniċi tiġi annessa maċ-ċertifikat u tinżamm kopja mill-korp innotifikat.

Jekk il-manifattur jiġi mċaħħad mill-għoti ta' ċertifikat tat-tip, il-korp innotifikat irid jipprovdi raġunijiet dettaljati għal dan ir-rifjut.

Trid tkun ipprovduta proċedura ta" appell.

6.  L-applikant jinforma lill-korp innotifikat li jkollu d-dokumenti tekniċi dwar iċ-ċertifikat ta" l-eżami tat-tip KE bil-modifikazzjonijiet kollha fl-istrument approvat li jrid jirċievi approvazzjoni addizzjonali fejn dawn it-tibdiliet jistgħu jaffettwaw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew mar-rekwiżiti preskritti biex jintuża l-prodott. Din l-approvazzjoni addizzjonali tingħata fil-forma ta" addizzjoni maċ-ċertifikat oriġinali ta" l-eżami tat-tip KE.

7.  Kull korp innotifikat irid jikkomunika lill-korpi nnotifikati l-oħra l-informazzjoni rilevanti dwar iċ-ċertifikati ta" l-eżami tat-tip KE u l-addizzjonijiet maħruġa u rtirati.

8.  Il-korpi nnotifikati l-oħra jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikati ta" l-eżami tat-tip KE u/jew l-addizzjonijiet tagħhom. L-Annessi għaċ-ċertifikati jridu jinżammu għad-dispożizzjoni tal-korpi nnotifikati l-oħra.

9.  Il-manifattur irid iżomm kopji taċ-ċertifikati ta" l-eżami tat-tip KE u l-addizzjonijiet tagħhom mad-dokumenti tekniċi għal perjodu ta" mhux inqas minn 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott konċernat.

Fejn il-manifattur mhuwiex stabbilit fil-Komunità, l-obbligu li jinżammu d-dokumenti tekniċi disponibbli huwa r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq fil-Komunità.

2.  MODULU C: Il-konformità mat-tip

1.  Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura fejn il-manifattur jiżgura u jiddikjara li l-oġġetti pirotekniċi konċernati huma konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta" l-eżami tat-tip KE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta" din id-Direttiva li japplikaw għalihom. Il-manifattur irid iwaħħal il-marka CE ma" kull oġġett pirotekniku u jikkompila dikjarazzjoni ta" konformità bil-miktub.

2.  Il-manifattur irid jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li l-proċess tal-manifattura jassigura l-konformità tal-prodott manifatturat mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta" l-eżami tat-tip KE mar-rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza tad-Direttiva.

3.  Il-manifattur irid iżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta" konformità għal perjodu ta" mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott konċernat.

Fejn il-manifattur mhuwiex stabbilit fil-Komunità, l-obbligu li jinżammu d-dokumenti tekniċi jkun ir-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq fil-Komunità.

4.  Korp innotifikat magħżul mill-manifattur irid jagħmel jew ikun għamel eżamijiet fuq il-prodott f'intervalli mhux regolari. Kampjun adattat tal-prodott irfinut, meħud fuq il-post mill-korp innotifikat, jiġi eżaminat u jsirulu testijiet xierqa, iddefiniti fl-istandard armonizzat applikabbli msemmi fl-Artikolu 8 jew testijiet ekwivalenti biex ikunu kkontrollati l-konformità tal-prodott mal-rekwiżiti tad-Direttiva korrispondenti. Fil-każ li kampjun wieħed jew aktar minn wieħed tal-prodotti eżaminati ma jkunux konformi, il-korp innotifikat irid jieħu l-miżuri xierqa.

Taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat il-manifattur għandu jwaħħal in-numru ta" identifikazzjoni ta" dak il-korp waqt il-proċess tal-manifattura.

3.  MODULU D: L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni

1.  Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura fejn il-manifattur li jissodisfa l-obbligi tat-Taqsima 2 jiżgura u jiddikjara li l-oġġetti pirotekniċi konċernati jkunu f'konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta" l-eżami tat-tip KE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta" din id-Direttiva. Il-manifattur iwaħħal il-marka CE ma" kull oġġett u jikkompila dikjarazzjoni ta" konformità bil-miktub. il-marka CE ikollha magħha n-numru ta" identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għall-kontrolli msemmija fit-taqsima 4.

2.  Il-manifattur irid jaħdem b'sistema approvata ta" kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni u ttestjar tal-prodott finali kif speċifikat fit-Taqsima 3. Huwa soġġett għall-kontrolli imsemmi fit-Taqsima 4.

3.  Is-sistema ta" kwalità

3.1.  Il-manifattur jiddepożita applikazzjoni għall-valutazzjoni tas-sistema tiegħu ta" kwalità ma" korp innotifikat ta" l-għażla tiegħu għall-oġġetti pirotekniċi konċernati.

L-applikazzjoni trid tinkludi:

   l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija ta" l-oġġett pirotekniku ikkunsidrat,
   id-dokumenti dwar is-sistema ta" kwalità,
   id-dokumenti tekniċi li għandhom x'jaqsmu mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta" l-eżami tat-tip KE.

3.2.  Is-sistema ta" kwalità trid tiżgura l-konformità ta" l-oġġetti pirotekniċi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta" l-eżami tat-tip KE u mal-rekwiżiti ta" din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi, il-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur iridu jkunu ddokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta" politika, proċeduri u struzzjonijiet miktuba. Id-dokumenti tas-sistema ta" kwalità trid tagħmilha possibbli għall-programmi, għall-pjanijiet, għall-manwali u għar-rekords ta" kwalità li jkollhom interpretazzjoni konsistenti.

B'mod partikolari jrid ikun fiha deskrizzjoni xierqa ta":

   l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura ta" l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat ta" l-amministrazzjoni rigward il-kwalità ta" l-oġġetti pirotekniċi,
   it-teknika, il-proċessi, u l-azzjonijiet sistematiċi tal-manifattura, tal-kontroll tal-kwalità u ta" l-assigurazzjoni tal-kwalità li se jintużaw,
   l-eżamijiet u t-testijiet li se jsiru qabel, waqt u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha se jsiru,
   ir-rekords tal-kwalità, bħal ma huma r-rapporti ta" l-ispezzjoni u d-data tat-test, id-data tal-kalibrar, ir-rapporti dwar il-kwalifikazzjonijiet ta" l-impjegati konċernati, eċċ.,
   il-mod ta" monitoraġġ tal-ksib tal-kwalità meħtieġa ta" l-oġġetti pirotekniċi u l-ħidma effettiva tas-sistema ta" kwalità.

3.3.  Il-korp innotifikat irid jassessja s-sistema ta" kwalità biex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fit-taqsima 3.2. Irid jippreżumi konformità ma" dawk ir-rekwiżiti tas-sistemi ta" kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti. It-tim tal-verifika jrid ikollu almenu membru wieħed b'esperjenza biex ikun jista" jassessja t-teknoloġija rilevanti tal-prodott. Il-proċedura tal-valutazzjoni tinkludi żjara ta" spezzjoni fil-bini tal-manifattur.

Id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-manifattur. In-notifika jrid ikun fiha l-konklużjonijiet ta" l-eżami u d-deċiżjoni tal-valutazzjoni ssostanzjata kif inhu xieraq.

3.4.  Il-manifattur irid jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta" kwalità kif approvata u jżommha f'livell xieraq u effiċjenti.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp innotifikat li approva s-sistema ta" kwalità informat b'kull bidla proposta fis-sistema ta" kwalità.

Il-korp innotifikat irid jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema mibdula ta" kwalità tibqax tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fit-taqsima 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta" valutazzjoni ġdida.

Irid jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika jrid ikollha l-konklużjonijiet ta" l-eżami u d-deċiżjoni ssostanzjata tal-valutazzjoni.

4.  Il-monitoraġġ taħt ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

4.1.  L-għan tal-monitoraġġ huwa biex jiġi żgurat li l-manifattur iwettaq, kif inhu xieraq, l-obbligi tiegħu dwar is-sistema approvata ta" kwalità.

4.2.  Il-manifattur irid iħalli lill-korp innotifikat ikollu aċċess għal finijiet ta" spezzjoni għall-bini tal-manifattura, ta" l-ispezzjoni, ta" l-ittestjar u tal-ħażna u jipprovdilu l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

   id-dokumenti tas-sistema ta" kwalità,
   ir-rekords tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta" spezzjonijiet u d-data tat-testijiet, id-data tal-kalibrar, ir-rapporti ta" l-impjegati konċernati, eċċ.

4.3.  Kull tant żmien, il-korp innotifikat irid jagħmel verifiki biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta" kwalità u jipprovdi rapport ta" verifika lill-manifattur.

4.4.  Barra minn dan, il-korp innotifikat jista" jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat il-korp innotifikat jista" jagħmel testijiet jew iqabbad lil min jagħmilhom biex jivverifika li s-sistema ta" kwalità qed taħdem sew; jekk ikun hemm bżonn, il-korp innotifikat irid jipprovdi lill-manifattur b'rapport taż-żjara u, jekk ikun sar test, b'rapport tat-test.

5.  Il-manifattur irid, għal perjodu ta" mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott, iżomm għad-dispożizzjoni ta" l-awtoritajiet nazzjonali:

   id-dokument imsemmi fit-tieni inċiż tat-taqsima 3.1,
   l-aġġornament imsemmi fit-tieni paragrafu tat-taqsima 3.4,
   id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li jissemmew fil-paragrafu finali tat-taqsima 3.4, u fit-taqsimiet 4.3 u 4.4.

6.  Kull korp innotifikat irid jgħaddi lill-korpi nnotifikati l-oħra l-informazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjonijiet għas-sistemi ta" kwalità maħruġa u rtirati.

4.  MODULU E: L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott

1.  Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura fejn il-manifattur li jissodisfa l-obbligi tat-Taqsima 2 jiżgura u jiddikjara li l-oġġetti pirotekniċi huma konformi mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta" l-eżami tat-tip KE. Il-manifattur irid iwaħħal il-marka CE ma" kull oġġett u jikkompila dikjarazzjoni ta" konformità bil-miktub. Il-marka CE irid ikollha magħha n-numru ta" identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għall-kontrolli imsemmija fit-Taqsima 4.

2.  Il-manifattur irid iħaddem sistema approvata ta" kwalità għall-ispezzjoni u l-ittestjar finali ta" l-oġġetti pirotekniċi kif speċifikat fit-Taqsima 3. Irid ikun soġġett għall-kontrolli msemmija fit-Taqsima 4.

3.  Is-sistema ta" kwalità

3.1.  Il-manifattur jiddepożita applikazzjoni ma" korp innotifikat ta" l-għażla tiegħu għall-valutazzjoni tas-sistema ta" kwalità għall-oġġetti pirotekniċi tiegħu.

L-applikazzjoni trid tinkludi:

   l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija piroteknika kkunsidrata,
   id-dokumentazzjoni tas-sistema ta" kwalità,
   id-dokumenti tekniċi li għandhom x'jaqsmu mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta" l-eżami tat-tip KE.

3.2.  Taħt is-sistema ta" kwalità, kull oġġett pirotekniku huwa eżaminat u jsirulu testijiet xierqa kif iddefinit fl-istandard(s) armonizzat(i) rilevanti msemmi(ja) fl-Artikolu 8 jew testijiet ekwivalenti biex jivverifikaw il-konformità tiegħu mal-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva. L-elementi, il-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur iridu jkunu ddokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta" politika, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta" kwalità trid tagħmilha possibbli għall-programmi, għall-pjanijiet, għall-manwali u għar-rekords ta" kwalità li jiġu interpretati b'mod uniformi.

B'mod partikolari jrid ikun fiha deskrizzjoni xierqa ta":

   l-għanijiet tal-kwalità u l-istruttura ta" l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat ta" l-amministrazzjoni rigward il-kwalità tal-prodott,
   l-eżami u t-testijiet li jkunu se jsiru wara l-manifattura,
   il-mod kif se jsir monitoraġġ tal-ħidma effettiva tas-sistema ta" kwalità,
   ir-rekords tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta" l-ispezzjoni u d-data tat-test, id-data tal-kalibrar, ir-rapporti fuq il-kwalifikazzjonijiet ta" l-impjegati konċernati, eċċ.

3.3.  Il-korp innotifikat irid jassessja s-sistema ta" kwalità biex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija f'taqsima 3.2. Għandu jippreżumi konformità ma" dawn ir-rekwiżiti fejn għandhom x'jaqsmu s-sistemi ta" kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti.

It-tim tal-verifika jrid ikollu mill-inqas membru wieħed b'esperjenza biex ikun jista" jassessja t-teknoloġija rilevanti tal-prodott. Il-proċedura tal-valutazzjoni trid tinkludi żjara ta" spezzjoni fil-bini tal-manifattur.

Il-manifattur irid ikun innotifikat bid-deċiżjoni. In-notifikazzjoni jrid ikun fiha l-konklużjonijiet ta" l-eżami u d-deċiżjoni ssostanzjata tal-valutazzjoni.

3.4.  Il-manifattur irid jimpenja ruħu li jissodisfa l-obbligi tas-sistema ta" kwalità kif approvata u jżommha f'livell xieraq u effiċjenti.

Il-manifattur irid iżomm il-korp innotifikat li approva s-sistema ta" kwalità informat b'kull tibdil propost fis-sistema ta" kwalità. Il-korp innotifikat irid jassessja t-tibdil propost u jiddeċiedi jekk is-sistema mibdula ta" kwalità baqgħetx tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fit-taqsima 3.2 jew jekk hemmx bżonn issir valutazzjoni oħra. Irid jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifikazzjoni jrid ikun fiha l-konklużjonijiet ta" l-eżami u d-deċiżjoni ssostanzjata tal-valutazzjoni.

4.  Monitoraġġ taħt ir-responsabilita tal-korp notifikat

4.1.  L-għan tal-monitoraġġ huwa li jiġi żgurat li l-manifattur jissodisfa, kif inhu xieraq, l-obbligi tiegħu dwar is-sistema approvata ta" kwalità.

4.2.  Il-manifattur irid iħalli lill-korp innotifikat ikollu aċċess, għal finijiet ta" spezzjoni, għall-bini ta" l-ispezzjoni, ta" l-ittestjar u tal-ħażna u jipprovdilu l-informazzjoni kollha neċessarja, b'mod partikolari:

   id-dokumentazzjoni tas-sistema ta" kwalità,
   id-dokumenti tekniċi,
   ir-rekords tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta" l-ispezzjoni u d-data tat-test, id-data tal-kalibrar, ir-rapporti fuq il-kwalifikazzjonijiet ta" l-impjegati konċernati, eċċ.

4.3.  Kull tant żmien, il-korp innotifikat irid jagħmel valutazzjonijiet biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta" kwalità u jrid jipprovdi rapport tal-valutazzjoni lill-manifattur.

4.4.  Barra minn dan, il-korp innotifikat jista" jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat il-korp innotifikat jista" jagħmel testijiet jew iqabbad lil min jagħmilhom biex jiġi vverifikat li s-sistema ta" kwalità qed taħdem sew; jekk ikun hemm bżonn, il-korp innotifikat irid jipprovdi lill-manifattur b'rapport taż-żjara u, jekk ikun sar xi test, b'rapport tat-test.

5.  Il-manifattur irid għal perjodu ta" mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta" manifattura tal-prodott iżomm għad-dispożizzjoni ta" l-awtoritajiet nazzjonali:

   id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż ta" taqsima 3.1,
   it-tibdil imsemmi fit-tieni paragrafu tat-taqsima 3.4,
   id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li jissemmew fil-paragrafu finali tat-taqsima 3.4, I fit-taqsimiet 4.3 u 4.4.

6.  Kull korp innotifikat irid jgħaddi lill-korpi nnotifikati l-oħra l-informazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjonijiet għas-sistemi ta" kwalità maħruġa u rtirati.

5.  MODULU F: Il-verifika ta" l-unità

1.  Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura fejn il-manifattur jiżgura u jiddikjara li l-oġġett pirotekniku li nħariġlu ċ-ċertifikat imsemmi fit-Taqsima 2 jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva. Il-manifattur irid iwaħħal il-marka CE ma" l-oġġett u jikkompila dikjarazzjoni ta" konformità.

2.  Il-korp innotifikat irid jeżamina l-oġġett pirotekniku u jagħmel it-testijiet xierqa kif stabbilit fl-istandard(s) armonizzat(i) rilevanti msemmi(ja) fl-Artikolu 8, jew testijiet ekwivalenti, biex jiżgura l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva.

Il-korp innotifikat irid iwaħħal, jew iqabbad lil min iwaħħal in-numru ta" identifikazzjoni fuq l-oġġett pirotekniku approvat u jikkompila ċertifikat ta" konformità dwar it-testijiet li jkunu saru.

3.  L-għan tad-dokumenti tekniċi huwa biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva li se jkunu assessjati u jkunu mifhuma d-disinn, il-manifattura u l-ħidma ta" l-oġġett pirotekniku.

Id-dokumenti jrid ikun fihom, skond kemm ikun neċessarju għall-valutazzjoni:

   deskrizzjoni ġenerali tat-tip,
   id-disinn konċettwali u t-tpinġijijiet tal-manifattura u l-iskemi tal-komponenti, tas-submoduli, iċ-ċirkuwiti, eċċ.,
   id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji għal fehim tat-tpinġijijiet u l-iskemi msemmija u tal-ħidma ta" l-oġġett pirotekniku,
   lista ta" l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8, applikati kollha jew b'mod parzjali, u d-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali ta" sikurezza tad-Direttiva fejn l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 ma jkunux ġew applikati,
   ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li saru, l-eżamijiet li twettqu, eċċ.,
   ir-rapporti tat-test.

6.  MODULU G: Assigurazzjoni sħiħa ta' kwalità

1.  Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manifattur li jissodisfa l-obligazzjonijiet ta' Sezzjoni 2, jiżgura u jiddikjara li l-prodotti konċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-direttiva li japplikaw għalihom. Il-manifattur jew l-importatur tiegħu jżid il-marka CE ma" kull prodott u jippreżenta dikjarazzjoni ta" konformità bil-miktub. Mal-marka CE għandu jiġi miżjud in-numru ta" identifikazzjoni tal-korp responsabbli notifikat għall-ispezzjonijiet imsemmijin fis-Sezzjoni 4.

2.  Il-manifattur irid iħaddem sistema ta' kwalità approvata għad-disinn, il-produzzjoni kif ukoll l-ispezzjoni tal-prodott finali u l-ittestjar kif speċifikat fis-Sezzjoni 3 u huwa suġġett għall-ispezzjonijiet imsemmijin fis-Sezzjoni 4.

3.  Is-sistema ta" kwalità

3.1.  Il-manifattur japplika ma" korp innotifikat għall-evalwazzjoni tas-sistema tal-kwalità tiegħu.

L-applikazzjoni trid tinkludi:

   l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija ta" oġġett pirotekniku maħsuba,
   id-dokumenti dwar is-sistema ta" kwalità.

3.2.  Is-sistema ta' kwalità għandha tassigura l-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur iridu jkunu ddokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta" politika, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumenti tas-sistema ta" kwalità jridu jagħmluha possibbli għall-programmi, għall-pjanijiet, għall-manwali u għar-rekords ta" kwalità li jkollhom interpretazzjoni konsistenti.

B'mod partikolari jrid ikun fiha deskrizzjoni xierqa ta":

   l-objettivi ta' kwalità kif ukoll l-istruttura organizzattiva, ir-responsabilitajiet u l-awtorità tal-maniġment fir-rigward tad-disinn u l-kwalità tal-prodott;
   Speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kostruzzjoni, inklużi l-istandards applikabbli, kif ukoll, jekk l-istandards imsemmija fl-Artikolu 8 ma ġewx applikati għal kollox, il-mod li bih għandu jiġi żgurat li r-rekwiżiti bażiċi relevanti tad-direttiva jiġu ssodisfati;
   tekniki għall-kontroll u l-valutazzjonitar-riżultati ta" l-iżvilupp, tal-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li jiġu użati fl-iżvilupp tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kategorija ta' prodotti konċernata;
   it-tekniki tal-manifattura, tal-kontroll ta' kwalità u ta" assigurazzjoni tal-kwalità u l-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi applikati;
   l-eżamijiet u t-testijiet li jsiru qabel, waqt u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru;
   ir-rekords tal-kwalità, bħalma huma r-rapporti ta" l-ispezzjonijiet u d-dejta tat-testijiet, id-dejta tal-kalibrar, ir-rapporti dwar il-kwalifikazzjonijiet ta l-persunal konċernat, eċċ.;
   il-mezzi li bihom jiġi mmonitorjat jekk jintlaħqux id-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott kif ukoll l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità.

3.3.  Il-korp innotifikat irid jevalwa s-sistema ta' kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fis-sezzjoni 3.2. Irid jippreżumi konformità ma" dawk ir-rekwiżiti rigward is-sistemi ta' kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti.

It-tim tal-verifika jrid ikollu mill-inqas membru wieħed b'esperjenza biex ikun jista" jevalwa t-teknoloġija rilevanti tal-prodott. Il-proċedura ta" evalwazzjoni tinkludi wkoll spezzjoni fuq il-post tax-xogħol tal-manifattur.

Id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-manifattur. In-notifika jrid ikun fiha l-konklużjonijiet ta" l-eżami u d-deċiżjoni ta' l-evalwazzjoni ssostanzjata kif inhu xieraq.

3.4.  Il-manifattur irid jimpenja ruħu li jissodisfa l-obbligi tas-sistema ta" kwalità kif approvata u jżommha f'livell xieraq u effiċjenti.

Il-manifattur irid iżomm lill-korp innotifikat, li jkun approva s-sistema tal-kwalità, informat b'mod kostanti dwar kwalunkwe aġġornament propost tas-sistema ta' kwalità.

Il-korp innotifikat irid jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità mibdula tibqax tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fis-sezzjoni 3.2 jew jekk hemmx bżonn ta" evalwazzjoni ġdida.

Irid jinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifikazzjoni jrid ikun fiha l-konklużjonijiet ta" l-eżami u d-deċiżjoni ssostanzjata ta' l-evalwazzjoni.

4.  Monitoraġġ tal-KE taħt ir-responsabilità tal-korp innotifikat.

4.1.  Ir-raġuni tal-monitoraġġ tal-KE hija li tiżgura li l-manifattur jissodisfa kif dovut l-obbligazzjonijiet li joħorġu mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2.  Il-manifattur irid iħalli lill-korp innotifikat aċċess għal finijiet ta" spezzjoni għall-bini tal-manifattura, ta" l-ispezzjoni, ta" l-ittestjar u tal-ħżin u jipprovdilu l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

   id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità;
   ir-rekords tal-kwalità meħtieġa skond is-sistema ta' kwalità għall-qasam ta" l-iżvilupp bħal ma huma r-riżultati ta' l-analiżi, tal-kalkoli u tat-testijiet eċċ.;
   ir-rekords tal-kwalità meħtieġa mis-sistema ta' kwalità għall-qasam tal-manifattura, bħal ma huma rapporti ta" spezzjonijiet u dejta tat-testijiet, data tal-kalibrar, rapporti fuq il-kwalifiki tal-persunal kkonċernat.

4.3.  Kull tant żmien, il-korp innotifikat irid jagħmel verifiki biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi rapport ta" verifika lill-manifattur.

4.4.  Barra minn dan, il-korp innotifikat jista" jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Matul dawn iż-żjarat, il-korp innotifikat jista", jekk meħtieġ, iwettaq testijiet jew jiddelega li jsiru testijiet, sabiex jivverifika li s-sistema ta' kwalità qed tiffunzjona sew. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b'rapport dwar iżżjara u, jekk ikun sar xi test, b'rapport dwar it-test.

5.  Il-manifattur irid, għal perjodu ta" mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott, iżomm għad-dispożizzjoni ta" l-awtoritajiet nazzjonali:

   id-dokument imsemmi fit-tieni inċiż tas-sezzjoni 3.1;
   l-aġġornament imsemmi fit-tieni paragrafu tas-sezzjoni 3.4;
   id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li jissemmew fil-paragrafu finali tas-sezzjoni 3.4, u fis-sezzjonijiet 4.3 u 4.4.

6.  Kull korp innotifikat irid jgħaddi lill-korpi nnotifikati l-oħra l-informazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjonijiet għas-sistemi ta" kwalità maħruġa u rtirati.

ANNESS III

IL-KRITERJI MINIMI LI JITQIESU MILL-ISTATI MEMBRI GĦALL-KORPI RESPONSABBLI MILL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

1.  Il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli biex iwettqu t-testijiet ta" verifika m'għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-istallatur jew l-importatur ta' l-oġġetti pirotekniċi li jispezzjonaw, lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta" xi waħda minn dawn il-partijiet. Huma m'għandhomx ikunu involuti jew direttament jew bħala rappreżentanti awtorizzati fid-disinn, fil-kostruzzjoni, fl-immarketjar, fil-manutenzjoni jew fl-importazzjoni ta" dawn l-oġġetti. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà ta" skambji ta" informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp.

2.  Il-korp u l-impjegati tiegħu għandhom jagħmlu t-testijiet ta" verifika bl-ogħla grad ta" integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultat ta" l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta" persuni b'interess fir-riżultat tal-verifiki.

3.  Il-korp irid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-impjegati meħtieġa u jkollu l-faċilitajiet meħtieġa biex ikun jista" jwettaq sewwa l-kompiti amministrattivi u tekniċi konnessi mal-verifika; għandu jkollu wkoll aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal verifika speċjali.

4.  L-impjegati responsabbli għal spezzjoni għandu jkollhom:

   taħriġ tekniku u professjonali tajjeb,
   konoxxenza sodisfaċenti tar-rekwiżiti tat-testijiet li jagħmlu u esperjenza xierqa ta" dawn it-testijiet,
   il-kapaċità li jiktbu ċertifikati, rekords u rapporti meħtieġa biex jawtentikaw it-twettiq tat-testijiet.

5.  L-imparzjalità ta" l-impjegati li jagħmlu l-ispezzjoni għandha tkun garantita. Il-ħlas tagħhom m'għandux jiddependi min-numru ta" testijiet li jagħmlu jew mir-riżultati ta" dawn it-testijiet.

6.  Il-korp għandu jkollu assigurazzjoni ċivili ta" responsabbiltà sakemm l-Istat ma jassumix ir-responsabbiltà tiegħu skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru stess ikun direttament responsabbli għat-testijiet.

7.  L-impjegati tal-korp għandhom ikunu obbligati josservaw is-segretezza professjonali rigward l-informazzjoni kollha li jakkwistaw waqt il-kompiti tagħhom (minbarra vis-à-vis l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta" l-Istat fejn isiru l-attivitajiet tagħhom) taħt din id-Direttiva jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħtiha effett.

ANNESS IV

IL-MARKA TA" KONFORMITÀ

Il-marka ta" konformità CE għandha tikkonsisti mill-inizjali "CE" bil-forma li ġejja:

Jekk il-marka tiċċekken jew titkabbar, il-proporzjonijiet mogħtija fit-tpinġija iggradata li tidher hawn fuq trid tiġi rispettata.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(2) ĠU C 195, 18.8.2006, p. 7.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2006.
(4) ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10. 2003, p. 1).
(5) ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 97).
(6) ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).
(7) ĠU C 91, 16.4.2003, p. 7.
(8) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37, Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(9) ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.
(10) ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 141, 4.6.1999, p. 20).
(11) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(12)2 ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(13) ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1. Direttiva emendata bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1).
(14) ĠU L 212, 7.8.2001, p. 24.
(15)* 30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(16)* 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(17)** 6 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(18) Fejn hu xieraq id-distanza ta' sikurezza tista' tkun inqas.
(19) Fejn hu xieraq id-distanza ta' sikurezza tista' tkun inqas.


Is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali ***I
PDF 391kWORD 107k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (COM(2006)0011 – C6-0024/2006 – 2006/0004(COD))
P6_TA(2006)0516A6-0324/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0011)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0024/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0324/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-30 ta' Novembru 2006 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva (KE) Nru .../2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (ESSPROS)

P6_TC1-COD(2006)0004


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Jaġixxu f'konformità mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  L-Artikolu 2 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jirreferi għall-promozzjoni ta" livell għoli ta" ħarsien soċjali bħala waħda mix-xogħlijiet tal-Komunità Ewropea.

(2)  Il-Kunsill Ewropew ta" Liżbona ta" Marzu 2000 ta impetu lil proċess ta" skambju bejn l-Istati Membri tal-politika dwar il-modernizzar tas-sistemi tal-ħarsien soċjali.

(3)  Kumitat ta" Ħarsien Soċjali kien stabbilit bid-deċiżjoni tal-Kunsill 2004/689/KE ta' l-4 ta' Ottubru 2004(4) sabiex iservi bħala strument għal skambju kooperattiv bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-immodernizzar u t-titjib tas-sistemi tal-ħarsien soċjali.

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Mejju 2003(5) tiddiskrivi strateġija għar-riorganizzazzjoni tal-proċessi ta" koordinazzjoni miftuħa fil-qasam tal-politika soċjali bil-għan li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ħarsien u ta" l-inklużjoni soċjali ġewwa l-istrateġija ta" Liżbona. Ir-riorganizzazzjoni ser isseħħ mill-2006 'l quddiem, kif miftiehem mill-Kunsill fl-20 ta'Ottubru 2003. F'dan il-kuntest, Rapport Konġunt annwali jsir l-istrument l-aktar importanti ta' rappurtaġġ, bil-missjoni li jġib flimkien l-iskoperti analitiċi importanti u l-messaġġi politiċi relatati kemm mal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni (OMC) fl-aspetti differenti fejn dan huwa applikat kif ukoll ma" kwistjonijiet trasversali fil-ħarsien soċjali..

(5)  L-OMC poġġa enfasi ġdida fuq il-bżonn ta" statistika fil-qasam tal-ħarsien soċjali li tkun fil-ħin, ta" min joqgħod fuqha u li tista" tiġi pparagunata. B'mod partikolari, statistika fuq ħarsien soċjali li tista" tiġi pparagunata ser tkun użata fir-Rapporti Konġunti annwali..

(6)  Il-Kummissjoni (Eurostat) diġà qiegħda tiġbor informazzjoni dwar il-ħarsien soċjali mingħand l-Istati Membri fuq bażi annwali u volontarja. Din l-azzjoni saret prattika kkonsolidata fl-Istati Membri u hija bbażata fuq prinċipji ta' metodoloġija komuni mfasslin biex jiżguraw li l-informazzjoni tista" tiġi pparagunata.

(7)  Il-produzzjoni ta' statistika speċifika tal-Komunità hija kkontrollata bir-regoli speċifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17.02.1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità(6).

(8)  Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom ikunu addottati f'konformità mad-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28.06.1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta" implimentazzjoni mogħtijin lill-Kummissjoni(7).

(9)  B'mod partikulari, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi l-ewwel sena fir-rigward ta' liema għandha tinġabar id-data, u biex tadotta miżuri relatati mal-klassifikazzjoni dettaljata tad-data koperta, definizzjonijiet li għandhom jintużaw u ma' l-aġġornar tar-regoli dwar id-disseminazzjoni. Peress li miżuri ta' dan it-tip għandhom kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfasslin biex jiġu emendati l-elementi li mhumiex essenzjali u biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jiġu miżjuda elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(10)  Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards komuni għall-istatistika li jippermettu l-produzzjoni ta' dejta armonizzata, ma jistgħux jintlaħqu b'mod biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(11)  Hemm kooperazzjoni eżistenti ma' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u għall-Iżvilupp Ekonomiċi fil-qasam ta' benefiċċji soċjali netti.

(12)  Wara li kkonsultaw il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika stabbiliti bid-deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom(8),,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwistjoni tas-suġġett

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi s-sistema Ewropea ta" l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali, minn hawn "il quddiem imsejħa "ESSPROS", billi jipprovdi:

   ( a) qafas ta" metodoloġija (ibbażat fuq standards komuni, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u regoli taż-żamma tal-kotba) li għandu jintuża għall-ġbir ta" l-istatistika li tista' tiġi pparagunata għall-benefiċċju tal-Komunità; u
   ( b) limiti fil-ħin għat-trażmissjoni ta" statistika miġbura f'konformità ma" ESSPROS..

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta" dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

   (a) "L-istatistika tal-Komunità" għandu jkollha t-tifsira assenjata lilha fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97.
   (b) "Ħarsien soċjali" jkopri l-interventi kollha minn korpi pubbliċi jew privati, intenzjonati biex inaqqsu l-piż ta" sett definit ta" riskji jew bżonnijiet minn fuq il-familji u l-individwi, sakemm ma hemmx involuti la arranġament simultanju reċiproku u lanqas individwali Il-lista ta" riskji jew bżonnijiet li jistgħu iwasslu għal ħarsien soċjali hija ddeterminata fil-konvenzjoni kif ġej: mard u/jew kura tas-saħħa; diżabilità; xjuħija, superstiti, familja/tfal; qagħad, akkomodazzjoni, esklużjoni soċjali li mhix klassifikata x'imkien ieħor.
   (c) "Skema ta" ħarsien soċjali": ġabra distinta ta" regoli, megħjuna minn unità istituzzjonali jew aktar, li tikkontrolla l-provvediment ta' benefiċċji tal-ħarsien soċjali u l-finanzjament tagħhom.
   (d) "Il-formazzjoni ta' gruppi ta' skemi": kriterji biex jiġi kklassifikati l-skemi ta' ħarsien soċjali, li huma, it-teħid tad-deċiżjonijiet, l-infurzar legali, l-istabbiliment ta' drittijiet, u l-ambitu u l-livell ta' ħarsien. Kull skema hija kklassifikata f'kategorija waħda għal kull kriterju.
   (e) "Benefiċċji ta' ħarsien soċjali": trasferimenti, f'forma ta" flus jew oġġetti, minn skemi ta" ħarsien soċjali lil familji u individwi biex itaffulhom il-piż ta' wieħed jew aktar mir-riskji jew ħtiġijiet definiti.

Artikolu 3

Il-firxa tas-sistema

1.  L-istatistika relatata mas-sistema prinċipali ESSPROS għandha tkopri l-flussi finanzjarji fir-rigward ta" l-infiq u d-dħul tal-ħarsien soċjali.

Dawn l-informazzjonijiet għandhom ikunu trażmessi fuq livell ta" skemi ta" ħarsien soċjali; għal kull skema għandhom ikunu pprovduti l-infiq u d-dħul skond il-klassifikazzjoni ta" ESSPROS.

Għal data kwantitattiva skond skemi u benefiċċji dettaljati, d-data li għandha tiġi trażmessa, b'referenza għall-klassifikazzjoni komprensiva, u l-arranġamenti għall-forniment u t-tixrid ta" data huma mniżżlin fil-punt 1 ta' l-Anness I. Għal informazzjoni kwantitattiva skond skemi u benefiċċji dettaljati, is-suġġetti koperti u l-arranġamenti għall-forniment, l-aġġornar ta' informazzjoni kwalitattiva u t-tixrid huma mniżżlin fil-punt 2 ta' l-Anness I.

L-ewwel sena li għaliha tinġabar d-data għandha tkun is-sena kalendarja ta' wara s-sena tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.  Mas-sistema prinċipali, għandhom jiġu miżjudin moduli li jkopru data supplimentari ta" informazzjoni statistika dwar benefiċjarji tal-pensjoni u benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali.

Artikolu 4

Modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni

1.  Modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni għandu jiġi miżjud kull sena mill-ewwel sena ta" ġbir ta" informazzjoni taħt dan ir-Regolament. Is-suġġetti li għandhom jiġu koperti u l-arranġamenti għall-forniment u t-tixrid tad-data huma mniżżlin fl-Anness II.

2.  L-ewwel sena li għaliha tinġabar id-data għandha tkun is-sena kalendarja ta' wara s-sena tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Modulu dwar Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali.

1.  Bil-għan li jiġi introdott modulu dwar il-benefiċċji netti tal-ħarsien Soċjali, il-ġbir bi prova ta' dejta għas-sena 2005 għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kollha sa l-aħħar ta' l-2008. Is-suġġetti li għandhom jiġu koperti u l-arranġamenti għall-forniment tad-data huma mniżżlin fl-Anness III..

2.  Fuq il-bażi ta' sintesi ta" din il-kollezzjoni ta" dejta nazzjonali bi prova, u sakemm ir-riżultat tal-maġġoranza kbira ħafna ta' dawn l-istudji bi prova jkun pożittiv, il-miżuri relatati mat-tnedija tal-ġbir sħiħ ta' dejta rigward dan il-modulu, mhux iktar kmieni mill-2010, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).

Artikolu 6

Sorsi ta" informazzjoni

L-istatistika għandha tkun ibbażata fuq is-sorsi ta" informazzjoni li ġejjin, skond id-disponibilità tagħhom fl-Istati Membri u f'konformità mal-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali:

   d) reġistri u sorsi amministrattivi oħrajn;;
   e) stħarriġ; u jew;
   f) stimi..

Artikolu 7

Arranġamenti għall-implimentazzjoni

1.  L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom iqisu r-riżultati ta' analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin ma' l-ispejjeż u għandhom jikkonċernaw is-sistema prinċipali ta' ESSPROS (Anness I), il-modulu dwar il-benefiċarji ta' pensjoni (Anness II) u l-modulu dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali (Artikolu 5).

2.  Il-miżuri relatati mal-formati għat-trażmissjoni tad-dejta, mar-riżultati li għandhom jiġu trażmessi u mal-kriterji biex titkejjel il-kwalità għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 8(2).

3.  Il-miżuri mfassla biex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, jikkonċernaw id-deċiżjoni rigward l-ewwel sena fir-rigward ta' liema għandha tinġabar id-dejta u l-miżuri relatati mal-klassifikazzjoni dettaljata tad-dejta koperta, mad-definizzjonijiet li se jintużaw u ma' l-aġġornar tar-regoli dwar id-disseminazzjoni, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3).

Artikolu 8

Proċedura

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika (SPC) stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi […] ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Is-sistema prinċipali ta" ESSPROS

1.  Data kwantitattiva skond l-iskemi u l-benefiċċji dettaljati

1.1.  Informazzjoni trażmessa

B'referenza għall-klassifikazzjoni komprensiva, d-data trażmessa tkopri:

1.1.1.  L-infiq

1.1.1.1.  Il-benefiċċji ta" ħarsien soċjali kklassifikati bi:

   g) il-funzjonijiet (li jikkorrispondu għal kull riskju jew bżonn), u
   h) skomposizzjoni doppja għal kull funzjoni: dawk li sarilhom stħarriġ tal-mezzi finanzjarji kontra dawk li ma sarilhomx dan, benefiċċji fi flus (skomposizzjoni f'benefiċċji perjodiċi u ta' somma f'daqqa) kontra benefiċċji f'oġġetti.

1.1.1.2.  Spejjeż amministrattivi

1.1.1.3.  Trasferimenti għal skemi oħrajn

1.1.1.4.  Spejjeż oħrajn

1.1.2.  Dħul

1.1.2.1.  Kontribuzzjonijiet soċjali

1.1.2.2.  Kontribuzzjonijiet ġenerali tal-gvern

1.1.2.3.  Trasferimenti minn skemi oħrajn

1.1.2.4.  Dħul ieħor

L-informazzjoni koperta (b'referenza għall-klassifikazzjoni dettaljata) għandha tkun ipprovduta f'konformità mal proċedura mniżżla fl-Artikolu 8.

1.2.  Provvediment ta" informazzjoni

L-istatistika tkun ipprovduta kull sena. L-informazzjoni tirreferi għas-sena kalendarja skond il-prattiċi nazzjonali. It-terminu perentorju għat-trażmissjoni ta" l-informazzjoni huwa N+18-il xahar, jiġifieri l-informazzjoni għas-sena kalendarja N flimkien ma kwalunkwe reviżjoni tas-snin ta" qabel għandhom jiġu trażmessi sa mhux aktar tard minn Ġunju N+2.

1.3.  Distribuzzjoni

Il-Kummissjoni (Eurostat) tippubblika informazzjoni dwar l-infiq għall-ħarsien soċjali fuq il-livell ta" l-iskemi totali sa l-aħħar ta" N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażata fuq l-informazzjoni li tirreferi għas-sena kalendarja N. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam informazzjoni dettaljata fi skemi lil utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru l-informazzjoni ta" ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali). Dawn l-utenti speċifiċi ikunu jistgħu jippubblikaw biss gruppi ta' skemi.

2.  Informazzjoni kwalitattiva fi skemi u benefiċċji dettaljati

2.1.  Is-suġġetti koperti

Għal kull skema, l-informazzjoni kwalitattiva tinkludi deskrizzjoni ġenerali ta" l-iskema, deskrizzjoni dettaljata tal-benefiċċji u informazzjoni dwar bdil u riformi riċenti.

2.2.  Provvediment ta" informazzjoni u aġġornar ta" informazzjoni kwalitattiva

Aġġornar ta" kull sena ta" sett komplut ta" informazzjoni kwalitattiva diġà pprovduta għandu jkun limitat għal bdil fis-sistema ta' ħarsien soċjali u għandu jiġi trażmess flimkien ma' l-informazzjoni kwantitattiva.

2.3.  Distribuzzjoni

Il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam l-informazzjoni kwalitattiva fuq livell ta" skemi sa l-aħħar ta" N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2)..

ANNESS II

Modulu dwar il-Benefiċjarji tal-Pensjoni

1.  Is-suġġetti koperti

Dan il-modulu jkopri informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni, li huma definiti bħala dawk li jirċievu wieħed jew aktar mill-benefiċċji perjodiċi li ġejjin ta" skema ta" ħarsien soċjali, fi flus:

   (i) Pensjoni tad-diżabilità
   (j) Benefiċċju ta" l-irtirar bikri minħabba kapaċità inqas għax-xogħol
   (k) Pensjoni tax-xjuħija
   (l) Pensjoni tax-xjuħija antiċipata
   (m) Pensjoni parzjali
   (n) Pensjoni tas-superstiti
   (o) Benefiċċju ta" l-irtirar bikri minħabba raġunijiet li jikkonċernaw is-suq tax-xogħol.

2.  Provvediment ta" informazzjoni

L-istatistika tkun ipprovduta kull sena. Id-data tkun data dwar il-ħażniet u tirreferi għall-aħħar tas-sena (31.12/1.1) It-terminu perentorju għat-trażmissjoni ta" informazzjoni għas-sena N huwa l-aħħar ta" Mejju tas-sena N+2. L-informazzjoni tkun maqsuma kif ġej:

   p) skond l-iskema ta" ħarsien soċjali
   q) skond is-sess għat-total ta' l-iskemi.

3.  Distribuzzjoni

Il-Kummissjoni (Eurostat) tippubblika informazzjoni għall-iskemi kollha sa l-aħħar ta" N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażata fuq l-informazzjoni li tirreferi għas-sena finanzjarja N. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam informazzjoni dettaljata fi skemi lil utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru l-informazzjoni ta" ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali. Dawn l-utenti speċifiċi għandhom ikunu jistgħu jippubblikaw biss gruppi ta' skemi.

Il-Kummissjoni (Eurostat) tippubblika u xxerred ma' utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru d-data ta" ESSPROS, dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali) it-total ta' kull wieħed mis-seba' kategoriji sa tmiem N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażat fuq id-data li tirreferi għas-sena kalendarja N.

ANNESS III

Ġbir bi prova ta" informazzjoni dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali

1.  Is-suġġetti koperti

Din il-ġbir tkopri l-kalkolu tal-"benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali". Il-benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali huma definiti bħala l-valur tal-benefiċċji tal-ħarsien soċjali, esklużi t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali mħallsin minn min jirċievi l-benefiċċji, miżjudin bil-valur ta" "Benefiċċji fiskali".

"Benefiċċji fiskali" huma definiti bħala ħarsien soċjali pprovdut fil-forma ta" tnaqqis fit-taxxa u jekk ikunu pprovduti f'forma ta" flus, ikunu definiti bħala benefiċċji tal-ħarsien soċjali.Tnaqqis fit-taxxa li jinkoraġġixxi l-provvediment ta" ħarsien soċjali jew pjanijiet ta" assigurazzjoni privata huma esklużi.

2.  Provvediment ta" informazzjoni

Il-frazzjoni xierqa tat-taxxa fuq id-dħul personali u tal-kontribuzzjonijiet soċjali miġburin għall-benefiċċji tal-ħarsien soċjali għas-sena 2005 għandhom ikunu indikati skond it-tipi differenti ta' benefiċċji tal-ħarsien soċjali f'forma ta" flus, preferibilment maqsumin għal darba oħra skond gruppi partikolari ta" skemi b'taxxa omoġenea. F'każi diffiċli, ir-riżultati jistgħu jiġu rrappurtati fi gruppi ta" benefiċċji addattati, eż. it-total tas-seba" kategoriji ta" pensjoni mniżżlin fl-Anness II jew it-total ta" benefiċċji fi flus ta" funzjoni partikolari. Il-benefiċċji fiskali għandhom jiġu pprovduti separatament għal kull punt permezz tal-metodu fejn wieħed iċedi d-dħul tiegħu.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(2) Opinjoni mogħtija fil-5 ta' Lulju 2006 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2006.
(4) ĠU L 314, 13.10.2004, p. 8.
(5) COM(2003)0261.
(6) ĠU L 52, 22.2.1997, p.1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p.23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).
(8) ĠU L 181, 28.6.1989, p.47.


Regoli għall-parteċipazzjoni - FP7 - Euratom*
PDF 691kWORD 381k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta" intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet skond is-Seba" Programm ta" Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) (COM(2006)0042 – C6-0080/2006 – 2006/0014(CNS))
P6_TA(2006)0517A6-0305/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0042)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 7 u 10 tat-Trattat Euratom, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0080/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0305/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 119 tat-Trattat Euratom;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 39
Premessa 3 a (ġdida)
(3a) It-trattament ta' data konfidenzjali huwa rregolat mil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti kollha, inkluż ir-regoli interni ta' l-Istitituzzjonijiet bħad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 20011 li temenda r-regoli ta' proċedura interni tagħha rigward dispożizzjonijiet ta' sigurtà.
_______________
1 ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p 38).
Emenda 40
Premessa 4
Ir-regoli għall-parteċipazzjoni ta" impriżi, ċentri ta" riċerka u universitajiet għandhom jipprovdu qafas koerenti u trasparenti biex jiġu żgurati implimentazzjoni effiċjenti u aċċess faċli għall-parteċipanti kollha fis-Seba" Programm ta" Qafas.
(4)  Ir-regoli tal-parteċipazzjoni ta" impriżi, ċentri ta" riċerka u universitajiet għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex tiġi żgurata l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa għal aċċess faċli għall-parteċipanti kollha permezz ta' proċeduri ssimpifikati, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Emenda 41
Premessa 4a (ġdida)
(4a) Ir-regoli għandhom jiffaċilitaw ukoll l-isfruttament tal-proprjetà intellettwali żviluppata minn parteċipant, b'kont meħud ukoll tal-mod li bih il-parteċipant jista' jkun organizzat internazzjonalment, filwaqt li jkunu protetti l-interessi leġittimi tal-parteċipanti l-oħra u tal-Komunità.
Emenda 42
Premessa 7
Għaldaqstant huwa xieraq li titħalla mhux biss il-parteċipazzjoni ta" persuni legali, sakemm ikunu intitolati li jeżerċitaw drittijiet u jidħlu għal obbligi, imma wkoll ta" persuni naturali. Il-parteċipazzjoni ta" persuni naturali se tiżgura l-ħolqien u l-iżvilupp ta" l-eċċellenza u ħila xjentifika li ma jkunux limitati għal iffinanzjar mill-Komunità ta" proġetti li jinvolvu biss persuni legali, waqt li tiżgura wkoll il-parteċipazzjoni ta" SMEs li mhumiex persuni legali.
imħassar
Emenda 43
Premessa 9
(9)  Huwa xieraq li kull entità legali għandha tkun libera li tieħu sehem ladarba tkun issodisfat il-kundizzjonijiet minimi. Parteċipazzjoni "l fuq mill-minimu għandha tiżgura t-twettiq b'effiċjenza ta" l-azzjoni indiretta kkonċernata.
(9)  Huwa xieraq li kull entità legali għandha tkun libera li tieħu sehem ladarba tkun issodisfat il-kundizzjonijiet minimi. Parteċipazzjoni "l fuq mill-minimu għandha tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti ta" l-azzjoni indiretta kkonċernata.
Emenda 44
Premessa 11 a (ġdida)
(11a) Bi qbil ma' l-Artikolu 198 tat-Trattat, entitajiet legali ta' territorji mhux Ewropej ta' l-Istati Membri li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom huma eleġibbli għas-Seba' Programm ta' Qafas.
Emenda 45
Premessa 12 a (ġdida)
(12a) Għall-benefiċċju tal-parteċipanti, għandu jkun hemm transizzjoni effettiva u bla xkiel mis-sistema tal-kalkolu ta' l-ispiża użata fis-Sitt Programm Kwadru. Il-proċess ta' monitoraġġ tas-Seba' Programm Kwadru għandu, għalhekk, jindirizza l-impatt baġitarju ta' din il-bidla partikolarment fir-rigward ta' l-effett tagħha fuq il-piż amministrattiv għall-parteċipanti.
Emenda 46
Premessa 13
Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni tal-proposti. B'mod partikulari għandhom jiġu stabbiliti r-regoli li jiddeterminaw l-użu ta" esperti indipendenti.
(13)  Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu u dan ir-Regolament, biex jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni u l-għażla ta' proposti u l-aġġudikazzjoni ta' għotjiet, kif ukoll jitranġaw il-proċeduri għall-parteċipanti. B'mod partikulari għandhom jiġu stabbiliti r-regoli li jiddeterminaw l-użu ta" esperti indipendenti.
Emenda 47
Premessa 14
(14)  Huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà legali u finanzjarja tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba" Programm ta' Qafas.
(14)  Huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk previsti fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà legali u finanzjarja tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti taħt is-Seba" Programm ta' Qafas. Tali regoli għandhom jilħqu bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u s-simplifikazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali fis-Seba' Programm ta' Qafas.
Emenda 48
Premessa 15
(15)  F'dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni, jirregolaw, inter alia l-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunità, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolarità, il-proċeduri għall-irkupru ta" ammonti dovuti lill-Kummissjoni, l-esklużjoni mill-proċeduri kuntrattwali u ta" l-għotjiet u l-penali relattivi, u l-awditjar, il-kontrolli, u l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Qorti ta" l-Awdituri, kif stipulat fl-Artikolu 160(c) tat-Trattat.
(15)  F'dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, jirregolaw, inter alia l-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunità1, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolarità, il-proċeduri għall-irkupru ta" ammonti dovuti lill-Kummissjoni, l-esklużjoni mill-proċeduri kuntrattwali u ta" l-għotjiet u l-penali relattivi, u l-awditjar, il-kontrolli, u l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Qorti ta" l-Awdituri, kif previst fl-Artikolu 160(c) tat-Trattat.
________________
1 ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
Emenda 49
Premessa 15 a (ġdida)
(15a) Jeħtieġ li l-kontribut finanzjarju Komunitarju jasal għand il-parteċipanti mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 50
Premessa 17
(17)  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba" Programm ta' Qafas u kemm is-Seba" Programm ta' Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu.
(17)  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba" Programm ta' Qafas u kemm is-Seba" Programm ta' Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu. Bil-ħsieb li jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni effiċjenti u koerenti ta' l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet indiretti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sistema adegwata ta' informazzjoni.
Emenda 51
Premessa 17 a (ġdida)
(17a) Is-Seba' Programm ta' Qafas għandu jirrifletti u jippromwovi l-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l- Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi, filwaqt li jirrispetta l-karattru volontarju tagħhom.
Emenda 52
Premessa 19
Filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali, dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla b'mod li jiżguraw li l-parteċipanti jkollhom aċċess għat-tagħrif li jġibu lejn il-proġett u għat-tagħrif li joħroġ mix-xogħol ta" riċerka esegwita fil-proġett safejn huwa meħtieġ għat-twettiq ta" xogħol ta" riċerka jew għall-użu tat-tagħrif li jirriżulta.
(19)  Filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali, dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla b'mod li jiżguraw li l-parteċipanti u, fejn xieraq, l-entitajiet affiljati magħhom stabbiliti fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat ikollhom aċċess għat-tagħrif li jġibu lejn il-proġett u għat-tagħrif li joħroġ mix-xogħol ta" riċerka esegwita fil-proġett safejn huwa meħtieġ għat-twettiq ta" xogħol ta" riċerka jew għall-użu tat-tagħrif li jirriżulta.
Emenda 53
Premessa 20
(20)  L-obbligu stabbilit fis-sitt Programm ta' Qafas li ċerti parteċipanti jerfgħu r-reponsabbiltà finanzjarja ta" l-imsieħba tagħhom fl-istess konsorzju se jitneħħa. Skond il-livell ta" riskju marbut man-nuqqas ta" rkupru ta" ammonti, parti mill-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jinżamm biex ikopri ammonti dovuti minn imsieħba u li jonqsu milli jirrimborżaw. Il-parteċipanti li kienu jiġu obbligati jkopru r-responsabbiltà finanzjarja tal-parteċipanti l-oħra għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-evitar tar-riskju, li għandha tinżamm mill-Kummissjoni meta tagħmel il-pagamenti.
(20)  L-obbligu stabbilit fis-sitt Programm ta' Qafas li ċerti parteċipanti jerfgħu r-reponsabbiltà finanzjarja ta" l-imsieħba tagħhom fl-istess konsorzju se jitneħħa. F'dan il-kuntest, għandu jiġi stabbilit "fond ta' garanzija għall-parteċipanti", ġestit mill-Kummissjoni, biex ikopri ammonti dovuti minn imsieħba u li jonqsu milli jirrimborżaw. Tali approċċ ser jippromwovi s-simplifikazzjoni u jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta', filwaqt li jħares l-interessi finanzjarji tal-Komunità b'mod xieraq għall-Programm ta' Qafas.
Emenda 55
Artikolu 2, punti (1) sa (3)
-1. "entità legali" tfisser kull persuna fiżika, jew kull persuna ġuridika maħluqa skond il-liġi nazzjonali tal-post ta" l-istabbiliment tagħha, jew skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista", waqt li taġixxi f'isimha, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi. Fil-każ ta' persuni fiżiċi, ir-referenzi għal stabbiliment huma meqjusa li jirreferu għal residenza abitwali.
-1a. "entità affiljata" tfisser kwalunkwe entità legali li hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' parteċipant, jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-parteċipant, fejn il-kontroll jieħu kwalunkwe forma bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 6, paragrafu 2.
-1b. "kundizzjonijiet ekwi u ġusti" tfisser kundizzjonijiet xierqa inkluż termini finanzjarji possibbli b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-talba għall-aċċess, per eżempju l-valur veru jew potenzjali tat-tagħrif ġdid jew tagħrif eżistenti li għalih jintalab l-aċċess u/jew l-iskop, it-tul ta' żmien jew karatteristiċi oħra ta' l-użu maħsub;
1. "tagħrif miksub" tfisser ir-riżultati, inkluż tagħrif, kemm jekk jistgħu jiġu protetti u kemm jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet. Dawn ir-riżultati jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta" l-awtur; drittijiet tad-disinn; drittijiet tal-brevetti; drittijiet tal-varjetà ta" l-impjanti; jew forom simili ta" protezzjoni;
1. "tagħrif miksub" tfisser ir-riżultati, inkluża informazzjoni, kemm jekk jistgħu jiġu protetti kif ukoll jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet indiretti kkonċernati. Riżultati bħal dawn jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta" l-awtur, drittijiet ta' disinji; drittijiet ta' privattivi, drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti, jew forom simili ta" protezzjoni;
2. "tagħrif eżistenti" tfisser it-tagħrif li jkollhom il-parteċipanti qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta" għotja, kif ukoll drittijiet ta" l-awtur jew drittijiet ta" proprjetà intellettwali oħra li jkollhom x'jaqsmu ma" dan it-tagħrif, li applikazzjoni għalih tkun ġiet ippreżentata qabel ma jikkonkludu l-ftehim ta għotja, u li huwa meħtieġ għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta l-azzjoni indiretta;
2. "tagħrif eżistenti" tfisser it-tagħrif li jkollhom il-parteċipanti qabel ma tiġi ffirmata l-ftehima ta" għotja, kif ukoll drittijiet ta" l-awtur jew drittijiet ta" proprjetà intellettwali oħra li jkollhom x'jaqsmu ma" dan it-tagħrif, li applikazzjoni għalih tkun ġiet ippreżentata qabel ma jikkonkludu l-ftehima ta' għotja, u li huwa meħtieġ għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta' l-azzjoni indiretta;
2a. "parteċipant" tfisser entità legali li tikkontribwixxi għal azzjoni indiretta u li jkollha d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-Komunità skond it-termini ta' dan ir-Regolament;
3. "organizzazzjoni tar-riċerka " tfisser organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ bit-twettiq ta" riċerka xjentifika jew teknika bħala l-għan ewlieni tagħha;
3. "organizzazzjoni tar-riċerka" tfisser entità legali stabbilita bħala organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ bit-twettiq ta' riċerka jew żvilupp teknoloġiku bħala wieħed mill-objettivi ewlenin tagħha;
Emenda 56
Artikolu 8, paragrafu 2
L-ewwel paragrafu m'għandux japplika fil-każ ta" azzjonijiet li jikkoordinaw proġetti ta" riċerka.
L-ewwel paragrafu m'għandux japplika fil-każ ta" azzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jikkoordinaw attivitajiet ta" riċerka.
Emenda 57
Artikolu 12, paragrafu 2, subparagrafu 1 a
Is-sejħiet għal proposti għandu jkollhom objettivi ċari biex jiżguraw li l-applikanti ma jweġbux inutilment.
Emenda 58
Artikolu 14
Evalwazzjoni, għażla u approvazzjoni
Il-prinċipji ta' evalwazzjoni, u l-kriterji ta' għażla u ta' approvazzjoni
1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti abbażi tal-prinċipji tal-kriterji ta" l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni stipulati fil-programm speċifiku u fil-programm ta" ħidma.
1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti abbażi tal-prinċipji għall-evalwazzjoni u tal-kriterji ta' l-għażla u l-approvazzjoni.
Il-kriterji użati għandhom ikunu kif ġej:
(a) l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika u l-grad ta' innovazzjoni;
(b) il-ħila li titwettaq b'suċċess l-azzjoni indiretta u li titmexxa b'mod effiċjenti f'termini ta' riżorsi u kompetenza, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-arranġamenti organizzattivi stipulati mill-parteċipanti;
(c) rilevanza għall-objettivi tal-programm speċifiku;
(d) il-massa kritika ta' riżorsi mobilizzati u l-kontribut tagħhom għall-politiki Komunitarji;
(e) il-kwalità tal-pjan għall-użu u t-tixrid ta' l-għerf miksub, il-potenzjal f'termini tal-promozzjoni ta' l-innovazzjoni u l-iskemi ċari għall-amministrazzjoni ta' proprjetà intellettwali.
Il-programm ta" ħidma jista" jistipula kriterji speċifiċi jew aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.
Fi ħdan dan il-qafas il-programm ta' ħidma se jispeċifika l-kriterji ta' evalwazzjoni u għażla u jista' jżid kriterji, peżaturi u limiti minimi addizzjonali jew ifassal aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.
2.  Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta" l-etika jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm speċifiku, fil-programm ta" ħidma jew fis-sejħa għall-proposti m'għandhiex tingħażel. Proposta bħal din tista" tiġi eskluża mill-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni f'kull ħin.
2.  Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta" l-etika jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm speċifiku, fil-programm ta" ħidma jew fis-sejħa għall-proposti m'għandhiex tingħażel. Proposta bħal din tista" tiġi eskluża mill-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni f'kull ħin.
3.  Proposti għandhom jintgħażlu abbażi tar-riżultati ta" l-evalwazzjoni.
3.  Proposti għandhom ikunu klassifikati skond ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni. Deċiżjonijiet ta' ffinanzjar għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' dan il-klassifikar.
Emenda 59
Artikolu 15
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiddeterminaw il-proċedura għat-tressiq tal-proposti, kif ukoll il-proċeduri li jirrigwardaw l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni. B'mod partikolari, din għandha tistabbilixxi regoli dettaljati għall-proċedura tas-sottomissjoni f'żewġ stadji u għall-proċedura ta" l-evalwazzjoni f'żewġ stadji.
1.  Fejn is-sejħa għal proposti tispeċifika proċedura ta" evalwazzjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jkunu għaddew l-ewwel stadju, fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni meta mqabbla ma' sett limitat ta" kriterji, li għandhom jimxu "l quddiem għal evalwazzjoni ulterjuri.
2.  Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta" sottomissjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji ta" l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jissottomettu proposta kompluta fit-tieni stadju.
2.  Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta" tressiq f'żewġ stadji, huma biss dawk l-applikanti li l-proposti tagħhom jissuperaw l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jressqu proposta kompleta fit-tieni stadju.
L-applikanti kollha għandhom jiġu informati malajr bir-riżultati ta' l-ewwel stadju ta' l-evalwazzjoni.
3.  Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta" evalwazzjoni f'żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jkunu għamlu b'suċċess l-ewwel pass, skond evalwazzjoni ta" sett limitat ta" kriterji, li għandhom jimxu "il quddiem għal aktar evalwazzjoni.
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiddeterminaw il-proċedura għat-tressiq tal-proposti, kif ukoll il-proċeduri li jirrigwardaw l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni u għandha tippubblika gwidi għall-applikanti inklużi linji gwida għall-evalwaturi. B'mod partikulari, għandha tfassal regoli dettaljati għall-proċedura ta' tressiq f'żewġ stadji (anke fir-rigward l-iskop u n-natura tal-proposta ta' l-ewwel stadju kif ukoll dawk tal-proposta kompleta tat-tieni stadju), u regoli għall-proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni u tistabbilixxi l-proċeduri għal rimedju għall-applikanti.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b'konsistenza l-eżistenza ta" l-istatus legali tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b'konsistenza l-eżistenza ta" l-istejtus legali tal-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.
Il-Kummissjoni m'għandhiex iġġedded verifika bħal din sakemm ma nbidlitx is-sitwazzjoni tal-parteċipant konċernat.
Emenda 60
Artikolu 16
1.  Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjoni meħtieġa taħt is-Seba" Programm ta" Qafas u l-programmi speċifiċi tiegħu.
1.  Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjonijiet ta' proposti.
Għall-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 13, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun f'loku.
Għall-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 13, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun f'loku.
2.  L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu b'konsiderazzjoni tal-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom.
2.  L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-ħiliet u l-għerf xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom. F'każijiet fejn l-esperti indipendenti jkollhom jużaw informazzjoni klassifikata, il-permess ta' sigurtà xieraq għandu jkun meħtieġ għan-nomina.
L-esperti indipendenti għandhom ikunu identifikati u jintgħażlu abbażi ta" sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta" kandidati adatti.
L-esperti indipendenti għandhom ikunu identifikati u magħżula abbażi ta" sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta" kandidati adatti.
Il-Kummissjoni tista", jekk tqis li huwa xieraq, tagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi.
Il-Kummissjoni tista", jekk tqis li huwa xieraq, tagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi.
Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta" esperti indipendenti.
Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta" esperti indipendenti.
3.  Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f'kunflitt ta" interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni.
3.  Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f'kunflitt ta" interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta mudell ta" l-ittra tal-ħatra, minn hawn "il quddiem imsejħa "l-ittra tal-ħatra", li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti m'għandu l-ebda konflitt ta" interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jgħarraf lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi kunflitt ta" interess waqt l-għoti ta" l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta" dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ittra ta" ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti.
4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta mudell ta" l-ittra tal-ħatra, minn hawn "il quddiem imsejħa "l-ittra tal-ħatra", li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti m'għandu l-ebda kunflitt ta" interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jgħarraf lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi kunflitt ta" interess waqt l-għoti ta" l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta" dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ittra ta" ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti.
5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika perjodikament f"mezz xieraq il-lista ta" l-esperti indipendenti li jkunu għenuha f'kull wieħed mill-programmi speċifiċi.
5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika darba f'sena fi kwalunkwe mezz xieraq il-lista ta" l-esperti indipendenti li jkunu għenuha fil-Programm ta' Qafas u f'kull wieħed mill-programmi speċifiċi.
Emenda 61
Artikolu 17, paragrafi 4 sa 6
4.  Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma" l-obbligi tiegħu, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta" għotja mingħajr ebda kontribut komplementari mill-Komunità sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu.
4.  Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma" l-obbligi tiegħu rigward l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-ftehima ta" għotja mingħajr ebda kontribut komplementari mill-Komunità sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu.
5.  Jekk l-implimentazzjoni ta" azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta" l-azzjoni.
5.  Jekk l-implimentazzjoni ta" azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta" l-azzjoni.
6.  Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b'dak kollu li jkun qed jiġri li jista" jaffettwa l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità.
6.  Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b'dak kollu li jkun qed jiġri li jista" jaffettwa l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità.
6a. Fejn previst fil-ftehim ta' għotja, il-parteċipanti fl-azzjoni indiretta jistgħu jissottokuntrattaw ċerti elementi tax-xogħol li jrid jitwettaq lil partijiet terzi.
6b. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri ta' rimedju għall-parteċipanti.
Emenda 63
Artikolu 18, paragrafu 7
7.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudell ta" ftehim ta" għotja f'konformità ma" dan ir-Regolament.
7.  Il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tistabbilixxi mudell ta' ftehim ta' għotja f'konformità ma" dan ir-Regolament. Jekk ikun hemm ħtieġa ta' modifika sinifikanti tal-mudell ta' ftehim ta' għotja, il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tirrevedih kif xieraq.
Emenda 62
Artikolu 18, paragrafi 8a u 8b (ġodda)
8a. Il-mudell ta' ftehim ta' għotja għandu jipprevedi sorveljanza u kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha, u mill-Qorti ta' l-Awdituri.
8b. Il-ftehim ta' għotja jista' jistabbilixxi limiti ta' żmien għal parteċipanti biex jagħtu n-notifiki varji msemmijin f'dan ir-Regolament.
Emenda 64
Artikolu 19, paragrafu 1, subparagrafu 1
1.  Il-ftehim ta" għotja għandu jistabbilixxi l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta" l-aċċess, l-użu u t-tixrid, safejn dawn l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament.
1.  Il-ftehim ta' għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess, l-użu u d-disseminazzjoni, safejn dawk id-drittijiet u l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 65
Artikolu 23
1.  Għajr fejn ipprovdut mod ieħor fis-sejħa għall-proposti, l-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni indiretta għandhom ifasslu ftehim, minn hawn "il quddiem imsejjaħ "il-ftehim ta" konsorzju", biex jirregola dawn li ġejjin:
1.  Ħlief fejn previst mod ieħor fis-sejħa għal proposti, il-parteċipanti kollha f'azzjoni indiretta għandhom jikkonkludu ftehim, minn hawn "il quddiem imsejjaħ "il-ftehim ta" konsorzju", biex jirregola inter alia dawn li ġejjin:
a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;
a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;
b) id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità;
b) id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità;
c) regoli addizzjonali dwar arranġamenti li jirrigwardaw it-tixrid u l-użu inklużi drittijiet ta" proprjetà intellettwali, kif ikun xieraq;
c) regoli addizzjonali għal dawk f'Kapitolu III dwar id-disseminazzjoni u l-użu u d-drittijiet għal aċċess, kif ukoll għal dispożizzjonijiet relatati fil-ftehim ta' l-għotja;
d) is-soluzzjoni ta" tilwim intern.
d) ir-riżoluzzjoni ta" tilwim intern inkluż każijiet ta' abbuż tal-poter;
da) arranġamenti ta' responsabbiltà, indennizz u konfidenzjalità bejn il-parteċipanti.
2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika linji gwida dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jistgħu jiġu indirizzati minn parteċipanti fil-ftehim ta' konsorzju tagħhom.
Emenda 66
Artikolu 24, paragrafu 1
1.  L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni indiretta għandhom jaħtru wieħed minn fosthom biex jagħmilha ta" koordinatur ħalli jwettaq il-ħidmiet li ġejjin f'konformità ma" dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta" l-Implimentazzjoni, u l-ftehim ta" għotja:
1.  L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni indiretta għandhom jaħtru wieħed minn fosthom biex jagħmilha ta" koordinatur ħalli jwettaq il-ħidmiet li ġejjin f'konformità ma" dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta" l-Implimentazzjoni, u l-ftehim ta" għotja:
(-a) jimmonitorja l-konformità mill-parteċipanti fl-azzjoni indiretta ma' l-obbligi tagħhom;
(a) jiżgura li l-entitajiet legali identifikati fil-ftehim ta" għotja jlestu l-formalitajiet meħtieġa għall-approvazzjoni formali tal-ftehim ta" għotja, kif stipulati fih;
(a) jivverifika jekk l-entitajiet legali identifikati fil-ftehim ta' l-għotja lestewx il-formalitajiet meħtieġa għal-approvazzjoni formali tal-ftehim ta' l-għotja;
(b) jirċievi l-kontribut finanzjarju tal-Komunità u jagħmel id-distribuzzjoni;
(b) jirċievi l-kontribut finanzjarju Komunitarju u jqassmu skond il-ftehim tal-konsorzju u l-ftehim ta' għotja;
(c) iżomm il-kontijiet finanzjarji fl-ordni, iżomm ir-rekords u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità f'konformità ma" l-Artikolu 35;
(c) iżomm ir-reġistri u l-kontijiet finanzjarji relatati mal-kontribut finanzjarju Komunitarju u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tiegħu f'konformità mal-punt (b) ta' l-Artikolu 23 u l-Artikolu 35;
(d) jiżgura l-komunikazzjoni effiċjenti u korretta bejn il-parteċipanti u l-Kummissjoni.
(d) ikun intermedjarju għal komunikazzjoni effiċjenti u korretta bejn il-parteċipanti u jirrapporta regolarment lill-parteċipanti u lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-proġett.
Emenda 67
Artikolu 25
1.  Il-parteċipanti f'azzjoni indiretta jistgħu jipproponu ż-żieda ta" parteċipant ġdid jew it-tneħħija ta" parteċipant eżistenti.
1.  Il-parteċipanti f'azzjoni indiretta jistgħu jaqblu li jżidu parteċipant ġdid jew li jneħħu parteċipant eżistenti skond id-dispożizzjonijiet rispettivi fil-ftehim ta' konsorzju.
2.  Kull entità legali li tissieħeb f'azzjoni li tkun għaddejja għandha tapprova formalment il-ftehim ta" għotja.
2.  Kull entità legali li tissieħeb f'azzjoni li tkun għaddejja għandha tapprova formalment il-ftehim ta" għotja.
3.  Fejn huwa pprovdut fil-ftehim ta" għotja, il-konsorzju għandu jippubblika sejħa kompetittiva u jirriklamaha b'mod wiesa" bl-użu ta" sostenn ta" informazzjoni speċifika, partikolarment is-siti ta" l-Internet dwar is-Seba" programm ta" qafas, u l-punti ta" kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati għall-informazzjoni u s-sostenn.
3.  F'każijiet speċifiċi fejn huwa pprovdut fil-ftehim ta" għotja, il-konsorzju għandu jippubblika sejħa kompetittiva u jirriklamaha b'mod wiesa" bl-użu ta" sostenn ta" informazzjoni speċifika, partikolarment is-siti ta" l-Internet dwar is-Seba" Programm ta" Qafas, u l-punti ta" kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati għall-informazzjoni u s-sostenn.
Il-konsorzju għandu jevalwa l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jkunu rregolaw l-azzjoni inizjali u bl-għajnuna ta" esperti indipendenti maħtura mill-konsorzju, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 14, u 16, rispettivament.
Il-konsorzju għandu jevalwa l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jkunu rregolaw l-azzjoni inizjali u bl-għajnuna ta" esperti indipendenti maħtura mill-konsorzju, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 14, u 16, rispettivament.
4.  Il-konsorzju għandu jinnotifika b'kull bidla li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista" toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika.
4.  Il-konsorzju għandu jinnotifika b'kull bidla li tkun proposta li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista" toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika.
Bidliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju marbuta mal-proposti għal tibdiliet oħrajn fil-ftehim ta" għotja li mhumiex relatati direttament mal-bidla fil-kompożizzjoni huma suġġetti għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.
Bidliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju marbuta mal-proposti għal tibdiliet oħrajn fil-ftehim ta" għotja li mhumiex relatati direttament mal-bidla fil-kompożizzjoni huma suġġetti għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.
Emenda 77
Subsezzjoni 5, titolu
MONITORAĠĠ TA' PROGRAMMI U AZZJONIJIET INDIRETTI U L-KOMUNIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI
MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI TA' PROGRAMMI U AZZJONIJIET INDIRETTI U L-KOMUNIKAZZJONI TA' INFORMAZZJONI
Emenda 68
Artikolu 26
Sorveljanza
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta" l-azzjonijiet indiretti abbażi ta" rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 18(4).
Sorveljanza u evalwazzjoni
1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta" l-azzjonijiet indiretti abbażi ta" rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 18(4).
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub, ippreżentat skond it-tieni subparagrafu ta" l-Artikolu 19(1).
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub, ippreżentat skond it-tieni subparagrafu ta" l-Artikolu 19(1).
Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni tista" tkun mgħejuna minn esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16.
Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni tista" tkun megħjuna minn esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16.
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-Seba" Programm ta" Qafas, il-programmi speċifiċi tiegħu, fejn hu xieraq, programmi ta" qafas preċedenti, bl-għajnuna ta" esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16.
2.  Il-Kummissjoni għandha twaqqaf u żżomm sistema ta' informazzjoni li tippermetti li dan is-sorveljar isir b'mod effiċjenti u koerenti fil-Programm ta' Qafas.
Skond l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika permezz ta' kwalunkwe mezz adegwat informazzjoni fuq il-proġetti ffinanzjati.
3.  Is-sorveljanza u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni ta' Programm ta' Qafas għandha tinkludi aspetti relatati ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha tindirizza l-impatt baġitarju tal-bidliet fis-sistema ta' kalkolku ta' l-ispiża kif imqabbel mas-Sitt Programm ta' Qafas u l-effetti tiegħu fuq il-piż amministrattiv għall-parteċipanti.
4.  B'konformità ma' l-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjonijiet meħtieġa skond is-Seba' Programm ta' Qafas u l-programm speċifiku tiegħu, u, jekk tinħass il-ħtieġa, għal-evalwazzjoni ta' Programmi ta' Qafas preċedenti.
Barra minn hekk, din tista" twaqqaf gruppi ta" esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16, biex jagħtu pariri dwar l-implimentazzjoni tal-politika tar-riċerka tal-Komunità.
5.  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista" twaqqaf gruppi ta" esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 16, biex jagħtu pariri dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tar-riċerka tal-Komunità.
Emenda 69
Artikolu 27, paragrafu 1, parti introduttorja
1.  Meta tintalab, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta" kull Stat Membru jew pajjiż Assoċjat kull tagħrif utli fil-pussess tagħha dwar it-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa fil-kuntest ta" azzjoni indiretta, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
1.  Wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 3, meta tintalab, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta" kull Stat Membru jew pajjiż Assoċjat kull tagħrif utli fil-pussess tagħha dwar it-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa fil-kuntest ta" azzjoni indiretta, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
Emenda 70
Artikolu 28
1.  Fejn xi waħda mill-entitajiet legali li ġejjin tieħu sehem f'azzjoni indiretta, din tista" tirċievi kontribut finanzjarju mill-Komunità:
1.  L-entitajiet legali li ġejjin, parteċipanti f'azzjoni indiretta, jistgħu jirċievu kontribut finanzjarju Komunitarju:
(a) kull entità legali mwaqqfa fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, jew maħluqa taħt il-liġi Komunitarja,
(a) kwalunkwe entità legali stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat, jew maħluqa taħt il-liġi Komunitarja;
(b) kull organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej,
(b) kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej;
2.  Fil-każ ta" organizzazzjoni internazzjonali li tkun qed tieħu sehem, barra xi organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej, jew entità legali mwaqqfa f'pajjiż terz, jista" jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità sakemm tigi ssodisfata minn ta" l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
2.  Fil-każ ta" organizzazzjoni internazzjonali li tkun qed tieħu sehem, barra xi organizzazzjoni internazzjonali b'interessi Ewropej, jew entità legali mwaqqfa f'pajjiż terz li mhuwiex pajjiż assoċjat, jista" jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità sakemm tiġi ssodisfata minn ta" l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) issir dispożizzjoni għal dak il-għan fil-programmi speċifiċi jew fil-programm ta" ħidma rilevanti,
(a) ikun hemm provvediment f'dan is-sens fil-programmi speċifiċi jew fil-programm ta" ħidma rilevanti,
(b) tkun essenzjali għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta,
(b) tkun essenzjali għat-twettiq ta" l-azzjoni indiretta,
(c) ikun hemm dispożizzjonijiet dwar it-tali ffinanzjar fil-ftehim bilaterali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija jew xi ftehim ieħor bejn il-Komunità u l-pajjiż li fih l-entità legali hija mwaqqfa.
(c) ikun hemm provvediment għal tali ffinanzjar fi ftehim bilaterali dwar ix-xjenza u t-teknoloġija jew kwalunkwe ftehim ieħor bejn il-Komunità u l-pajjiż li fih l-entità legali hija stabbilita.
Emenda 71
Artikolu 29
1.  Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-għotjiet identifikati fil-parti (a) ta" l-Anness II għas-Seba" Programm ta" Qafas għandu jissejjes fuq ir-rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli.
Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-għotjiet identifikati fil-parti a) ta" l-Anness III għas-Seba" Programm ta" Qafas għandu jissejjes fuq ir-rimborż totali ta" l-spejjeż eliġibbli, jew ta' biċċa minnhom.
Madanakollu, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jieħu s-sura ta" ffinanzjar b'rata fissa, inkluż iffinanzjar permezz ta" skala ta" spejjeż kull unità, jew somma f'daqqa, jew jista" jkun taħlita ta" rimborż ta" l-spejjeż eliġibbli ma" rati fissi u somom f'daqqa. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jieħu wkoll is-sura ta" boroż ta" studju jew premjijiet.
Madanakollu, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jieħu s-sura ta" ffinanzjar b'rata fissa, inkluż iffinanzjar permezz ta" skala ta" spejjeż kull unità, jew somma f'daqqa, jew jista" jkun taħlita ta" rimborż ta" l-spejjeż eliġibbli ma" rati fissi u somom f'daqqa. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jieħu wkoll is-sura ta" boroż ta" studju jew premjijiet.
2.  Filwaqt li l-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jiġi kkalkulat b'referenza għall-ispiża totali ta" l-azzjoni indiretta, dan għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż rapportati ta" kull parteċipant.
Il-programmi ta' ħidma u s-sejħiet għall-proposti għandhom jispeċifikaw il-forom ta' għotjiet li għandhom ikunu wżati fl-azzjonijiet ikkonċernati.
Emenda 72
Artikolu 30
1.  L-għotjiet għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti.
1.  Azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-għotjiet għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti.
Biex isir rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli l-kontribut finanzjarju tal-Komunità m'għandux iwassal għal profitt.
Biex isir rimborż ta" l-ispejjeż eliġibbli l-kontribut finanzjarju tal-Komunità m'għandux iwassal għal profitt.
2.  Xi dħul għandu jkun ikkunsidrat għall-ħlas ta" l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni.
2.  Id-dħul għandu jkun ikkunsidrat għall-ħlas ta" l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta" l-azzjoni.
3.  Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru għall-implimentazzjoni ta" azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
3.  Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru għall-implimentazzjoni ta" azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) iridu jkunu attwali;
(a) iridu jkunu attwali;
(b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta" l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta" l-għotja;
(b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta" l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta" l-għotja;
(c) għandhom ikunu ġew determinati skond il-prinċipji u l-prassi normali tal-kontabbiltà u l-amministrazzjoni tal-parteċipant u użati għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta" l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha, b'mod konsistenti mal-prinċipji ta" l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività;
(c) għandhom ikunu ġew determinati skond il-prinċipji u l-prassi normali tal-kontabbiltà u l-amministrazzjoni tal-parteċipant u użati għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta" l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha, b'mod konsistenti mal-prinċipji ta" l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività;
(d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u mħallsa u, fil-każ ta" xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi;
(d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u, fil-każ ta" xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi;
(e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b'mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta" telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta" proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).
(e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b'mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta" telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta" proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).
Għall-finijiet tal-punt (a), għall-persunal jistgħu jintużaw l-ispejjeż medji jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji ta" l-amministrazzjoni u l-prassi tal-kontabbiltà tal-parteċipant u ma jvarjawx b'mod sinifikanti mill-ispejjeż attwali.
Għall-finijiet tal-punt (a), għall-persunal jistgħu jintużaw l-ispejjeż medji jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji ta" l-amministrazzjoni u l-prassi tal-kontabbiltà tal-parteċipant u ma jvarjawx b'mod sinifikanti mill-ispejjeż attwali.
3a. Filwaqt li l-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jiġi kkalkulat b'referenza għall-ispiża globali ta" l-azzjoni indiretta, ir-rimborż tagħha għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż irrapportati ta" kull parteċipant.
Emenda 73
Artikolu 31, paragrafi 2 u 3
2.   Biex jiġu koperti l-ispejjeż diretti eliġibbli, parteċċipant jista" jagħżel li jieħu rata fissa għat-total ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu għas-sottokuntratti.
2.   Ir-rimborż ta' l-ispejjeż tal-parteċipanti għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż diretti u indiretti eliġibbli tagħhom.
B'konformità ma' l-Artikolu 30(3), punt (c), parteċipant jista' juża metodu ssimplifikat għall-kalkolu ta' l-ispiża indiretta eliġibbli tiegħu fil-livell ta' l-entità legali tiegħu jekk din tkun konformi mal-prinċipji u l-prattiki ta' kontabilità u ta' mmaniġġjar normali tagħha. Il-prinċipji li għandhom ikunu segwiti f'dan ir-rigward għandhom ikunu stipulati fil-mudell tal-ftehima ta' għotja.
3.  Il-ftehim ta" għotja jista" jipprovdi li r-rimborż ta" spejjeż indiretti eliġibbli għandu jkun limitat għal persentaġġ massimu ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli għas-sottokuntratti, b'mod partikolari fil-każ ta" l-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u, fejn huwa xieraq, l-azzjonijiet ta" taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.
3.  Il-ftehim ta" għotja jista" jipprovdi li r-rimborż ta" spejjeż indiretti eliġibbli għandu jkun limitat għal persentaġġ massimu ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli għas-sottokuntratti, b'mod partikolari fil-każ ta" l-azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u, fejn huwa xieraq, l-azzjonijiet ta" taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.
3a. B'derga mill-paragrafu 2, biex jiġu koperti l-ispejjeż diretti eliġibbli, parteċipant jista" jagħżel li jieħu rata fissa għat-total ta" l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu għas-sottokuntratti jew rimborż ta' l-ispejjeż ta' partijiet terzi.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rati fissi xierqa bbażati fuq approssimazzjoni mill-qrib ta' l-ispejjeż diretti reali kkonċernati, skond ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' l-Implimentazzjoni tiegħu.
3b. Korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, stabbilimenti ta' l-edukazzjoni sekondarja u ogħla, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs li ma jistgħux jidentifikaw b'ċertezza l-ispejjeż indiretti reali kkonċernati tagħhom, meta jipparteċipaw fi skemi ta' finanzjament li jinkludu riċerka u żvilupp telnoloġiku u attivitajiet dimostrattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 33, jistgħu jagħżlu rata fissa ta' 60% ta' l-ispejjeż indiretti eliġibbli totali għal għotjiet aġġudikati taħt sejħiet għal proposti li jagħlqu qabel l-1 ta' Jannar 2010.
Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata transizzjoni għall-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ġenerali msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, għal għotjiet aġġudikati taħt is-sejħiet li jagħlqu wara l-31 ta' Diċembru 2009, livell xieraq ta' rata fissa li għandha tkun approssimazzjoni ta' l-ispejjeż indiretti reali kkonċernati iżda mhux ta' inqas minn 40%. Din tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-parteċipazzjoni ta" korpi pubbliċi li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ, istituzzjonijiet ta" edukazzjoni sekondarja u edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet ta' riċerka u SMEs li ma jistgħux jidentifikaw b'ċertezza l-ispejjeż indiretti reali tagħhom għall-azzjoni kkonċernata..
3c. Ir-rati fissi kollha għandhom jiġu stabbiliti fil-mudell ta' ftehim ta" għotja.
Emenda 74
Artikolu 32
1.  Għal attivitajiet ta" riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
1.  Għal attivitajiet ta" riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
Madanakollu, fil-każ ta" korpi pubbliċi, istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u SMEs, dan jista" jilħaq massimu ta" 75% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
Madankollu, fil-każ ta" korpi pubbliċi li ma joperawx bi qligħ, istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u SMEs, dan jista" jilħaq massimu ta" 75% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
2.  Għal attivitajiet ta" dimostrazzjoni, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
2.  Għal attivitajiet ta" dimostrazzjoni, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 50% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
3.  Għal attivitajiet appoġġjati minn azzjonijiet ta" riċerka fil-fruntieri ta' l-għarfien, azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
3.  Għal attivitajiet appoġġjati minn azzjonijiet ta" koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
4.  Għal ċertifikati ta" ġestjoni u verifika, u attivitajiet oħra mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
4.  Għal attivitajiet ta" ġestjoni, inklużi ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, u attivitajiet oħra mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista" jilħaq massimu ta" 100% ta" l-ispejjeż totali eliġibbli.
L-attivitajiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, it-taħriġ fl-azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta" ffinanzjar għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, koordinazzjoni, networking, u tixrid.
L-attivitajiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, fost l-oħrajn, it-taħriġ fl-azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta" ffinanzjar għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, koordinazzjoni, networking, u tixrid.
5.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli wara t-tnaqqis tad-dħul sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju tal-Komunità.
5.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli u d-dħul sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju tal-Komunità.
6.  Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, fil-każ ta" azzjonijiet indiretti fejn jintuża ffinanzjar b'rata fissa jew iffinanzjar permezz ta" somma f'daqqa għall-azzjoni indiretta kollha.
6.  Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, fil-każ ta" azzjonijiet indiretti fejn jintuża ffinanzjar b'rata fissa jew iffinanzjar permezz ta" somma f'daqqa għall-azzjoni indiretta kollha.
Emenda 75
Artikolu 33
1.  Għandhom jitressqu rapporti perjodikament lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli, l-interessi finanzjarji li jkunu daħlu minn qabel l-iffinanzjar, u d-dħul relatat ma" l-azzjoni indiretta kkonċernata u, fejn hu xieraq, jiġu ċċertifikati b'ċertifikat ta" l-awditjar, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.
1.  Għandhom jitressqu rapporti perjodikament lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli, l-interessi finanzjarji li jkunu daħlu minn qabel l-iffinanzjar, u d-dħul relatat ma" l-azzjoni indiretta kkonċernata u, fejn hu xieraq, ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.
L-eżistenza tal-kofinanzjar fir-rigward ta" l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni.
L-eżistenza tal-kofinanzjar fir-rigward ta" l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni.
1a. Minkejja r-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta' Implimentazzjoni, ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jkun biss obbligatorju meta l-ammont kumulattiv ta' ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ li jingħataw lil parteċipant huwa ekwivalenti għal EUR 375 000 jew aktar għal azzjoni indiretta.
Madankollu, għal azzjonijiet indiretti li jdumu sentejn jew anqas, fl-aħħar tal-proġett m'għandux jintalab aktar minn ċertifikat wieħed dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mingħand il-parteċipant.
M'għandhomx ikunu meħtieġa ċertifikati dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti li jkunu rimborżati b'mod sħiħ permezz ta' somom f'daqqa jew rati fissi..
2.  Fil-każ ta" korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja, ċertifikat ta" verifika kif meħtieġ skond il-paragrafu 1 jista" jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti.
2.  Fil-każ ta" korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja, ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif meħtieġ skond il-paragrafu 1, jista" jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti.
Emenda 76
Artikolu 34
1.  Għajr fejn huwa stipulat mod ieħor fil-programm ta" ħidma, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal Netwerks ta" Eċċellenza għandu jieħu sl-forma ta" somma f'daqqa kkalkulata skond in-numru ta" riċerkaturi li jridu jiġu integrati fin-Netwerk ta" Eċċellenza u ż-żmien li tieħu l-azzjoni.
1.  Il-programm ta' ħidma għandu jipprovdi għat-tipi ta' għotjiet għall-użu fin-Netwerks ta' Eċċellenza.
2.  Il-valur ta" l-unità għal somom imħallsa f'daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jkun ta" EUR 23 500 fis-sena u għal kull riċerkatur.
2. (a)  Fejn il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal Netwerks ta" Eċċellenza jieħu l-forma ta" somma f'daqqa, huwa għandu jkun ikkalkulat skond in-numru ta" riċerkaturi li jridu jiġu integrati fin-Netwerk ta" Eċċellenza u ż-żmien li tieħu l-azzjoni Il-valur ta" l-unità għal somom imħallsa f'daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jkun ta" EUR 23 500 fis-sena u għal kull riċerkatur.
L-ammont għandu jiġi aġġustat mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.
L-ammont għandu jiġi aġġustat mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta" l-Implimentazzjoni.
3.  Il-programm ta" ħidma għandu jistabbilixxi n-numru massimu ta" parteċipanti u, fejn huwa xieraq, in-numru massimu tar-riċerkaturi li jista" jintuża bħala bażi tal-kalkolu tas-somma f'daqqa massima skond il-paragrafu 1. Madankollu, parteċipanti aktar mill-maxima li jistabbilixxu l-massimu tal-kontribut finanzjarju jistgħu jieħdu sehem skond kif ikun xieraq.
(b)  Il-programm ta" ħidma għandu jistabbilixxi n-numru massimu ta" parteċipanti u, fejn huwa xieraq, in-numru massimu tar-riċerkaturi li jista" jintuża bħala bażi tal-kalkolu tas-somma f'daqqa massima. Madanakollu, parteċipanti li jaqbżu l-ogħla punti stipulati għall-kalkolu tal-kontribut finanzjarju jistgħu jieħdu sehem, kif xieraq.
4.  Il-ħlas ta" somom f'daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jsir permezz ta" ħlasijiet perjodiċi.
(c)  Il-ħlas għandu jsir permezz ta" ħlasijiet perjodiċi
Dawk il-ħlasijiet perjodiċi għandhom isiru skond l-evalwazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt ta" l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta" l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tal-prestazzjoni nnegozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehim ta" għotja.
Dawk il-ħlasijiet perjodiċi għandhom isiru skond l-evalwazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt ta" l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta" l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tal-prestazzjoni nnegozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehim ta" għotja.
Emenda 78
Artikolu 35, paragrafu 1
1.  Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jitħallas lill-parteċipanti permezz tal-koordinatur.
1.  Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jitħallas lill-parteċipanti permezz tal-koordinatur mingħajr dewmien żejjed.
Emenda 79
Artikolu 37
Ammonti miżmuma għall-evitar tar-riskju
Mekkaniżmu biex jiġi evitat ir-riskju
-1.  Ir-responsabilità finanzjarja ta' kull parteċipant għandha tkun limitata għad-djun proprji, skond il-paragrafi 1 sa 2.
1.  Skond il-livell tar-riskju marbut man-nuqqas ta" rkupru ta" somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni tista" żżomm persentaġġ żgħir tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità lil kull parteċipant f'azzjoni indiretta sabiex tkopri xi ammonti dovuti minn parteċipanti f'azzjonijiet indiretti u li jonqsu li jirrimborżaw.
1.  Sabiex timmaniġġja r-riskju marbut man-nuqqas ta" rkupru ta" somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera "fond ta' garanzija tal-parteċipanti" (hawn taħt imsejjaħ "il-Fond") b'konformità ma' l-Anness.
Interessi finanzjarji ġġenerati mill-Fond għandhom jiġu miżjuda fil-Fond u għandhom iservu biss għall-finijiet stabbiliti f'punt 3 ta' l-Anness, bla ħsara għall-punt 4.
1a. Il-kontribut għall-Fond min-naħa ta' parteċipant għal azzjoni indiretta li tieħu s-sura ta' għotja m'għandhiex taqbeż il-5% tal-kontribut finanzjarju Komunitarju dovut lill-parteċipant. Fl-aħħar ta' l-azzjoni l-ammont mogħti lill-Fond għandu jingħata lura lill-parteċipant, permezz tal-koordinatur, skond il-paragrafu 1b.
1b. Jekk l-interessi ġġenerati mill-Fond mhumiex biżżejjed sabiex ikopru s-somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni tista' tnaqqas mill-ammont li jingħata lura lill-parteċipant, mhux aktar minn wieħed fil-mija tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-Fond.
2.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal dawn li ġejjin:
2.  It-tnaqqis imsemmi f'paragrafu 1b m'għandux japplika għall-korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija garantita minn Stat Membru jew pajjiż assoċjat, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja;
(a) korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija ggarantita minn Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u istituzzjonijiet ta" l-edukazzjoni sekondarja u għolja;
(b) xi azzjonijiet li jappoġġaw it-taħhriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.
Kull wieħed mit-tipi ta" parteċipant msemmija fil-punti (a) u (b) għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.
3.   L-ammonti miżmuma jikkostitwixxu dħul assenjat lis-Seba" Programm ta" Qafas fit-tifsir ta" l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju.
3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel verifika ex-ante tal-kapaċità finanzjarja tal-koordinaturi, u tal-parteċipanti li mhux imsemmijin fil-paragrafu 2 li jitolbu kontribut finanzjarju Komunitarju f'azzjoni indiretta li taqbeż EUR 500 000, ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali meta, fuq bażi ta' informazzjoni diġà disponibbli, jkun hemm raġunijiet iġġustifikati sabiex tkun iddubitata l-kapaċità finanzjarja tal-parteċipanti.
Il-Fond għandu jitqies bħala garanzija suffiċjenti skond ir-Regolament Finanzjarju. L-ebda garanzija jew titolu ta' sigurtà ulterjuri mingħand il-parteċipanti ma jistgħu jintalbu jew jiġu imposti fuqhom.
4.  Fi tmiem il-programm ta" qafas għandha ssir evalwazzjoni ta" l-ammonti meħtieġa biex ikopru riskji pendenti. Kull somma li taqbeż dawn l-ammonti għandha titħallas lura lill-programm ta" qafas u tkun jikkostitwixxu dħul imwarrab.
Emenda 80
Artikolu 40
1.  Fejn għadd ta" parteċipanti jkunu wettqu ħidma flimkien li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom ma jkunx jista" jiġi aċċertat, huma għandu jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub.
1.  Fejn għadd ta" parteċipanti jkunu wettqu ħidma b'mod konġunt li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom ma jkunx jista" jiġi aċċertat, huma għandhom jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub.
Huma għandhom jagħmlu ftehim fir-rigward ta' l-allokazzjoni u t-termini ta' l-eżerċizzju tas-sjieda konġunta skond it-termini tal-ftehim ta' għotja.
2.  Fejn ma jkunx ġie konkluż ftehim ta" sjieda konġunta fir-rigward ta" l-allokazzjoni u t-termini ta" l-eżerċizzju tas-sjieda konġunta, kull wieħed mis-sidien konġunti għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi, mingħajr ebda dritt ta" subliċenzjar u jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
2.  Fejn ma jkunx għadu ġie konkluż ftehim ta" sjieda konġunta, kull wieħed mis-sidien konġunti għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi, mingħajr ebda dritt ta" subliċenzjar u jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) għandu jingħata avviż bil-quddiem lis-sidien konġunti l-oħra;
(a) għandu jingħata avviż bil-quddiem lis-sidien konġunti l-oħra;
(b) għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.
(b) għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.
2a. Fuq talba, il-Kummissjoni għandha tagħti gwida dwar aspetti possibbli li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ta' sieda konġunta.
Emenda 81
Artikolu 41
-1.  Is-sid tat-tagħrif miksub jista' jittrasferixxih lil kwalunkwe entità legali, soġġett għall-paragrafi 1 sa 4 u l-Artikolu 42.
1.  Fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu liċ-ċessjonarju, b'mod partikolari dawk dwar l-għoti tad-drittijiet ta" l-aċċess, u t-tixrid u l-użu, f'konformità mal-ftehim ta" għotja.
1.  Fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu dwar dak it-tagħrif miksub liċ-ċessjonarju, inkluż l-obbligu li jgħaddihom lil kwalunkwe ċessjonarju sussegwenti, f'konformità mal-ftehim ta' għotja.
2.  Suġġett għall-obbligi tiegħu rigward il-kunfidenzjalità, fejn il-parteċipant jeħtieġlu li jgħaddi d-drittijiet ta" l-aċċess, huwa għandu javża bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni, flimkien ma" informazzjoni biżżejjed dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta" l-aċċess tagħhom taħt il-ftehim ta" għotja.
2.  Suġġett għall-obbligi tiegħu rigward il-kunfidenzjalità, fejn il-parteċipant jeħtieġlu li jgħaddi d-drittijiet ta" l-aċċess, huwa għandu javża bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni, flimkien ma" informazzjoni biżżejjed dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta" l-aċċess tagħhom taħt il-ftehim ta" għotja.
Madankollu, il-parteċipanti l-oħra jistgħu, permezz ta" ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta" avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta" trasferimenti tas-sjieda minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament.
Madanakollu, il-parteċipanti l-oħra jistgħu, permezz ta" ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta" avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta" trasferimenti tas-sjieda minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament.
3.  Wara l-avviż skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parteċipanti l-oħra jistgħu joġġezzjonaw għal kwalunkwe trasferiment ta" sjieda għar-raġuni li tkun taffettwa ħażin id-drittijiet ta" l-aċċess tagħhom.
3.  Wara l-avviż skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parteċipanti l-oħra jistgħu joġġezzjonaw għal kwalunkwe trasferiment ta" sjieda għar-raġuni li tkun taffettwa ħażin id-drittijiet ta" l-aċċess tagħhom.
Fejn il-parteċipanti l-oħra juru li d-drittijiet tagħhom ikunu se jiġu affettwati ħażin, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ qabel jintlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati.
Fejn kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħra juru li d-drittijiet tagħhom ikunu se jiġu affettwati ħażin, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ qabel jintlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati.
4.  Fejn hu f'loku, il-ftehim ta" għotja jista" jipprovdi, permezz ta" kondizzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni tkun trid tiġi avżata minn qabel b'kull trasferiment maħsub ta" sjieda lil parti terza.
4.  Fejn hu xieraq, il-ftehim ta" għotja jista" jipprovdi li l-Kummissjoni tkun trid tiġi avżata minn qabel b'kull trasferiment maħsub ta" sjieda jew bi kwalunkwe għotja intenzjonata ta' liċenzja lil parti terza li hija stabbilita f'pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba' Programm ta' Qafas.
Emenda 82
Artikolu 42, paragrafu 1
Il-Kummissjoni tista" toġġezzjona għat-trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub, jew għall-għoti ta" liċenzja esklussiva rigward it-tagħrif miksub, lil xi entità legali mwaqqfa f'pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba" Programm ta" Qafas, jekk tqis li dan mhuwiex konformi ma" l-interessi ta" l-iżvilupp tal-kompetittività ta" l-ekonomija Ewropea ma' l-interessi ta' difiża ta' l-Istati membri fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat, jew li mhuwiex konsistenti mal-prinċipji ta" l-etika. F'dawn il-każijiet, it-trasferiment tas-sjieda jew l-għoti ta" liċenzja esklussiva m'għandux isir sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li twaqqfu s-salvagwardji xierqa.
Il-Kummissjoni tista" toġġezzjona għat-trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub, jew għall-għoti ta" liċenzja esklussiva rigward it-tagħrif miksub, lil partijiet terzi li huma mwaqqfa f'pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba" Programm ta" Qafas, jekk tqis li dan mhuwiex konformi ma" l-interessi ta" l-iżvilupp tal-kompetittività ta" l-ekonomija Ewropea, ma' l-interessi ta' difiża ta' l-Istati membri fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat, jew li mhuwiex konsistenti mal-prinċipji ta" l-etika. F'dawn il-każijiet, it-trasferiment tas-sjieda jew l-għoti ta" liċenzja esklussiva m'għandux isir sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li twaqqfu s-salvagwardji xierqa.
Emenda 83
Artikolu 43, paragrafu 1 u paragrafu 2, subparagrafu 1
1.  Fejn it-tagħrif miksub jista" jiġi applikat fl-industrija u kummerċjalment, sidu għandu jipprovdi għat-tħaris adegwat u effettiv tiegħu f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti, u b'konsiderazzjoni mistħoqqa ta" l-interessi leġittimi, partikolarment l-interessi kummerċjali tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni indiretta kkonċernata.
1.  Fejn it-tagħrif miksub jista" jiġi applikat fl-industrija u kummerċjalment, sidu għandu jipprovdi għat-tħaris adegwat u effettiv tiegħu, u b'konsiderazzjoni mistħoqqa ta' l-interessi leġittimi tiegħu u ta" l-interessi leġittimi, partikolarment l-interessi kummerċjali tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni indiretta kkonċernata.
Fejn parteċipant jinvoka interess leġittimu, huwa għandu, f'kull każ, juri li jkun se jsofri dannu kbir sproporzjonat.
Fejn parteċipant li ma huwiex is-sid tat-tagħrif miksub jinvoka l-interess leġittimu tiegħu, huwa għandu, f'kull każ, juri li jkun se jsofri dannu kbir sproporzjonat.
2.  Fejn sid it-tagħrif miksub ma jħarisx it-tagħrif miksub li jippossjedi, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor skond l-Artikolu 41(1) u (2), ebda attivitajiet ta" tixrid ma jistgħu jsiru qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata.
2.  Fejn it-tagħrif miksub jista" jiġi applikat fl-industrija u kummerċjalment u s-sid tiegħu ma jħarsux, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor, entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat jew kwalunkwe parti terza stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat flimkien ma' l-obbligi assoċjati skond l-Artikolu 41, ebda attivitajiet ta" disseminazzjoni ma jistgħu jsiru qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata.
Emenda 84
Artikolu 44, paragrafu 1
Il-pubblikazzjonijiet kollha, l-applikazzjonijiet kollha għall-brevetti magħmula minn jew f'isem parteċipant, jew kull tixrid ieħor relatat ma" tagħrif miksub, għandhom jinkludu dikjarazzjoni li t-tagħrif miksub ikkonċernat ġie prodott bl-għajnuna tas-sostenn finanzjarju tal-Komunità.
Il-pubblikazzjonijiet kollha, l-applikazzjonijiet kollha għall-brevetti magħmula minn jew f'isem parteċipant, jew kull tixrid ieħor relatat ma" tagħrif miksub, għandhom jinkludu dikjarazzjoni, li tista' tinkludi mezzi viżivi, li t-tagħrif miksub ikkonċernat ġie prodott bl-għajnuna tas-sostenn finanzjarju tal-Komunità.
Emenda 85
Artikolu 45
1.  Il-parteċipanti għandhom jużaw it-tagħrif miksub li jippossjedu, jew jiżguraw li dan jintuża.
1.  Il-parteċipanti għandhom jużaw it-tagħrif miksub li jippossjedu, jew jiżguraw li dan jintuża.
2.  Kull parteċipant għandu jiżgura li t-tagħrif miksub li tiegħu huwa s-sid jixxerred malajr kemm jista" jkun. Jekk jonqos milli jagħmel dan, il-Kummissjoni tista" xxerred dak it-tagħrif miksub skond l-Artikolu 12.
2.  Kull parteċipant għandu jiżgura li t-tagħrif miksub li tiegħu huwa s-sid jixxerred malajr kemm jista" jkun. Jekk jonqos milli jagħmel dan, il-Kummissjoni tista" xxerred dak it-tagħrif miksub skond l-Artikolu 12. Il-ftehim ta' għotja jista' jistipula limiti ta' żmien f'dan ir-rigward.
3.  Attivitajiet ta" tixrid għandhom ikunu kompatibbli mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-konfidenzjalità, u l-interess leġittimu tas-sid tat-tagħrif miksubu u l-interessi ta' difiża ta' l-Istati Membri fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat.
3.  Attivitajiet ta" tixrid għandhom ikunu kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tal-konfidenzjalità, u l-interessi leġittimi tas-sid tat-tagħrif miksub u l-interessi ta' difiża ta' l-Istati Membri fit-tifsira ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat.
4.  Avviż bil-quddiem dwar kull attività ta" tixrid għandu jingħata lill-parteċipanti l-oħra kkonċernati.
4.  Avviż bil-quddiem dwar kull attività ta" tixrid għandu jingħata lill-parteċipanti l-oħra kkonċernati.
Wara l-avviż, kull wieħed minn dawk il-parteċipanti jista" joġġezzjona jekk huwa jqis li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tat-tagħrif miksub tiegħu jistgħu jsofru dannu kbir sproporzjonat. Fit-tali każijiet, l-attività ta" tixrid ma tistax issir sakemm ma jittieħdux il-passi xierqa għas-salvagwardja ta" dawk l-interessi leġittimi.
Wara l-avviż, kull wieħed minn dawk il-parteċipanti jista" joġġezzjona jekk huwa jqis li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tat-tagħrif miksub tiegħu jew ta' tagħrif li kien diġà eżistenti jistgħu jsofru dannu kbir sproporzjonat. Fit-tali każijiet, l-attività ta" tixrid ma tistax issir sakemm ma jittieħdux il-passi xierqa għas-salvagwardja ta" dawk l-interessi leġittimi.
Emenda 86
Artikolu 47, paragrafu 5
5.  Il-parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista" jkun b'kull limitazzjoni għall-għoti ta" drittijiet ta" l-aċċess għal tagħrif eżistenti, jew b'kull restrizzjoni oħra li tista" taffettwa b'mod sostanzjali l-għoti tad-drittijiet ta" l-aċċess.
5.  Bla ħsara għall-Artikoli 48 u 49 u għall-ftehim ta' għotja, il-parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista" jkun b'kull limitazzjoni għall-għoti ta" drittijiet ta" l-aċċess għal tagħrif eżistenti, jew b'kull restrizzjoni oħra li tista" taffettwa b'mod sostanzjali l-għoti tad-drittijiet ta" l-aċċess.
Emenda 87
Artikolu 49
1.  Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta" l-aċċess għat-tagħrif miksub, jekk dawn ikunu meħtieġa għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess.
1.  Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta" l-aċċess għat-tagħrif miksub, jekk dawn ikunu meħtieġa għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess.
It-tali drittijiet ta" l-aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties.
Soġġett għal ftehim, tali drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ikunu ħielsa mid-drittijiet ta' l-awtur.
2.  Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu drittijiet ta" l-aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess kemm-il darba il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.
2.  Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu drittijiet ta" l-aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess kemm-il darba il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.
It-tali drittijiet ta" aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties.
Soġġett għal ftehim, tali drittijiet ta' l-aċċess għandhom jingħataw jew b'kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ikunu ħielsa mid-drittijiet ta' l-awtur.
2a. Entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat għandu jkollha wkoll id-drittijiet għal aċċess, imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, għat-tagħrif miksub jew tagħrif eżistenti taħt l-istess kondizzjonijiet tal-parteċipant li għalih hija affiljata, dment li mhux previst mod ieħor fil-ftehim ta' għotja jew fil-ftehim ta' konsorzju.
3.  Talba għad-drittijiet ta" l-aċċess skond il-paragrafi 1 jew 2 tista" ssir sa żmien sena wara xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet:
3.  Talba għad-drittijiet ta" l-aċċess skond il-paragrafi 1, 2 u 2a tista" ssir sa żmien sena wara xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet:
(a) it-tmiem ta" l-azzjoni indiretta ;
(a) it-tmiem ta" l-azzjoni indiretta ;
(b) it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat.
(b) it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat.
Madanakollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta" żmien differenti.
Madanakollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta" żmien differenti.
Emenda 88
Artikolu 51, paragrafu 1 a (ġdid)
L-intrapriża konġunta msemmija fil-paragrafu 1, punt (ċ), għandha titwaqqaf bil-għan li tiġi mmaniġġjata u amministrata l-kontribuzzjoni Ewropea għall-ftehima internazzjonali ITER li għandha tirratifika t-twaqqif ta' l-organizzazzjoni ITER, flimkien ma' attivitajiet addizzjonali li jirrigwardaw il-kostruzzjoni ta' l-ITER, li hi prevista fil-programm speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta" l-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ (2007-2011). L-attivitajiet l-oħrajn kollha li jaqgħu taħt l-attività tematika 'enerġija mill-fużjoni' previsti taħt dan il-programm speċifiku għandhom ikunu implimentati u mmaniġġjati b'mod separat mill-intrapriża konġunta msemmija fil-punt (c), biex b'hekk ikun possibbli li jinżamm l-approċċ integrat u l-involviment mill-qrib ta' l-assoċjazzjonijiet tal-fużjoni.
Emenda 89
Anness (ġdid)
ANNESS
Fond ta' garanzija lill-parteċipant
1.  Il-Fond ser ikun immaniġġjat mill-Komunità rrappreżentata mill-Kummissjoni li taġixxi bħala aġent eżekuttiv f'isem il-parteċipanti, skond kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-mudell tal-ftehim ta' għotja.
Il-Kummissjoni ser tafda l-immaniġġjar finanzjarju tal-Fond jew lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment jew, skond l-Artikolu 13(b), lil istituzzjoni finanzjarja xierqa (minn hawn 'l quddiem imsejjaħ il-"bank depożitarju"). Il-bank depożitarju għandu jimmaniġġja l-Fond skond istruzzjonijiet li jingħatawlu mill-Kummissjoni.
2.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel tajjeb, mill-ewwel pre-finanzjament li tħallas lill-konsorzju, għall-kontibuzzjoni tal-parteċipanti lill-Fond, u tħallasha lill-Fond f'isimhom.
3.  Fejn hemm ammonti dovuti lill-Komunità minn parteċipant, il-Kummissjoni tista', bla ħsara għall-penali li jistgħu jiġu imposti fuq il-parteċipant li jonqos mir-rimborż skond ir-Regolament Finanzjarju, jew:
(a) tordna lill-bank depożitarju sabiex jitrasferixxi direttament l-ammont dovut mill-Fond lill-koordinatur ta' l-azzjoni indiretta jekk tkun għadha għaddejja u jekk il-parteċipanti li jibqa' jaqblu li jimplimentawha bl-istess mod fir-rigward ta' l-objettivi tagħha, skond l-Artikolu 17(4). L-ammonti trasferiti mill-Fond jitqiesu bħala kontribut finanzjarju Komunitarju; jew
(b) effettivament tirkupra s-somma msemmija mill-Fond jekk l-azzjoni indiretta tiġi mitmuma jew tkun diġà kkompletata.
Il-Kummissjoni toħroġ ordni ta' rkupru għall-benefiċċju tal-Fond kontra l-parteċipant. Il-Kummissjoni tista" tadotta għal dak il-għan deċiżjoni dwar l-irkupru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.
4.  L-ammonti rkuprati mill-Fond matul is-Seba" Programm ta' Qafas jikkostitwixxu dħul assenjat lilu fit-tifsira ta" l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju.
Ladarba l-implimentazzjoni ta' l-għotjiet kollha taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tkun kompluta, kwalunkwe somma li tibqa' mill-Fond tkun irkuprata mill-Kummissjoni u tiddaħħal fil-baġit tal-Komunità, soġġetta għal deċiżjonijiet dwar it-Tmien Programm ta' Qafas.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Il-programm speċifiku 'In-Nies' (Is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *
PDF 614kWORD 194k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku 'In-Nies' li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0442 – C6-0383/2005 – 2005/0187(CNS))
P6_TA(2006)0518A6-0360/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0442)(1) u l-proposta emendata (COM(2005)0442/2)(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0383/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0360/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja indikattiva fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu tat-ta' l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju għall-2007-2013 u jirrimarka li l-ammont annwali jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda tas-17 ta' Mejju 2006(3);

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 4
(4)  Il-Programm ta' Qafas jimxi id f'id ma' l-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri, kif ukoll ma' azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku globali u għat-twettiq tal-miri ta' Liżbona, b'mod partikolari flimkien ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
(4)  Il-Programm ta' Qafas għandu jikkumplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri, kif ukoll l-azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku generali għall-implimentazzjoni ta' l-objettivi ta' Liżbona, b'mod partikulari flimkien ma' dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikultura, l-edukazzjoni, it-taħriġ tul il-ħajja, il-kompetittivita? u l-innovazzjoni, l-impjiegi, l-opportunitajiet ugwali u t-trattament ugwali, il-kundizzjonijiet xierqa tax-xogħol, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, l-impjieg, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
Emenda 2
Premessa 7
(7)  Id-dimensjoni internazzjonali hija parti fundamentali tar-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa. Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, dan il-programm huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew il-fteħimiet meħtieġa għal dan l-iskop, u huwa miftuħ ukoll f'livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' fejda reċiproka, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għall-kooperazzjoni xjentifika. Barra minn hekk, l-azzjonijiet kollha, kif ukoll azzjonijiet iddedikati f'dan il-programm speċifiku huma miftuħa għar-riċerkaturi individwali minn pajjiżi terzi.
(7)  Il-koperazzjoni u l-esperjenza internazzjonali miksuba minn riċerkaturi huma fundamentalment importanti għar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa. Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, dan il-programm speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew il-fteħim meħtieġa għal dan l-għan, u huwa miftuħ ukoll f'livell ta' proġett, u fuq il-bażi ta' benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali għall-koperazzjoni xjentifika. Barra minn hekk, l-azzjonijiet kollha, kif ukoll azzjonijiet iddedikati f'dan il-programm speċifiku huma miftuħa għall-parteċipazzjoni, mingħajr l-ebda forma ta' diskriminazzjoni, ta' riċerkaturi individwali minn pajjiżi terzi u ta' riċerkaturi Ewropej li jgħixu barra. Għal dan il-għan, għandhom isiru sforzi biex jitħaffef ir-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali li nkisbu f'pajjiżi terzi. L-adozzjoni ta' politika li tipprovdi inċentivi m'għandhiex tkun ffukata biss fuq il-ħlas ta' riċerkaturi imma wkoll fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
Emenda 3
Premessa 8
(8)  L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.
(8)  L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa fi ħdan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, bħalma huma l-integrita? tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-possibilta? li jkunu rikonċiljati l-familja u l-ħajja professjonali, u għandhom jikkonfermaw mill-ġdid il-valur ċiviku u umanistiku tar-riċerka, filwaqt li tkun rispettata d-diversita? etika u kulturali.
Emenda 4
Premessa 9
(9)  Il-Programm ta' Qafas għandu jikkontribwixxi lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.
(9)  Il-Programm ta' Qafas għandu jikkontribwixxi lejn il-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli.
Emenda 5
Premessa 9a (ġdida)
(9a) Il-Programm ta' Qafas għandu jinkoraġġixxi lin-nies biex jistudjaw ix-xjenza, l-iktar billi jikkonvinċi lin-nisa biex jidħlu fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija.
Emenda 6
Premessa 10a (ġdida)
(10a) Biex ikunu simplifikati s-sejħiet għal proposti u biex jitnaqqsu l-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha twaqqaf 'database' bħala rekwiżit minn qabel biex jiġu infurmati parteċipanti fis-sejħiet għal proposti.
Emenda 7
Premessa 11
(11)  Miżuri xierqa għandhom ukoll jittieħdu sabiex ma jkunx hemm irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b'mod inkorrett skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda fil-ġejjieni. Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet imwettqa fuq il-post mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
(11)  Miżuri xierqa għandhom ukoll jittieħdu biex l-ewwelnett tiġi mmonitorjata l-effettivita? tal-finanzjament mogħti u t-tieni l-effettivita? ta' l-użu ta' dawn il-fondi, sabiex jiġu evitati irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b'mod inkorrett skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u kull emenda fil-ġejjieni. Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet imwettqa fuq il-post mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra u r-Regolament (KE) Nru 1074/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
Emenda 8
Premessa 13
(13)  Fl-implimentazzjoni tal-programm, trid tingħata attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni ta" l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll, inter alia, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-trasparenza tal-proċessi ta" reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi mqabbda għal proġetti u programmi ffinazjati taħt l-azzjonijiet ta" dan il-programm, li għalih ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u Kodiċi ta' Mġiba għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza.
(13)  Fl-implimentazzjoni ta' dan il-programm, trid tingħata attenzjoni xierqa lill-integrazzjoni tas-sessi, kif ukoll, inter alia, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, għal miżuri biex ikunu rikonċiljati l-ħajja familjari u tax-xogħol, inklużi pereżempju 'fellowships part-time', it-trasparenza tal-proċessi ta" reklutaġġ, u l-iżvilupp tal-karriera fir-rigward tar-riċerkaturi imjegati għal proġetti u programmi ffinazjati taħt l-azzjonijiet ta" dan il-programm, li għalih ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea tar-Riċerkaturi u Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi joffru qafas ta' referenza.
Emenda 9
Premessa 14
(14)  Il-programm huwa konformi ma" u jirfed l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri ta" l-istrateġija integrata dwar ir-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa fuq il-bażi ta" "Strateġija ta" Mobilità għall-ERA" u "ir-Riċerkaturi fl-ERA/ŻRE: professjoni waħda, bosta karrieri", kif ukoll iqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-riżorsi umani fl-R&D tat-18 ta" April 2005.
(14)  Dan il-programm huwa f'konformita' ma' l-għanijiet li joħloq Zona Ewropea ta' Riċerka ġenwina kif stabbilit fl-istrateġija integrata dwar ir-riżorsi umani fir-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa fuq il-bażi ta" "Strateġija ta" Mobilità għall-ERA" u "ir-Riċerkaturi fl-ERA: professjoni waħda, bosta karrieri", kif ukoll iqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-riżorsi umani fl-R&D tat-18 ta" April 2005.
L-Istati Membri huma mistiedna japplikaw il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi sabiex tinħoloq Zona Ewropea ta' Riċerka ġenwina.
Emenda 10
Premessa 14a (ġdida)
(14a) Dan il-programm għandu l-għan li jżid ir-riċerka tal-bneidem u l-potenzjal ta' żvilupp fl-Ewropa kemm mil-lat ta' kwalita? kif ukoll ta' kwantita?, parzjalment billi tkun rikonoxxuta l-'professjoni' ta' riċerkatur. Din tiffavorixxi ż-żamma ta' eċċellenza fir-riċerka bażika u l-iżvilupp organiku tar-riċerka teknoloġika, u tinkoraġġixxi l-mobilita? ta' riċerkaturi Ewropej mill-Ewropa u madwar l-Ewropa kollha. Barra minn hekk, din tgħin biex tipprovdi l-kundizzjonijiet xierqa sabiex tattira l-aħjar riċerkaturi barranin biex iwettqu r-riċerka tagħhom fl-Ewropa.
Emenda 11
Artikolu 2, paragrafu 1
Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġja l-attivitajiet għal "Nies", filwaqt li jsaħħaħ, sew mill-lat tal-kwantità kif ukoll minn dak tal-kwalità, il-potenzjal uman fir-riċerka u fit-teknoloġija fl-Ewropa. Sejrin jissaħħu l-attivitajiet li jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi, li jissejħu azzjonijiet "Marie Curie", permezz ta' konċentrazzjoni akbar fuq l-aspetti ewlenin ta' l-iżvilupp tal-ħiliet u fuq it-tisħiħ tal-konnessjonijiet mas-sistemi nazzjonali.
Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġja l-attivitajiet għal "Nies", u jinkoraġġixxi lin-nies biex jieħdu karriera bħala riċerkaturi filwaqt li jsaħħaħ, sew mill-lat tal-kwantità kif ukoll minn dak tal-kwalità, il-potenzjal uman, u speċjalment dak femminili, fir-riċerka u fit-teknoloġija fl-Ewropa, filwaqt li jiżgura aċċess ugwali għall-irġiel u n-nisa u jagħti attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet ta' riċerkaturi b'diżabilita?. Dawn l- attivitajiet li jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karrieri tar-riċerkaturi, imsemmija bħala l-"azzjonijiet Marie Curie", se jissaħħu permezz ta' konċentrazzjoni akbar fuq l-aspetti ewlenin ta' l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-karriera u t-tisħiħ tar-rabtiet mas-sistemi nazzjonali.
Emenda 12
Artikolu 3, paragrafi 1 a, 1 b u 1 c (ġodda)
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jiġu mwettqa b'mod effettiv u konformi mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
In-nefqa amministrattiva totali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għall-aġenzija eżekuttiva li hemm proposta li se titwaqqaf, għandha tkun proporzjonali għall-attivitajiet imwettqa skond il-Programm Speċifiku u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.
Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda, b'mod partikolari skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Emenda 13
Artikolu 4, paragrafu 1
1.  L-attivitajiet kollha ta' riċerka eżegwiti taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitħaddmu f'konformità ma' prinċipji etiċi fundamentali.
1.  L-attivitajiet kollha ta' riċerka mwettqa taħt il-Programm Speċifiku għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 14
Artikolu 4, paragrafu 3
3.  L-oqsma li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm:
3.  L-oqsma ta' riċerka li ġejjin m'għandhomx jiġu ffinanzjati taħt dan il-programm:
attivitajiet ta" riċerka li mhumiex ipprojbiti fl-Istati Membri kollha
- attività ta' riċerka mmirata lejn il-klonazzjoni ta' embrijoni umani,
attivitajiet ta" riċerka li se jitwettqu fi Stat Membru fejn din ir-riċerka hija pprojbita.
- attivita? ta' riċerka maħsuba biex timmodifika l-wirt ġenetiku tal-bniedem li tista' twassal biex dawn il-bidliet ikunu jistgħu jintirtu,
- attivita? ta' riċerka maħsuba biex toħloq embrijoni umani għal skopijiet ta' riċerka biss jew għall-iskop ta' akkwist ta' ċellula staminali u ta' attivita? ta' riċerka li tuża ċelluli minn dawn l-embrijoni.
Emenda 15
Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità tal-baġit kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki u fl-anness tal-baġit annwali ta' l-Unjoni Ewropea..
Emenda 16
Artikolu 6, paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidmagħall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li juri aktar fid-dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi kif jinsabu fl-Anness I, l-iskema tal-finanzjament li se tintuża għat-tema li dwarha qed issir stedina għall-proposti, u l-iskeda ta' l- implimentazzjoni.
1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm speċifiku, li juri f'aktar dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi stabbiliti fl-Anness, l-iskema ta' finanzjament li se tintuża għat-tema li dwarha qed issir stedina għall-proposti, u l-iskeda ta' żmien għall- implimentazzjoni. Dan il-programm ta' ħidma għandu jfittex li jissimplifika l-proċeduri tal-Programm ta' Qafas u jippromwovi t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet li qed isiru taħt il-Programm ta' Qafas.
Emenda 17
Artikolu 6, paragrafu 2
2.  Il-programm ta' ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka pertinenti mwettqa mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjoniet Ewropej u internazzjonali. Dan għandu jkun aġġornat fejn ikun hemm bżonn.
2.  Il-programm ta' ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta' riċerka relevanti, it-taħriġ tar-riċerkaturi u l-iżvilupp tal-karriera mwettqa mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjoniet Ewropej u internazzjonali, flimkien ma' kwalunkwe kontribuzzjoni antiċipata, f'termini ta' valur miżjud Ewropew, l-impatt mistenni fuq il-kompetittivita? industrijali, u r-relazzjoni tal-programm ma' linji politiċi Komunitarji oħra. Dan għandu jkun aġġornat fejn xieraq.
Emenda 18
Artikolu 6, paragrafu 3
3.  Il-programm ta" ġidma se jispeċifika l-kriterji li bihom se jiġu evalwati il-proposti għall-azzjonijiet indiretti taħt l-iskema ta" finanzjament u li bihom se jintgħażlu l-proġetti. Il-kriterji se jkunu dwak li jivvaltaw aspetti kwalitattivi ta" min qed jipproponi (riċerkaturi/organizzazzjonijiet) u l-potenzjal tagħhom għal aktar progress inkluż, fejn xieraq, il-kapaċità ta" l-implimentazzjoni tagħhom. il-kwalità ta" l-attività proposta fit-taħriġ xjentifiku u/jew fit-trasferiment ta" termini ta" għarfien; il-valur miżjud Komunitarju u l-effett strutturanti ta" l-attività proposta f'termini ta" kontribuxxjoni lejn l-għanijiet tal-programm speċifiku u tal-Programm ta" Ħidma. Il-kriterji u kull piż jew limitu-għatba għall-kejl jistgħu jiġu speċifikati aktar jew ikkumplimentati fil-programm ta" ħidma.
3.  Se jiġu evalwati il-proposti għall-azzjonijiet indiretti taħt l-iskema ta" finanzjament u l-proġetti magħżula filwaqt li jitqiesu l-prinċipji li ġejjin:
- eċċellenza xjentifiku u/jew teknoloġika;
- kif il-proġett jirrelata ma' l-objettivi tal-Programm Speċifiku;
- il-kalibru u l-kapaċita? ta' implimentazzjoni ta' min jipproponi (riċerkaturi/organizzazzjonijiet) u l-potenzjal tagħhom għal aktar progress;
- l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali u opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel;
- il-kwalita? ta' l-attivita? proposta f'termini ta' taħriġ xjentifiku u/jew objettivi ta' trasferiment ta' għarfien.
F'dan ir-rigward, il-programm ta' ħidma għandu jispeċifika f'aktar dettall il-kriterji ta' l-evalwazzjoni u ta' l-għażla u jista' jżid aktar rekwiżiti, enfasi, u limiti.
Emenda 19
Artikolu 7, paragrafu 2
2.  Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-programm ta" ħidma msemmi fl-Artikolu 6(1).
2.  Il-proċedura ta' tmexxija stabbilita fl-Artikolu 8(2) għandha tapplika għall-adozzjoni tal-programm ta" ħidma msemmi fl-Artikolu 6(1).
Emenda 20
Artikolu 8, paragrafu 4
4.  Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.
4.  Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) u 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.
Emenda 21
Artikolu 8, paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat regolarment dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdih b'tagħrif dwar kull azzjoni RTD ffinanzjata taħt dan il-programm.
5.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat , u lill-kumitat responsabbli fi ħdan il-Parlament Ewropew, regolarment dwar il-progress ġenerali ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdihom bl-informazzjoni dwar kull azzjoni RTD ffinanzjata taħt dan il-programm.
Emenda 22
Artikolu 8, paragrafu 5a (ġdid)
5a. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun fih evalwazzjoni ta' kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju u evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u r-regolarità ta' l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku ta' dan il-programm.
Emenda 23
Artikolu 8a (ġdid)
Artikolu 8a
Il-Kummissjoni għandha tissottometti din id-Deċiżjoni u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku lill-korpi kompetenti għal reviżjoni f'temp ta' żmien suffiċjenti sabiex ikun żgurat li l-proċedura għall-modifikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni tista' tintemm sa l-aħħar ta' l-2010.
Emenda 24
Artikolu 8b (ġdid)
Artikolu 8b
Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni indipendenti kif stipulati fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm ta' Qafas rigward l-attivitajiet imwettqa fl-oqsma koperti minn dan il-Programm Speċifiku.
Emenda 25
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 1
Wieħed mill-vantaġġi ewlenin ta" kompetizzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija hija l-kwantità u l-kwalità tar-riżorsi umani f'dan il-qasam. Bħala premessa għat-tkabbir fil-kapaċità u l-prestazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u għal konsolidazzjoni u iktar żvilupp fiż-Żona ta" Riċerka Ewropea, l-għan globali ta" dan il-programm huwa li jrendi l-Ewropa iktar attraenti għar-riċerkaturi. Dan se jsir billi jinkiseb effett ta' struttura konsiderevoli madwar l-Ewropa kollha fuq l-organizzazzjoni, l-prestazzjoni u l-kwalità tar-riċerka ta' l-istħarriġ, fuq l-iżvilupp attiv tal-karriera tar-riċerkaturi, fuq it-taqsim ta" l-għarfien mar-riċerkaturi kollha bejn is-setturi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, u fuq il-parteċipazzjoni qawwija fir-riċerka u l-iżvilupp min-nisa.
Ir-riżorsi umani huma ta' importanza kbira biex tiżdied il-kompetittivita? u l-iżvilupp ibbażati fuq l-għarfien fix-xjenza u t-teknoloġija. Il-fatt li hemm ħafna xjentisti ta' kalibru għoli jagħti lill-Ewropa xejra kompetittiva. Bħala premessa għat-tkabbir fil-kapaċità u l-prestazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u għal konsolidazzjoni u iktar żvilupp fiż-Żona ta" Riċerka Ewropea, l-għan globali ta" dan il-programm huwa, inter alia, it-titjib kostanti ta' ċentri ta' riċerka ta' l-universita?, li jrendi l-Ewropa iktar attraenti għar-riċerkaturi. Dan se jsir billi jinkiseb effett ta' struttura konsiderevoli madwar l-Ewropa kollha fuq l-organizzazzjoni, l-prestazzjoni u l-kwalità tar-riċerka ta' l-istħarriġ, fuq l-iżvilupp attiv tal-karriera tar-riċerkaturi, fuq it-taqsim ta" l-għarfien bejn ir-riċerkaturi kollha u bejn is-setturi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, u jkunu mħeġġa prattiki li jinvolvu l-moviment mill-akkademja għall-industrija u fid-direzzjoni l-opposta, u fuq l-iżvilupp attiv tal-karriera tar-riċerkaturi, b'referenza partikulari għall-parteċipazzjoni min-nisa u riċerkaturi li għadhom żgħar fir-riċerka u l-iżvilupp, filwaqt li tkun promossa r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja.
Emenda 26
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 2
Il-programm se jiġi implimentat permezz ta" investimenti sistematiċi fin-nies, prinċipalment permezz ta" sett koerenti ta" l-"Azzjonijiet Marie Curie", li jindirizza r-riċerkaturi f'termini tal-ħiliet tagħhom u l-iżvilupp ta' kompetenza f'kull stadju tal-karriera tagħhom, mit-taħriġ inizjali tar-riċerka għall-iżvilupp tal-karriera u t-taħriġ għal ħajja kollha. Il-mobilità, kemm transnazzjonali u kemm intersettorjali, ir-rikonoxximent ta" l-esperjenzi miksuba fl-oqsma u l-pajjiżi differenti, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati huma l-elementi ewlenin matul l-"Azzjonijiet Marie Curie ".
Ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta' Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi għandhom jitqiesu fil-programm li se jiġi implimentat permezz ta' investiment sistematiku fin-nies, prinċipalment permezz ta' sett koerenti ta' "Azzjonijiet Marie Curie", b'referenza partikulari għall-valur miżjud Ewropew li dawn se jiġġeneraw bħala effett ta' strutturazzjoni fuq iz-Zona Ewropea ta' Riċerka. Dawn l-azzjonijiet jindirizzaw riċerkaturi f'termini tal-ħiliet tagħhom u l-iżvilupp ta' kompetenza f'kull stadju tal-karriera tagħhom, mit-taħriġ inizjali tar-riċerka għall-iżvilupp professjonali u t-taħriġ tul il-ħajja kollha fis-settur pubbliku u privat. Il-mobilità, kemm transnazzjonali u kemm intersettorjali, li hija ċentrali għal dan il-programm, ir-rikonoxximent ta' esperjenza miksuba fl-oqsma u l-pajjiżi differenti, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, f'termini kemm ta' l-indipendenza tar-riċerka, il-konformita? tal-ħlas ma' l-aqwa standards internazzjonali, u attenzjoni akbar għal benessri u l-assikurazzjoni, huma elementi ewlenin matul l-"Azzjonijiet Marie Curie ".
Fl-aħħarnett, sabiex il-mobilita? tar-riċerkaturi fl-Unjoni Ewropea tiġi promossa, huwa neċessarju li jibdew jittieħdu miżuri biex il-kundizzjonijiet tat-taxxa għar-riċerkaturi jiġu armonizzati.
Emenda 27
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 3a (ġdid)
Jista' jingħata wkoll appoġġ għal pożizzjonijiet ta' wara d-dottorati għal riċerkaturi mill-Istati Membri l-ġodda biex jipparteċipaw fit-twaqqif ta' gruppi ta' riċerka stabbiliti fi Stati Membri oħra.
Emenda 28
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 4
Parteċipazzjoni qawwija mill-intrapriżi, inklużi l-SMEs, hija kkunsidrata bħala valur miżjud kruċjali għal dan il-programm. Matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" t-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-akkademja marbut mat-taħriġ għar-riċerka, l-iżvilupp tal-karriera u t-taqsim ta" l-għarfien huwa mħeġġeġ, filwaqt li azzjoni ddedikata tindirizza s-sħubija u r-rotot ta" l-industrija u l-akkademja.
Il-parteċipazzjoni mill-intrapriżi, inklużi l-SMEs, hija kkunsidrata bħala valur miżjud kruċjali għal dan il-programm. Matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" t-titjib tal-koperazzjoni bejn l-industrija u l-akkademja marbut mat-taħriġ għar-riċerka, l-iżvilupp tal-karriera u t-taqsim ta" l-għarfien huwa mħeġġeġ, filwaqt li azzjoni ddedikata tindirizza s-sħubija u r-rotot ta" l-industrija u l-akkademja. Huwa neċessarju li l-liberta? akkademika tal-ħaddiema tar-riċerka tkun preservata skond l-arranġamenti ta' koperazzjoni bejn l-industrija u l-universitajiet.
Emenda 29
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 4a (ġdid)
Fil-kuntest ta' "l-Azzjonijiet Marie Curie", għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-ħarsien u l-qsim ta' proprjeta? intellettwali, u dawn ikunu żgurati permezz ta' klawżoli ta' kuntratt adegwati li jipproteġu r-riċerkatur individwali, meta r-riċerka tirriżulta fi brevett biex tiġu prodotta merkanzija mqiegħda fis-suq.
Emenda 30
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 5
Id-dimensjoni internazzjonali, bħala komponent fundamentali tar-riżorsi umani fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa, se tiġi indirizzata fit-termini ta" l-iżvilupp fil-karriera, ta" tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi, kif ukoll l-attrazzjoni ta" l-aħjar talenti fir-riċerka lejn l-Ewropa. Id-dimensjoni internazzjonali se tkun inkorporata matul l-"Azzjonijiet Marie Curie " u ma" dan, se tkun suġġetta wkoll għall-azzjonijiet awtonomi.
Id-dimensjoni internazzjonali, bħala komponent fundamentali tar-riżorsi umani fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa, se tiġi indirizzata f'termini ta" l-iżvilupp fil-karriera, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, kif ukoll għat-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi, kif ukoll l-attrazzjoni ta" l-aħjar talenti fir-riċerka lejn l-Ewropa, billi jiġu pprovduti inċentivi adegwati għal dan il-għan. Id-dimensjoni internazzjonali se tkun inkorporata matul l-"Azzjonijiet Marie Curie" u ma" dan, se tkun suġġetta wkoll għall-azzjonijiet awtonomi.
Emenda 31
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 6
Se jitqiesu l-prinċipji ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza tas-sessi kif jixraq. Il-mira tal-programm huwa li jiżgura, billi jitħeġġu l-opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-"Azzjonijiet Marie Curie" kollha, u billi jiġu stabbiliti parametri għall-parteċipazzjoni tax-xjenzjati miż-żewġ sessi (mira ta" mill-inqas 40% parteċipazzjoni min-nisa). Barra minn hekk, l-azzjonijiet se jitfasslu b'mod li jiżguraw li r-riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ xieraq ta" xogħol/ħajja u li jgħinu biex titħaffef it-tkomplija ta" karriera fir-riċerka wara pawża. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u l-aspetti kulturali aktar ġenerali tar-riċerka li tkun ser titwettaq u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku u l-għarfien tal-ġejjieni, fejn ikun xieraq, se jiġu indirizzati taħt dan il-programm speċifiku.
Se jitqiesu l-prinċipji ta' l-iżvilupp sostenibbli u l-ugwaljanza bejn is-sessi kif jixraq. Il-mira tal-programm huwa li jiżgura, billi jitħeġġu l-opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-"Azzjonijiet Marie Curie" kollha, u billi jiġu stabbiliti parametri għall-parteċipazzjoni tax-xjenzjati miż-żewġ sessi (mira ta" mill-inqas 40% parteċipazzjoni min-nisa). Barra minn hekk, l-azzjonijiet se jitfasslu b'mod li jneħħu l-ostakoli għall-mobilita? u biex jiżguraw li r-riċerkaturi jistgħu jiksbu bilanċ xieraq ta" xogħol/ħajja, billi jipprovdu inċentivi xierqa biex jassistu lill-familji tagħhom u biex jgħinu lir-riċerkaturi jsibu xogħol permanenti jew li jkomplu karriera fir-riċerka wara waqfien. Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet ta' l-aspetti etiċi, soċjali, legali u l-aspetti kulturali aktar ġenerali tar-riċerka li tkun ser titwettaq u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha, kif ukoll l-impatti soċjo-ekonomiċi ta' l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku u l-għarfien tal-ġejjieni, fejn ikun xieraq, se jiġu indirizzati taħt dan il-programm speċifiku.
Emenda 32
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 7
Sabiex tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta" l-Ewropa biex ssir iktar attraenti għar-riċerkaturi, l-"Azzjonijiet Marie Curie" se toħloq sinerġiji konkreti ma" l-azzjonijiet l-oħra kemm fi ħdan il-qafas tal-politika Komunitarja tar-riċerka, kif ukoll fi ħdan l-azzjonijiet taħt politiki Komunitarji oħra, eż. dwar l-edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjieg. It-tali sinerġiji se jiġu segwiti anke b'azzjonijiet li jsiru f'livelli nazzjonali u internazzjonali.
Sabiex tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal ta" l-Ewropa biex ssir iktar attraenti għar-riċerkaturi, l-"Azzjonijiet Marie Curie" se toħloq sinerġiji konkreti ma" l-azzjonijiet kemm fi ħdan il-qafas tal-politika Komunitarja tar-riċerka, kif ukoll fi ħdan l-azzjonijiet taħt politiki Komunitarji oħra, filwaqt li jkun żgurat li l-integrazzjoni tas-sessi jiġi inkluża f'oqsma bħall- edukazzjoni, il-koeżjoni u l-impjieg. Tali sinerġiji se jiġu segwiti anke b'azzjonijiet li jsiru f'livelli reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, speċifikament bil-ħsieb li tinkiseb koeżjoni reġjonali filwaqt li jitqies il-bżonn għal reġjuni anqas żviluppati li jattiraw riċerkaturi sabiex jgħinuhom jilħqu l-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp fit-tul jew f'perjodu medju.
Emenda 33
Anness, Introduzzjoni, paragrafu 7a (ġdid)
Se jkun essenzjali li jissaħħu r-rabtiet bejn ir-riċerka u r-riforma ta' l-universita? u l-proċess ta' konverġenza (il-'Proċess ta' Bologna') sabiex tiġi mħeġġa l-mobilita? tal-ħaddiema ta' riċerka u jkun żgurat li din ma twassalx għal sistema mfassla biss biex tiżgura t-tlestija mgħaġġla ta' l-istudji ta' l-universita? a skapitu ta' esperjenza barra mill-pajjiż.
Emenda 34
Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 1
L-azzjoni tiffinanzja t-taħriġ inizjali tar-riċerkaturi, tipikament maħsuba għall-ewwel erba" snin fil-karrieri tar-riċerkaturi, u jekk tinħtieġ, sena addizzjonali, biex jitkompla it-taħriġ inizjali. Permezz ta' mekkaniżmu ta' netwerking transnazzjonali, immirat għall-istruttura ta" parti sostanzjali mill-kapaċità fit-taħriġ ta" riċerka inizjali ta" kwalità għolja madwar l-Istati Membri kollha u l-pajjiżi assoċjati kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll f'dak privat, l-azzjoni timmira li ttejjeb il-prospettivi tal-karrieri tar-riċerkaturi fiż-żewġ setturi, u b'hekk tikber l-attrazzjoni għar-riċerkaturi żgħar għal karrieri fir-riċerka.
L-azzjoni tappoġġja t-taħriġ inizjali tar-riċerkaturi, li tipikament huwa ta' erba' snin (ekwivalenti għal 'full-time') tal-karrieri tagħhom, u jekk ikun meħtieġ, sena addizzjonali, biex jitlesta t-taħriġ inizjali. Permezz ta' mekkaniżmu ta' netwerking transnazzjonali, immirat għall-istrutturazzjoni ta" parti sostanzjali mill-kapaċità fit-taħriġ ta" riċerka inizjali ta" kwalità għolja madwar l-Istati Membri kollha u l-pajjiżi assoċjati kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll f'dak privat, l-azzjoni timmira li ttejjeb il-prospettivi tal-karrieri tar-riċerkaturi fiż-żewġ setturi, u b'hekk ittejjeb l-attrazzjoni taż-żgħażagħ għal karrieri ta' riċerka.
Emenda 35
Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 3
Il-programm ta" taħriġ konġunt għandu jkun koerenti fit-termini ta" standards ta" kwalità, b'arranġamenti xierqa sabiex jipprovdi superviżjoni u mentoring. Il-programm ta" taħriġ konġunt se jisfrutta l-kompetenzi komplimentarji tal-parteċipanti fin-netwerk, inklużi dawk mill-impriżi, kif ukoll sinerġiji oħra. Se jeħtieġ l-għarfien reċiproku tal-kwalità tat-taħriġ u, jekk possibbli, ta" diplomi u ċertifikati oħra mogħtija.
Il-programm ta" taħriġ konġunt għandu jkun koerenti f'termini ta" standards ta" kwalità, b'arranġamenti xierqa sabiex jipprovdi superviżjoni u mentoring. Il-programm ta" taħriġ konġunt se jisfrutta l-kompetenzi komplimentarji tal-parteċipanti fin-netwerk, inklużi dawk mill-impriżi, kif ukoll sinerġiji oħra. Se jeħtieġ l-għarfien reċiproku tal-kwalità tat-taħriġ u, jekk possibbli, ta" diplomi u ċertifikati oħra mogħtija. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-problemi ta' madwar l-impjieg fit-tul tar-riċerkaturi.
Emenda 36
Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 5, bulit 2a (ġdid)
· il-possibilta? li jitwaqqfu postijiet f'universitajiet għal perjodu limitat għal riċerkaturi li jaħdmu f'intrapriżi bl-intenzjoni li jissaħħu l-koperazzjoni bejn l-akkademju u n-negozju, u t-trasferiment ta' l-għarfien;
Emenda 37
Anness, Attivitajiet, Taħriġ inizzjali tar-riċerkaturi, paragrafu 5, bulits 3a u 3b (ġodda)
· attivitajiet li għandhom jintlaħqu b'koperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-iskop ta' taħriġ bikri ta' riċerkaturi;
· il-provvista ta' assistenza biex ikunu promossi pubblikazzjonijiet, studji u kotba minn riċerkaturi bil-għan li jinxtered l-għarfien u jkun appoġġjat l-iżvilupp teoretiku u xjentifiku tar-riċerkaturi.
Emenda 38
Anness, Attivitajiet, Taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, paragrafu 2
Ir-riċerkaturi li se jibbenefikaw minn din l-azzjoni għandhom jkollhom mill-inqas erba" snin ta" esperjenza fir-riċerka full-time; minkejja li l-azzjoni hija maħsuba għat-taħriġ matul il-ħajja jew l-iżvilupp fil-karriera, ġeneralment xorta waħda huwa mistenni li r-riċerkaturi jkollhom esperjenza f'karigi għolja.
Ir-riċerkaturi indirizzati minn din l-azzjoni għandhom ikollhom mill-inqas erba" snin jew ekwivalenti, esperjenza fir-riċerka full-time; minħabba li l-azzjoni hija maħsuba għat-taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp fil-karriera, madankollu huwa mistenni li r-riċerkaturi jkollhom esperjenza f'karigi aktar għolja.
Emenda 39
Anness, Attivitajiet, Taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, paragrafu 4, bulit 2
· Entitajiet oħra pubbliċi jew privati, fosthom organizzazzjonijiet kbar ta" riċerka, li jiffinanzjaw jew imexxu l-programmi tal-boroż ta" studju, jew b'mandat uffiċjali jew permezz ta" għarfien mill-awtoritajiet pubbliċi, bħal aġenziji stabbiliti mill-gvernijiet taħt il-liġi privata b'missjoni ta" servizz pubbliku, karitajiet eċċ.;
· Korpi oħra pubbliċi jew privati, fosthom organizzazzjonijiet kbar ta" riċerka, universitajiet jew organizzazzjonijiet oħra li jiffinanzjaw jew imexxu l-programmi tal-boroż ta" studju, jew b'mandat uffiċjali jew permezz ta" għarfien mill-awtoritajiet pubbliċi, bħal aġenziji stabbiliti mill-gvernijiet taħt il-liġi privata b'missjoni ta" servizz pubbliku, karitajiet, intrapriżi b'koperazzjoni ma' awtoritajiet pubbliċi eċċ.;
Emenda 40
Anness, Attivitajiet, Taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-karriera, paragrafu 6
Inizjalment, iż-żewġ mezzi ta" implimentazzjoni se jitmexxew parallelament. Waqt il-Programm ta" Qafas, evalwazzjoni ta" l-impatt taż-żewġ mezzi se tiddetermina l-modalitajiet ta" implimentazzjoni għall-bqija tal-programm.
Inizjalment, iż-żewġ mezzi ta" implimentazzjoni se jitmexxew parallelament permezz ta' modalita? ta' ko-finanzjament, li tipprovdi fażi inizzjali mfassla biex tippermetti li dawn jittwettqu. Waqt il-Programm ta" Qafas, evalwazzjoni ta" l-impatt taż-żewġ mezzi se tiddetermina l-modalitajiet ta" implimentazzjoni għall-bqija tal-programm.
Emenda 41
Anness, Attivitajiet, Sħubijiet u linji bejn l-industrija u l-akkademja, paragrafu 1
L-għan ta" din l-azzjoni huwa li tiftaħ u trawwem rotot dinamiċi bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika u l-intrapriżi kummerċjali privati, fosthom, b'mod partikolari l-SMEs, ibbażati fuq programmi ta" kooperazzjoni fuq terminu itwal b'potenzjal għoli għal żieda fit-taqsim ta" l-għarfien u l-komprensjoni reċiproka tad-diversi kuntesti kulturali u tad-diversi ħtiġijiet f'termini ta" kapaċità fiż-żewġ setturi.
L-għan ta" din l-azzjoni huwa li tiftaħ u trawwem rotot dinamiċi bejn l-organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika u l-intrapriżi kummerċjali privati, fosthom, b'mod partikolari l-SMEs, ibbażati fuq programmi ta" koperazzjoni fuq terminu itwal b'potenzjal għoli għal żieda fit-tqassim ta" l-għerf u l-għarfien reċiproċi tad-diversi kuntesti kulturali u tad-diversi ħtiġijiet f'termini ta" kapaċità fiż-żewġ setturi. L-azzjoni se tkun imfassla sabiex ma tillimitax il-mobilita? tar-riċerkaturi li qed jipparteċipaw, permezz ta' restrizzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni ta' riżultati tar-riċerka jew fuq ħidma ta' intrapriża għal ċerti organizzazzjonijiet.
Emenda 42
Anness, Attivitajiet, Sħubijiet u linji bejn l-industrija u l-akkademja, paragrafu 2 parti introduttorja
Din l-azzjoni se tiġi implimentata f'mod flessibbli permezz ta" programmi ta" kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet miż-żewġ setturi minn għallinqas żewġ Stati Membri jew pajjiżi assoċjati differenti, b'finanzjament għall-interazzjonijiet fl-ambitu tar-riżorsi umani fi ħdan dak il-qafas. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja tista' tingħata f'waħda jew aktar minn waħda mill-forom li ġejjin:
Din l-azzjoni se tiġi implimentata b'mod flessibbli , u se tibbaża fuq l-esperjenza miksuba minn sħubijiet eżistenti bejn l-industrija u l-akkademja madwar l-Unjoni Ewropea, permezz ta" programmi ta" koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet miż-żewġ setturi minn għallinqas żewġ Stati Membri jew Stati assoċjati differenti, b'appoġġ għall-interazzjonijiet fil-qafas tar-riżorsi umani fi ħdan dak il-qafas. L-appoġġ finanzjarju Komunitarju jista' jingħata f'forma waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
Emenda 43
Anness, Attivitajiet, Sħubijiet u linji bejn l-industrija u l-akkademja, paragrafu 2, bulit 3a (ġdid)
· azzjonijiet biex jissaħħaħ l-iżvilupp ta' raggruppamenti reġjonali instigati mir-riċerka.
Emenda 44
Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 1
Waqt li d-dimensjoni internazzjonali hija rikonoxxuta bħala parti fundamentali tar-riżorsi umani fl-R&D fl-Ewropa, din id-dimensjoni hija indirizzata permezz ta" azzjonijiet ddedikati kemm f'termini ta" żvilupp fil-karriera tar-riċerkaturi Ewropej kif ukoll f'termini ta" tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi.
Waqt li d-dimensjoni internazzjonali hija rikonoxxuta bħala parti fundamentali tar-riżorsi umani fl-R&D fl-Ewropa, din id-dimensjoni hija indirizzata permezz ta" azzjonijiet ddedikati kemm f'termini ta" żvilupp fil-karriera tar-riċerkaturi Ewropej kif ukoll f'termini tat-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali permezz tar-riċerkaturi fuq livell nazzjonali jew reġjonali.
Emenda 45
Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 2, punti (i)
i) boroż ta" studju ta" riċerka internazzjonali lil hinn mill-Ewropa, bl-obbligu li jirritornaw, għar-riċerkaturi esperti fi ħdan il-qafas ta" taħriġ matul il-ħajja u diversifikazzjoni tal-kompetenzi, għall-ksib ta' kapaċità u għarfien ġodda;
i) boroż ta" studju li għadhom sejrin li għandhom l-obbligu tar-ritorn lura lejn l-Unjoni Ewropea, għar-riċerkaturi b'esperjenza fi ħdan il-qafas ta" taħriġ tul il-ħajja u diversifikazzjoni tal-kompetenzi, u għal riċerkaturi li għadhom fil-bidu, sabiex jgħinuhom biex jiksbu ħiliet u għarfien ġodda.
Emenda 46
Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 2, punti (ii)
ii) għotja għar-ritorn u r-reintegrazzjoni fil-livell internazzjonali tar-riċerkaturi esperti wara esperjenza internazzjonali. Fl-ambitu ta" din l-azzjoni se jiġu ffinanzjati wkoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jinżammu infurmati b'mod attiv dwar u involuti fl-iżviluppi taż-Żona Ewropea ta" Riċerka.
ii) għotjiet iffinanzjati b'mod adegwat għar-ritorn u l-integrazzjoni mill-ġdid fil-livell internazzjonali tar-riċerkaturi b'esperjenza jew ta' dawk li għadhom fil-bidu wara esperjenza internazzjonali. Fl-ambitu ta" din l-azzjoni se jiġu appoġġati wkoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jinżammu infurmati b'mod attiv dwar u involuti fl-iżviluppi taż-Żona Ewropea ta" Riċerka, kif ukoll inċentivi għar-ritorn ta' riċerkaturi bbażata barra mill-Ewropa.
Emenda 47
Anness, Attivitajiet, Id-dimensjoni internazzjonali, paragrafu 3, punti (i)
i) boroż ta" studju internazzjonali ta" riċerka sabiex jattiraw riċerkaturi bi kwalifiki għolja mill-pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, għat-tisħiħ ta" l-għarfien u għall-iżvilupp ta" kuntatti f'livelli għolja. Riċerkaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jew minn pajjiżi b'ekonomiji emerġenti jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjament għall-fażi tar-ritorn. Se jiġi ffinanzjat ukoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-pajjiżi terzi fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jistrutturaw u jiżviluppaw il-kuntatti tagħhom mar-reġjuni ta" l-oriġini rispettivi.
i) boroż ta" studju internazzjonali sabiex jattiraw riċerkaturi bi kwalifiki għolja minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati, għat-tisħiħ ta" l-għerf u għall-iżvilupp ta" kuntatti f'livelli għolja. Riċerkaturi minn pajjiżi li qed jiżviluppaw jew minn pajjiżi b'ekonomiji emerġenti jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ għal fażi ta' ritorn. Se jiġu appoġġati wkoll in-netwerking tar-riċerkaturi mill-pajjiżi terzi fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati bil-ħsieb li jistrutturaw u jiżviluppaw il-kuntatti tagħhom mar-reġjuni ta" l-oriġini rispettivi, u se jiġu offruti inċentivi lil riċerkaturi tajbin fid-dinja kollha biex ikunu mħeġġa jgħixu fl-Ewropa.
Emenda 48
Anness, Attivitajiet, Azzjonijiet Speċifiċi
B'appoġġ għall-ħolqien ta" suq ta" xogħol Ewropew reali għar-riċerkaturi, hija prevista l-implimentazzjoni ta" sensiela ta" miżuri ta" akkompanjament, bl-iskop li jitneħħa t-tfixkil għall-mobilità u favur it-tisħiħ tal-prospettivi tal-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa. L-għan ta" dawn l-azzjonijiet, huwa li b'mod partikolari, iqajmu l-kuxjenza tal-partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali, biex jistimulaw u jsostnu l-azzjoni fil-livell ta" l-Istati Membri u fl-azzjonijiet kumplimentarji tal-Komunità.
B'appoġġ għall-ħolqien ta" suq ta" xogħol Ewropew reali għar-riċerkaturi, hija prevista l-implimentazzjoni ta" sensiela ta" miżuri ta" akkompanjament, bl-iskop li jitneħħa t-tfixkil għall-mobilità professjonali, speċjalment dawk relatati mas-sigurta? soċjali u l-kwistjonijiet ta' taxxa, li ħafna drabi jkunu ta' detriment biex jidħlu fil-qasam tar-riċerka, u favur it-tisħiħ tal-prospettivi tal-karriera tar-riċerkaturi fl-Ewropa, sabiex tkun aktar faċli biex jiġu rikonċiljati x-xogħol u l-ħajja tal-familja, mhux ta' l-anqas billi jippermettilhom li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta' finanzjament u salarju adegwati kif ukoll minn arranġamenti ta' sigurta? soċjali. L-għan ta" dawn l-azzjonijiet, huwa li b'mod partikolari, iqajmu l-kuxjenza tal-partijiet interessati u tal-pubbliku ġenerali, inkluż permezz ta' għotjiet 'Marie Curie' biex jistimulaw u jsostnu l-azzjoni fil-livell ta" l-Istati Membri u fl-azzjonijiet kumplimentarji tal-Komunità. Barra minn hekk, se jkun hemm dispożizzjoni għal inizjattivi Ewropej biex tkun faċilitata l-mobilita? ta' riċerkaturi u l-familiji tagħhom, u l-integrazzjoni tagħhom fil-pajjiżi ospitanti. L-inizjattivi kollha' Marie Curie' għandhom jiggarantixxu opportunitajiet ugwali u jeliminaw l-ostakoli kollha li jiffaċċjaw ħaddiema ta' riċerka b'diżabilita?.

(1) Għadha mhux ippublikata fil-ĠU.
(2) Għadha mhux ippublikata fil-ĠU
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Programm Speċifiku "Ideat" (is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *
PDF 437kWORD 113k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku "Ideat" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0441 – C6-0382/2005 – 2005/0186(CNS))
P6_TA(2006)0519A6-0369/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0441)(1) u l-proposta emendata (COM(2005)0441/2)(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0382/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0369/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 4
(4)  Il-proposti għar-"riċerka fuq il-fruntieri ta" l-għarfien" għandhom ikunu evalwati fuq il-bażi tal-kriterju waħdieni ta" l-eċċellenza skond il-ġudizzju ta" reviżuri li jkunu esperti fil-qasam u għandha tingħata importanza lil proġetti interdixxiplanari, proġetti innovattivi ta" riskju kbir u gruppi ġodda u riċerkaturi b'inqas esperjenza kif ukoll timijiet stabbiliti.
(4)  Il-proposti għar-"riċerka fuq il-fruntieri ta" l-għarfien", fis-sens ta' riċerka bażika, għandhom ikunu evalwati fuq il-bażi tal-kriterju waħdieni ta" l-eċċellenza skond il-ġudizzju ta" reviżuri li jkunu esperti fil-qasam u għandha tingħata importanza lil proġetti interdixxiplinari u multidixxiplinari, proġetti innovattivi ta" riskju kbir u gruppi ġodda u riċerkaturi b'inqas esperjenza kif ukoll timijiet stabbiliti.
Emenda 2
Premessa 6
(6)  Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta" dan il-Programm Speċifiku u għandha taġixxi bħala l-garanti ta" l-awtonomija sħiħa u l-integrità tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, kif ukoll ta" l-effikaċja funzjonali tiegħu.
(6)  Il-Kummissjoni, waqt perjodu ta' prova ta' sentejn sa massimu ta' tliet snin, għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta" dan il-Programm Speċifiku u għandha taġixxi bħala l-garanti ta" l-awtonomija sħiħa u l-integrità tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, kif ukoll ta" l-effikaċja funzjonali tiegħu.
Emenda 3
Premessa 8
(8)  Biex tiggarantixxi l-integrità ta" l-ERC, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Programm Speċifiku jiġi implimentat skond l-għanijiet stipulati.
(8)  Biex tiggarantixxi l-integrità ta' l-ERC, il-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għandha tiżgura li l-Programm Speċifiku jiġi implimentat skond l-għanijiet stipulati.
Emenda 4
Premessa 10
(10)  Il-Programm ta" Qafas għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra tal-Komunità li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta" l-għanijiet ta" Liżbona, flimkien, b'mod partikolari, ma" dawk tal-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
(10)  Il-Programm ta" Qafas għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra tal-Komunità li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta" l-għanijiet ta" Liżbona, flimkien, b'mod partikolari, ma" dawk tal-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura u l-midja, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
Emenda 5
Premessa 13
(13)  Attivitajiet tar-riċerka mwettqa fi ħdan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea.
(13)  Attivitajiet tar-riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw il-valur ċiviku u umanistiku tar-riċerka, filwaqt li jirrispettaw id-diversità etika u kulturali.
Emenda 6
Premessa 14 a (ġdida)
(14a) Biex ikunu ssimplifikati s-sejħiet għal proposti u jkunu mnaqqsa l-ispejjeż , il-Kummissjoni għandha toħloq database bħala prerekwiżit għan-notifika tal-parteċipanti fis-sejħiet għal proposti.
Emenda 7
Premessa 17
(17)  Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni indipendenti tal-ħidma ta" l-ERC. Fid-dawl ta" din l-evalwazzjoni u filwaqt li jiġu kkunsidrati l-esperjenzi ta' l-ERC fir-rigward tal-prinċipji bażiċi, għandha tiġi kkunsidrata l-possibilità, mhux iktar tard mill-2010, li l-ERC tiġi rrikostitwita bħala struttura legalment indipendenti, li tista' tkun ibbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat.
(17)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, wara perjodu ta' prova ta' sentejn sa massimu ta' tliet snin, issir evalwazzjoni indipendenti tal-ħidma ta' l-ERC. Fuq il-bażi tar-riżultati miksuba, l-ERC għandha tingħata struttura fuq tul ta' żmien, li tiżgura l-awtonomija massima tagħha, filwaqt li tiggarantixxi t-trasparenza. Għalhekk, għandha tiġi kkunsidrata l-possibilità, mhux iktar tard mill-2010, li l-ERC jiġi rrikostitwita bħala struttura legalment indipendenti, li tista' tkun ibbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat.
Emenda 8
Artikolu 2
Skond l-Anness II tal-Programm ta" Qafas, l-ammont li jitqies meħtieġ għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun EUR 7 460 miljun, li minnu inqas minn 6% għandu jkun għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni.
Skond l-Anness II tal-Programm ta" Qafas, l-ammont li jitqies meħtieġ għat-twettiq tal-Programm Speċifiku għandu jkun EUR 7 560 miljun, li minnu massimu ta' 3% għandu jkun għan-nefqa fuq l-amministrazzjoni u l-persunal mill-baġit annwali għad-dispożizzjoni ta' l-ERC.
Emenda 9
Artikolu 2a (ġdid)
Artikolu 2a
1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass neċessarju biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b'mod effettiv u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
2.  In-nefqa amministrattiva ġenerali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u ta" l-immaniġġjar għall-aġenzija eżekuttiva li hu propost li tkun stabbilita , għandha tkun proporzjonali għall-attivitajiet li jitwettqu skond dan il-programm u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta" l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.
3.  Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta' l-immaniġġjar finanzjarju sod, jiġifieri skond il-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Emenda 27
Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid)
2a. Fir-rigward ta' l-użu ta' ċelluli staminali embrijoniċi tal-bniedem diġà derivati qabel l-adozzjoni ta' dan il-Programm ta' Qafas,l-istituzzjonijiet, korpi, u riċerkaturi għandhom ikunu suġġetti għal regoli stretti li jirregolaw liċenzji u s-sorveljanza, f'konformità mal-qafas legali ta' l-Istat Membru jew l-Istati kkonċernati.
Emenda 10
Artikolu 4, paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala l-garanti ta" l-awtonomija u l-integrità tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u għandha tiżgura t-twettiq xieraq tal-kompiti fdati lilu.
4.   Flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala l-garanti ta" l-awtonomija u l-integrità tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka u għandha tiżgura t-twettiq xieraq tal-kompiti fdati lilu.
Il-Kunsill Xjentifiku u l-Kummissjoni għandhom jissottomettu rapport annwali dwar il-ħidma ta' l-ERC lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u b'mod partikolari, jagħtu d-dettalji dwar kemm intlaħqu l-objettivi stabbiliti.
Emenda 11
Artikolu 4, paragrafu 4 a (ġdid)
4a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tar-riċerka jkunu evalwati u għandha tirrapporta dwar il-kontribut tagħhom għal soċjetà dinamika, ibbażata fuq l-għarfien, fl-Ewropa.
Emenda 12
Artikolu 5, paragrafu 1
1.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn xjentzjati, inġiniera u akkademiċi ta" l-ogħla reputazzjoni, maħtura mill-Kummissjoni, u li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement minn interessi esterni.
1.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn xjenzjati, inġiniera u akkademiċi ta" l-ogħla reputazzjoni, li jirrappreżentaw l-oqsma speċjalizzati u l-fergħat tar-riċerka kollha possibbli, u li jkollhom, flimkien ma' l-eċċellenza xjentifika, esperjenza ta' snin twal fl-immaniġġjar tax-xjenza, u li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement minn interessi esterni.
Emenda 13
Artikolu 5, paragrafu 3, punt (-a) (ġdid)
(-a) strateġija ġenerali għall-ħidma ta 'l- ERC li tiġi adattata regolarment għar-rekwiżiti xjentifiċi;
Emenda 14
Artikolu 5, paragrafu 3, punt (b)
(b) il-metodu għar-reviżjoni minn reviżuri esperti fil-qasam u għall-valutazzjoni tal-proposti, li fuq il-bażi tiegħu jkunu ddeterminati l-proposti li għandhom ikunu ffinanzjati;
(b) il-metodi u l-prinċipji għar-reviżjoni minn reviżuri esperti fil-qasam u għall-valutazzjoni tal-proposti, li fuq il-bażi tiegħu jkunu ddeterminati l-proposti li għandhom ikunu ffinanzjati;
Emenda 15
Artikolu 6, paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta" ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u tistipula f'aktar dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi li jinsabu fl-Anness I, il-finanzjament assoċjat, u l-iskeda għall-implimentazzjoni.
1.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill Xjentifiku għandhom jadottaw il-programm ta" ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u jistipulaw f'aktar dettall l-għanijiet u l-prijoritajiet xjentifiċi u teknoloġiċi li jinsabu fl-Anness I, il-finanzjament assoċjat, u l-iskeda għall-implimentazzjoni.
Emenda 16
Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità baġitarja kulmeta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi statistika ta' l-infiq iddikjarata fir-rimarki u l-anness tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 17
Artikolu 8, paragrafu 6
6.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf regolarment lill-kumitat dwar il-progress ġenerali ta" l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku.
6.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf regolarment lill-kumitat u lill-kumitat responsabbli fi ħdan il-Parlament Ewropew dwar il-progress ġenerali ta" l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdihom b'informazzjoni dwar l-azzjonijiet kollha ta' l-RTD iffinanzjati skond il-Programm Speċifiku.
Emenda 18
Artikolu 8, paragrafu 6 a (ġdid)
6a. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun fih evalwazzjoni ta' kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju u evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u r-regolarità ta' l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku tal-Programm Speċifiku.
Emenda 19
Artikolu 18 a (ġdid)
Artikolu 8a
1.  Wara perjodu ta' prova ta' sentejn sa massimu ta' tliet snin, esperti indipendenti għandhom jevalwaw il-ħidma ta' l-ERC. Huma għandhom inter alia, jevalwaw kemm intlaħqu l-objettivi ta' l-ERC kemm il-proċeduri imxew b'mod effiċjenti u trasparenti, jekk l-indipendenza xjentifika setgħetx tkun iggarantita u kemm ġiet ikkunsidrata l-eċċellenza xjentifika. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni għandha tqis liema struttura hija l-aktar adattata għall-ERC fuq tul ta' żmien.
2.  Minkejja din l-evalwazzjoni għandha tintgħażel f'kull każ, struttura għall-ERC fuq tul ta' żmien li tiggarantixxi l-awtonomija massima tagħha filwaqt li jkunu żgurati wkoll it-trasparenza u r-responsabilità fir-rigward tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
Emenda 20
Anness I, Attivitajiet, paragrafu 1 a (ġdid)
Multidixxiplinarjetà u interdixxiplinarjetà se jitħeġġu, l-ewwel waħda permezz ta' mekkaniżmi komuni applikabbli għal iżjed minn tema teknoloġika jew xjentifika waħda. Interdixxiplinarjetà se tittratta l-isfidi maħluqa mill-kumplessità tal-problemi, inklużi dawk f'temi prijoritarji, fir-rigward ta' liema, sempliċi approċċ unidixxiplinarju mhux kapaċi li jilħaq progress xjentifiku relevanti u li jżomm ir-riżultati milli jkunu xierqa għal bidla fi progress soċjali, ambjentali jew ekonomiku.
Emenda 21
Anness I, Il-Kunsill Xjentifiku, paragrafu 1
Il-Kunsill Xjentifiku se jkun magħmul minn rappreżentanti mill-ogħla livell tal-komunità xjentifika Ewropea, li jkunu qed jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, mingħajr irbit ma" interessi estranji. Il-membri tal-kunsill jinħatru mill-Kummissjoni wara proċedura indipendenti ta' għażla.
Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-ogħla livell tal-komunità xjentifika Ewropea, li l-kwalifiki tagħhom jinkludu mhux biss eċċellenza xjentifika mill-aħjar imma wkoll esperjenza twila ta' mmaniġġjar xjentifiku, li tirrappreżenta kemm jista' jkun oqsma ta' suġġetti u fergħat ta' riċerka liema rappreżentanti jkunu qed jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, mingħajr irbit ma" interessi estranji
Il-membri tal-kunsill jintgħażlu mill-Kunsill Xjentifiku minn fost il-komunità xjentifika , li għandu jiżgura d-diversità ta' l-oqsma ta' riċerka tax-xjentisti, wara li jitwaqqfu kriterji ġenerali mil-leġiżlatur Ewropew, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat u jinħatru mill-Kummissjoni wara smigħ fil-Parlament Ewropew.
Il-mandat tal-membri għandu jkun ta' 4 snin, b'possibilità ta' elezzjoni mill-ġdid għal 3 snin. Sistema ta' rotazzjoni għandha tintuża biex jiġu eletti l-membri, sabiex għal kull elezzjoni, terz mill-membri jiġu eletti mill-ġdid.
Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jadottaw kodiċi ta' kondotta biex jevitaw kunflitti ta' interess.
Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaħtar Segretarju Ġenerali biex jgħin fl-organizzazzjoni ta' xogħlu u jiżgura koperazzjoni effettiva mal-Kummissjoni u l-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata.
Emenda 22
Anness I, Struttura ta' implimentazzjoni dedikata
L-istruttura speċifika ta' implimentazzjoni se jkollha r-responsabbiltà għall-aspetti kollha ta' l-implimentazzjoni amministrattiva u t-twettiq tal-programm, skond id-dispożizzjonijiet tal-programm annwali ta' ħidma. B'mod partikolari, timplimenta l-proċessi ta' l-għażla u tar-reviżjoni esperta, skond il-prinċipji li jkun stabbilixxa l-Kunsill Xjentifiku, u tiżgura l-ġestjoni finanzjarja u xjentifika ta' l-għotjiet.
Il-Kunsill Xjentifiku se jkun inizjalment appoġġjat minn struttura ta' implimentazzjoni dedikata responsabbli għall-aspetti kollha ta' l-implimentazzjoni amministrattiva u t-twettiq tal-programm, skond id-dispożizzjonijiet tal-programm annwali ta' ħidma. B'mod partikolari, timplimenta l-proċeduri ta' evalwazzjoni, il-proċessi ta' l-għażla u tar-reviżjoni esperta, skond il-prinċipji li jkun stabbilixxa l-Kunsill Xjentifiku, u tiżgura l-ġestjoni finanzjarja u xjentifika ta' l-għotjiet.
L-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata se jkollha staff magħmul minn persunal xjentifiku u amministrattiv temporanju, ta' l-ewwel magħżul mill-Kunsill Xjentifiku wara proċedura pubblika u trasparenti. Il-persunal amministrattiv jista' jintgħażel speċifikament għal din ir-raġuni jew jista' jkun sekondat mill-istituzzjonijiet tal-Komunità.
L-amministrazzjoni għandha tkun effiċjenti u miżmuma għall-minimu meħtieġ sabiex jiġu żgurati t-tmexxija, l-istabilità u l-kontinwità ta' l-ERC.
Emenda 23
Anness I, Struttura ta' implimentazzjoni dedikata, paragrafu 1 a (ġdid)
L-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata se tirrapporta b'mod regolari lill-Kunsill Xjentifiku.
Emenda 24
Anness I, Rwol tal-Kummissjoni Ewropea, parti introduttorja
Il-Kummissjoni Ewropea sejra tiggarantixxi l-awtonomija sħiħa u l-integrità ta' l-ERC. Ir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-programm sejra tirrigwarda l-iżgurar li l-programm jitwettaq skond il-miri xjentifiċi deskritti iktar 'il fuq u r-rekwiżiti ta' l-eċċellenza xjentifika, kif determinat mill-Kunsill Xjentifiku huwa u jaġixxi indipendentement. B'mod partikolari, il-Kummissjoni sejra:
Flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni sejra tiggarantixxi l-awtonomija sħiħa u l-integrità ta' l-ERC. Ir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-programm sejra tirrigwarda l-iżgurar li l-programm jitwettaq skond il-miri xjentifiċi deskritti iktar 'il fuq u r-rekwiżiti ta' l-eċċellenza xjentifika, kif determinat mill-Kunsill Xjentifiku huwa u jaġixxi indipendentement. B'mod partikolari, il-Kummissjoni sejra:
Emenda 25
Anness I Rwol tal-Kummissjoni Ewropea, it-tieni punt
Tadotta l-programm ta' ħidma u l-pożizzjonijiet rigward il-metodoloġija ta' implimentazzjoni, kif definita mill-Kunsill Xjentifiku.
Flimkien mal-Kunsill Xjentifiku tadotta l-programm ta' ħidma u l-pożizzjonijiet rigward il-metodoloġija ta' implimentazzjoni, kif definita mill-Kunsill Xjentifiku.
Emenda 26
Anness I, L-Irwol tal-Kummissjoni Ewropea, punt 5 a (ġdid)
• Il-ħatra tad-direttur u ta' l-istaff maniġerjali ta' l-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata, bi ftehim mal-Kunsill Xjentifiku.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
(2)2 Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Programm speċifiku "Kapaċitajiet" (is-Seba" Programm ta" Qafas RTDD, 2007-2013) *
PDF 611kWORD 279k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-programm speċifiku "Kapaċitajiet" li jimplimenta s-Seba" Programm ta" Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta" dimostrazzjoni (COM(2005)0443 – C6-0384/2005 – 2005/0188(CNS))
P6_TA(2006)0520A6-0371/2006

(Proċedura ta" konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0443)(1) u l-proposta emendata (COM(2005)0443/2)(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0384/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0371/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-ammont indikattiv ta" referenza finanzjarja indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu ta" l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju għall 2007-2013 u jirrimarka li l-ammont annwali se jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u mmaniġġjar finanzjarju sod tas-17 ta" Mejju 2006(3);

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa" jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 4
(4)  Is-Seba" Programm ta" Qafas għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet Komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta" l-għanijiet ta" Liżbona, flimkien, b'mod partikolari, ma" dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
(4)  Il-Programm ta" Qafas għandu jikkumplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri u mill-Istati Membri permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f'organizzazzjonijiet intergovernattivi Ewropej tar-riċerka kif ukoll azzjonijiet Komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta" l-għanijiet ta" Liżbona, flimkien, b'mod partikolari, ma" dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.
Emenda 2
Premessa 9
(9)  Attivitajiet ta" riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom josservaw il-prinċipji fundamentali ta" l-etika, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea.
(9)  Attivitajiet ta" riċerka mwettqa fi ħdan dan il-programm għandhom jirrispettaw il-prinċipji etiċi fundamentali, inklużi dawk li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea u jerġgħu jasserixxu l-valuri ċiviċi u umanistiċi tar-riċerka, filwaqt li jiżguraw rispett għad-diversità etnika u kulturali.
Emenda 3
Premessa 10
(10)  Il-Programm ta" Qafas għandu jikkontribwixxi sabiex jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli.
(10)  Il-Programm ta" Qafas għandu jikkontribwixxi sabiex jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli.
Emenda 4
Premessa 11a (ġdida)
(11a) Biex ikunu simplifikati s-sejħiet għal proposti u jitnaqqsu l-ispejjeż, il-Kummissjoni għandha toħloq database bħala prerekwiżit biex jiġu notifikati l-parteċipanti fis-sejħiet għal proposti.
Emenda 5
Artikolu 3a, paragrafu 1 (ġdid)
Artikolu 3a
1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass neċessarju biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b'mod effettiv u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
Emenda 6
Artikolu 3a, paragrafu 2 (ġdid)
2.  In-nefqa amministrattiva totali tal-Programm Speċifiku, inkluża n-nefqa interna u ta" l-immaniġġjar għall-aġenzija eżekuttiva li hemm proposta li joħloq, għandha tkun proporzjonali għall-attivitajiet li jsiru skond il-Programm Speċifiku u hija suġġetta għad-deċiżjoni ta" l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlattivi.
Emenda 7
Artikolu 3a, paragrafu 3 (ġdid)
3.  Approprjazzjonijiet tal-baġit għandhom jintużaw skond il-prinċipju ta" l-immaniġġjar finanzjarju sod, jiġifieri skond il-prinċipji ta" l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.
Emenda 8
Artikolu 5, paragrafu 3
3.  L-Anness IV għal dan il-Programm Speċifiku jistabbilixxi inizjattiva għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi nazzjonali ta" riċerka li għandha tkun is-suġġett ta" deċiżjoni separata skond l-Artikolu 169 tat-Trattat.
3.  L-Anness IV għal dan il-Programm Speċifiku jistabbilixxi inizjattiva possibbli għall-implimentazzjoni konġunta tal-programmi nazzjonali ta" riċerka li għandha tkun is-suġġett ta" deċiżjoni separata skond l-Artikolu 169 tat-Trattat.
Emenda 9
Artikolu 5a (ġdid)
Artikolu 5a
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni minn qabel lill-awtorità baġitarja kull meta jkollha l-ħsieb li titbiegħed mill-analiżi ta" l-infiq iddikjarata fir-rimarki u fl-anness tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 10
Artikolu 6, paragrafu 2
2.  Il-Programm ta" Ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta" riċerka rilevanti li jitwettqu mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. Għandu jkun aġġornat fejn jixraq.
2.  Il-Programm ta" Ħidma għandu jqis l-attivitajiet ta" riċerka rilevanti li jitwettqu mill-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali, bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji ma" tali attivitajiet, jintlaħaq valur miżjud Ewropew, tkun influwenzata l-kompetittività industrijali u tinżamm rilevanza ma" politiki oħra tal-Komunità. Għandu jkun aġġornat fejn jixraq.
Emenda 11
Artikolu 7, paragrafu 3 a (ġdid)
3a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tar-riċerka jkunu evalwati u għandha tirrapporta dwar il-kontribut tagħhom għal soċjetà dinamika, ibbażata fuq l-għerf, fl-Ewropa.
Emenda 12
Artikolu 8, paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat regolarment bil-progress ġenerali ta" l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdiha b'tagħrif dwar l-azzjonijiet RŻT kollha ffinanzjati taħt dan il-programm.
5.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat u lill-kumitat responsabbli fi ħdan il-Parlament Ewropew regolarment bil-progress ġenerali ta" l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u għandha tipprovdihom b'tagħrif dwar l-azzjonijiet RTD kollha ffinanzjati taħt dan il-programm.
Emenda 13
Artikolu 8, paragrafu 5a (ġdid)
5a. Ir-rapport ta" evalwazzjoni tal-Kummissjoni għandu jkollu evalwazzjoni ta" kemm huwa sod l-immaniġġjar finanzjarju u evalwazzjoni ta" l-effiċjenza u r-regolarità ta" l-immaniġġjar baġitarju u ekonomiku tal-programm.
Emenda 14
Artikolu 8 a (ġdid)
Artikolu 8a
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta din id-Deċiżjoni u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku lill-korpi kompetenti għal reviżjoni f'ħin biżżejjed sabiex ikun żgurat li l-proċedura għall-modifikazzjoni ta" din id-Deċiżjoni tkun tista" titlesta sa l-aħħar ta" l-2010.
Emenda 15
Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', paragrafu 1, inċiż 5
-  It-tqarrib lejn xulxin tax-xjenza u s-soċjetà għall-integrazzjoni armonjuża tax-xjenza u t-teknoloġija fis-soċjetà Ewropea;kif ukoll
-  It-tqarrib lejn xulxin tax-xjenza u s-soċjetà għall-integrazzjoni armonjuża tax-xjenza u t-teknoloġija fis-soċjetà Ewropea; l-għoti ta' ħila lill-help desks ta" informazzjoni eżistenti ta" l-UE, nazzjonali jew reġjonal biex jipprovdu informazzjoni sħiħa lill-SMEs, lill-industrija u lill-istituzjonijiet ta" l-għerf, dwar il-Programm ta" Qafas, il-Programm ta" Qafas dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni, u l-Fondi Strutturali; kif ukoll
Emenda 16
Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', paragrafu 1, inċiż 6
- azzjonijiet orizzontali u miżuri ta' appoġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali.
- azzjonijiet orizzontali u miżuri ta' appoġġ għall-kooperazzjoni internazzjonali, inkluża l-koperazzjoni transkonfinali u interreġjonali.
Emenda 17
Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', paragrafu 4
L-azzjonijiet għall-koordinament ta" programmi mhux Komunitarji jista" jsir f'dan il-Programm Speċifiku bl-użu ta" l-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi nazzjonali ta' riċerka li jiġu implimentati b'mod konġunt (l-Artikolu 169 tat-Trattat) kif jidher fil-Programm Speċifiku ta" Kooperazzjoni.
L-azzjonijiet għall-koordinazzjoni ta" programmi mhux Komunitarji jistgħu jsiru f'dan il-Programm Speċifiku bl-użu ta" l-iskema ERA-NET u l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi nazzjonali ta' riċerka li jiġu implimentati b'mod konġunt (l-Artikolu 169 tat-Trattat) kif jidher fil-Programm Speċifiku ta" Koperazzjoni. L-azzjonijiet jintużaw ukoll sabiex isaħħu l-komplementarjetà u s-sinerġija bejn il-Programm ta" Qafas u l-attivitajiet li jitwettqu fil-qafas ta" l-istrutturi intergovernattivi.
Emenda 18
Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', intestatura 'Żvilupp koerenti mal-politiki tar-riċerka', paragrafu 3, bulit 1, subparagrafu 1, inċiż 2
-  Attività ta" monitoraġġ ta" l-investimenti fil-qasam tar-riċerka industrijali biex tipprovdi sors ta" informazzjoni konsistenti fih innifsu u komplementarju biex jgħin fl-għażla tad-direzzjoni tal-politika pubblika u biex tippermetti lill-impriżi jivverifikaw l-istrateġiji ta" investiment tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp. Dan se jinkludi tabelli ta" valutazzjoni perjodika ta" investimenti f'livelli ta" impriża u settorjali, stħarriġ dwar it-tendenzi ta" l-investiment privat fir-riċerka u l-iżvilupp, analiżi tal-fatturi li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet u l-prattika ta" l-investiment ta" l-impriżi fir-riċerka u l-iżvilupp, analiżi ta" l-impatti ekonomiċi, u valutazzjoni ta" l-implikazzjonijiet għall-politika.
–  Attività ta" monitoraġġ ta" l-investimenti fil-qasam tar-riċerka industrijali biex tipprovdi sors ta" informazzjoni internament konsistenti u komplementarju biex jgħin fl-għażla tad-direzzjoni tal-politika pubblika u biex jgħin lill-impriżi f'setturi ta" interess ewlieni għall-ekonomija ta" l-UE biex jivverifikaw l-istrateġiji ta" investiment tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp. Dan se jinkludi tabelli ta" valutazzjoni perjodika ta" investimenti f'livelli ta" impriża u settorjali, stħarriġ dwar it-tendenzi ta" l-investiment privat fir-riċerka u l-iżvilupp, analiżi tal-fatturi li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet u l-prattika ta" l-investiment ta" l-impriżi fir-riċerka u l-iżvilupp, analiżi ta" l-impatti ekonomiċi, u evalwazzjoni ta" l-implikazzjonijiet għall-politika.
Emenda 19
Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', intestatura , 'Żvilupp koerenti mal-politiki tar-riċerka', paragrafu 3, bulit 2, subparagrafu 1
L-għan hu t-tisħiħ tal-koordinament ta' l-oqsma tal-politika tar-riċerka permezz ta' azzjonijiet ta' sostenn (i) ta' l-implimentazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinament (open method of coordination [OMC]) u (ii) ta' inizjattivi mill-qiegħ meħuda minn bosta pajjiżi u reġjuni, li fejn hu xieraq jinvolvu partijiet interessati oħrajn (inklużi l-industrija, l-organizzazzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili).
L-għan hu t-tisħiħ tal-koordinazzjoni ta' l-oqsma tal-politika tar-riċerka, fejn din tista" toħloq b'mod ċar valur miżjud għas-sistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni, permezz ta' azzjonijiet ta' sostenn (i) ta' l-implimentazzjoni tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni (open method of coordination [OMC]) u (ii) ta' inizjattivi mill-qiegħ meħuda minn bosta pajjiżi u reġjuni, li fejn hu xieraq jinvolvu partijiet interessati oħrajn (inklużi l-industrija, l-organizzazzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili).
Emenda 20
Anness I, sottotitolu 'Introduzzjoni', intestatura, 'Żvilupp koerenti mal-politiki tar-riċerka', paragrafu 3, bulit 2, subparagrafu 3 a (ġdid)
Tingħata attenzjoni speċjali:
- lis-sinerġija fl-iżvilupp ta" potenzjal ta" riċerka flimkien ma" programmi favur l-innovazzjoni u programmi ta" Fondi Strutturali;
- lit-tnaqqis fl-ostakli amministrattivi u fiżiċi għal koperazzjoni transkonfinali effettiva bejn reġjuni fi Stati Membri differenti u
- lill-iżvilupp ta" kapaċità ta" riċerka u innovazzjoni kkombinati.
Emenda 21
Anness I, sottotitolu 'L-Infrastruttura ta" Riċerka', intestatura 'L-istrateġija', paragrafu 1
Sabiex l-Ewropa ssir l-ekonomija l-iktar kompetittiva u dinamika bbażata fuq l-għarfien fid-dinja, l-infrastrutturi moderni u effettivi ta" riċerka huma kritiċi għall-ksib tat-tmexxija fix-xjenza u t-teknoloġija. L-infrastrutturi ta" riċerka għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien ta" l-għarfien, fit-tixird ta" l-għarfien u l-applikazzjoni u l-isfruttament tiegħu, b'hekk l-innovazzjoni tkun imħeġġa. L-aċċess għalihom huwa dejjem aktar indispensabbli fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija. Ħafna infrastrutturi ta" riċerka evolvew minn faċilitajiet kbar dedikati kważi esklussivament għal dixxiplina speċifika, f'facilitajiet ta" servizz għal varjetà wiesgħa ta" komunitajiet xjentifiċi. Bis-saħħa ta" l-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni, kunċetti reċenti ta' infrastrutturi qed jespandu sabiex jinkludu sistemi mqassma ta' ħardwer, softwer u kontenuti b'valur kumulattiv enormi bħala arkivji ta' għarfien f'ħafna dixxiplini differenti.
Sabiex l-Ewropa ssir l-ekonomija l-iktar kompetittiva u dinamika bbażata fuq l-għarfien fid-dinja, l-infrastrutturi moderni u effettivi ta" riċerka huma kritiċi għall-ksib tat-tmexxija fix-xjenza u t-teknoloġija. L-infrastrutturi ta" riċerka għandhom irwol ewlieni fil-ksib ta" l-għerf, fit-tixird ta" l-għerf u l-applikazzjoni u l-isfruttament tiegħu, b'hekk l-innovazzjoni tkun imħeġġa. L-aċċess għalihom huwa dejjem aktar indispensabbli fl-oqsma kollha tax-xjenza, it-teknoloġija u t-tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza. Ħafna infrastrutturi ta" riċerka evolvew minn faċilitajiet kbar dedikati kważi esklussivament għal dixxiplina speċifika, f'facilitajiet ta" servizz għal varjetà wiesgħa ta" komunitajiet xjentifiċiBis-saħħa ta" l-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni, kunċetti reċenti ta' infrastrutturi qed jespandu wkoll sabiex jinkludu sistemi mqassma ta' ħardwer, softwer u kontenuti b'valur kumulattiv enormi bħala arkivji ta' għerf f'ħafna dixxiplini differenti u għal ħafna komunitajiet differenti ta" utenti.
Emenda 22
Anness I, sottotitolu 'L-infrastruttura ta" riċerka', intestatura 'L-istrateġija', paragrafu 2
L-azzjoni proposta għandha b'mod partikolari tagħti kontribut lill-iżvilupp, l-isfruttament u ż-żamma ta" l-għarfien, permezz tas-sostenn tagħha lill-infrastruttri ta" riċerka bbażati kemm fuq strateġija mill-qiegħ immexxija mill-eċċellenza kif ukoll b'waħda mmirata. It-titjib strateġiku ta" e-Infrastructures ibbażati fuq l-informazzjoni u l-komunikazzjoni huwa wkoll meqjus bħala element mexxej fit-tibdil tal-mod kif titwettaq ix-xjenza.
L-azzjoni proposta b'mod partikolari tagħti kontribut lill-iżvilupp, l-isfruttament u ż-żamma ta" l-għerf, permezz tas-sostenn tagħha lill-infrastruttri ta" riċerka bbażati kemm fuq strateġija mill-qiegħ 'il fuq immexxija mill-eċċellenza kif ukoll fuq strateġija mmirata konsistenti mar-riżorsi disponibbli u l-prijoritajiet prinċipali Ewropej. It-titjib strateġiku ta" e-Infrastructures u infrastutturi virtwali bbażati fuq l-informazzjoni u l-komunikazzjoni huwa wkoll meqjus bħala element mexxej ewlieni fit-tibdil tal-mod kif jitwettaq ix-xogħol xjentifiku u huwa appoġġjat b'investiment sinifikanti minn parteċipanti pubbliċi u privati fil-partijiet kollha ta" l-Ewropa. Il-koordinazzjoni ma" l-Istati Membri hija essenzjali għall-iżvilupp u l-finanzjament ta" l-infrastrutturi.
Emenda 23
Anness I, sottotitolu 'L-infrastruttura ta" riċerka', intestatura 'L-istrateġija', paragrafu 3, parti introduttorja
It-terminu "Infrastrutturi ta" riċerka" fil-kuntest tal-Programm ta' qafas Komunitarju għar-Riċerka u l-Iżvilupp teknoloġiku jirreferi għall-faċilitajiet, riżorsi jew servizzi li huma meħtieġa mill-komunità ta" riċerka sabiex twettaq ir-riċerka fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi kollha. Din it-tifsira tinkludi, barra r-riżorsi umani assoċjati:
It-terminu "Infrastrutturi ta" riċerka" fil-kuntest tal-Programm ta' Qafas jirreferi għal faċilitajiet, riżorsi jew servizzi li huma meħtieġa mill-komunità ta" riċerka fis-settur pubbliku, fis-settur privat u fis-soċjetà ċivili sabiex twettaq ir-riċerka fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi kollha. Din it-tifsira tinkludi, barra r-riżorsi umani assoċjati:
Emenda 24
Anness I, sottotitolu 'L-infrastruttura ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', paragrafu 1, inċiż 1
- il-perfezzjonament ta" l-użu ta' infrastrutturi ta" riċerka eżistenti u t-titjib tar-rendiment tagħhom;
- bħala prijorità, il-perfezzjonament ta" l-użu ta' l-infrastruttura ta" riċerka eżistenti u tal-prestazzjoni tagħhom;
Emenda 25
Anness I, sottotitolu 'L-infrastruttura ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', paragrafu 1, inċiżi 2 u 3
it-trawwim ta' l-iżvilupp ta' infrastutturi ta' riċerka ġodda (jew titjib sostanzjali lil dawk eżistenti) ta" interess pan-Ewropew, ibbażat fuq ix-xogħol ta" l-ESFRI (Forum għall-istrateġija Ewropea dwar l-Infrastrutturi ta" Riċerka)
it-trawwim ta' l-iżvilupp ta' infrastutturi ta' riċerka ġodda (jew titjib sostanzjali lil dawk eżistenti) ta" interess pan-Ewropew, inkluż b'mod partikolari x-xogħol ta" l-ESFRI (Forum għall-istrateġija Ewropea dwar l-Infrastrutturi ta" Riċerka)
miżuri ta" sostenn, inkluż is-sostenn lill-ħtiġijiet li jinħolqu.
– miżuri ta" sostenn, inkluż is-sostenn lill-ħtiġijiet li jinħolqu u l-kapaċitajiet ta" żvilupp teknoloġiku fir-reġjuni ta" konverġenza.
Emenda 26
Anness I, sottotitolu ''L-infrastruttura ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.1.1.
L-infrastrutturi ta" riċerka ta" livell dinji jeħtieġu investimenti kbar u għal medda ta" żmien twil f'riżorsi (umani u finanzjarji). Għandhom jiġu użati u sfruttati minn komunità kemm jista" jkun kbira ta' xjenzjati u ta' industriji klijenti, fuq skala EwropeaL-UE għandha tagħti kontribut lil dan il-għan permezz tal-promozzjoni ta" L-Aċċess transnazzjonaliDan hu intiż għall-ftuħ ta" opportunitajiet ġodda għal timijiet ta' riċerka biex jiksbu aċċess għal infrastrutturi ta' riċerka aħjar, inklużi t-timijiet ta' riċerka, minn reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda. Dan l-aċċess għandu jkun disponibbli għal utenti esterni, sew personalment ("hands-on") sew permezz komunikazzjonijiet elettroniċi xierqa. Jista' wkoll jieħu l-għamla ta" għoti ta" servizzi xjentifiċi mill-bogħod. Dan għandu jkun implimentat permezz ta" sejħiet għal proposti "mill-qiegħ" miftuħa għall-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija mingħajr preferenza għal ebda qasam.
L-infrastrutturi ta" riċerka ta" livell dinji jeħtieġu investimenti kbar u għal medda ta" żmien twil f'riżorsi (umani u finanzjarji). Għandhom jiġu użati u sfruttati minn komunità kemm jista" jkun kbira ta' xjenzjati u ta' industriji tal-konsumatur, fuq skala Ewropea. L-UE għandha tagħti kontribut lil dan il-għan permezz tal-promozzjoni ta" L-Aċċess transnazzjonali. Dan hu intiż għall-ftuħ ta" opportunitajiet ġodda għal timijiet ta' riċerka, inkluż dawk minn reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda, biex jiksbu aċċess għall-aħjar infrastrutturi ta' riċerka. Dan l-aċċess għandu jkun disponibbli għal utenti esterni, sew personalment ("hands-on") sew permezz komunikazzjonijiet elettroniċi xierqa. Jista' wkoll jieħu l-għamla ta" għoti ta" servizzi xjentifiċi mill-bogħod. Dan għandu jkun implimentat permezz ta" sejħiet għal proposti "mill-qiegħ" miftuħa għall-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija mingħajr preferenza għal ebda qasam.
Emenda 27
Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.1.2., paragrafu 2, inċiż 1
– sejħiet "mill-qiegħ" biex jintensifikaw il-koordinament reċiproku u l-ġbir ta" riżorsi fost l-operaturi ta" l-infrastrutturi bil-għan li jħeġġu kultura ta" kooperazzjoni bejniethom. dawn l-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-istrutturazzjoni aħjar, fuq skala Ewropea, tal-mod kif l-infrastrutturi ta' riċerka joperaw, fit-tħeġġiġ ta" l-iżvilupp konġunt tagħhom f'termini ta' kapaċità u rendiment, u biex jinġieb 'il quddiem l-użu koerenti u interdixxiplinarju tagħhom
– sejħiet "mill-qiegħ" biex jintensifikaw il-koordinament reċiproku u l-ġbir ta" riżorsi fost l-operaturi ta" l-infrastruttura bil-għan li jħeġġu kultura ta" koperazzjoni bejniethom. Dawn l-attivitajiet għandhom jimmiraw ukoll għall-istrutturazzjoni aħjar, fuq skala Ewropea, tal-mod kif joperaw l-infrastrutturi ta' riċerka u biex jagħmluha iktar ċara lil utenti potenzjali kif joperaw u l-kondizzjonijiet ta" aċċess, għat-tħeġġiġ ta" l-iżvilupp konġunt tagħhom f'termini ta' kapaċità u prestazzjoni, u biex jinġieb 'il quddiem l-użu koerenti u interdixxiplinarju tagħhom;
Emenda 74
Anness I, parti 1, sottotitolu 'L-Infrastrutturi ta" Riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2, inċiż 2
– "sejħiet immirati" meta dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jkunu ta" benefiċċju ċar għas-sostenn ta' infrastrutturi ta' riċerka potenzjalment importanti fuq medda ta' żmien twil, kif ukoll jitħaffef l-istabbiliment tagħhom fuq il-livell ta' UE.. Se jitwettqu f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet li jkunu qed isiru fl-oqsma tematiċi sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha li jittieħdu fuq il-livell Ewropew fi ħdan il-qafas ta' l-UE jkunu jaqdu l-ħtiġijiet għall-infrastruttura ta' riċerka fil-qasam rispettiv. Diġà jistgħu jkunu identifikati s-setturi għal użu u tisħiħ aħjar ta" l-infrastrutturi Ewropej eżistenti, li jaqdu l-ħtiġijiet strateġiċi fuq medda ta' żmien twil tal-partijiet interessati ta" l-ambjent akkademiku, pubbliku u industrijali u tas-soċjetà ġenerali, bħax-xjenzi tal-ħajja u l-applikazzjonijiet tagħhom, it-teknoloġiji ta" l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp tar-riċerka industrijali inkluża l-metroloġija, is-sostenn għall-iżvilupp sostenibbli u partikolarment fil-qasam ta' l-ambjent, u għax-xjenzi soċjali u umanistiċi.
– "sejħiet immirati" meta dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jkunu ta" benefiċċju ċar għas-sostenn ta' infrastrutturi ta' riċerka potenzjalment importanti fuq medda ta' żmien twil, kif ukoll jitħaffef l-istabbiliment tagħhom fuq il-livell ta' UE.. Se jitwettqu f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet li jkunu qed isiru fl-oqsma tematiċi sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet kollha li jittieħdu fuq il-livell Ewropew fi ħdan il-qafas ta' l-UE jkunu jaqdu l-ħtiġijiet għall-infrastruttura ta' riċerka fil-qasam rispettiv. Diġà jistgħu jkunu identifikati s-setturi għal użu u tisħiħ aħjar ta" l-infrastrutturi Ewropej eżistenti, li jaqdu l-ħtiġijiet strateġiċi fuq medda ta' żmien twil tal-partijiet interessati ta" l-ambjent akkademiku, pubbliku u industrijali u tas-soċjetà ġenerali, bħax-xjenzi tal-ħajja u l-applikazzjonijiet tagħhom, b'mod partikulari l-infrastrutturi tar-riċerka klinika/netwerks għal mard pedjatriku, it-teknoloġiji ta" l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-iżvilupp tar-riċerka industrijali inkluża l-metroloġija, is-sostenn għall-iżvilupp sostenibbli u partikolarment fil-qasam ta' l-ambjent, u għax-xjenzi soċjali u umanistiċi.
Emenda 28
Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.1.3., paragrafu 1
It-twaqqif ta" l-e-Infrastructures jipprovdi servizzi kostanti lill-komunitajiet ta" riċerka bbażati fuq proċessi kumplessi maħsuba biex tgħaddi l-poter tar-riżorsi distribwiti bbażati fuq it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u komunikazzjoni (komputazzjoni, konnessjoni, strumenti) lill-komunitajiet virtwali. It-tisħiħ ta" strateġija Ewropea u ta" attivitajiet Ewropej relatati f'dan is-settur jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għat-tqawwija tal-potenzjal tar-riċerka Ewropea u ta" l-isfruttament tiegħu, għat-tisħiħ ta" l-e-Infrastructures bħala s-sisien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, "prekursur" ta" l-innovazzjoni interdixxiplinarja u mexxej fit-tibdil tal-mod kif titwettaq ix-xjenza. Tista" wkoll tagħti kontribut għall-integrazzjoni tat-timijiet ta" riċerka mir-reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda.
L-użu ta" l-e-Infrastructures jipprovdi servizzi essenzjali lill-komunitajiet ta" riċerka bbażati fuq proċessi maħsuba biex jgħaddu l-poter tar-riżorsi distribwiti bbażati fuq it-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (komputazzjoni, konnessjoni, strumenti) lill-komunitajiet virtwali. It-tisħiħ ta" strateġija Ewropea u ta" attivitajiet Ewropej relatati f'dan is-settur jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għat-tisħiħ tal-potenzjal tar-riċerka Ewropea u ta" l-isfruttament tiegħu, għat-tisħiħ ta" l-e-Infrastructures bħala s-sisien taz-Zona Ewropea tar-Riċerka, "prekursur" ta" l-innovazzjoni interdixxiplinarja u mexxej fit-tibdil tal-mod kif titwettaq ix-xjenza. Huwa essenzjali wkoll għall-integrazzjoni tat-timijiet ta" riċerka mir-reġjuni periferiċi u dawk l-iktar imbiegħda bl-użu ta' dan il-proċess.
Emenda 29
Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.1.3., paragrafu 3
Se jkun meħtieġ is-sostenn koordinat ta" libreriji diġitali, arkivji, ħażna tat-tagħrif, ġestjoni tat-tagħrif u l-ġbir meħtieġ ta" riżorsi, fuq livell Ewropew, sabiex l-arkivji tat-tagħrif jiġu organizzati għall-komunità xjentifika u għall-ġenerazzjonijiet ta" xjenzjati tal-ġejjieni. Se jkunu indirizzati l-aspetti ta" affidabilità u fiduċja mtejba fl-e-Infrastructures. L-attivitajiet proposti se jimmiraw ukoll għall-antiċipazzjoni u l-integrazzjoni ta' rekwiżiti u soluzzjonijiet ġodda sabiex jgħinu l-ħolqien ta" test-beds fuq skala wiesgħa maħsuba għall-esperimentazzjoni fuq teknoloġiji ġodda li jfixklu u biex jindirizzaw rekwiżiti ġodda ta" l-utenti, inkluż l-e-learning. L-eIRG (e-Infrastructure Reflection Group) se jgħin fuq bażi regolari b'rakkomandazzjonijiet strateġiċi.
Ikun meħtieġ li jiġu sostnuti b'mod koordinat libreriji diġitali (bil-għan li tinħoloq Librerija Diġitali Ewropea), arkivji, il-ħżin tad-dejta, l-immaniġġjar ta' dejta u l-ġbir meħtieġ ta" riżorsi, fuq livell Ewropew, sabiex l-arkivji tad-dejta jiġu organizzati għall-komunità xjentifika u għall-ġenerazzjonijiet ta" xjenzjati tal-ġejjieni. Ikunu indirizzati l-aspetti ta" affidabilità u fiduċja mtejba fl-e-Infrastructures, filwaqt li jitqies il-fatt li ġenerazzjonijiet futuri jridu jkunu jistgħu jkollhom aċċess għad-dejta. L-attivitajiet proposti se jimmiraw ukoll għall-antiċipazzjoni u l-integrazzjoni ta' rekwiżiti u soluzzjonijiet ġodda sabiex jgħinu l-ħolqien ta" test-beds fuq skala wiesgħa maħsuba għall-esperimentazzjoni fuq teknoloġiji ġodda li jfixklu u biex jindirizzaw rekwiżiti ġodda ta" l-utenti, inkluż l-e-learning. L-eIRG (e-Infrastructure Reflection Group) se jgħin fuq bażi regolari b'rakkomandazzjonijiet strateġiċi.
Emenda 30
Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2, paragrafu 1 a (ġdid)
ESFRI kif ukoll pjattaformi ta" teknoloġija, inizjattivi teknoloġiċi konġunti u l-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jintalbu biex jiddikjaraw b'mod espliċitu l-ħtiġijiet tagħhom għal infrastruttura ta" riċerka.
Emenda 31
Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2., paragrafu 1 u paragrafu 2, parti introduttorja
Sabiex jinġieb 'il quddiem il-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka bbażati fuq ix-xogħol imwettaq mill-ESFRI dwar l-iżvilupp ta' rotta Ewropea għal infrastrutturi ta' riċerka ġodda. Il-Kummissjoni se tidentifika proġetti prijoritarji li għalihom tista" tingħata għajnuna possibbli ta" l-UE taħt il-Programm ta" Qafas.
Sabiex jinġieb 'il quddiem il-ħolqien ta' infrastrutturi ġodda ta' riċerka skond il-prinċipju ta" "ġeometrija varjabbli" li jinkludi b'mod speċjali ix-xogħol imwettaq mill-ESFRI dwar l-iżvilupp ta' pjan direzzjonali (roadmap) Ewropew għal infrastrutturi ta' riċerka ġodda. Il-programm ta" ħidma jinkludi proġetti ta" prijorità magħżula li għalihom tista" tingħata għajnuna possibbli tal-KE.
L-attività li għandha x'taqsam mal-kostruzzjoni ta" infrastrutturi ġodda se tkun implimentata fi strateġija magħmula minn żewġ stadji:
L-attività li għandha x'taqsam mal-kostruzzjoni ta" infrastrutturi ġodda se tkun implimentata fi strateġija magħmula minn żewġ stadji fuq il-bażi ta" lista ta" kriterji stipulati fil-Programm ta" Qafas:
Emenda 32
Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2, paragrafu 2, bulit 2
Fit-tieni stadju, il-pjanijiet ta" kostruzzjoni se jkunu implimentati bil-bini fuq il-ftehimiet tekniċi, legali, amministrattivi u finanzjarji miksuba, primarjament bl-użu tal-komplementarjetà bejn l-istrumenti nazzjonali u dawk Komunitarji (bħall-Fondi Struttuali jew il-Bank Ewropew għall-Investiment). The Framework Programme financial support for the construction phase may be provided to those priority projects for which there is a critical need for such support. F'dawn il-każijiet, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu permezz ta" mekkaniżmu li se jiddependi fuq in-natura u l-livell ta" finanzjament meħtieġ (eż. għotja diretta, self mill-Bank Ewropew għall-Investiment, li l-aċċess għalih jista" jkun iffaċilitat mill-Faċilità ta" Finanzjament tal-Qsim tar-Riskju [Risk Sharing Finance Facility] (Anness III), Artikolu 171.)
Fit-tieni stadju, il-pjanijiet ta" kostruzzjoni jkunu implimentati bil-bini fuq il-ftehimiet tekniċi, legali, amministrattivi u finanzjarji miksuba, primarjament bl-użu tal-komplementarjetà bejn l-istrumenti nazzjonali u dawk Komunitarji (bħall-Fondi Struttuali jew il-Bank Ewropew ta" l-Investiment) bl-involviment ta" l-istituzzjonijiet finanzjarji privati xierqa. L-appoġġ finanzjarju tal-Programm ta" Qafas għall-fażi ta" kostruzzjoni jista" jkun ipprovdut lil dawk il-proġetti ta" prijorità li għalihom hemm ħtieġa kruċjali għal dan l-appoġġ. F'dawn il-każijiet, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu permezz ta" mekkaniżmu li se jiddependi fuq in-natura u l-livell ta" finanzjament meħtieġ (eż. għotja diretta, self mill-Bank Ewropew ta" l-Investiment, li l-aċċess għalih jista" jkun iffaċilitat mill-Faċilità ta" Finanzjament tal-Qsim tar-Riskju [Risk Sharing Finance Facility] (Anness III, Artikolu 171.)
Emenda 33
Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2 a (ġdid)
1.2.2.a Ċentri ta" "Innovazzjoni Miftuħa"
Biex ikun permess it-twettiq ta" proġetti ta" l-R&D industrijali u kollaborattivi ewlenin f'sit wieħed, b'sieħba fil-konsorzju jissekondaw l-istaff tagħhom f'impjiegi temporanji u/jew jipprovdu aċċess miftuħ għal infrastrutturi u servizzi ta" riċerka fuq il-bażi ta" qsim ta" faċilitajiet.
Emenda 34
Anness I, sottotitolu 'L-infrastrutturi ta" riċerka', intestatura 'L-Attivitajiet', punt 1.2.2 b (ġdid)
1.2.2.b Il-qsim ta" riżultati ta" riċerka
Sabiex ikun stabbilit "Server ta' Metodi Xjentifiċi" li jagħmel kontribut sinifikanti fl-effiċjenza ta" metodi ta" riċerka billi jagħmel ir-riżultati ta" ċerti passi ta" riċerka aċċessibbli f'kondizzjonijiet komparabbli.
Emenda 35
Anness I, sottotitolu 'Riċerka għall-benefiċċju ta" l-SMEs', intestatura 'l-Istrateġija', paragrafu 2
Se jkunu implimentati azzjoni speċifiċi biex jgħinu l-SMEs u għaqdiet ta" SMEs fil-bżonn li jqabbdu lil universitajiet u ċentri ta" riċerka biex jagħmlu r-riċerka (operaturi ta" l-RTD). Dawn l-azzjonijiet se jitwettqu fil-firxa sħiħa tal-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija. L-evalwazzjoni tal-proposti ta" proġetti se jqisu debitament l-impatt ekonomiku mistenni għall-SMEs. Il-mezzi finanzjarji jiġu allokati permezz ta' żewġ skemi: Riċerka għall-SMEs u Riċerka għall-għaqdiet ta" SMEs. L-ewwel hija maħsuba prinċipalment għal SMEs b'livell teknoloġiku minn baxx għal medju bi ftit ħila ta' riċerka jew mingħajrha, iżda wkoll għal SMEs bi grad għoli ta" attività ta" riċerka li jeħtiġilhom iqabbdu lil ħaddieħor jagħmel ir-riċerka biex jikkomplementaw il-qofol tal-kapaċità ta' riċerka tagħhom. It-tieni hija maħsuba għal għaqdiet ta" SMEs li normalment huma f'qagħda aħjar li jsiru jafu u jidentifikaw problemi tekniċi komuni tal-membri tagħhom, li jaġixxu f'isimhom, u li jġibu 'l quddiem it-tixrid u t-twettiq tar-riżultati.
Ikunu implimentati azzjonijiet speċifiċi biex jgħinu l-SMEs u għaqdiet ta" SMEs fil-bżonn li jqabbdu lil "operaturi tal-RTD" bħal universitajiet, ċentri ta" riċerka u SMEs bi grad għoli ta" attività ta" riċerka biex jagħmlu r-riċerka. Dawn l-azzjonijiet se jitwettqu fil-firxa sħiħa tal-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija. L-evalwazzjoni tal-proposti ta" proġetti se jqisu b'mod xieraq l-impatt ekonomiku mistenni għall-SMEs. Il-mezzi finanzjarji se jiġu allokati permezz ta' żewġ skemi: Riċerka għall-SMEs u Riċerka għall-għaqdiet ta" SMEs. L-ewwel hija maħsuba prinċipalment għal SMEs b'livell teknoloġiku minn baxx għal medju bi ftit ħila ta' riċerka jew mingħajrha, iżda wkoll għal SMEs b'kapaċitajiet teknoloġiċi u mis-setturi tradizzjonali li jeħtiġilhom iqabbdu lil ħaddieħor jagħmel ir-riċerka biex jikkomplementaw il-qofol tal-kapaċità ta' riċerka teknoloġika tagħhom. It-tieni hija maħsuba għal għaqdiet ta" SMEs li normalment huma f'qagħda aħjar li jsiru jafu jew jidentifikaw problemi tekniċi komuni tal-membri tagħhom, li jaġixxu f'isimhom, u li jġibu 'l quddiem it-tixrid u t-twettiq tar-riżultati.
Emenda 36
Anness I, sottotitolu 'Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs', intestatura 'Strateġija', paragrafu 3
Minbarra dawn l-azzjonijiet speċifiċi, il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs matul il-Programm ta" Qafas se tiġi mħeġġa u ffaċilitata. Il-ħtiġijiet u l-potenzjal tar-riċerka ta' l-SMEs jitqiesu debitament fl-iżvilupp tal-kontenut ta' l-oqsma tematiċi tal-programm "kooperazzjoni", li se jkunu implimentati permezz ta' proġetti ta' daqs u ambitu differenti skond il-qasam u t-tema.
Minbarra dawn l-azzjonijiet speċifiċi, il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs matul il-Programm ta" Qafas se tiġi mħeġġa u ffaċilitata. B'mod partikulari, il-proċeduri amministrattivi għall-SMEs isiru eħfef u iżjed ċari u jitnaqqsu l-ispejjeż għall-SMEs li jibbenefikaw mill-Programm ta' Qafas. Il-ħtiġijiet u l-potenzjal tar-riċerka ta' l-SMEs jitqiesu debitament fl-iżvilupp tal-kontenut ta' l-oqsma tematiċi tal-programm "koperazzjoni", li se jkunu implimentati permezz ta' proġetti ta' daqs u ambitu differenti skond il-qasam u t-tema.
Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, għandhom jittieħdu miżuri sabiex titħaffef il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs b'mod individwali jew f'raggruppamenti fi proġetti konnessi mat-temi ta' prijorità tal-programm "Koperazzjoni" u fi pjattaformi teknoloġiċi.
Fil-finanzjament ta' proġetti li jinvolvu l-SMEs, għandhom isiru sforzi sabiex tiġi żgurata l-akbar kontribuzzjoni possibbli mill-istituzzjonijiet kollha tal-Komunità, inklużi l-EIB u l-EIF.
Emenda 37
Anness I, sottotitolu 'Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs', intestatura 'Strateġija', paragrafu 4
During the implementation of the Community RTD Framework Programme, complementarity and synergy will be ensured with the actions of the Competitiveness and Innovation Framework Programme to encourage and facilitate the participation of SMEs in the Community RTD Framework Programme.
Matul l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Qafas, il-komplementarjetà u s-sinerġija se jkunu garantiti bl-azzjonijiet tal-Programm ta" Qafas għall-Kompetittività u Innovazzjoni sabiex il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs tkun imħeġġa u ffaċilitata fil-Programm ta' Qafas. Titfittex koordinazzjoni ukoll mal-programmi ta' riċerka nazzjonali rilevanti, li jikkumplimentaw l-attivitajiet ta' riċerka mfissra hawn taħt. B'dan il-għan, tista" tingħata kunsiderazzjoni ukoll għall-implimentazzjoni konġunta possibbli tal-programmi ta" l-iżvilupp teknoloġiku immirati lejn l-SMEs taħt il-EUREKA sabiex iħeġġu proġetti innovatorji mmirati lejn il-ħtiġijiet tas-suq. Għandhom jiġu segwiti l-objettivi li ġejjin:
- it-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni ta' l-SMEs fil-Programm ta' Qafas u t-tħaffif ta' l-aċċess tagħhom għalih; u,
- l-iżgurar li l-SMEs jieħdu vantaġġ b'mod sħiħ mill-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli taħt il-Programm ta' Qafas.
Għandhom jiġu introdotti proġetti sempliċi, qosra u ta' proċedura ħafifa li ma jinvolvux prinċipji finanzjarji kumplessi jew rapportar mhux meħtieġ. Applikazzjoni komuni u prinċipji kuntrattwali se jiġu applikati kemm fil-Programm ta' Qafas u kemm fil-Programm ta" Qafas għall-Kompetittività u Innovazzjoni, fejn ikun possibbli.
Emenda 38
Anness I, sottotitolu 'Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs', intestatura 'Strateġija', paragrafu 4 a (ġdid)
Jiddaħħlu ukoll mekkaniżmi għall-koperazzjoni mal-programmi ta" appoġġ R&D nazzjonali u reġjonali għall-SMEs, bil-mira li jiġi provdut servizz aktar lokali mfassal għall-ħtiġijiet tagħhom u sabiex isaħħu l-massa kritika u d-dimensjoni Ewropea tad-diversi skemi ta" appoġġ nazzjonali.
Emenda 39
Anness I, sottotitolu'Riċerka għall-benefiċċju ta" l-SMEs', intestatura 'Attivitajiet', paragrafu 1, bulit 1
Din l-iskema tagħti appoġġ lil gruppi żgħar ta' SMEs innovattivi sabiex isolvu problemi teknoloġiċi komuni jew komplementari. Il-proġetti, li huma għal żmien relattivament qasir, kienu msejsa fuq il-ħtiġijiet innovattivi ta" l-SMEs li jqabbdu operaturi ta" l-RTD jagħmlu r-riċerka u għandhom juru potenzjal ta" sfruttament ċar għall-SMEs ikkonċernati.
Din l-iskema tagħti appoġġ lill-kriterju ta' gruppi żgħar ta' SMEs innovattivi u intrapriżi tas-snajja' sabiex isolvu problemi teknoloġiċi komuni jew komplementari u jagħtihom appoġġ f'dan ix-xogħol. Il-proġetti, li huma għal żmien relattivament qasir, kienu msejsa fuq il-ħtiġijiet innovattivi ta" l-SMEs li jqabbdu operaturi ta" l-RTD jagħmlu r-riċerka u għandhom juru potenzjal ta" sfruttament ċar għall-SMEs ikkonċernati.
Emenda 40
Anness I, sottotitolu 'Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs', intestatura 'Attivitajiet', paragrafu 1, bulit 2 a (ġdid)
Riċerka għall-gruppi żgħar ta" SMEs.
Biex jingħata appoġġ lil gruppi żgħar ta' SMEs innobvattivi ħalli jsolvu problemi teknoloġiċi komuni jew kumplementari, permezz tal-Programm ta' Qafas u/jew skemi ta' finanzjament intergovernattivi, bħall-inizjattivi JEREMIE u JASPER tal-Kummissjoni, ta' l-EIB u ta' tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD).
Emenda 41
Anness I, sottotitolu 'Riċerka għall-benefiċċju ta" l-SMEs', intestatura 'Attivitajiet', sotto intestatura 'Aspetti komuni ta" l-iskemi', inċiż 3 a (ġdid)
-  Sabiex jiġi stimulat l-R&D fl-SMEs li jagħmlu r-riċerka u li jkollhom potenzjal kbir ta' tkabbir fuq bażi sostenibbli, il-Kummissjoni tista' wkoll tressaq proposta għal inizjattiva ta' l-Artikolu 169 tat-Trattat b'koperazzjoni ma' l-EUREKA (eżempju, l-inizjattiva Eurostars).
Emenda 42
Anness I, sottotitolu 'Reġjuni ta" l-għerf', intestatura 'Strateġija', paragrafu 3
"Ir-Reġjuni ta" l-Għarfien" jimmira għas-sostenn tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta" l-aħjar politika u strateġiji għall-iżvilupp tar-raggruppamenti mmexxija mir-riċerka u żvilupp. Se jtejjeb partikolarment ir-rilevanza u l-effettività ta' l-aġendi reġjonali ta' riċerka permezz ta' tagħlim reċiproku; promote and strengthen cooperation between clusters; and contribute to strengthening the sustainable development of existing R&D driven clusters as well as foster the creation of new ones. Se jiġi pprovdut sostenn partikolarment lill-proġetti mmexxija mid-domanda u orjentati lejn il-problemi billi oqsma u setturi teknoloġiċi speċifiċ jkunu indirizzati.
"Ir-Reġjuni ta" l-Għarfien" jimmira għas-sostenn tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta" l-aħjar politika u strateġiji għall-iżvilupp tar-raggruppamenti mmexxija mir-riċerka u żvilupp. Se jtejjeb partikularment ir-rilevanza u l-effettività ta' l-aġendi reġjonali ta' riċerka permezz ta' tagħlim reċiproku, jippromwovi u jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn ir-raggruppamenti u jikkontribwixxi għat-tisħiħ l-iżvilupp sostenibbli tar-raggruppamenti mmexxijin mir-riċerka u żvilupp kif ukoll tistimula l-ħolqien ta' oħrajn ġodda. Se jiġi pprovdut sostenn partikularment lill-proġetti mmotivati mid-domanda u orjentati lejn il-problemi billi jkunu indirizzati oqsma u setturi teknoloġiċi speċifiċi, b'mod partikulari fejn dawn diġà wrew integrazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali, l-aġenziji ta" l-iżvilupp, l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka u l-industrija.
Emenda 43
Anness I, sottotitolu 'Reġjuni ta" l-għarfien', intestatura 'Strateġija', paragrafu 4 a (ġdid)
Trid tingħata attenzjoni b'mod speċifiku għal koperazzjoni bejn reġjuni ta' fruntieri adjaċenti fi Stati Membri differenti. Bħall-programmi INTERREG III fl-UE, u fuq il-bażi ta' l-objettiv territorjali tal-Fondi Strutturali, il-programm Reġjuni ta' l-Għerf għandu jinkorpora fih ukoll soluzzjonijiet għal problemi transkonfinali u mekkaniżmi li jinkuraġġixxu koperazzjoni reġjonali transkonfinali fil-qasam tar-riċerka, irrispettivament jekk l-azzjonijiet jaqgħux taħt objettiv ta' konverġenza jew ta' kompetittività reġjonali.
Emenda 44
Anness I, sottotitolu 'Reġjuni ta" l-għarfien', intestatura 'Attivitajiet', paragrafu 1, bulit 2
"Tutorat" ta" reġjuni bi profil ta" riċerka anqas żviluppat minn reġjuni żviluppati ħafna permezz tat-twaqqif ta" raggruppamenti orjentati lejn ir-riċerka u żvilupp. Il-konsorzji reġjonali transnazzjonali se jimmobilitaw u jassoċjaw atturi tar-riċerka fl-universitajiet, fl-industrija u fil-gvern sabiex jagħtu soluzzjonijiet ta" "gwida" ma" u għal reġjuni teknoloġikament anqas żviluppati.
"Mentoring" ta" reġjuni bi profil ta" riċerka anqas żviluppat minn reġjuni żviluppati ħafna permezz tat-twaqqif ta" raggruppamenti orjentati lejn ir-riċerka u żvilupp jew permezz ta' integrazzjoni aħjar ta" raggruppamenti eżistenti fis-suq globali. Il-konsorzji reġjonali transnazzjonali se jimmobilitaw u jassoċjaw atturi tar-riċerka fl-universitajiet, fl-industrija u fil-gvern sabiex jagħtu soluzzjonijiet ta" "gwida" ma" u għal reġjuni teknoloġikament anqas żviluppati. Arranġamenti ta' mentoring iridu jinkludu miżuri sabiex tinkiseb kollaborazzjoni eqreb mal-komunitajiet xjentifiċi ta' l-Istati Membri l-ġodda.
Emenda 45
Anness I, sottotitolu 'Reġjuni ta" l-għarfien', intestatura 'Attivitajiet', paragrafu 1, bulit 3
Inizjattivi għat-titjib ta" l-integrazzjoni ta" l-atturi u istituzzjonijiet tar-riċerka f'ekonomija reġjonali, permezz ta' l-interazzjonijiet fuq livell ta' raggruppament. Dawn se jinkludu attivitajiet transnazzjonali għat-titjib tar-rabtiet bejn l-partijiet interessati fir-riċerka u l-komunitajiet kummerċjali lokali kif ukoll l-attivitajiet relevanti bejn ir-raggruppamenti.
Inizjattivi għat-titjib ta" l-integrazzjoni ta" l-atturi u istituzzjonijiet tar-riċerka f'ekonomija reġjonali, permezz ta' l-interazzjonijiet fuq livell ta' raggruppament. Dawn se jinkludu attivitajiet transnazzjonali għat-titjib tar-rabtiet bejn l-partijiet interessati fir-riċerka u l-komunitajiet kummerċjali lokali kif ukoll l-attivitajiet relevanti bejn ir-raggruppamenti. Dawn l-attivitajiet jistgħu jgħinu jidentifikaw il-kumplimentarjetajiet fl-RDT, bil-għan li juru l-vantaġġi ta" l-integrazzjoni.
Emenda 46
Anness I, sottotitolu 'Reġjuni ta" l-għarfien', intestatura 'Attivitajiet', paragrafu 2
Se jingħata wkoll sostenn lill-attivitajiet għall-promozzjoni ta' skambju sistematiku reċiproku ta' informazzjoni kif ukoll l-interazzjonijiet bejn proġetti simili u fejn hu xieraq, ma' azzjonijiet ta' programmi Komunitarji relevanti oħra (eż. laqgħat ta' ħidma għall-analiżi u s-sinteżi, assemblej għad-diskussjoni (round-tables), pubblikazzjonijiet).
Se jingħata wkoll sostenn lill-attivitajiet għall-promozzjoni ta' skambju sistematiku reċiproku ta' informazzjoni kif ukoll l-interazzjonijiet bejn proġetti simili u fejn hu xieraq, ma' azzjonijiet ta' programmi Komunitarji relevanti oħra (eż. laqgħat ta' ħidma għall-analiżi u s-sintesi, assemblei għad-diskussjoni, round-tables, pubblikazzjonijiet) u l-involviment ta" pajjiżi terzi fejn dan huwa essenzjali għall-objettivi tal-proġett.
Emenda 47
Anness I, sottotitolu 'Potenzjal tar-Riċerka', intestatura 'Attivitajiet', paragrafu 1, bulit 1
l-iskambju ta" l-għarfien espert u ta' esperjenza permezz ta" trasferiment temporanju reċiproku ta' staff ta' riċerka bejn iċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw, u organizzazzjoni(jiet) oħra assoċjata/i minn pajjiż(i) ieħor/oħrajn fi Stat ieħor ta" l-UE, b" mekkaniżmi obbligatorji awtomatiċi ta" ritorn ta' l-istaff misluf li ġej miċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw
• L-iskambju ta" l-għerf espert u ta' esperjenza permezz ta" trasferiment transnazzjonali u reċiproku ta' staff ta' riċerka u ta' amministraturi bejn iċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw, u organizzazzjoni(jiet) oħra assoċjata/i fi Stat Membru, pajjiż assoċjat, pajjiż ġar jew pajjiż terz, b'mekkaniżmi obbligatorji awtomatiċi ta" ritorn ta' l-istaff misluf li ġej miċ-ċentri magħżula fir-reġjuni li jikkwalifikaw;
Emenda 48
Anness I, sottotitolu 'Potenzjal tar-Riċerka', intestatura 'Attivitajiet', paragrafu 1, bulit 4
· L-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma u konferenzi biex jiffaċilitaw it-trasferiment ta' għarfien f'livell nazzjonali u internazzjonali li jinvolvi kemm l-istaff ta" riċerka taċ-ċentri magħżula kif ukoll ir-riċerkaturi mistiedna, minn pajjiżi oħra fil-qafas ta" l-iżvilupp tal-kapaċità ta" taħriġ u r-reputazzjoni internazzjonali taċ-ċentri magħżula; il-parteċipazzjoni ta'l-istaff ta" riċerka taċ-ċentri magħżula taħt l-iskema f'konferenzi internazzjonali jew avvenimenti ta" taħriġ għal żmien qasir, għall-qsim ta" l-għarfien, il-bini tan-networking u biex jesponu rwieħhom għal ambjent iżjed internazzjonali;
· L-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma u konferenzi biex jiffaċilitaw it-trasferiment ta' għarfien f'livell nazzjonali u internazzjonali li jinvolvi kemm l-istaff ta" riċerka taċ-ċentri magħżula kif ukoll ir-riċerkaturi mistiedna, minn pajjiżi oħra fil-qafas ta" l-iżvilupp tal-kapaċità ta" taħriġ u r-reputazzjoni internazzjonali taċ-ċentri magħżula; il-parteċipazzjoni ta'l-istaff ta" riċerka taċ-ċentri magħżula taħt l-iskema f'konferenzi internazzjonali jew avvenimenti ta" taħriġ għal żmien qasir, għall-qsim ta" l-għarfien, il-bini tan-networking u biex jesponu ruħhom għal ambjent iżjed internazzjonali;
Emenda 49
Anness I, sottotitolu 'Ix-xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Objettiv', paragrafu 1 a (ġdid)
L-għarfien xjentifiku u l-iżvilupp soċjali se jinfluwenzaw lil xuxlin, b'mod partikulari fil-qasam tal-politika ambjentali. Barra minn dan, bħala kontro-argument għall-argumenti irrazzjonali u psewdo-xjentifiċi mressqin f'dibattiti pubbliċi, se jintużaw iżjed elementi kwantitattivi.
Emenda 50
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 2
Il-parti l-kbira ta" l-iżvilupp tas-soċjetajiet Ewropej tiddependi fuq il-ħila ta" dawn ta' l-aħħar li joħolqu, jisfruttaw u jxerrdu l-għarfien u, minn hemm, ma jaqtgħu qatt mit-tiġdid. Ir-riċerka xjentifika għandha rwol kbir f'dan ir-rigward, u dan għandu jissokta billi huwa wieħed mill-muturi għall-promozzjoni tat-tkabbir, il-benessri, u l-iżvilupp sostenibbli.
Il-parti l-kbira ta" l-iżvilupp tas-soċjetajiet Ewropej tiddependi fuq il-ħila ta" dawn ta' l-aħħar li joħolqu, jisfruttaw u jxerrdu l-għarfien u, minn hemm, ma jaqtgħu qatt mit-tiġdid. L-għerf ġdid jiżviluppa madwar is-soċjetà kollha, iżda rwol prinċipali fil-ħolqien tiegħu huwa tat-"triangolu ta' l-għerf': ir-riċerka', l-edukazzjoni, l-innovazzjoni. Ir-riċerka xjentifika għandha rwol kbir f'dan ir-rigward, u dan għandu jissokta billi huwa wieħed mill-muturi għall-promozzjoni tat-tkabbir, il-benessri, u l-iżvilupp sostenibbli.
Emenda 51
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 3
Biex jinkiseb dan l-għan, huwa assolutament importanti li jinħoloq ambjent soċjali u kulturali li jwassal għal riċerka ta" suċċess u ta" sfruttament. Dan ifisser li tħassib u ħtiġijiet leġittimi tas-soċjetà jintlaqgħu, li għalihom jeħtieġ dibattitu demokratiku msaħħaħ b'pubbliku aktar impenjat u infurmat, kif ukoll kundizzjonijiet mtejba għall-għażliet kollettivi dwar kwistjonijiet xjentifiċi. Għandu jwaqqaf ukoll klima favorevoli għas-sejħiet għal xogħolijiet xjentifiċi, żieda ġdida fl-investimenti fir-riċerka u t-tixrid sussegwenti ta" l-għarfien li fuqu l-istrateġija ta" Liżbona hija mibnija.
Biex jinkiseb dan l-għan, huwa assolutament importanti li jinħoloq ambjent soċjali u kulturali li jwassal għal riċerka ta" suċċess u ta" sfruttament. Dan ifisser li tħassib u ħtiġijiet leġittimi tas-soċjetà jintlaqgħu, li għalihom jeħtieġ dibattitu demokratiku msaħħaħ b'pubbliku aktar impenjat u infurmat, kif ukoll kundizzjonijiet mtejba għall-għażliet kollettivi dwar kwistjonijiet xjentifiċi. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jitħallew iqabbdu entitajiet barranin biex jagħmlu l-ħtiġijiet tar-riċerka. Għandu jwaqqaf ukoll klima favorevoli għas-sejħiet għal xogħolijiet xjentifiċi, żieda ġdida fl-investimenti fir-riċerka u t-tixrid sussegwenti ta" l-għarfien li fuqu l-Istrateġija ta" Liżbona hija mibnija. Din l-attività tfittex ukoll li ġġib l-integrazzjoni sħiħa tan-nisa fid-dinja xjentifika. Kwistjonijiet konnessi max-'xjenza u s-soċjetà' (bħar-relazzjoni bejn it-teknoloġija, l-impjiegi u l-post tax-xogħol jew l-għażliet ewlenin fil-qasam ta' l-enerġija, l-ambjent u s-saħħa), jeħtieġu jieħdu dimensjoni Ewropea dejjem akbar.
Emenda 52
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 4
timla l-vojt bejn dawk li għandhom edukazzjoni xjentifika u dawk li ma għandhomx, tippromwovi interess għall-kultura xjentifika fl-ambjent dirett taċ-ċittadini kollha (permezz ta' bliet, reġjuni, fondazzjonijiet, ċentri xjentifiċi, eċċ.)
- timla l-vojt bejn dawk li għandhom edukazzjoni xjentifika u dawk li ma għandhomx, tippromwovi interess għall-kultura xjentifika fl-ambjent dirett taċ-ċittadini kollha (permezz ta' bliet, reġjuni, fondazzjonijiet, ċentri xjentifiċi, mużewijiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, eċċ.)
Emenda 53
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 4 a (ġdid)
- tħeġġeġ id-dibattitu u d-diskussjoni fil-komunità tar-riċerka dwar l-aspetti soċjali tar-riċerka,
Emenda 54
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 4 b (ġdid)
- l-esplorazzjoni ta' modi ta' kif is-sistema Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni titmexxa aħjar,
Emenda 55
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 6
toħloq stampa tax-xjenza u tar-riċerkaturi li tinftiehem minn kulħadd, l-aktar miż-żgħażagħ
- turi lix-xjenza u lir-riċerkaturi bħala li tista' toqgħod fuqhom u tipprovdi stampa tax-xjenza u tar-riċerkaturi li tinftiehem minn kulħadd, l-aktar miż-żgħażagħ,
Emenda 56
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 7
tgħin lin-nisa jkomplu jagħmlu progress f'karrieri xjentifiċi u użu aħjar tat-talenti xjentifiċi tagħhom għall-ġid ta" kulħadd
- tagħti spinta lill-progress tan-nisa f'karrieri xjentifiċi u lill-użu tat-talenti xjentifiċi tagħhom għall-ġid ta" kulħadd;
Emenda 57
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 8
tirrinnova l-komunikazzjoni xjentifika, billi tiffavorixxi mezzi moderni għall-ksib ta" impatt akbar, tgħin ix-xjenzjati jaħdmu b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-professjonisti tax-xandir.
- tirrinova l-komunikazzjoni xjentifika, billi tiffavorixxi mezzi moderni għall-ksib ta" impatt akbar, tgħin ix-xjenzati jaħdmu b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-professjonisti tax-xandir, b'mod partikulari fil-qasam ta' l-ICT l-ġodda.
Emenda 58
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', paragrafu 7, inċiż 8 a (ġdid)
– tikkollabora ma" inizjattivi ta" l-iżvilupp ta' mediċinali mhux għal skop ta' profitt.
Emenda 59
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', subtitolu 'L-ewwel linja ta' azzjoni:', bulit 1, inċiż 1
titjib fl-użu, u l-monitoraġġ ta" l-impatt, tal-konsulenza xjentifika u l-għarfien espert dwar it-tfassil tal-politika fl-Ewropa, u l-iżvilupp ta" għodod u skemi prattiċi (eż. netwerks elettoniċi)
- għajnuna f'taħriġ kontinwu u ta' aġġornament għall-professjonisti u l-uffiċjali li jamministraw programmi ta' għajnuna u riċerka fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom, f'ħidma biex jinkisbu metodi uniformi u l-familjarità ma' l-aqwa prattika
Emenda 60
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'L-ewwel linja ta" azzjoni: ', bulit 1, inċiż 2
il-promozzjoni tal-fiduċja u l-awtoregolazzjoni fil-komunità xjentifika
– il-promozzjoni tal-leġittimità demokratika, tal-fiduċja u ta' l-awtoregolazzjoni fil-komunità xjentifika, li terġa' tiddefinixxi u xxerred il-kriterji bażiċi għas-salvagwardji xjentifiċi
Emenda 61
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'L-ewwel linja ta" azzjoni: ', bulit 2, inċiż 2 a (ġdid)
-  Enfasi ikbar fuq id-diskussjoni fil-komunità tar-riċerka dwar l-aspetti soċjali tar-riċerka.
Emenda 62
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'L-ewwel linja ta" azzjoni:', bulit 3
Sabiex ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà tkun indirizzata permezz ta" politika soda, l-għarfien miġbur fl-istorja, soċjoloġija u filosofija tax-xjenzi għandu jitwessa', ikkonsolidat u mxerred fuq livell Ewropew. Għal dan il-għan, l-istudjużi minn dawn id-dixxiplini għandhom jiffurmaw netwerks sabiex ir-riċerka u d-dibattiti li kapaċi jikxfu l-parteċipazzjoni reali tax-xjenza fil-bini tas-soċjetà u identità Ewropea jkunu strutturati.
Sabiex ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà tkun indirizzata permezz ta" politiki sodi, l-għerf miġbur matul il-kors ta" l-istorja, fil-wirt xjentifiku u teknoloġiku u fis-soċjoloġija u l-filosofija tax-xjenzi għandu jitwessa', ikkonsolidat u jinxtered fuq livell Ewropew. Għal dan il-għan, l-istudjużi minn dawn id-dixxiplini għandhom jiffurmaw netwerks sabiex ir-riċerka u d-dibattiti li kapaċi jikxfu u jikkontribwixxu għad-dibattitu dwar il-parteċipazzjoni reali tax-xjenza fil-bini tas-soċjetà u ta' identità Ewropea jkunu strutturati, b'enfasi partikolari:
Ir-rabtiet bejn ix-xjenza, id-demokrazija u l-liġi
-  Ir-rabtiet bejn ix-xjenza, id-demokrazija u l-liġi
Ir-riċerka dwar l-etika fix-xjenza u t-teknoloġija
-  Ir-riċerka dwar l-etika fix-xjenza u t-teknoloġija
L-influwenza reċiproka tax-xjenza u l-kultura
-  L-influwenza reċiproka tax-xjenza u l-kultura
Ir-rwol u d-dehra tax-xjenzjati
-  L-irwol u d-dehra ta" l-irġiel u n-nisa fix-xjenza
-  L-evalwazzjoni tar-riskju u l-proċeduri ta' l-amministrazzjoni bħala għodod għat-teħid tad-deċiżjonijiet, sabiex jiġu limitati r-reazzjonijiet irrazzjonali mis-soċjetà
-  Metodi li bihom ix-xjenza tkun tista" tinftiehem aktar mis-soċjetà u li bihom tħeġġeġ id-dibattitu pubbliku.
Emenda 63
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', subtitolu 'It-Tieni linja ta' azzjoni:', bulit 2, parti introduttorja
L-attivitajiet huma maħsuba biex jiġbdu iktar nies fil-karrieri xjentifiċi, iħeġġu rabtiet bejn il-ġenerazzjonijiet, u jgħollu l-livell ta" litteriżmu xjentifiku f'livell ġenerali. L-iskambji u l-kooperazzjoni fuq livell Ewropew se jiffukaw fuq metodi ta" tagħlim ta" suġġetti xjentifiċi adatti għal pubbliku ta" żgħażagħ, is-sostenn għall-għalliema tax-xjenza (kunċetti, materjal), l-iżvilupp tar-rabtiet bejn l-iskejjel u l-ħajja professjonali. Minbarra dan, jistgħu jiġu ffinanzjati avvenimenti b'ambitu wiesa" Ewropew li jlaqqgħu flimkien xjenzjati distinti – bħala "mudelli għall-oħrajn" – u xjenzjati żgħar li jippromettu. Ir-riċerka ta" sostenn se tkun indirizzata, billi jitqiesu kuntesti soċjali u tal-valuri kulturali. Inżammu tliet aspetti:
L-attivitajiet huma maħsuba biex jiġbdu iktar nies lejn karrieri xjentifiċi, iħeġġu rabtiet bejn il-ġenerazzjonijiet, u jgħollu l-livell ta" litteriżmu xjentifiku f'livell ġenerali, u fuq kollox biex janalizzaw il-fatturi li jżommu liż-żgħażagħ milli jagħżlu karriera fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija. L-iskambji u l-koperazzjoni fuq livell Ewropew se jiffukaw fuq metodi ta" tagħlim ta" suġġetti xjentifiċi adatti għal pubbliku ta" żgħażagħ, is-sostenn għall-għalliema tax-xjenza (kunċetti, materjal), l-iżvilupp tar-rabtiet bejn l-iskejjel u l-ħajja professjonali. Minbarra dan, jistgħu jiġu ffinanzjati avvenimenti b'ambitu wiesa" Ewropew li jlaqqgħu flimkien xjenzati distinti – bħala "mudelli għall-oħrajn" – u xjenzati żgħar li jippromettu. Ir-riċerka ta" sostenn se tkun indirizzata, billi jitqiesu kuntesti soċjali u tal-valuri kulturali. Inżammu tliet aspetti:
Emenda 64
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', subtitolu 'It-tieni linja ta' azzjoni:', bulit 2, inċiż 3 a (ġdid)
-  Iż-żieda tat-tagħlim ta' suġġetti xjentifiċi fl-UE fuq kull livell tal-kurrikula nazzjonali.
Emenda 65
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'It-tielet linja ta" azzjoni:', inċiż 5
promozzjoni ta" komunikazzjoni transnazzjonali eċċellenti fil-qasam tar-riċerka permezz ta" Premji popolari;
-  Promozzjoni ta" komunikazzjoni transnazzjonali eċċellenti fil-qasam tar-riċerka u x-xjenza permezz ta" premji popolari u l-introduzzjoni ta' Ġimgħa għall-Kultura Xjentifika
Emenda 66
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'It-tielet linja ta" azzjoni: ', inċiżi 6 a u 6 b (ġodda)
-  Komunikazzjoni mtejba tar-riżultati tar-riċerka u tal-problemi relatati mar-riċerka mill-komunità xjentifika kemm lil dawk li jagħmlu d-deċiżjonijiet politiċi u kemm lill-pubbliku, bil-għan li jagħtu kontribut kwalifikat lid-dibattitu dwar il-politika tax-xjenza.
-  It-tħeġġiġ lir-riċerkaturi biex jikkomunikaw mas-soċjetà ġenerali sabiex ikunu miftuħa fir-rigward tas-suppożizzjonijiet u l-valuri, l-inċertezzi u l-interessi ekonomiċi possibbli fir-riċerka tagħhom
Emenda 67
Anness I, sottotitolu 'Xjenza fis-soċjetà', intestatura 'Strateġija', sottotitolu 'It-tielet linja ta" azzjoni a:' (ġdida)
It-tielet linja ta' azzjoni a: Multilingwiżmu
L-inizjattivi taħt il-Programm ta' Qafas se jfittxu li jsaħħu l-R&D rigward it-teknoloġiji tas-soċjetà ta' l-informatika fil-qasam lingwistiku u li jippromwovu x-xjenza u t-teknoloġija fil-qasam tal-multilingwiżmu.
Emenda 68
Anness I, sottotitolu 'Attivitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali', intestatura 'Objettiv', paragrafu 2 a (ġdid)
Se tkun preparata strateġija ġenerali għall-koperazzjoni internazzjonali li tinkludi l-azzjonijiet internazzjonali kollha li saru taħt il-programmi differenti fi ħdan il-Programm ta' Qafas.
Emenda 69
Anness I, sottotitolu 'Attivitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali', intestatura 'Strateġija', paragrafu 1, parti introduttorja
Sabiex jiġu identifikati u stabbiliti l-oqsma prijoritarji tar-riċerka ta' interess reċiproku u benefiċju reċiproku mal-pajjiżi terzi fil-mira (Pajjiżi msieħba fil-Kooperazzjoni Internazzjonali) għall-azzjonijiet speċifiċi ta' kooperazzjoni internazzjonali tal-Programmi Speċifiki ta' Kooperazzjoni, id-djalogu politiku attwali u n-netwerks ta" sħubija se jissaħħu ma" reġjuni differenti f'dawn il-pajjiżi terzi biex jipprovdu implus biex jgħinu lill-implimentazzjoni ta" dawn l-azzjonijiet. Il-koerenza ta" l-attivitajiet nazzjonali dwar il-kooperazzjoni xjentifika internazzjonali se tikber bis-sostenn tal-koordinament tal-programmi nazzjonali (L-Istati Membri, pajjiżi kandidati u assoċjati) permezz ta' koordinament multilaterali tal-politika u attivitajiet nazzjonali ta' l-RTD. Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-Programm ta' Qafas sejra tkun immirata b'mod speċjali lejn il-gruppi ta' pajjiżi li ġejjin:
Sabiex jiġu identifikati u stabbiliti l-oqsma prijoritarji tar-riċerka ta' interess reċiproku u ta' benefiċċju reċiproku mal-pajjiżi terzi mmirati (Pajjiżi msieħba fil-Koperazzjoni Internazzjonali) għall-azzjonijiet speċifiċi ta' koperazzjoni internazzjonali tal-Programmi Speċifiki ta' Koperazzjoni, id-djalogu politiku attwali u n-netwerks ta" sħubija se jissaħħu ma" reġjuni differenti f'dawn il-pajjiżi terzi biex jipprovdu impuls biex jgħinu lill-implimentazzjoni ta" dawn l-azzjonijiet, u jkun provdut l-għan għall-koordinazzjoni ma" l-attivitajiet internazzjonali ta" l-Istati Membri sabiex jiksbu s-sinerġija. Il-koerenza ta" l-attivitajiet nazzjonali dwar il-koperazzjoni xjentifika internazzjonali se tikber bis-sostenn tal-koordinament tal-programmi nazzjonali (L-Istati Membri, pajjiżi kandidati u assoċjati) permezz ta' koordinament multilaterali tal-politiki u attivitajiet nazzjonali ta' l-RTD. Il-koperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-Programm ta' Qafas sejra tkun immirata b'mod speċjali lejn il-gruppi ta' pajjiżi li ġejjin:
Emenda 70
Anness I, sottotitolu 'Attivitajiet ta" koperazzjoni internazzjonali', intestatura 'Strateġija', paragrafu 2
L-azzjonijiet ta" riċerka ta' kooperazzjoni internazzjonali li jkunu orjentati lejn it-temi jsiru taħt il-Programm Speċifiku Koperazzjoni. L-azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-potenzjal uman isiru taħt il-Programm Speċifiku Nies. L-attivitajiet ta" sostenn orizzontali tal-kooperazzjoni internazzjoni huma mfissra f'dan il-programm. Sejjer jiġi żgurat il-koordinament ġenerali ta' l-azzjonijiet ta' kooperazzjoni internazzjonali taħt il-programmi differenti.
L-azzjonijiet ta" riċerka ta' koperazzjoni internazzjonali li jkunu orjentati lejn it-temi jsiru taħt il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni. L-azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-potenzjal uman isiru taħt il-Programm Speċifiku Nies. L-attivitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet ta' koperazzjoni speċifiċi, inklużi l-miżuri li jsostnu l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Ewropea għall-koperazzjoni internazzjonali fix-xjenza, huma deskritti f'dan il-programm. Sejjer jiġi żgurat il-koordinament ġenerali ta' l-azzjonijiet ta' koperazzjoni internazzjonali taħt il-programmi differenti.
Emenda 71
Anness III, paragrafu 1
Skond l-Anness II, il-Komunità se tipprovdi għotja (Azzjoni ta" koordinament u sostenn) lill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI). Din l-għotja se tikkontribwixxi għall-għan Komunitarju biex jinkoraġġixi investiment mis-settur privat fir-riċerka billi jżid il-kapaċità tal-Bank li jimmaniġġja r-riskju, b'hekk ikun permess (i) volum akbar ta" self mill-BEI għal ċertu livell ta" riskju, u (ii) il-finanzjament ta" azzjonijiet ta" RTD aktar riskjużi milli kif ikun possibbli mingħajr dan il-finanzjament Komunitarju.
Skond l-Anness II, il-Komunità se tipprovdi għotja (Azzjoni ta" koordinament u sostenn) lill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI), li sejjer ikun sieħeb fir-riskju maqsum. Din l-għotja se tikkontribwixxi għall-għan Komunitarju biex irawwem investiment tas-settur privat fl-RTD u fid-dimostrazzjoni billi jżid il-kapaċità tal-Bank li jimmaniġġja r-riskju, b'hekk ikun permess (i) volum akbar ta" self u garanziji mill-BEI għal ċertu livell ta" riskju, u (ii) il-finanzjament ta" azzjonijiet ta" RTD aktar riskjużi milli kif ikun possibbli mingħajr dan il-finanzjament Komunitarju.
Emenda 72
Anness III, paragrafu 2
Il-BEI ser isellef fondi miġbura minn swieq finanzjarji internazzjonali skond ir-regoli, regolamenti u proċeduri standard tiegħu. Huwa mbagħad se juża din l-għotja, flimkien mal-fondi tiegħu, bħala provviżjonijiet u allokazzjoni tal-kapital fi ħdan il-bank biex ikopri parti mir-riski marbuta ma dan is-self għal azzjonijiet ta" RTD Ewropej eliġibbli.
Il-BEI ser isellef fondi miġbura minn swieq finanzjarji internazzjonali skond ir-regoli, regolamenti u proċeduri standard tiegħu. Huwa mbagħad se juża din l-għotja, flimkien mal-fondi tiegħu, bħala proviżjonijiet u allokazzjoni tal-kapital fi ħdan il-bank biex ikopri parti mir-riski marbuta ma' dan is-self għal azzjonijiet ta" RTD Ewropej eliġibbli.
Emenda 73
Anness III, paragrafu 5, bulit 2
· L-eliġibilità ta" azzjonijiet kbar ta" RTD Ewropej. Konvenzjonalment, l-iżvilupp ta" infrastrutturi ta" riċerka finanzjati mill-Komunità taħt il-Programm Speċifiku għandhom ikunu awtomatikament eliġibbli. Infrastrutturi ta" riċerka oħra jistgħu jitiqiesu wkoll. F'konformità mar-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-Tratta, il-ftehim ta" għotja għandu jistabbilixxi wkoll modalitajiet proċedurali u jiggarantixxi l-possibilità ta" veto tal-Komunità taħt ċerti ċirkustanzi għall-użu ta" l-għotja ta" provvista ta" self proposta mill-BEI.
· L-eliġibilità ta" azzjonijiet ta" RTD Ewropej. Konvenzjonalment, l-iżvilupp ta" infrastrutturi ta" riċerka finanzjati mill-Komunità taħt il-Programm Speċifiku għandhom ikunu awtomatikament eliġibbli. Infrastrutturi ta" riċerka oħra jistgħu jitiqiesu wkoll. Irrispettivament mid-daqs tagħhom, l-applikanti (inklużi l-SMEs) jistgħu jgawdu minn dan l-istrument sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom. F'konformità mar-regolament adottat skond l-Artikolu 167 tat-Trattat, il-ftehim ta" għotja għandu jistabbilixxi wkoll modalitajiet proċedurali u jiggarantixxi l-possibilità ta" veto tal-Komunità taħt ċerti ċirkustanzi għall-użu ta" l-għotja ta" provvista ta" self proposta mill-BEI.

(1) Għadha mhix ippublikata fil-ĠU.
(2) Għadha mhix ippublikata fil-ĠU.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p.1.


Programm speċifiku "Koperazzjoni" (Is-Seba' Programm ta' Qafas RTDD, 2007-2013) *
PDF 1030kWORD 640k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (COM(2005)0440 – C6-0381/2005 – 2005/0185(CNS))
P6_TA(2006)0521A6-0379/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0440)(1) u l-proposta emendata (COM (2005)0440/2)(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 166 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0381/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0379/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Iqis li l-ammont indikattiv ta' referenza finanzjarja indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu tat-titlu 1a tal-qafas finanzjarju għall-2007-2013 u jirrimarka li l-ammont annwali jkun deċiż fil-proċedura baġitarja annwali bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda tas-17 ta' Mejju 2006(3);

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta tagħha kif xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta mal-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 4
(4)  Il-Programm ta' Qafas għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet kommunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta" l-għanijiet ta" Liżbona, b'mod partikolari flimkien ma" dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, ix-xogħol u l-ambjent.
(4)  Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkumplimenta l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet Komunitarji oħra li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku ġenerali għall-implimentazzjoni ta" l-għanijiet ta" Liżbona. Azzjonijiet taħt il-programm għandhom għalhekk ikunu kemm jista' jkun effettivi billi jissaħħu l-kumplimentarjetà u s-sinerġija ma' programmi u azzjonijiet Komunitarji oħrajn, b'mod partikulari ma" dawk dwar il-fondi strutturali, l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kultura, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, is-saħħa, il-ħarsien tal-konsumatur, l-impjieg, it-trasport, l-ambjent u s-soċjetà ta' l-informatika.
Emenda 2
Premessa 4a (ġdida)
(4a) Taħt dan il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni", għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għall-multidixxiplinarjetà u l-interdixxiplinarjetà, skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Konsultattiv ta' Riċerka ta' l-Unjoni Ewropea (EURAB 04.009 ta' April 2004) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Marzu 2005 dwar ix-xjenza u t-teknoloġija - Linji Gwida għal politika futura ta' l-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tar-riċerka1.
__________
ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 259.
Emenda 3
Premessa 4 b (ġdida)
(4b) Dan il-Programm Speċifiku għandu jiffoka b'mod partikulari fuq it-trasferiment ta' l-għerf, ta' riżultati u ta' teknoloġiji mis-settur tar-riċerka pubblika għal negozji, b'mod partikulari SMEs, u fuq mekkaniżmi li jiżguraw li l-ħtiġijiet kummerċjali jitressqu lill-gruppi ta' riċerka b'mod effettiv u kkoordinat.
Emenda 4
Premessa 5
(5)  L-attivitajiet relatati ma" l-innovazzjoni u ma' l-SME appoġġati taħt dan il-Programm ta' Qafas għandhom ikunu komplementari għal dawk imwettqa taħt il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni.
(5)  Dan il-Programm Speċifiku "Koperazzjoni" għandu jiffoka b'mod partikulari sabiex jiżguraw parteċipazzjoni xierqa mill-SMEs fl-azzjonijiet u proġetti kollha tal-programm. Għandu jkun hemm sinerġija u kumplementarjetà massima bejn l-attivitajiet relatati ma' l-innovazzjoni u l-SMEs appoġġati taħt dan il-Programm Speċifiku u dawk imwettqa taħt il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u programmi u azzjonijiet Komunitarji oħrajn.
Emenda 5
Premessa 5a (ġdida)
(5a) Dan il-Programm Speċifiku għandu jqis kif jixraq l-irwol importanti tar-reġjuni fl-implimentazzjoni taz-Zona Ewropea ta' Riċerka, kif inhu rrikonoxxut mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar id-dimensjoni reġjonali taz-Zona Ewropea ta' Riċerka (COM(2001)0549).
Emenda 6
Premessa 7
(7)  Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għall-għotja lill Bank Ewropew għall-Investiment sabiex tiġi kkostitwita "Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tas-Sogru" sabiex jitjieb l-aċċess għas-self mill-BEI.
(7)  Dan il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għall-għotja lill Bank Ewropew għall-Investiment sabiex tiġi mwaqqfa "Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju" sabiex jitjieb l-aċċess għas-self mill-BEI. Bl-istess mod, il-Programm Speċifiku għandu jipprovdi ammont ugwali ta' appoġġ finanzjarju bil-għan li jiġu koperti r-riskji mill-parteċipazzjoni ta' SMEs fil-proġetti, u b'hekk ma jkunux meħtieġa jipprovdu garanziji tal-bank.
Emenda 7
Premessa 8
(8)  Kif previst fl-Artikolu 170 tat-Trattat, il-Komunità kkonkludiet numru ta" ftehimiet internazzjonali fil-qasam tar-riċerka u għandhom isiru sforzi sabiex tissaħħaħ il kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka bl-għan li jkun hemm aktar integrazzjoni tal-Komunità fil-komunità internazzjonali tar-riċerka. Għalhekk, dan il-programm Speċifiku huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew il-ftehim meħtieġ għal dan il-għan u huwa wkoll miftuħ fuq livell ta" proġett, u fuq il-bażi ta" benefiċċju reċiproku, għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal kooperazzjoni